3.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/119


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1900 tal-5 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, rigward Deċiżjoni tal-Kunsill Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni li tadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu

( Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 277 tat-22 ta' Ottubru 2015 )

Fil-paġna 30, Anness II, taħt l-intestatura “Aġenda u dokumenti ta' sostenn”, ir-raba' paragrafu,

minflok:

“Jekk l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3 ma tiġix irrispettata, il-laqgħa għandha tiġi kkanċellata awtomatikament mingħajr avviż ulterjuri.”,

aqra:

“Jekk l-iskadenza msemmija fit-tielet paragrafu ma tiġix irrispettata, il-laqgħa għandha tiġi kkanċellata awtomatikament mingħajr avviż ulterjuri.”.