8.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1796
tal-1 ta' Ottubru 2015
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), l-Artikolu 218(7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija (il-“Ftehim”), ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fil-5 ta' Diċembru 2014 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/953/UE (1). |
(2) |
Il-Ftehim ġie konkluż mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fil-5 ta' Diċembru 2014 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/954/Euratom (2). |
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim (4).
Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għar-Riċerka tal-Iżvizzera/tal-Komunitajiet fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' dak il-Kumitat meħuda skont l-Artikolu 5(2) tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
É. SCHNEIDER
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/953/UE tal-4 ta' Diċembru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/954/Euratom tal-4 ta' Diċembru 2014 li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 19).
(3) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 370 tat-30.12.2014 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.