3.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1774

tal-1 ta' Ottubru 2015

li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Emilio DEL RÍO SANZ, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

Dña Begoña MARTÍNEZ ARREGUI, Consejera de Presidencia, Relaciones Institucionales y Acción Exterior del Gobierno de La Rioja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHNEIDER


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.

(3)  ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.