|
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/165 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1586
tas-26 ta' Frar 2015
dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (eks 13/NN u eks 12/N) — Il-Polonja — It-twaqqif tal-ajruport ta' Gdynia-Kosakowo
(notifikata bid-dokument C(2015) 1281)
(It-test Pollakk biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-proċedimenti quddiem il-Kummissjoni
|
(1) |
Permezz ta' ittra datata s-7 ta' Settembru 2012, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni, għal raġunijiet ta' ċertezza legali, dwar il-pjanijiet tagħha li tiffinanzja l-konverżjoni ta' mitjar militari qrib Gdynia fit-Tramuntana tal-Polonja f'ajruport ċivili. Il-miżura ġiet irreġistrata bin-numru SA.35388. |
|
(2) |
Permezz ta' ittri datati s-7 ta' Novembru 2012 u s-6 ta' Frar 2013, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni dwar il-miżura nnotifikata. Fis-7 ta' Diċembru 2012 u fil-15 ta' Marzu 2013, il-Polonja ppreżentat informazzjoni addizzjonali. Fis-17 ta' April 2013 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-Polonja. F'din il-laqgħa, il-Polonja kkonfermat li l-finanzjament innotifikat kien diġà ngħata b'mod irrevokabbli. |
|
(3) |
Permezz ta' ittra datata l-15 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni għarrfet lill-Polonja li hija kienet qiegħda tittrasferixxi l-każ lir-reġistru tal-għajnuna mhux innotifikata minħabba li l-biċċa l-kbira tal-finanzjament innotifikat lill-Kummissjoni kien diġà ngħata b'mod irrevokabbli. Permezz ta' ittra datata s-16 ta' Mejju 2013, il-Polonja ppreżentat aktar informazzjoni. |
|
(4) |
Permezz ta' ittra datata t-2 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni għarrfet lill-Polonja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (2) (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjoni tal-ftuħ”) fir-rigward tal-finanzjament mogħti lil Port Lotniczy Gdynia-Kosakowo sp. z o. o. (minn hawn 'il quddiem “GdyniaKosakowo Airport Ltd” jew “l-operatur tal-ajruport”) mill-belt ta' Gdynia (minn hawn 'il quddiem “Gdynia”) u mill-muniċipalità ta' Kosakowo (minn hawn 'il quddiem “Kosakowo”). Il-Polonja pprovdiet il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ fis-6 ta' Awwissu 2013. |
|
(5) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżura inkwistjoni fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment mingħand il-partijiet interessati. Il-Polonja ġiet mgħarrfa b'dan permezz ta' ittra datata d-9 ta' Ottubru 2013. |
|
(7) |
Permezz ta' ittra datata t-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni. Il-Polonja pprovdiet aktar informazzjoni permezz ta' ittri datati l-4 u l-15 ta' Novembru 2013. Fis-26 ta' Novembru 2013 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-Polonja. Il-Polonja pprovdiet aktar informazzjoni permezz ta' ittri datati t-3 ta' Diċembru 2013 u t-2 ta' Jannar 2014. |
|
(8) |
Fil-11 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2014/883/UE (4) li tqis l-għajnuna mill-Istat li l-Polonja kienet ipprovdiet b'mod illeċitu lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd u l-għajnuna mill-Istat li l-Polonja kienet qiegħda tippjana li tipprovdi lil dak l-operatur tal-ajruport bħala inkompatibbli mas-suq intern. Id-Deċiżjoni ordnat lill-Polonja biex tirkupra mingħand Gdynia-Kosakowo Airport Ltd l-għajnuna li diġà kienet ingħatat. |
1.2. Il-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-proċess ta' rkupru
|
(9) |
Fid-9 ta' April 2014 Kosakowo, segwita fis-16 ta' April 2014 minn Gdynia u l-operatur tal-ajruport, ikkontestat id-Deċiżjoni 2014/883/UE quddiem il-Qorti Ġenerali, filwaqt li talbet l-annullament tagħha (5). Ir-rikorrenti sostnew, fost l-oħrajn, li fl-ammont li kellu jiġi rkuprat, il-Kummissjoni kienet inkludiet b'mod żbaljat l-infiq fuq attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku. |
|
(10) |
Fit-8 u fid-9 ta' April, rispettivament, Gdynia flimkien mal-operatur tal-ajruport u Kosakowo applikaw għall-miżuri interim f'dawn il-każijiet. |
|
(11) |
Fis-7 ta' Mejju 2014, il-Qorti Distrettwali ta' Gdańsk-Polnoc ħarġet deċiżjoni li tiddikjara lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd bħala falluta u li tordna l-likwidazzjoni tagħha. Il-kredituri kollha ġew mistiedna jippreżentaw il-pretensjonijiet tagħhom fi żmien tliet xhur. Fil-5 ta' Ġunju 2014 Kosakowo ppreżentat pretensjoni għal PLN 6,28 miljun (daqs EUR 1,57 miljun) u l-imgħax fuqhom. Fit-22 ta' Awwissu 2014 Gdynia ppreżentat pretensjoni għal PLN 85,44 miljun (daqs EUR 21,36 miljun) u l-imgħax fuqhom. |
|
(12) |
Ir-rikorsi għall-miżuri provviżorji ġew irrifjutati b'digrieti tal-President tal-Qorti Ġenerali fl-20 ta' Awwissu 2014 (6). B'mod partikolari, il-President tal-Qorti Ġenerali ddetermina li d-Deċiżjoni 2014/883/UE ma setgħetx tiġi meqjusa l-kawża determinanti tad-dannu li rriżulta mill-falliment ta' Gdynia-Kosakowo Airport Ltd, dment li l-kumpanija nnifisha kienet iddikjarat falliment ferm qabel ma l-awtoritajiet Pollakki adottaw miżuri vinkolanti biex jeżegwixxu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
|
(13) |
Fil-15 ta' Ottubru 2014, il-Polonja interveniet fiż-żewġ każijiet prinċipali billi talbet li d-Deċiżjoni 2014/883/UE għandha tiġi annullata fir-rigward tal-irkupru tar-riżorsi finanzjarji allokati lill-operatur tal-ajruport u li ntużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku, kif deskritt fil-punt 3.1.1 tad-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(14) |
Skont informazzjoni pprovduta mill-Polonja, matul il-proċedura ta' falliment li għaddejja u li tinvolvi l-likwidazzjoni tal-assi tal-kumpanija, l-ajruport ta' Gdynia-Kosakowo qiegħed jiġi ġestit minn fiduċjarju (7). |
1.3. L-irtirar
|
(15) |
Matul il-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali, deher biċ-ċar li l-għajnuna ddikjarata mid-Deċiżjoni 2014/88/UE bħala inkompatibbli mas-suq intern tinkludi ċerti investimenti li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont id-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(16) |
Fil-fatt, fil-premessa 25 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-investiment fil-bini u fit-tagħmir li jintuża għall-pumpiera, għad-dwana, għall-gwardji tas-sigurtà fl-ajruporti, għall-pulizija u għall-gwardji tal-fruntieri kien jaqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku u għaldaqstant ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Għalhekk, l-investigazzjoni formali ma kellhiex x'taqsam ma' dan l-investiment. |
|
(17) |
Madankollu, fid-Deċiżjoni 2014/883/UE, il-Kummissjoni rriżultalha li l-liġi Pollakka kienet tobbliga lill-operaturi tal-ajruport li jiffinanzjaw tali investiment mir-riżorsi proprji tagħhom. Għaldaqstant operatur tas-suq privat jikkunsidra dawn il-kostijiet meta jiġi biex jiddeċiedi jekk jinvestix jew le fl-ajruport (bħalma sar fl-istudju ppreżentat mill-Polonja), u finanzjament pubbliku ta' dan l-investiment jaf jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
|
(18) |
Ġaladarba d-deċiżjoni tal-ftuħ ikkonkludiet li l-investiment fil-bini u fit-tagħmir li jintuża għall-pumpiera, għad-dwana, għall-gwardji tas-sigurtà fl-ajruporti, għall-pulizija u għall-gwardji tal-fruntieri ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tikkunsidra li m'għandhiex tikkontesta dik il-konklużjoni fid-deċiżjoni finali dwar il-miżura. Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2014/883/UE għandha tiġi rtirata u sostitwita b'din id-Deċiżjoni. Billi l-elementi kollha neċessarji għall-valutazzjoni tal-miżura huma preżenti fil-fajl, ma hemmx għalfejn terġa' tinfetaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U R-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
2.1. L-isfond tal-investigazzjoni
|
(19) |
Il-każ jikkonċerna l-finanzjament ta' ajruport ċivili ġdid f'Pomerania (il-provinċja ta' Pomorskie), fuq il-fruntiera bejn il-belt ta' Gdynia u l-muniċipalità ta' Kosakowo, 25 kilometru bogħod mill-ajruport ta' Gdańsk (8). L-ajruport il-ġdid huwa ġestit minn Gdynia-Kosakowo Airport Ltd. L-operatur tal-ajruport huwa interament proprjetà tal-muniċipalitajiet ta' Gdynia u Kosakowo. |
|
(20) |
L-għan tal-proġett ta' investiment huwa li joħloq it-tieni ajruport għal Pomerania, li jkun ibbażat fuq l-infrastruttura ta' mitjar militari li jinsab f'Kosakowo (9). L-ajruport il-ġdid primarjament għandu jilqa' t-traffiku tal-avjazzjoni ġenerali (eż. jets privati, gliders/inġenji tal-ajru ħfief intiżi għall-isport), trasportaturi bi prezzijiet baxxi (minn hawn 'il quddiem “LCC”, low-cost carriers) u titjiriet charter. Fil-mument tan-notifika, l-ajruport kien mistenni jibda jopera fil-bidu tal-2014. Rapport ippubblikat fl-2012 minn PricewaterhouseCoopers (minn hawn 'il quddiem “PWC”) ipprovda l-previżjonijiet li ġejjin għat-traffiku tal-passiġġieri matul l-ewwel snin tal-operat: madwar […] fl-2014, […] fl-2017, […] fl-2020 u madwar […] fl-2028. |
|
(21) |
L-oriġini tal-proġett imorru lura għal April tal-2005, meta diversi awtoritajiet reġjonali, il-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali u rappreżentanti tal-ajruport ta' Gdańsk (10) iffirmaw ittra ta' intenzjoni sabiex jinħoloq ajruport ġdid għal Pomerania, li jkun ibbażat fuq l-infrastruttura tal-mitjar militari f'Kosakowo. |
|
(22) |
Skont dik l-ittra, l-amministrazzjoni tal-Ajruport futur ta' Gdynia-Kosakowo kellha tkun fdata lill-ajruport ta' Gdańsk. Id-deċiżjoni ġiet approvata mill-Ministeru tat-Trasport u l-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali f'Awwissu tal-2006. |
|
(23) |
F'Lulju tal-2007, l-awtoritajiet lokali fi Gdynia u Kosakowo waqqfu kumpanija msejħa Gdynia-Kosakowo Airport Ltd. F'Diċembru tal-2009, Gdynia u Kosakowo kisbu l-qbil tal-Ministeru tat-Trasport li Gdynia-Kosakowo Airport Ltd tkun, minn hemm 'il quddiem, responsabbli mill-ajruport il-ġdid. |
|
(24) |
Fl-10 ta' Lulju 2008, il-Parlament Pollakk adotta emenda (11) għall-Att tat-30 ta' Mejju 1996 dwar il-ġestjoni ta' ċerti assi tat-Teżor tal-Istat u tal-Aġenżija tal-Proprjetà Militari (minn hawn 'il quddiem “l-Att tat-30 ta' Mejju 1996, kif emendat”) li ppermettiet il-konverżjoni ta' mtajar f'ajruporti ċivili. |
|
(25) |
Fl-24 ta' Diċembru 2008. il-Gvern Pollakk adotta att ta' implimentazzjoni għall-Att tat-30 ta' Mejju 1996, kif emendat (minn hawn 'il quddiem “l-att ta' implimentazzjoni”), li jinkludi lista ta' mtajjar militari jew partijiet minnhom li jistgħu jintużaw għat-twaqqif jew għall-estensjoni tal-ajruporti ċivili. L-att ta' implimentazzjoni telenka l-mitjar militari ta' Gdynia-Kosakowo (b'mod aktar speċifiku, partijiet minnu) fost l-imtajjar militari li jistgħu, skont l-Att tat-30 ta' Mejju 1996, kif emendat, jinkrew lil awtorità lokali għall-perjodu ta' minn tal-inqas 30 sena bl-iskop uniku li jitwaqqaf jew ikun estiż ajruport ċivili. L-Att tat-30 ta' Mejju 1996, kif emendat, jispeċifika li awtorità lokali, jekk tiddeċiedi li ma twaqqafx ajruport weħidha, tista' tkompli tikri fit-tul jew tikri l-proprjetà mikrija għall-perjodu ta' minn tal-inqas 30 sena lil entità li twaqqaf jew li ġġesti ajruport ċivili. |
|
(26) |
Skont l-Att tat-30 ta' Mejju 1996, kif emendat, u l-att ta' implimentazzjoni. fid-9 ta' Settembru 2010, il-gvernatur tal-provinċja ta' Pomorskie, bħala rappreżentant tat-Teżor tal-Istat, ikkonkluda ftehim ta' kiri (mid-9 ta' Settembru 2010 sad-9 ta' Settembru 2040) ma' Kosakowo dwar is-sit ta' 253 ettaru li fih jinsab il-mitjar militari. Skont il-ftehim ta' kiri, Kosakowo hija obbligata li titrasferixxi 30 % tal-kera lill-Fond ta' Modernizzazzjoni tal-Forzi Armati (12). |
|
(27) |
Fil-11 ta' Marzu 2011, Kosakowo kriet fit-tul l-art għal 30 sena (sad-9 ta' Settembru 2040) lill-operatur tal-ajruport Gdynia-Kosakowo Airport Ltd. Il-ftehim ta' lokazzjoni jistipula d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet u l-ammont ta' kera li trid titħallas mill-operatur tal-ajruport lil Kosakowo. |
|
(28) |
Fi ftehim ieħor iffirmat fil-11 ta' Marzu 2011, l-azzjonisti (Gdynia u Kosakowo) stipulaw il-kundizzjonijiet tal-finanzjament għall-investiment fit-twaqqif ta' ajruport ċivili. F'dan il-ftehim, Gdynia wegħdet li tinjetta total ta' PLN 59 miljun matul il-perjodu 2011-2013. Min-naħa tagħha, Kosakowo wegħdet li tipprovdi kontribuzzjoni mhux fi flus fl-għamla ta' tpartit ta' dejn ma' ekwità matul il-perjodu 2011-2040. |
|
(29) |
Barra minn hekk, fis-7 ta' Marzu 2011, ġie ffirmat ftehim operattiv mal-utent militari tal-ajruport bl-iskop li jiġu stipulati regoli dwar l-użu kondiviż tal-ajruport u l-infrastruttura tiegħu minn Gdynia-Kosakowo Airport Ltd u l-utent militari (13). |
Il-proġett ta' investiment (14)
|
(30) |
Minħabba li l-mitjar eżistenti ta' Gdynia-Kosakowo (Gdynia-Oksywie) oriġinarjament kien jintuża esklussivament għal skopijiet militari, huwa possibbli li l-operatur tal-ajruport il-ġdid juża l-infrastruttura eżistenti (bħal runway ta' 2 500 metru, taxiways, żona asfaltata, tagħmir ta' navigazzjoni eċċ.). Il-kost totali tal-investiment fil-proġett ta' konverżjoni huwa stmat għal PLN 164,9 miljun (EUR 41,2 miljun (15)) f'termini nominali u PLN 148,4 miljun (EUR 37,1 miljun) f'termini reali. It-tabella 1 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-iżvilupp gradwali tal-ajruport, li huwa maqsum f'erba' fażijiet. Fl-opinjoni tal-Polonja, il-kost totali tal-investiment jinkludi wkoll investimenti relatati mat-twettiq ta' kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku (16), li b'kollox jammontaw għal madwar PLN […] miljun (EUR […] miljun) (għall-erba' fażijiet kollha). Tabella 1 Il-kost nominali totali ta' investiment fl-ajruport ta' Gdynia-Kosakowo fl-2007-2030
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-finanzjament tal-proġett ta' investiment
|
(31) |
Il-proġett ta' investiment qiegħed jiġi ffinanzjat permezz ta' injezzjonijiet ta' kapital mill-azzjonisti pubbliċi (jiġifieri Gdynia u Kosakowo). L-injezzjonijiet ta' kapital huma intiżi biex ikopru kemm il-kostijiet tal-investiment kif ukoll il-kostijiet operattivi tal-ajruport matul il-fażi inizjali tal-operat tiegħu (jiġifieri l-perjodu sal-aħħar tal-2019). L-azzjonisti pubbliċi qegħdin jistennew li l-operatur tal-ajruport jibda jiġġenera profitt u b'hekk ikun jista' jiffinanzja l-attivitajiet kollha tiegħu mid-dħul tiegħu stess fl-2020. |
|
(32) |
Qabel ma l-proġett ġie nnotifikat lill-Kummissjoni (jiġifieri qabel is-7 ta' Settembru 2012), l-azzjonisti pubbliċi f'Gdynia-Kosakowo Airport Ltd qablu li jikkontribwixxu total ta' madwar PLN 207,48 miljun (17) (madwar EUR 51,87 miljun) għall-finijiet tat-twettiq tal-proġett ta' investiment u sabiex ikopru t-telf tal-ajruport fl-ewwel snin tal-operat tiegħu. Gdynia kellha tikkontribwixxi PLN 142,48 miljun (madwar EUR 35,62 miljun) fi flus likwidi matul is-snin 2007-2019. Kosakowo pprovdiet kontribuzzjoni fi flus ta' PLN 0,1 miljun (EUR 25 000) meta twaqqfet il-kumpanija. Fis-snin 2011-2040, Kosakowo kellha wkoll tagħti kontribuzzjoni mhux fi flus ta' PLN 64,9 miljun (madwar EUR 16,2 miljun) billi tpartat parti mill-kera annwali pagabbli mill-ajruport ta' Gdynia skont il-lokazzjoni għal ishma fl-ajruport (ara t-Tabella 2). Tabella 2 Il-finanzjament tal-proġett ta' investiment permezz ta' żidiet ta' kapital
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2.2. Ir-raġunijiet għall-bidu tal-proċedura ta' investigazzjoni formali u l-valutazzjoni inizjali
2.2.1. Il-Konklużjoni
|
(33) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ qajmet il-mistoqsijiet li ġejjin:
|
2.2.2. L-applikazzjoni tal-MEIP
|
(34) |
Fir-rigward tal-ewwel mistoqsija, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-istudju tal-MEIP imwettaq fl-2012, jiġifieri wara li l-azzjonisti pubbliċi ħadu d-deċiżjoni irrevokabbli li jiffinanzjaw il-konverżjoni tal-ajruport, jistax jintuża sabiex tiġi vvalutata l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar kemm ix-xenarju kontrofattwali, li fih l-investiment huwa preżunt bħala li ntemm fl-2012, kien xieraq. |
|
(35) |
Minħabba li l-ajruport ta' Gdynia għandu jsegwi mudell kummerċjali simili (li jiffoka fuq l-LCC, it-titjiriet charter u l-avjazzjoni ġenerali) għall-ajruport eżistenti ta' Gdańsk, li għad għandu kapaċità vakanti u aktar pjanijiet ta' espansjoni u li jinsab biss 25 km bogħod, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-previżjoni tad-dħul għall-ajruport ta' Gdynia kinitx ibbażata fuq suppożizzjonijiet realistiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-livell ta' imposti tal-ajruport u l-livell tat-traffiku tal-passiġġieri mistenni. B'mod partikolari, il-Kummissjoni rrimarkat li l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għall-ajruport ta' Gdynia kien ippreveda ħlas ogħla għall-passiġġieri minn dak applikat, wara t-tnaqqis tal-iskontijiet/ribassi, fl-ajruport ta' Gdańsk u f'ajruporti reġjonali komparabbli oħrajn fil-Polonja. |
|
(36) |
Il-Kummissjoni esprimiet dubji wkoll dwar jekk il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju kkunsidrax l-inċentivi ppjanati kollha (bħal appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni, ribassi, jew kull inċentiv ieħor għall-iżvilupp tar-rotot, eċċ.) li għandhom jingħataw direttament mill-ajruport ta' Gdynia, mill-azzjonisti tiegħu jew minn awtoritajiet reġjonali oħrajn sabiex iħeġġu lill-kumpaniji tal-ajru jistabbilixxu rotot ġodda mill-ajruport. |
|
(37) |
Billi r-rata ta' tkabbir ta' impriża ġeneralment ma tkunx ogħla minn dik tal-ekonomija fejn topera (jiġifieri f'termini ta' tkabbir tal-PDG), il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk ir-rata ta' tkabbir tal-fatturat ta' […] użata biex jiġi kkalkolat il-Valur Terminali hijiex adegwata (19). Dan id-dubju jaffettwa direttament il-valutazzjoni tal-profittabilità tal-proġett ta' investiment, billi l-valur tal-ekwità tal-ajruport il-ġdid isir pożittiv biss fid-dawl tal-valur terminali tal-proġett mill-2040 (il-flussi tal-flus skontati kumulattivi fuq il-perjodu ta' projezzjoni 2010-2040 huma negattivi). |
|
(38) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-finanzjament pubbliku għall-proġett ta' investiment jagħti lok għal benefiċċji ekonomiċi selettivi lill-operatur tal-ajruport ta' Gdynia. Il-finanzjament pubbliku ngħata wkoll mir-riżorsi tal-Istat u huwa imputabbli lill-Istat. Barra minn hekk, dan ifixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Billi l-kriterji kumulattivi kollha għall-kunċett ta' għajnuna ġew issodisfati, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-finanzjament pubbliku kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
2.2.3 Il-kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(39) |
Fir-rigward tat-tieni mistoqsija, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-għajnuna operatorja u dik għall-investiment lill-operatur tal-ajruport tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
|
(40) |
Fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk ġewx issodisfati l-kriterji ta' kompatibbiltà kollha stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 għall-għajnuna għall-investiment lill-ajruporti (20). B'mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-investiment inkwistjoni jissodisfax objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni, jekk l-infrastruttura hijiex neċessarja u proporzjonali u jekk toffrix prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq terminu medju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-impatt fuq l-iżvilupp tal-kummerċ kienx kompatibbli mal-interess komuni. |
|
(41) |
Fir-rigward tal-għajnuna operatorja fl-għamla ta' finanzjament għat-telf operattiv ta' Gdynia-Kosakowo Airport Ltd matul l-ewwel snin tal-operat tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk tali għajnuna kinitx tikkwalifika għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE. B'mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-għajnuna operatorja tistax titqies bħala kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-perjodu 2007-2013 (21) (minn hawn 'il quddiem “ir-RAG”). |
3. IL-KUMMENTI TAL-POLONJA
3.1. L-applikazzjoni tal-MEIP u l-eżistenza tal-għajnuna
|
(42) |
Il-Polonja żżomm il-pożizzjoni tagħha li l-finanzjament pubbliku tal-investiment fl-ajruport ta' Gdynia huwa konformi mal-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq (market economy investor principle, MEIP) u għalhekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. F'dan ir-rigward, il-Polonja tirreferi għall-istudji dwar il-MEIP imwettqa għall-investiment fis-snin 2010-2012. Il-Polonja ssostni li l-istudji kollha dwar il-MEIP irriżultaw f'valur preżenti nett pożittiv u f'rata ta' redditu interna (22) (minn hawn 'il quddiem “l-IRR”, internal rate of return) ogħla mill-kostijiet tal-kapital. |
3.1.1. Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u s-solidità metodoloġika tal-istudju dwar il-MEIP
|
(43) |
Il-Polonja tispjega li d-diskussjonijiet u l-ħidma fuq il-konverżjoni tal-mitjar militari ta' Gdynia/Kosakowo f'ajruport ċivili bdew lura fl-2005. F'dak iż-żmien kienu involuti msieħba oħrajn (bħall-ajruport ta' Gdańsk). Il-Polonja tispjega wkoll li fl-2007 Gdynia u Kosakowo waqqfu l-kumpanija Gdynia-Kosakowo Airport Ltd, li minn hemm 'il quddiem kienet responsabbli għall-investiment. |
|
(44) |
Matul il-proċedimenti, il-Polonja ssottomettiet tliet studji dwar il-MEIP imwettqa minn PWC. L-ewwel studju dwar il-MEIP (datat is-16 ta' Lulju 2010, minn hawn 'il quddiem “l-istudju dwar il-MEIP tal-2010”) sar f'Lulju tal-2010. Sussegwentement, PWC ipproduċiet żewġ aġġornamenti għall-MEIP: l-ewwel wieħed f'Mejju tal-2011 (datat it-13 ta' Mejju 2011, minn hawn 'il quddiem “l-istudju dwar il-MEIP tal-2011”) u t-tieni wieħed f'Lulju tal-2012 (datat it-13 ta' Lulju 2012, minn hawn 'il quddiem “l-istudju dwar il-MEIP tal-2012”). Dawn l-aġġornamenti jinkorporaw projezzjonijiet ġodda għat-traffiku tal-passiġġieri, bidliet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett, bidliet fil-figuri tal-investiment u bidliet fil-metodoloġija u l-inputs bażiċi fil-kalkoli tan-NPV (bħall-beta u r-rata ta' skont). F'Novembru tal-2013, il-Polonja pprovdiet aktar informazzjoni li tissuġġerixxi li sorsi ġodda ta' dħul (jiġifieri l-bejgħ tal-karburant u l-provvista ta' servizzi ta' navigazzjoni) itejbu n-NPV tal-proġett. Sad-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Polonja kienet ippreżentat biss l-istudju dwar il-MEIP tal-2012. |
|
(45) |
Il-Polonja tispjega wkoll il-qafas ta' żmien għall-proġett ta' investiment ta' Gdynia u Kosakowo fl-ajruport ta' Gdynia. F'dan ir-rigward, il-Polonja tenfasizza li l-proċess ta' investiment jista' jinqasam f'żewġ stadji ta' implimentazzjoni tal-proġett: |
i. L-ewwel stadju (2007-2009) kopra x-xogħlijiet preparatorji u l-istudji dwar il-fattibbiltà bl-iskop li jitwaqqaf l-ajruport il-ġdid (dan huwa relatat mal-Fażi 1, kif deskritt fit-Tabella 1):
|
(46) |
Il-Polonja tispjega li matul l-ewwel fażi il-kumpanija stabbilita minn Gdynia u Kosakowo wettqet kompiti preparatorji (pereżempju t-tħejjija ta' pjan prinċipali għall-investiment, id-dokumenti neċessarji sabiex jinkiseb l-istatus ta' operatur tal-ajruport, rapport dwar l-impatt ambjentali tal-investiment, id-dokumentazzjoni tad-disinn, eċċ.). |
|
(47) |
Il-Polonja ssostni li ma kien hemm ebda investiment ta' kapital sinifikanti matul l-ewwel fażi u li l-finanzjament pubbliku mogħti lill-operatur tal-ajruport kien konformi mar-regoli dwar l-għajnuna de minimis (23). Il-Polonja ssostni li l-injezzjonijiet ta' kapital fil-kumpanija qabel is-26 ta' Ġunju 2009 kienu jammontaw għal total ta' PLN 1,691 miljun (madwar EUR 423 000). |
ii. It-tieni fażi (mill-2010 'il quddiem) kienet tikkonċerna l-konverżjoni proprja tal-ajruport (din hija relatata mal-Fażijiet II sa IV, kif deskritt fit-Tabella 1):
|
(48) |
Il-Polonja tkompli billi tispjega li l-ewwel fażi preparatorja ġiet fi tmiemha fl-2010, meta ġew iffinalizzati kemm il-pjan prinċipali (24) kif ukoll l-ewwel studju dwar il-MEIP tal-2010 għall-ajruport ta' Gdynia. Il-Polonja tirrimarka li l-istudju dwar il-MEIP tal-2010 wera li l-investiment miż-żewġ awtoritajiet lokali għandu jitwettaq fuq it-termini tas-suq (jiġifieri ma jkunx jirrappreżenta għajnuna mill-Istat), filwaqt li jżid il-kapital azzjonarju tal-kumpanija għal PLN 6,05 miljun (madwar EUR 1,5 miljun). |
|
(49) |
L-istudju dwar il-MEIP tal-2010 ikkalkola n-NPV għall-proġett ta' investiment bl-użu tal-metodu tal-fluss tal-flus disponibbli għall-impriża (free cash flow to the firm, FCFF) (25). Dan il-kalkolu tan-NPV huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-injezzjonijiet ta' kapital kollha previsti fil-pjan ta' investiment għandhom isiru sabiex jiġi implimentat il-proġett ta' investiment. Dan il-metodu ta' valutazzjoni jintuża sabiex jiġu kkalkolati l-flussi tal-flus lid-detenturi kollha tal-kapital fl-impriża (kemm id-detenturi tal-ekwità kif ukoll id-detenturi tal-bonds) fil-perjodu ta' projezzjoni. Il-projezzjonijiet tal-fluss tal-flus imbagħad jiġu skontati permezz tal-kost medju ponderat tal-kapital (weighted average cost of capital, WACC) (26) bl-għan li jinkiseb il-fluss tal-flus skontat (discounted cash flow, DCF) tal-impriża fil-perjodu ta' projezzjoni. Il-valur terminali mbagħad jiġi kkalkolat bl-użu tal-metodu ta' tkabbir perpetwu (li jassumi direzzjoni ta' tkabbir stabbli abbażi tal-FCFF mill-aktar perjodu ta' projeżżjoni riċenti). In-NPV huwa bbażat fuq is-somma tad-DCF għall-perjodu ta' projezzjoni u l-valur terminali. F'dan il-każ, l-istudju dwar il-MEIP tal-2010 pprovda estimi tal-fluss tal-flus għall-perjodu 2010-2040 bl-użu ta' WACC ta' […] % (27). Bl-użu ta' dawn l-inputs, l-istudju pproduċa DCF ta' minus PLN […] miljun (EUR […] miljun) għall-perjodu 2010-2040 u valur terminali (skontat) ta' madwar PLN […] miljun (EUR […] miljun). Għaldaqstant, in-NPV tal-proġett globali huwa stmat għal PLN […] miljun (jew EUR […] miljun), dment li l-ajruport ser jiġġenera profitt stabbli perpetwu, mill-2040, b'rata ta' tkabbir ta' […] % fis-sena. |
|
(50) |
Il-Polonja żżid li fl-istess ħin, minkejja li l-istudju dwar il-MEIP wera li l-investiment ma kien jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat, l-azzjonisti kienu bdew iħejju notifika lill-Kummissjoni li kellha tiġi ppreżentata għal raġunijiet ta' ċertezza legali biss. |
|
(51) |
Il-Polonja tkompli tispjega li f'Mejju tal-2011 twettaq studju ġdid dwar il-MEIP. Il-Polonja ssostni li dan l-istudju dwar il-MEIP kien aġġornament tal-istudju dwar il-MEIP tal-2010, li kien sar fid-dawl tal-progress tat-tħejjijiet u d-disponibbiltà ta' dejta aktar preċiża dwar il-pjan ta' investiment, l-iskeda ta' żmien u l-finanzjament tiegħu. Il-Polonja tispjega li fil-perjodu bejn it-tħejjija tal-istudju dwar il-MEIP tal-2010 u l-istudju dwar il-MEIP tal-2011:
|
|
(52) |
Il-Polonja tispjega li l-istudju dwar il-MEIP tal-2011 ipproduċa wkoll NPV pożittiv. Il-Polonja ssostni wkoll li l-azzjonisti pubbliċi tal-operatur tal-ajruport għamlu injezzjonijiet ta' kapital sussegwenti fuq din il-bażi. Il-Polonja tirrimarka li l-ekwità tal-kumpanija (il-kapital proprju) żdiedet għal PLN 33,801 miljun (EUR 8,45 miljun) f'Lulju tal-2011 u għal PLN 64,810 miljun (EUR 16,20 miljun) f'April tal-2013. |
|
(53) |
Fl-istudju dwar il-MEIP tal-2011, id-DCF ġie kkalkolat abbażi tad-DCF għall-perjodu ta' projezzjoni 2011-2040. Id-DCF aġġornat kien ta' PLN (– […]) miljun (EUR […] miljun), li jissuġġerixxi telf akbar, filwaqt li l-valur terminali tnaqqas għal PLN […] miljun (madwar EUR […] miljun). Għalhekk, in-NPV tnaqqas għal PLN […] miljun (jew inqas minn EUR […] miljun). Il-WACC tnaqqas għal […] % (28) u r-rata ta' tkabbir stabbli għall-valur terminali tnaqqset minn […] % għal […] %. Dawn il-kalkoli eskludew in-nefqa li taqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku, li jfisser li l-projezzjonijiet dwar il-profittabilità tal-investiment ma jikkunsidrawx il-kapital neċessarju sabiex tkun iffinanzjata l-parti tal-infrastruttura ddikjarata li taqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku. |
|
(54) |
Il-Polonja ssostni li bidla fis-sitwazzjoni makroekonomika (il-kriżi finanzjarja u t-tnaqqis fl-attività ekonomika) wasslet sabiex il-proġett jiġi vvalutat mill-ġdid fl-2012, li rriżulta fi studju ġdid dwar il-MEIP (jiġifieri l-istudju dwar il-MEIP tal-2012). Il-Polonja ssostni li l-bidliet li ġejjin fir-rigward tas-suppożizzjonijiet fl-istudji preċedenti dwar il-MEIP saru għall-finijiet tal-istudju dwar il-MEIP tal-2012:
|
|
(55) |
Il-Polonja tgħid ukoll li l-metodoloġija użata għall-istudji preċedenti dwar l-MEIP ġiet immodifikata għall-finijiet tal-istudju dwar l-MEIP tal-2012:
|
|
(56) |
Fl-istudju dwar il-MEIP tal-2012, id-DCF ġie kkalkolat abbażi tad-DCF għall-perjodu ta' projezzjoni 2012-2030 (jiġifieri l-perjodu ta' projezzjoni użat għall-istudju preċedenti tnaqqas b'10 snin). Id-DCF aġġornat kien jammonta għal PLN (– […] miljun) (madwar EUR (– […]) miljun), filwaqt li l-valur terminali għadda minn żieda sinifikanti, fejn żdied għal PLN […] miljun (EUR […] miljun). Imbagħad tnaqqas il-valur kapitalizzat tal-investimenti li kienu saru diġà (PLN […] miljun). Kif aġġornat fl-2012, in-NPV kien jammonta għal PLN […] miljun (jew EUR […] miljun). Sabiex jiġi kkalkolat in-NPV, intuża kost tal-ekwità ta' […] % (31) u r-rata ta' tkabbir stabbli għall-kalkolu tal-valur terminali kompliet titnaqqas minn […] % għal […] %. |
|
(57) |
Il-Polonja tirrimarka li r-riżultati tal-istudju dwar il-MEIP tal-2012 xorta kienu pożittivi u wasslu għal aktar injezzjonijiet ta' kapital mill-azzjonisti. Il-Polonja sostniet li l-kapital tal-kumpanija żdied għal PLN 91,310 miljun (EUR 22,8 miljun) sa April tal-2013 u ma reġax inbidel fl-2013, kif spjegat fil-qosor fit-Tabella 3. Tabella 3 Żidiet fil-kapital tal-operatur tal-ajruport ta' Gdynia minn Gdynia u Kosakowo
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(58) |
Fil-qosor, il-Polonja tgħid li filwaqt li l-awtoritajiet lokali ilhom sa mill-2005 li ħadu passi preliminari sabiex iwaqqfu l-ajruport ta' Gdynia, il-proġett ma ssawwarx fl-għamla finali tiegħu qabel it-tħejjija tal-pjan prinċipali u l-ewwel studju dwar il-MEIP, jiġifieri fl-2010. Il-Polonja tispjega li s-suppożizzjonijiet inizjali tal-proġett kienu sostanzjalment riveduti bħala riżultat tal-bidliet fiċ-ċirkostanzi esterni. Il-Polonja tisħaq li d-deċiżjoni finali tal-azzjonisti pubbliċi dwar l-implimentazzjoni tal-proġett u l-forma finali ttieħdet fl-2012. Il-Polonja tenfasizza wkoll li t-tliet verżjonijiet kollha tal-istudju dwar il-MEIP ikkonfermaw il-vijabbiltà tal-proġett u wrew li l-proġett seta' jitwettaq minn investitur f'ekonomija tas-suq. |
|
(59) |
Dwar ix-xenarju kontrofattwali, il-Polonja tisħaq li l-liġi nazzjonali intitolat lil Kosakowo li tuża l-art fejn jinsab l-ajruport ta' Gdynia biss biex twaqqaf ajruport ċivili ġdid. F'dan ir-rigward, il-Polonja tispjega li s-sit fejn jinsab l-ajruport inkera lil Kosakowo għal perjodu ta' 30 sena. Il-Polonja ssostni li l-ftehim ta' kiri jobbliga lil Kosakowo tikri l-art biss lil entità responsabbli mit-twaqqif u/jew mill-operat ta' ajruport ċivili. Skont il-Polonja, l-art setgħet tittieħed lura mill-Istat li kieku Kosakowo ma krietx l-art sabiex fuqha jitwaqqaf ajruport ċivili fi żmien sitt xhur, li kieku l-art intużat għal skopijiet oħrajn jew li kieku l-ajruport ma bediex l-attivitajiet tiegħu fi żmien tliet snin. Billi x-xenarju fejn l-art tal-ajruport ta' Gdynia tintuża/tinkera għal skopijiet oħrajn għajr għall-avjazzjoni ma kienx possibbli, dan ma jistax jintuża sabiex jiġi stabbilit xenarju kontrofattwali. |
3.1.2. L-affidabbiltà tas-suppożizzjonijiet ewlenin għall-istudju dwar il-MEIP tal-2012
Il-projezzjonijiet tat-traffiku u l-previżjoni tad-dħul
|
(60) |
Il-Polonja tispjega li l-imposti tal-ajruport ippjanati kienu bbażati fuq it-tariffi disponibbli għall-pubbliku applikati minn ajruporti oħrajn bl-għan li ma jfixklux is-suq eżistenti, filwaqt li jiżguraw livell xieraq ta' profittabilità għall-proġett abbażi tal-volum tat-traffiku tal-passiġġieri pprojettat. Skont il-Polonja, l-imposti ma jvarjawx b'mod sinifikanti mill-imposti standard miġbura minn ajruporti żgħar. B'mod partikolari, żewġ ajruporti reġjonali li nfetħu dan l-aħħar, Varsavja-Modlin u Lublin, japplikaw imposti tal-ajruport standard simili għal dawk ipprojettati fl-istudju dwar il-MEIP għall-ajruport ta' Gdynia. |
|
(61) |
Bħala tweġiba għall-kumment tal-Kummissjoni li l-imposti previsti għall-ajruport ta' Gdynia (PLN 25 (EUR 6,25) fl-ewwel sentejn għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport u minn hemm 'il quddiem PLN 40 (EUR 10)) huma ogħla mill-imposti skontati applikati fl-ajruport ta' Gdańsk (PLN 24, jiġifieri EUR 6) għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport permezz ta' inġenju tal-ajru tat-tip LCC jekk ikun hemm is-servizz ta' rotta internazzjonali mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa; filwaqt li għal rotta domestika, l-imposta tkun PLN 12,5 (EUR 3,1), il-Polonja tinnota li l-livell tal-imposti fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju jirrappreżenta l-medja għall-perjodu kollu ta' projezzjoni (2014-2030), u tikkunsidra l-fatt li fuq terminu ta' żmien twil, l-imposti fl-ajruport ta' Gdańsk ser ikollhom jiżdiedu hekk kif jitjiebu l-istandards tas-servizzi pprovduti fl-ajruport. |
|
(62) |
Barra minn hekk, il-Polonja tirrimarka li l-marġini ta' profitt tal-proġett, il-previżjoni riveduta (kemxejn ogħla) tat-traffiku tal-ajru u l-kondiviżjoni ta' xi kostijiet operattivi mill-militar ifissru li l-ajruport ta' Gdynia għandu jkun jista' jżomm imposti mnaqqsa għall-passiġġieri fuq perjodu itwal (l-imposti mnaqqsa jistgħu jiġu applikati sal-aħħar tal-2021), filwaqt li jżomm NPV pożittiv għall-azzjonisti pubbliċi. |
|
(63) |
Il-Polonja tisħaq ukoll li l-previżjoni aġġornata (f'Marzu tal-2013) tat-traffiku għal Pomerania tissoponi traffiku ogħla mill-istudju dwar il-MEIP tal-2012. Skont l-aħħar ċifri, l-ajruport ta' Gdynia mistenni jilqa' 1 149 978 passiġġier fl-2030, u mhux 1 083 746. Għall-Pomerania b'mod ġenerali, huwa mbassar li n-numru ta' passiġġieri ser jiżdied minn 7,8 għal 9 miljun passiġġier fl-2030. |
|
(64) |
Fil-fehma tal-Polonja, dawn iċ-ċifri jikkonfermaw il-vijabilità tal-koeżistenza u l-ħidma konġunta tal-ajruport ta' Gdańsk u tal-ajruport ta' Gdynia fis-suq tal-Pomerania. Huma jikkunsidraw li anke li kieku l-ajruport ta' Gdańsk jiġi estiż sabiex jilħaq il-kapaċità ppjanata ta' sebgħa miljun passiġġier, xorta hemm lok fis-suq tal-avjazzjoni li qiegħed jiżviluppa fil-Pomerania għal ajruport reġjonali żgħir ieħor (b'kapaċità ta' miljun passiġġier) li jkun jikkumplimenta s-servizzi pprovduti mill-ajruport ta' Gdańsk. Tabella 4 Tqabbil tal-projezzjonijiet tat-traffiku tal-istudju dwar il-MEIP tal-2012 u l-projezzjonijiet tat-traffiku aġġornati (Marzu tal-2013) għall-ajruport ta' Gdynia
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kostijiet operattivi (inċentivi lill-kumpaniji tal-ajru, kostijiet relatati mal-operazzjonijiet militari tal-ajruport)
|
(65) |
Il-Polonja tispjega li l-istudju dwar il-MEIP jikkunsidra l-miżuri promozzjonali u kummerċjali tal-ajruport billi jistima:
|
|
(66) |
Il-Polonja tgħid ukoll li l-istudju dwar il-MEIP kellu bħala suppożizzjoni li l-kostijiet operattivi kien ser iġarrabhom l-investitur, u għaldaqstant ma jikkunsidra ebda kondiviżjoni tal-kostijiet operattivi mill-utent militari tal-ajruport. Il-Polonja ssostni li d-diviżjoni tal-kostijiet operattivi għall-infrastruttura kondiviża kienet preżunta li kienet […] għan-numru ta' titjiriet ċivili u militari. Il-Polonja tispjega wkoll li l-kostijiet għar-rinnovazzjoni u għat-tiswijiet ser ikunu […]. Il-Polonja tenfasizza li l-adozzjoni tar-regoli dwar l-użu kondiviż tal-ajruport (li għadhom ma ġewx maqbula b'mod formali mal-utent militari tal-ajruport) ser twassal għal tnaqqis ta' mill-inqas […] fil-kostijiet relatati ma' pagi u servizzi ta' partijiet terzi. Skont il-Polonja, l-inklużjoni ta' dan il-fattur fl-istudji dwar il-MEIP kienet twassal għal profittabilità pprojettata ogħla tal-proġett. |
Rata ta' tkabbir fuq terminu twil
|
(67) |
Il-Polonja tispjega li r-rata ta' tkabbir ta' […] % adottata fl-istudju dwar il-MEIP tirreferi għall-valur terminali f'termini nominali. |
|
(68) |
Il-Polonja ssostni wkoll li r-rata ta' tkabbir ta' […] % hija ugwali għall-mira tal-inflazzjoni stabbilita għall-Polonja mill-Kunsill tal-Politika Monetarja (entità li tieħu d-deċiżjonijiet fi ħdan il-Bank Nazzjonali tal-Polonja). Il-Polonja tinnota li skont l-aħħar previżjoni mill-Fond Monetarju Internazzjonali ta' Lulju tal-2013, il-PDG tal-Polonja ser jikber bir-rata ta' 2,2 % fl-2014, 3 % fl-2015, 3,3 % fl-2017 u 3,8 % fl-2018. |
L-aġġornament ta' Novembru tal-2013
|
(69) |
F'Novembru tal-2013, il-Polonja rrapportat li l-operatur tal-ajruport kien irċieva d-deċiżjonijiet amministrattivi mill-Uffiċċju Doganali u mill-Uffiċċju Regolatorju tal-Enerġija li jawtorizzawh sabiex ibigħ il-karburant lill-inġenji tal-ajru direttament. Il-bejgħ tal-karburanti mill-operatur tal-ajruport huwa sors ta' dħul addizzjonali u jtejjeb ir-riżultati finanzjarji tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju. |
|
(70) |
Skont il-Polonja, l-istudji kollha dwar il-MEIP imwettqa sa issa pprevedew għall-bejgħ tal-karburanti permezz ta' operatur estern. Il-bejgħ tal-karburanti mill-operatur tal-ajruport għandu jżid il-marġini ta' profitt tal-kumpanija f'din l-attività minn PLN […] (EUR […]) għal kull litru (fejn il-karburant jinbiegħ minn operatur estern) għal PLN […] (EUR […]) (fejn il-karburant jinbiegħ direttament mill-operatur tal-ajruport). |
|
(71) |
Fil-fehma tal-Polonja, dan id-dħul addizzjonali għandu jtejjeb ir-riżultat tal-aġġornament tal-MEI tal-2012. Il-Polonja tirrimarka li b'hekk huwa mistenni li n-NPV għall-proġett jiżdied minn PLN […] miljun (EUR […] miljun) għal PLN […] miljun (EUR […] miljun). Il-Polonja tispjega wkoll li l-IRR imbagħad tiżdied minn […] % għal […] %. |
|
(72) |
Il-Polonja ssostni li, min-naħa l-oħra, id-dħul addizzjonali jippermetti mbagħad li fuq terminu twil, l-imposti tal-ajruport jinżammu baxxi għall-kumpaniji tal-ajru. |
|
(73) |
Il-Polonja kkonfermat li approċċ prudenzjali wassal biex il-bejgħ dirett tal-karburant lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru ma jkunx kopert mill-istudji dwar il-MEIP. Fiż-żmien meta saru dawn l-istudji, l-operatur tal-ajruport ma kellux l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa jew xi garanzija li jkun jista' jiksibhom. |
|
(74) |
Barra minn hekk, il-Polonja qalet li l-kumpanija beħsiebha tipprovdi servizzi ta' navigazzjoni lill-kumpaniji tal-ajru (minflok l-Aġenzija Pollakka għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru). Il-Polonja tirrimarka li dan ikun jippermetti li titnaqqas it-tariffa tat-terminal imħallsa mill-kumpaniji tal-ajru (li bħalissa titħallas lill-Aġenzija) u b'hekk l-ajruport ta' Gdynia jsir aktar attraenti għall-kumpaniji tal-ajru. Għaldaqstant, l-operatur tal-ajruport ikun jista' joffri lill-kumpaniji tal-ajru imposti tal-ajruport aktar kompetittivi mill-ajruporti tal-viċinat. |
3.2. Valutazzjoni tal-kompatibbiltà
3.2.1. Għajnuna għall-investiment
|
(75) |
Skont il-Polonja, il-kriterji tal-kompatibbiltà kollha stipulati fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 għall-għajnuna ta' investiment lill-ajruporti ġew issodisfati. |
L-issodisfar ta' objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni
|
(76) |
Il-Polonja ssostni li t-twaqqif tal-ajruport ta' Gdynia, bħala element tas-sistema tat-trasport tal-Pomerania, itejjeb l-użu tal-infrastruttura disponibbli u jħalli impatt pożittiv fuq l-iżvilupp reġjonali, notevolment permezz ta' żieda fl-impjiegi fl-ajruport, id-dħul mill-katina tal-provvista fis-suq tal-avjazzjoni u l-iżvilupp tat-turiżmu. |
|
(77) |
Il-Polonja tirreferi għall-“Istrateġija dwar l-iżvilupp tat-trasport reġjonali fil-Pomerania għall-perjodu 20072020”, li hija bbażata fuq il-previżjonijiet tat-traffiku tal-ajru għar-reġjun u li tirrikonoxxi l-ħtieġa li jinbena ċentru ta' ajruporti li jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni taż-żona tat-Tricity (32). |
|
(78) |
Skont il-Polonja, l-argumenti ewlenin għall-bini ta' ċentru ta' ajruporti fiż-żona tat-Tricity huma: iż-żieda tat-traffiku tal-ajru fil-Polonja, in-nuqqas ta' kamp ta' applikazzjoni għaż-żieda tal-kapaċità tal-ajruport ta' Gdańsk u l-estensjoni tal-agglomerazzjoni fuq distanza ta' kważi 60 km (jew aktar minn 100 km jekk jiġu inklużi l-bliet ta' Tczew u Wejherowo). Il-Polonja tisħaq li għalkemm l-ajruport ta' Gdańsk bħalissa għandu kapaċità ta' madwar ħames miljun passiġġier, xi previżjonijiet tat-traffiku tal-ajru qegħdin jipproġettaw li t-traffiku tal-passiġġieri potenzjali f'dak l-ajruport jista' jaqbeż is-sitt miljun passiġġier fl-2035. Minn naħa waħda, il-Polonja sostniet fil-kummenti tagħha li r-restrizzjonijiet ambjentali u l-iżviluppi residenzjali fil-viċinanza tal-ajruport ta' Gdańsk jillimitaw il-prospetti għall-espansjoni ulterjuri tiegħu. Min-naħa l-oħra, fil-kummenti tagħha tas-6 ta' Diċembru 2012, il-Polonja invokat il-pjan prinċipali tal-ajruport ta' Gdańsk sabiex targumenta li ma hemm ebda restrizzjoni fir-rigward tal-espansjoni tal-ajruport ta' Gdańsk. |
|
(79) |
Il-Polonja tgħid li s-sigurtà fl-ajru tirrikjedi wkoll il-bini ta' ċentru ta' ajruporti fiż-żona tat-Tricity, bl-ajruport ta' Gdynia jservi bħala ajruport ta' riserva f'każ ta' emerġenza (l-inżul fl-ajruport ta' Gdynia huwa possibbli f'madwar 80 % tal-każijiet meta s-sħab u l-viżibilità ma jippermettux li jsir inżul fl-ajruport ta' Gdańsk). |
|
(80) |
Fl-aħħar nett, il-Polonja ssostni li l-iżvilupp tal-ajruport ta' Gdynia jikkorrispondi għall-objettivi tad-dokumenti ta' strateġija reġjonali u nazzjonali li jikkonċernaw l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-avjazzjoni fil-Polonja. Il-Polonja tispjega li l-iżvilupp tal-ajruport ta' Gdynia mistenni jkollu impatt pożittiv fuq l-iżvilupp tal-Pomerania u l-użu tal-infrastruttura militari eżistenti, kif ukoll li huwa kumplimentari għall-ajruport ta' Gdańsk. |
In-neċessità u l-proporzjonalità tal-infrastruttura
|
(81) |
Il-Polonja tisħaq li l-infrastruttura hija neċessarjaa u proporzjonali għall-objettiv stabbilit minħabba l-iskala żgħira tal-operazzjonijiet tal-ajruport (kwota ta' 1.55 % tas-suq tal-avjazzjoni Pollakk fl-2030), il-previżjonijiet għall-volumi tat-traffiku tal-passiġġieri li jaqbżu l-kapaċità tal-espansjoni tal-ajruport ta' Gdańsk, l-attrazzjoni tar-reġjun għat-turiżmu u r-rata għolja ta' żvilupp ipprojettata għall-Pomerania. |
|
(82) |
Il-Polonja tagħmel enfasi fuq ir-rwol strateġiku tal-mitjar militari ta' Gdynia fir-reġjun u tinnota li l-użu tal-infrastruttura eżistenti jnaqqas il-kostijiet ta' investiment u jimmassimizza l-impatt pożittiv fuq l-iżvilupp reġjonali. |
|
(83) |
Il-Polonja tirrimarka wkoll li l-kostijiet inżammew baxxi kemm jista' jkun u l-effettività tal-investiment żdiedet permezz tal-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet tekniċi bħal, pereżempju, il-kostruzzjoni ta' terminal tal-avjazzjoni ġenerali għat-traffiku tal-passiġġieri u tal-avjazzjoni ġenerali, li jilqa' fih il-maġġoranza tas-servizzi pprovduti fl-ajruport (il-gwardji tal-fruntieri, l-uffiċċji doganali, il-pulizija, il-pumpiera, l-amministrazzjoni) f'bini wieħed u l-adattament ta' binjiet eżistenti oħrajn sabiex isir l-aħjar użu minnhom. Barra minn hekk, il-kostijiet operattivi tal-infrastruttura ser jinqasmu mal-armata. |
Prospetti għall-użu fuq terminu medju sodisfaċenti
|
(84) |
Il-Polonja tirrimarka li l-prospetti għall-użu fuq terminu medju għall-ajruport ta' Gdynia-Kosakowo huma sodisfaċenti, bis-saħħa tat-tkabbir tal-PDG fil-Pomerania, li mistenni jaqbeż il-medja għall-Polonja u l-UE, l-attrazzjoni tar-reġjun għat-turisti, l-istatus tiegħu bħala ċentru ta' investiment barrani u l-previżjoni tat-tkabbir fit-traffiku tal-ajru. |
|
(85) |
Il-Polonja tenfasizza li l-kollaborazzjoni ppjanata mal-ajruport ta' Gdańsk u l-kumplimentarjetà tas-servizzi offruti miż-żewġ ajruporti (l-ajruport ta' Gdynia ser ikun iddedikat primarjament għat-traffiku tal-avjazzjoni ġenerali) ikomplu jsaħħu l-prospetti fuq terminu medju u twil għall-ajruport ta' Gdynia-Kosakowo. |
|
(86) |
Il-Polonja tkompli tispjega li l-ajruport qiegħed jippjana wkoll li jiżviluppa attivitajiet speċjalizzati relatati mal-avjazzjoni fiż-żona tal-ajruport, bħall-produzzjoni ta' service parts sempliċi, it-tiswija tal-parts tal-inġenji tal-ajru jew il-produzzjoni ta' komponenti/prodotti oħrajn fornuti fil-mument meta jkun meħtieġ (“just-in-time”). |
|
(87) |
Il-Polonja tirreferi għal ittra ta' intenzjoni ffirmata minn bank kummerċjali u li tesprimi r-rieda tal-bank li jibda taħditiet dwar il-finanzjament tal-investiment fl-ajruport ta' Gdynia-Kosakowo bħala prova oħra tal-attrazzjoni tal-proġett. |
L-impatt fuq l-iżvilupp tal-kummerċ li jmur kontra l-interess komuni
|
(88) |
Billi l-ajruport ta' Gdynia-Kosakowo għandu jkun ajruport bi kwota żgħira tas-suq (li jservi inqas minn miljun passiġġier fis-sena), il-Polonja ma tqisx li l-impatt tal-proġett fuq il-kummerċ imur kontra l-interess komuni. Fid-dawl tat-tkabbir ipprojettat fit-traffiku tal-ajru, il-Polonja qiegħda tistenna li l-ajruporti ta' Gdańsk u Gdynia jifformaw ċentru tal-avjazzjoni kooperattiv li jservi liż-żona tat-Tricity fil-Pomerania u joffri servizzi kumplimentari. |
|
(89) |
Il-Polonja tenfasizza li l-ajruport ta' Gdynia mhuwiex ser ikun kompetitur għall-ajruport ta' Gdańsk, minħabba li ser jiffoka fuq il-provvista ta' servizzi għas-settur tal-avjazzjoni ġenerali (servizzi ta' manutenzjoni, tiswija u rikostruzzjoni, akkademja tat-titjir) u jikkoopera mal-port marittimu ta' Gdynia. |
|
(90) |
Il-Polonja ssostni wkoll li t-traffiku tat-titjiriet charter u bi prezzijiet baxxi fl-ajruport ta' Gdynia-Kosakowo mhuwiex ser ikun għas-spejjeż tal-ajruport ta' Gdańsk, iżda ser jirriżulta minn żieda globali fil-ġid u fill-mobilità. Il-Polonja tirrimarka li r-rata li biha qiegħed jikber l-ajruport ta' Gdańsk u n-natura tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru li jilqa' jfissru li n-numru ta' titjiriet li qiegħed jilqa' xi darba jew oħra ser ikollu jiġi limitat. Il-Polonja issostni li dawn il-konklużjonijiet huma ppreżentati fir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali fuq il-proġett “L-espansjoni tal-Ajruport Lech Wałęsa Gdańsk”. |
|
(91) |
Il-Polonja tispjega li l-investiment fl-ajruport ta' Gdynia-Kosakowo jista' jillimita l-kostijiet soċjali u finanzjarji ta' kull restrizzjoni fuq l-attività fl-ajruport ta' Gdańsk. Il-Polonja tirrimarka li ċ-ċaqliq ta' ċertu ammont ta' traffiku tal-ajru mill-ajruport ta' Gdańsk għall-ajruport ta' Gdynia ser jirriżulta f'użu aħjar tal-kapaċità fiż-żewġ ajruporti. |
In-neċessità tal-għajnuna u l-effett ta' inċentiv
|
(92) |
Il-Polonja ssostni li l-kumpanija ma kinitx twettaq il-proġett mingħajr finanzjament pubbliku. Il-Polonja tinnota li l-għajnuna nżammet għal minimu u li l-kostijiet tal-proġett tnaqqsu u tjiebu bl-użu tal-infrastruttura militari eżistenti. |
|
(93) |
Fil-fehma tal-Polonja, l-injezzjonijiet ta' kapital fl-ajruport ta' Gdynia huma neċessarji u limitati għal minimu, kif ikkonfermat minn:
|
|
(94) |
Il-Polonja tkompli tispjega l-proporzjonalità tal-miżura ta' għajnuna, billi tqabbel il-finanzjament pubbliku tagħha (madwar PLN 148 f'termini reali) ma' dak ta' investiment ġdid (l-Ajruport Lublin-Świdnik, li l-kostijiet netti tal-kostruzzjoni tiegħu kienu ta' madwar PLN 420 miljun) u investiment ibbażat fuq mitjar militari (l-Ajruport Warsaw-Modlin, li l-kostruzzjoni tiegħu sa issa ġiet tiswa kważi PLN 454 miljun). |
3.2.2. L-għajnuna operatorja
|
(95) |
Il-Polonja ssostni li l-proġett jissodisfa l-kriterji tal-kompatibbiltà stipulati fir-RAG għall-għajnuna operatorja f'reġjun kopert mill-Artikolu 107(3)(a) TFUE. Fil-fehma tal-Polonja, l-għajnuna operatorja għall-proġett:
|
|
(96) |
Il-Polonja tenfasizza wkoll li l-għajnuna hija intiża għal ajruport żgħir b'kapaċità massima ta' miljun passiġġier fis-sena, li jfisser li r-riskju ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni u li jkollu effett li jmur kontra l-interess komuni huwa minimu, speċjalment fid-dawl tal-kooperazzjoni ppjanata bejn l-ajruporti ta' Gdynia u Gdańsk u l-kumplimentarjetà tal-kooperazzjoni tagħhom. |
|
(97) |
Il-Polonja tirrimarka wkoll li l-kooperazzjoni li qiegħda tiġi nnegozjata bħalissa mal-utent militari tal-ajruport u l-parteċipazzjoni ta' dan tal-aħħar fil-kostijiet operattivi tal-ajruport ser inaqqsu t-telf u l-kostijiet operattivi tal-kumpanija. |
4. OSSERVAZZJONIJIET MINN PARTIJIET TERZI
|
(98) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda osservazzjoni minn partijiet interessati wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-finanzjament mogħti lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd minn Gdynia u Kosakowo. |
5. VALUTAZZJONI
5.1. L-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat
|
(99) |
L-Artikolu 107(1) TFUE jistipula li “kull għajnuna, ta' kull forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” |
|
(100) |
Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, jeħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin. L-appoġġ finanzjarju jrid:
|
5.1.1. L-attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża
|
(101) |
Skont ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tistabbilixxi jekk Gdynia-Kosakowo Airport Ltd hijiex impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Il-kunċett ta' impriża jkopri kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod li bih tiġi ffinanzjata (33). Kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti jew servizzi f'suq partikolari hija attività ekonomika (34). |
|
(102) |
Fis-sentenza tagħha dwar “l-ajruport ta' Leipzig-Halle”, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-operat ta' ajruport għal skop kummerċjali u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport jikkostitwixxu attività ekonomika (35). Ladarba operatur ta' ajruport jipparteċipa f'attivitajiet ekonomiċi billi joffri servizzi ta' ajruport bi ħlas, irrispettivament mill-istatus legali tiegħu jew il-mod li bih jiġi ffinanzjat, dan jikkostitwixxi impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u, għaldaqstant, ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat ikunu kapaċi japplikaw għall-vantaġġi mogħtija mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat lil dak l-operatur tal-ajruport (36). |
|
(103) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-infrastruttura li hija s-suġġett tad-deċiżjoni preżenti għandha titħaddem fuq bażi kummerċjali mill-operatur tal-ajruport Gdynia-Kosakowo Airport Ltd. Billi l-operatur tal-ajruport ser ikun qiegħed jitlob ħlas mingħand l-utenti għall-użu ta' din l-infrastruttura, din tal-aħħar trid titqies bħala kummerċjalment sfruttabbli. Dan għalhekk ifisser li l-entità li tisfrutta din l-infrastruttura tikkostitwixxi impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(104) |
Madankollu, mhux l-attivitajiet kollha ta' operatur ta' ajruport huma neċessarjament ta' natura ekonomika (37). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kompiti li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat abbażi tas-setgħa sovrana tiegħu mhumiex ta' natura ekonomika u ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. F'ajruport, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar, l-attivitajiet neċessarji għall-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġa għat-twettiq ta' dawn l-attivitajiet jitqiesu b'mod ġenerali bħala li huma ta' natura mhux ekonomika (38). Minkejja li l-finanzjament pubbliku ta' tali attivitajiet mhux ekonomiċi ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, irid ikun strettament limitat għall-kumpens għall-kostijiet derivanti minn dawn l-attivitajiet, u ma jistax jintuża biex ikopri kostijiet assoċjati ma' attività ekonomika ta' tip ieħor (39). |
|
(105) |
Tabilħaqq, skont il-ġurisprudenza stabbilita jeżisti vantaġġ meta l-awtoritajiet pubbliċi jeħilsu lill-impriżi mill-kostijiet inerenti għall-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. (40) Għaldaqstant, jekk sistema ġuridika normalment tirrikjedi li l-operaturi tal-ajruporti jġarrbu l-kostijiet ta' ċerti servizzi, allura l-operaturi tal-ajruporti li ma għandhomx għalfejn iġarrbu dawk il-kostijiet għandhom imnejn ikunu vvantaġġati, anke jekk dawk is-servizzi minnhom infushom jitqiesu bħala mhux ekonomiċi. Għalhekk, huwa neċessarju li ssir analiżi tal-qafas ġuridiku applikabbli għal operatur tal-ajruport sabiex jiġi vvalutat jekk, skont dak il-qafas ġuridiku, il-operaturi tal-ajruporti humiex obbligati li jġarrbu l-kostijiet tal-forniment ta' xi attivitajiet li minnhom infushom jaf ma jkunux ekonomiċi, iżda li jkunu inerenti għall-ippożizzjonar tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. |
|
(106) |
Il-Kummissjoni tinnota li fid-deċiżjoni tal-ftuħ tat-2 ta' Lulju 2013, ma kinitx ivvalutat jekk il-liġi Pollakka tirrikjedix lill-operaturi tal-ajruporti li jġarrbu l-kostijiet tas-servizzi li ġew iddikjarati bħala servizzi ta' natura mhux ekonomika. Din id-Deċiżjoni tistqarr biċ-ċar li l-investiment fil-bini u fit-tagħmir li jintuża għall-pumpiera, għad-dwana, għall-gwardji tas-sigurtà fl-ajruporti, għall-pulizija u l-gwardji tal-fruntieri kien jaqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku u għaldaqstant ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (41). Kif spjegat fil-premessa 18, il-Kummissjoni tikkunsidra li, f'dawn iċ-ċirkostanzi partikolari, ma għandhiex tikkontesta din il-konklużjoni fid-deċiżjoni finali tagħha. |
|
(107) |
L-ammont ta' PLN […] miljun (EUR […] miljun) imsemmi fid-deċiżjoni tal-ftuħ għall-kostijiet ta' investiment fil-bini u fit-tagħmir li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku jikkonċerna l-istudju dwar il-MEIP tal-2012. Skont l-istudju dwar il-MEIP tal-2012, il-kostijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku jammontaw għal PLN […] miljun (EUR […] miljun) (42), u l-istudju dwar il-MEIP tal-2011 jirreferi għall-ammont ta' PLN […] miljun (EUR […] miljun) (43). |
|
(108) |
Għalhekk, fid-dawl ta' dak li ntqal iktar 'il fuq, meta l-Kummissjoni tiġi biex tivvaluta l-istudji dwar il-MEIP tal-2010 u tal-2011, ser teskludi dik il-parti tal-investiment li għandha x'taqsam ma' attivitajiet iddikjarati li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku. Minbarra dan, ġaladarba l-finanzjament ta' din il-parti tal-investimenti mhuwiex ikkunsidrat bħala għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni mhijiex ser tordna l-irkupru tiegħu. |
5.1.2. Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat
|
(109) |
Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kull vantaġġ mogħti permezz ta' riżorsi tal-Istat mill-Istat innifsu jew minn kull korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu (44). Għall-finijiet tal-Artikolu 107 TFUE, ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali huma riżorsi tal-Istat (45). Fil-każ preżenti, il-kapital injettat fi Gdynia-Kosakowo Airport Ltd jiġi mill-baġits ta' żewġ awtoritajiet lokali, jiġifieri Gdynia u Kosakowo. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li r-riżorsi taż-żewġ muniċipalitajiet involuti huma riżorsi tal-Istat. |
|
(110) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa irrilevanti jekk il-miżura jkollhiex l-għamla ta' għotja finanzjarja diretta (kontribuzzjoni fi flus kontanti ta' Gdynia u Kosakowo) jew ta' tpartit ta' parti mid-dejn tal-operatur tal-ajruport lil wieħed mill-azzjonisti pubbliċi tiegħu (il-kera dovuta lil Kosakowo) ma' ekwità. Id-dħul mill-kera huwa parti mir-riżorsi finanzjarji ta' Kosakowo u għaldaqstant jikkostitwixxi riżorsi tal-Istat. |
|
(111) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kapital injettat f'Gdynia-Kosakowo Airport Ltd huwa ffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat u imputabbli għall-Istat. |
5.1.3. Vantaġġ ekonomiku
5.1.3.1.
|
(112) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-Polonja qiegħda ssostni, minn naħa waħda, li l-injezzjonijiet ta' kapital huma konformi mal-MEIP, filwaqt li, min-naħa l-oħra, tikkunsidra l-għajnuna bħala kompatibbli, minħabba li l-operatur tal-ajruport ma seta' jagħmel ebda investiment mingħajr il-finanzjament pubbliku. |
|
(113) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżura inkwistjoni f'dan il-każ tagħtix lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd vantaġġ li ma kinitx tirċievi taħt kundizzjonijiet tas-suq normali, il-Kummissjoni trid tqabbel l-imġiba tal-azzjonisti pubbliċi tal-operatur tal-ajruport ma' dik ta' investitur f'ekonomija tas-suq iggwidat minn prospetti ta' profittabilità fuq terminu itwal (46). |
|
(114) |
Kull riperkussjoni pożittiva fuq l-ekonomija tar-reġjun fejn jinsab l-ajruport għandha tiġi injorata fil-valutazzjoni, minħabba li l-Qorti spjegat li l-mistoqsija rilevanti li trid issir meta jiġi applikat l-istudju dwar il-MEIP hija “jekk f'ċirkostanzi simili, azzjonist privat, wara li jkun ikkunsidra l-prevedibbiltà li jikseb ritorn u wara li jkun warrab kull kunsiderazzjoni ta' natura soċjali, ta' politika reġjonali u settorjali, ikunx lest li jissottoskrivi l-kapital inkwistjoni” (47). |
|
(115) |
Il-Polonja ssostni li l-miżuri kkonċernati ma jagħtux vantaġġ ekonomiku lill-ajruport ta' Gdynia, minħabba li huma konformi mal-MEIP. Kif deskritt fit-Taqsima 3.1, bl-għan li tappoġġja dan, il-Polonja ppreżentat ir-riżultati tal-istudji dwar il-MEIP imwettqa minn PWC (48). F'Novembru tal-2013, il-Polonja pprovdiet aktar informazzjoni li tissuġġerixxi li sorsi ġodda ta' dħul (jiġifieri l-bejgħ tal-karburant u s-servizzi ta' navigazzjoni) itejbu n-NPV tal-proġett. Fil-waqt tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Polonja kienet ippreżentat biss l-istudju dwar il-MEIP tal-2012. |
|
(116) |
Minkejja l-fatt li l-ftehim tal-azzjonisti tal-2011 rabat lil Gdynia u Kosakowo li jipprovdu kontribuzzjonijiet fi flus kif ukoll mhux fi flus sabiex jiffinanzjaw il-proġett ta' investiment sal-2040, il-Polonja tisħaq li huma biss l-istudju dwar il-MEIP tal-2012 u l-aħħar informazzjoni dwar il-flussi tad-dħul addizzjonali li huma rilevanti meta jiġi vvalutat jekk l-injezzjonijiet ta' kapital humiex kompatibbli mas-suq intern. |
|
(117) |
Hawn taħt, il-Kummissjoni l-ewwel ser tikkunsidra l-argument tal-awtoritajiet Pollakki li jgħid li l-mistoqsija dwar jekk l-operatur tal-ajruport kienx ivvantaġġat għandha tiġi vvalutata abbażi tal-istudju dwar il-MEIP tal-2012 u informazzjoni li ġiet wara dan, u għaldaqstant, mhux abbażi tal-istudji dwar il-MEIP tal-2010 u tal-2011 (it-Taqsima 5.1.3.2). Imbagħad il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk il-MEIP huwiex issodisfat abbażi tal-istudju dwar il-MEIP tal-2010 (it-Taqsima 5.1.3.3), tal-2011 u tal-2012 (it-Taqsima 5.1.3.4) rispettivament. |
5.1.3.2.
|
(118) |
Fil-Kawża Stardust Marine, il-Qorti ddikjarat li, “[…] sabiex ikun eżaminat jekk l-Istat ikunx adotta jew le l-imġiba ta' investitur prudenti li jopera f'ekonomija tas-suq, jeħtieġ li wieħed iqiegħed lilu nnifsu fil-kuntest tal-perjodu li matulu jkunu ttieħdu l-miżuri ta' appoġġ finanzjarju, sabiex jivvaluta r-razzjonalità ekonomika tal-imġiba tal-Istat u, b'hekk, joqgħod lura milli jagħmel xi valutazzjoni msejsa fuq sitwazzjoni sussegwenti” (49). |
|
(119) |
Barra minn hekk, fil-Kawża EDF, il-Qorti ddeċidiet li, “[…] għall-finijiet li jintwera li, qabel jew fl-istess ħin li jagħti l-vantaġġ, l-Istat Membru ħa dik id-deċiżjoni bħala azzjonista, mhuwiex biżżejjed li jintużaw evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula wara li jkun ingħata l-vantaġġ, fuq is-sejba retrospettiva li l-investiment magħmul mill-Istat Membru kkonċernat kien tabilħaqq profittabbli, jew fuq ġustifikazzjonijiet sussegwenti tal-pjan ta' azzjoni tabilħaqq magħżul” (50). |
|
(120) |
Sabiex tkun tista' tapplika l-MEIP, il-Kummissjoni għandha tqiegħed lilha nnifisha fil-kuntest tal-perjodu li matulu jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet individwali li jikkonċernaw il-konverżjoni tal-mitjar militari preċedenti f'ajruport ċivili. Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni u s-suppożizzjonijiet disponibbli għall-azzjonisti pubbliċi fiż-żmien meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni li tirrigwarda l-arranġamenti finanzjarji tal-proġett ta' investiment. |
|
(121) |
Il-Kummissjoni tqis l-istudju dwar il-MEIP tal-2010 bħala l-aktar wieħed rilevanti għall-finijiet li jiġi stabbilit jekk il-muniċipalitajiet ta' Gdynia u Kosakowo aġixxewx bħala investitur privat. Tabilħaqq, il-valutazzjoni ta' jekk l-intervent tal-Istat huwiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq għandha titwettaq abbażi ta' analiżi ex-ante, billi jiġu kkunsidrati l-informazzjoni u d-dejta disponibbli fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar l-investiment. |
|
(122) |
Il-Kummissjoni tosserva li sa qabel l-2010 kienu twettqu biss studji u xogħlijiet preparatorji għall-proġett ta' investiment inkwistjoni. Dawn kienu jinkludu l-pjan prinċipali għall-proġett ta' investiment, ir-rapport ambjentali, id-dokumentazzjoni tad-disinn għat-terminal tal-avjazzjoni ġenerali, id-dokumentazzjoni tad-disinn għall-bini tal-amministrazzjoni u l-bini tal-pumpiera, id-dokumenti speċjalizzati dwar l-avjazzjoni u studji oħrajn. Sa tmiem l-2010, il-kost ta' dawn l-istudji kien ta' PLN […] miljun (EUR […]) (51). |
|
(123) |
Barra minn hekk, kif tiddikjara l-Polonja, fl-2010, l-azzjonisti pubbliċi tal-operatur tal-ajruport iffinalizzaw it-tħejjijiet għall-proġett ta' investiment inkwistjoni. Fl-istess sena, l-azzjonisti pubbliċi żiedu l-kapital azzjonarju tal-kumpanija għal PLN 6,05 miljun (madwar EUR 1,5 miljun) bl-għan li jimplimentaw il-proġett ta' investiment. L-investimenti ewlenin fl-assi fissi (bħall-kostruzzjoni tat-terminal tal-avjazzjoni ġenerali) kienu ppjanati li jibdew fl-2011, iżda fil-fatt bdew fl-2012. Il-Kummissjoni temmen li kull investitur privat seta' jivvaluta l-profittabilità mistennija tal-proġett f'dak il-mument. Li kieku l-pjan ta' investiment ma weriex rata ta' redditu aċċettabbli jew li kieku kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet dubjużi, investitur privat ma kienx ikun jista' jibda jimplimenta l-pjan u ma kienx jonfoq aktar flus fuqu, minbarra l-flus li kien diġà nefaq fuq ix-xogħlijiet preparatorji msemmija fil-premessa 122. Fir-rigward tal-injezzjonijiet ta' kapital, il-Kummissjoni tinnota li l-ewwel injezzjoni ta' kapital importanti ta' PLN 4,4 miljun ġiet deċiża fid-29 ta' Lulju 2010 (li żiedet bi kważi erba' darbiet il-kapital eżistenti ta' PLN 1,7 miljun), eżatt wara li ġie ffinalizzat l-istudju dwar il-MEIP 2010 fis-16 ta' Lulju 2010. Minbarra dan, il-ftehim tal-azzjonisti dwar iż-żidiet ulterjuri tal-kapital azzjonarju tal-kumpanija sal-2040 (kif jissemma fil-premessa 28) ġie ffirmat fil-11 ta' Marzu 2011 (52) (jiġifieri qabel l-iffinalizzar tat-tieni studju dwar il-MEIP fit-13 ta' Mejju 2011). Barra minn hekk, il-ftehim operattiv mal-utent militari tal-art tal-ajruport u l-ftehim ta' lokazzjoni tal-istess art (kif imsemmi fil-premessa 27) ġew konklużi fl-istess waqt, fis-7 u fil-11 ta' Marzu 2011 rispettivament. Fid-9 ta' Settembru 2010, ftit tax-xhur wara l-istudju dwar il-MEIP tal-2010, Kosakowo kkonkludiet ukoll ftehim ta' kiri mat-Teżor tal-Istat dwar l-art li fuqha jinsab il-mitjar militari (ara l-premessa 26). Dik l-art setgħet tintuża biss sabiex jitwaqqaf ajruport ċivili ġdid (ara l-premessi 25 u 59). |
|
(124) |
Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li l-Polonja kkonfermat (53) li d-deċiżjoni dwar l-injezzjoni ta' kapital meħuda fid-29 ta' Lulju 2010 kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni ekonomika tal-proġett inkluża fl-istudju dwar il-MEIP tal-2010. Għaldaqstant, jidher biċ-ċar li f'dan l-istadju, l-azzjonisti pubbliċi kienu impenjaw ruħhom b'mod inekwivoku għall-proġett ta' investiment inkwistjoni, li kellu jieħu 30 sena biex jiġi implimentat u kien soġġett għall-penali kuntrattwali għan-nuqqas ta' twettiq tal-obbligi sakemm jitlesta f'Settembru tal-2040, kif stipulat fil-ftehim tal-azzjonisti (msemmi fil-premessa 28). |
|
(125) |
Sakemm sar l-ewwel aġġornament tal-MEIP fl-2011, l-azzjonisti pubbliċi kienu diġà injettaw PLN 6,05 miljun fil-kumpanija (ara t-Tabella 3). Minbarra dan, sakemm ġie ffinalizzat it-tieni aġġornament tal-istudju dwar il-MEIP f'Lulju tal-2012, l-azzjonisti pubbliċi kienu injettaw total ta' PLN 64 810 miljun (jiġifieri madwar 70 % tal-kapital kollu injettat). |
|
(126) |
Apparti l-injezzjonijiet ta' kapital lill-operatur tal-ajruport, deskritti iktar 'il fuq, id-diversi studji dwar il-MEIP ippreżentati mill-awtoritajiet Pollakki wkoll iddeskrivew l-infiq ta' kapital ipproġettat (“capex”) (jiġifieri l-esportazzjoni ta' kapital) sal-2030. B'mod partikolari, u kif deskritt fit-Tabella 1, l-istudju dwar il-MEIP tal-2012 juri l-investimenti fl-assi fissi maqsumin f'erbgħa fażijiet. B'mod sinifikanti, skont l-informazzjoni ppreżentata mill-Polonja, in-nefqa ta' kapital fl-2012 kienet tammonta għal PLN […] miljun (li aktar minn nofshom intefqu saħansitra qabel kien beda l-aġġornament tal-istudju tal-2012). Il-Grafika 1 turi l-capex annwali (nominali) kif ippreżentata fl-istudju dwar il-MEIP tal-2012 (madankollu, tneħħiet in-nefqa li taqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku). Grafika 1 Il-capex annwali (l-istudju dwar il-MEIP tal-2012, eskluża n-nefqa li taqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku) […] |
|
(127) |
L-istudju dwar il-MEIP tal-2011 u l-istudju dwar il-MEIP tal-2012 ivvalutaw biss l-emendi għad-deċiżjoni inizjali li kienet ittieħdet fl-2010 abbażi tal-istudju dwar il-MEIP tal-2010 sabiex jingħata bidu għall-proġett ta' investiment. Iż-żewġ studji sussegwenti juru li l-azzjonisti kienu ggwidati mill-iżviluppi fis-suq u kienu qegħdin jadattaw il-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett skonthom ('il fuq jew 'l isfel, skont it-tip ta' investiment). Madankollu, dawn il-bidliet kienu marġinali meta mqabbla mad-deċiżjoni globali li l-bażi militari tinbidel f'ajruport ċivili. Il-Grafika 2 turi n-nefqa ta' kapital (nominali) kif ippreżentata fl-istudji dwar il-MEIP tal-2010, tal-2011 u tal-2012 (eskluża n-nefqa li taqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku). Kif jista' jidher, filwaqt li l-għażla taż-żmien u l-firxa tal-investimenti kienu aġġornati kemm fl-2011 kif ukoll fl-2012, dawn il-bidliet ma kinux sostanzjali meta mqabbla mad-daqs globali tal-proġett. Fl-2010, il-capex nominali ġie stmat li kien madwar PLN […] miljun u din iċ-ċifra żdiedet għal madwar PLN […] miljun fl-2011 (l-aktar minħabba investiment ġdid fl-infrastruttura għat-toroq). Grafika 2 Il-capex (PLN '000) kif ipproġettat fl-istudji dwar il-MEIP tal-2010, tal-2011 u tal-2012 (eskluża n-nefqa li taqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku) […] |
|
(128) |
Fil-premessi 122 u 127, il-Kummissjoni tqis li, sabiex tivvaluta jekk Gdynia u Kosakowo aġixxewx bħala investitur privat prudenti li jopera f'ekonomija tas-suq, din għandha primarjament tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-istudju dwar il-MEIP tal-2010, billi tinjora kull żvilupp ulterjuri u informazzjoni li ma kinitx għad-dispożizzjoni ta' dawk l-azzjonisti pubbliċi fiż-żmien meta ħadu d-deċiżjoni tagħhom li jimplimentaw il-proġett ta' investiment inkwistjoni. |
|
(129) |
Hija xi ħaġa ta' min jistenniha li fid-dawl taċ-ċirkostanzi li ma jibqgħux l-istess, investitur privat jaġġusta pjan ta' investiment matul l-implimentazzjoni tiegħu. Madankollu, f'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha bżonn tivvaluta jekk investitur privat kienx jieħu f'idejh il-proġett li jikkonverti mitjar militari f'ajruport ċivili. Sabiex tagħmel dan, huwa meħtieġ li jkun determinat eżattament meta fil-fatt ittieħdet id-deċiżjoni prinċipali li jitwettaq il-proġett. Abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl (l-injezzjonijiet ta' kapital, il-ftehim ta' kiri u l-ftehim ta' lokazzjoni), il-passi ewlenin kienu diġà ttieħdu qabel l-istudju dwar il-MEIP tal-2011. Billi kull investitur privat kien iwettaq valutazzjoni ex ante tal-profittabilità finanzjarja ta' proġett qabel ma jieħu impenn u jalloka ammont kbir ta' riżorsi jew jidħol f'arranġamenti kuntrattwali vinkolanti, l-istudju dwar il-MEIP tal-2010 huwa l-aktar analiżi rilevanti sabiex tkun ivvalutata il-konformità tal-investiment mas-suq. |
|
(130) |
L-istudji dwar il-MEIP tal-2011 u tal-2012 jagħmlu aġġustamenti għall-pjan ta' investiment inizjali, li abbażi tiegħu ttieħdet id-deċiżjoni inizjali li jingħata bidu għall-proġett tal-konverżjoni tal-mitjar militari. Għalhekk, l-injezzjonijiet ta' kapital implimentati ulterjorment skont dawn l-istudji sussegwenti dwar il-MEIP, ma jistgħux jiġu eżaminati b'mod iżolat. |
5.1.3.3.
|
(131) |
L-istudju dwar il-MEIP tal-2010 huwa bbażat fuq pjan ta' direzzjoni tan-negozju li jipproġetta flussi tal-flus għall-futur għall-perjodu 2010-2040. Fiż-żmien meta twettaq l-istudju dwar il-MEIP, il-Polonja kienet qiegħda tistenna li l-ajruport jibda jilqa' t-traffiku tal-avjazzjoni ġenerali fl-2011, it-titjiriet charter fl-2013 u t-trasportaturi bi prezzijiet baxxi fl-2015. Dan kien jirriżulta f'żieda kostanti fin-numru ta' passiġġieri li jingħataw servizz minn […] passiġġier fl-2013 sa kważi […] miljun fl-2024 u 1 753 miljun fl-2040 (kif muri fit-Tabella 5 ta' hawn taħt). Tabella 5 Il-projezzjonijiet tat-traffiku għall-ajruport ta' Gdynia użati fl-istudju dwar il-MEIP tal-2010 ('000)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(132) |
L-istudju dwar il-MEIP tal-2010, kif ippreżentat mill-Polonja, jinkludi l-kapital neċessarju biex ikunu ffinanzjati l-kostijiet iddikjarati li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku, iżda ma jikkwantifikax dawk il-kostijiet. Min-naħa l-oħra, l-istudju dwar il-MEIP tal-2011 jeskludi dawk il-kostijiet ta' kapital iżda jikkwantifikahom. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett ta' investiment fl-istudji dwar il-MEIP tal-2010 u tal-2011 huwa sostanzjalment l-istess. Minbarra li jeskludi l-kostijiet relatati mal-ambitu ta' ordni pubbliku, l-istudju dwar il-MEIP tal-2011 huwa differenti mill-istudju dwar il-MEIP tal-2010 biss għaliex fih dejta aġġornata dwar il-kostijiet u rata ta' skont, il-kostijiet ivverifikati tal-infrastruttura għat-toroq, ir-riżultat finanzjarju tal-ftehim ta' lokazzjoni ffirmat minn Kosakowo u l-operatur tal-ajruport u l-iskeda ta' injezzjonijiet ta' kapital maqbula minn Kosakowo u Gdynia. Għalhekk, sabiex tneħħi l-allegati kostijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku mill-kalkoli tan-NPV fl-istudju dwar il-MEIP tal-2010, il-Kummissjoni applikat l-istess metodoloġija li kienet ġiet applikata fl-istudju dwar il-MEIP tal-2011 biex ikun determinat is-sehem ta' investiment ta' kapital irrappreżentat mill-kostijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku. B'mod partikolari, l-istudju dwar il-MEIP tal-2011 jindika (54) li […] % tal-kostijiet tat-terminals (għat-terminals tal-passiġġieri u t-terminals tal-avjazzjoni ġenerali) jitqiesu li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku; […] % tal-kostijiet tal-bini bi skop multiplu li jospita lill-pumpiera jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku kif ukoll il-kostijiet kollha relatati maċ-ċint tal-wajer, mat-tagħmir ta' monitoraġġ, mat-tagħmir ta' kontroll tal-bagalji, mat-tagħmir għas-servizz ta' sigurtà tal-ajruport (b'kollox PLN […] miljun; EUR […] miljun). Billi eskludiet l-istess entrati ta' kost ta' kapital u użat l-istess sehem ta' kostijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku għad-diversi binjiet (billi dawn iċ-ċifri huma bbażati fuq l-ispazju ta' art f'dawk il-binjiet attribwiti lill-funzjonijiet ta' sigurtà, li ma nbidlux matul il-perjodu ta' żmien bejn iż-żewġ studji), il-Kummissjoni kkalkolat is-sehem tal-kostijiet ta' investiment fl-istudju dwar il-MEIP tal-2010 li, għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandu jiġi eskluż mill-MEIP għaliex jaqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku. Dawn il-kostijiet jammontaw għal PLN […] miljun (jew EUR […] miljun). |
|
(133) |
Apparti minn hekk, skont l-istudju dwar il-MEIP tal-2010, il-kumpanija ser tkun qiegħda tagħmel profitt fil-livell tal-EBITDA mill-2018. Madankollu, fuq bażi kumulattiva (jiġifieri wara ż-żieda, kull sena, tal-flussi tal-flus tas-snin preċedenti), it-total tal-fluss tal-flus skontat (id-DCF) matul il-perjodu kollu 2010-2040 mistenni jkun negattiv (kif jidher fil-Grafika 3). Fi kliem ieħor, il-flussi tal-flus pożittivi li mistennija jiġu ġġenerati mill-2018 mhumiex għoljin biżżejjed sabiex jikkumpensaw għall-flussi tal-flus negattivi ħafna rreġistrati fil-perjodi ta' investiment preċedenti. Kif jista' jidher, il-fluss tal-flus skontat kumulattiv tal-proġett jibqa' negattiv sal-2040. Grafika 3 Id-DCF kumulattiv f'PLN '000 (skont l-istudju dwar il-MEIP tal-2010) […] Sors: Ibbażat fuq l-istudju dwar il-MEIP tal-2010 u jeskludi n-nefqa li taqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku. |
|
(134) |
Wara l-2040, il-valur tal-operatur tal-ajruport huwa mistenni li jikber b'mod perpetwu, bil-fluss tal-flus disponibbli jikber b'rata stabbli ta' […] %. Skont din is-suppożizzjoni, il-Polonja kkalkolat il-valur finali tal-operatur tal-ajruport fl-2040. Il-valur finali skontat jammonta għal PLN […] miljun. L-istudju oriġinali dwar il-MEIP tal-2010 irriżulta f'valur tal-ekwità pożittiv (55) ta' PLN […] miljun (jiġifieri madwar EUR […] miljun). Dan il-valur tal-ekwità pożittiv huwa dovut għad-differenza mal-valur finali ta' PLN […] miljun, li f'termini assoluti huwa akbar min-NPV tal-fluss tal-flus disponibbli għall-impriża (il-FCFF) stmat għal PLN ([…]) matul il-perjodu 2010-2040. L-IRR tal-proġett ta' investiment kien stmat għal […] %, li huwa ogħla mill-kost tal-kapital preżunt tal-operatur tal-ajruport ([…] %). Meta n-nefqa li taqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku tiġi eskluża, in-NPV tal-fluss tal-flus disponibbli għall-impriża (il-FCFF) jibqa' negattiv ta' PLN ([…]) miljun u l-proġett isir profittabbli biss minħabba l-valur finali kkalkolat ta' PLN […] miljun. Għaldaqstant il-valur tal-ekwità pożittiv tal-proġett (eskluża n-nefqa li taqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku) huwa ta' PLN […] miljun (jiġifieri madwar EUR […] miljun). |
|
(135) |
Għalhekk, il-proġett isir profittabbli biss jekk ikun preżunt li, lil hinn mill-perjodu ta' lokazzjoni ta' 30 sena, l-operatur tal-ajruport ikompli jopera l-ajruport b'mod perpetwu u jikber b'rata stabbli ta' […] % fis-sena (jiġifieri l-valur finali (56)). Madankollu, kif jissemma fil-premessi 25 — 27, l-Istat tal-Polonja huwa sid l-art li fuqha l-ajruport huwa mibni u krieha lil Kosakowo għal perjodu ta' 30 sena sa Settembru tal-2040. Sussegwentement, Kosakowo kriet fit-tul l-art għal 30 sena lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd. Għaldaqstant, skont il-liġi Pollakka applikabbli (l-Artikoli 48 u 191 tal-Kodiċi Ċivili), il-binjiet u l-faċilitajiet kollha mibnija fuq il-proprjetà mikrija li huma fissi permanentement mal-art huma l-proprjetà ta' sid il-proprjetà (it-Teżor tal-Istat) u mhux propjetà ta' Gdynia-Kosakowo Airport Ltd jew Kosakowo. Il-ftehim ta' kiri jistipula li l-proprjetà mikrija trid tiġi rritornata lura lil sid il-kera fi żmien […] wara t-terminazzjoni tal-ftehim ta' kiri (§ 4(16)). Il-ftehim ta' kiri ma jipprevedix għal dritt unilaterali għall-estensjoni tal-kera wara dak il-perjodu jew għal dritt li jingħata xi kumpens għall-investimenti fl-infrastruttura tal-ajruport. Mhuwiex ċar xejn ukoll jekk tali drittijiet jistgħux jiġu invokati skont id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-liġi ċivili Pollakka. Barra minn hekk, il-ftehim ta' kiri (Taqsima 4(11)) u l-ftehim ta' lokazzjoni (Taqsima 5(4)) jistipulaw li meta jiġri li operatur tal-ajruport iwaqqaf l-attività ekonomika tiegħu, l-infrastruttura trid tiġi kkonsenjata lill-Istat mingħajr kumpens. Għaldaqstant l-użu tal-ammont eżatt speċifikat fl-istudju jidher li mhuwiex raġonevoli, billi, skont it-termini tal-ftehim ta' kiri tad-9 ta' Settembru 2010, la l-operatur tal-ajruport u lanqas l-azzjonisti mhuma s-sidien tal-infrastruttura tal-ajruport. Għalhekk, il-valur finali tal-investiment invokat fl-istudji dwar il-MEIP mhuwiex affidabbli u wisq probabbli sopravvalutat b'mod konsiderevoli. |
|
(136) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-fattur ewlieni ta' ħolqien ta' valur tal-flussi tal-flus futuri tal-operatur tal-ajruport ta' Gdynia huwa d-dħul mistenni, li ser jiddependi fuq il-kwantità ta' passiġġieri u fuq il-livell tal-imposti tal-ajruport imħallsa mill-kumpaniji tal-ajru. Fl-istudju dwar il-MEIP tal-2010, id-dħul mil-LCC u mit-titjiriet charter (miżati tal-passiġġieri, tal-inżul u tal-parkeġġ) jammonta għal [80 — 90] % tad-dħul kollu fl-2040 u għal medja ta' [80 — 90] % tad-dħul kollu matul il-perjodu kollu vvalutat, jiġifieri mill-2010 sal-2040. Dan jikkontradixxi d-dikjarazzjonijiet tal-Polonja li l-attivitajiet tal-ajruport ta' Gdynia jkunu jikkumplimentaw lil dawk tal-ajruport ta' Gdańsk għaliex l-ajruport ta' Gdynia jkun jiffoka fuq l-attivitajiet tal-avjazzjoni ġenerali. Fil-fatt, kif muri mid-dejta ppreżentata iktar 'il fuq, l-LCC u t-titjiriet charter huma s-sors ewlieni ta' dħul f'ħafna mis-snin koperti mill-previżjoni. Madankollu, kif ser jiġi spjegat f'aktar dettall iktar 'l isfel, il-biċċa l-kbira tad-dħul tal-ajruport ta' Gdańsk tiġi wkoll mil-LCC u mit-titjiriet charter (ara l-premessa 140). |
|
(137) |
Fil-kuntest tad-domanda fost il-passiġġieri u tad-domanda fost it-trasportaturi tal-ajru, il-Kummissjoni tosserva li l-ajruport ta' Gdynia jkollu l-istess żona ta' lħuq bħall-ajruport ta' Gdańsk, li jinsab biss madwar 25 km bogħod mill-ajruport ta' Gdynia-Kosakowo. Fl-2012, l-ajruport ta' Gdańsk ġie estiż sabiex ikun ta' servizz għal mhux aktar minn ħames miljun passiġġier, filwaqt li hija ppjanata estensjoni oħra għall-2015 sabiex ikun ta' servizz għal mhux aktar minn seba' miljun passiġġier. Din l-iskeda ta' żmien għall-espansjoni kienet diġà magħrufa pubblikament fl-2010, jiġifieri fiż-żmien meta tħejja l-istudju dwar il-MEIP tal-2010. (57) Barra minn hekk, il-finanzjament pubbliku għall-estensjoni tal-ajruport ta' Gdańsk għall-kapaċità ta' ħames miljun passiġġier kien innotifikat ukoll lill-Kummissjoni fl-24 ta' Settembru 2008 permezz tal-każ dwar l-għajnuna mill-Istat Nru. N 472/08 u kien approvat mill-Kummissjoni fil-5 ta' Frar 2009 (58). |
|
(138) |
Il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni li l-pjan prinċipali mħejji għall-ajruport ta' Gdańsk fl-2010 (59) jipprevedi għall-estensjoni tar-runway, taż-żoni asfaltati tal-ajruport u ta' infrastruttura oħra fl-ajruport, li permezz ta' hekk, fil-ġejjieni, l-ajruport ta' Gdańsk ikun jista' jilqa' 'l fuq minn 10 miljun passiġġier fis-sena. |
|
(139) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li fl-2010 l-ajruport ta' Gdańsk laqa' 2,2 miljun passiġġier (jiġifieri uża 45 % tal-kapaċità tiegħu, inkluża l-kapaċità li kienet għadha qiegħda tinbena). Skont il-previżjonijiet ipprovduti għall-ajruport ta' Gdańsk, sal-2020 mistennija tintuża biss bejn 50 u 60 % tal-kapaċità disponibbli (60). Dawn il-previżjonijiet ma jikkunsidrawx il-bidu tal-operazzjonijiet fl-ajruport ta' Gdynia (jiġifieri huwa preżunt li d-domanda kollha fiż-żona ta' lħuq tiġi ssodisfata mill-ajruport ta' Gdańsk). Il-Kummissjoni tinnota li l-ajruport ta' Gdańsk ser ikun jista' jissodisfa d-domanda fir-reġjun għal perjodu twil ta' żmien, jiġifieri sa mill-inqas l-2030, anke jekk huwa preżunt tkabbir dinamiku fit-traffiku tal-passiġġieri. |
|
(140) |
Kif indikat iktar 'il fuq, l-istudju dwar il-MEIP tal-2010 għall-ajruport ta' Gdynia qiegħed jistenna li l-biċċa l-kbira tad-dħul tiegħu ([80 — 90] % bħala medja għall-perjodu kollu 2012 — 2040) tiġi ġġenerata mil-LCCs u mill-kumpaniji li joperaw titjiriet charter. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li anke l-ajruport ta' Gdańsk jilqa' primarjament it-traffiku ta' titjiriet charter u LCC. Fl-2010, il-passiġġieri fuq titjiriet charter u LCC kienu jammontaw għal 72 % tal-passiġġieri kollha milqugħa mill-ajruport ta' Gdańsk (61). |
|
(141) |
Minħabba l-pożizzjoni viċin ferm ta' ajruport ieħor stabbilit u mhux konġestjonat li jsegwi l-istess mudell kummerċjali b'kapaċità żejda sinifikanti fuq medda twila, il-Kummissjoni tqis li l-kapaċità tal-operatur tal-ajruport ta' Gdynia li jattira t-traffiku u l-passiġġieri ser tiddependi ħafna fuq il-livell ta' imposti tal-ajruport offruti lill-kumpaniji tal-ajru, b'mod partikolari meta mqabbla ma' dawk tal-eqreb kompetituri tiegħu. |
|
(142) |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva li l-istudju dwar il-MEIP tal-2010 jipprevedi ħlas mill-passiġġieri għat-titjiriet charter u LCC ta' PLN 25/PAX (EUR 6,25) sal-2014 u ta' PLN 40/PAX (EUR 10) mill-2015 (sal-2040). L-imposta tal-inżul għal tali titjiriet ġiet stabbilita għal PLN 25 għal kull tunnellata (EUR 6,25) għall-perjodu kollu (il-piż massimu tat-tluq (il-MTOW, maximum take-off weight) medju kien preżunt li kien 70 tunnellata), filwaqt li l-imposta tal-parkeġġ kienet stmata li kienet PLN 4 (EUR 1,0) għal kull 24 siegħa għal kull tunnellata (b'MTOW medju ta' 70 tunnellata). Skont l-istudju dwar il-MEIP tal-2010, il-prezzijiet ġew stabbiliti f'livelli paragunabbli ma' dawk f'ajruporti reġjonali oħrajn fiż-żmien meta twettaq l-istudju dwar il-MEIP tal-2010. Il-prezzijiet mitluba fl-ajruport ta' Gdynia ġew stabbiliti wkoll fuq is-suppożizzjoni li ma kien ser ikun hemm ebda kompetizzjoni mill-ajruport ta' Gdańsk. |
|
(143) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-iskeda tat-tariffi applikata mill-ajruport ta' Gdańsk mill-31 ta' Diċembru 2008 tiffissa l-imposta standard tal-passiġġieri għal PLN 48/PAX (EUR 12,0), l-imposta standard tal-inżul għall-inġenji tal-ajru ta' 'l fuq minn żewġ tunnellati (jiġifieri inklużi l-inġenji tal-ajru kollha li joperaw titjiriet charter u LCC) għal PLN 25/tunnellata (EUR 6,25) u l-imposta tal-parkeġġ għal PLN 4.5 għal kull 24 siegħa għal kull tunnellata (EUR 1,25). |
|
(144) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-iskeda tat-tariffi applikata fl-ajruport ta' Gdańsk toffri wkoll diversi skontijiet u ribassi li jikkonċernaw, fost l-oħrajn, it-titjiriet LCC. L-ajruport ta' Gdańsk applika imposta mnaqqsa għall-passiġġieri ta' PLN 24/PAX (EUR 6) għall-konnessjonijiet ġodda kollha (mill-1 ta' Jannar 2004) u għaż-żidiet kollha fil-frekwenza li jinvolvu inġenju tal-ajru b'MTOW ta' bejn 50 u 100 tunnellata (pereżempju Airbus A320 u Boeing 737 u inġenji tal-ajru oħrajn li jintużaw mil-LCCs). L-imposta tal-inżul applikata għal tali konnessjonijiet titnaqqas ukoll b'50 % (jiġifieri għal PLN 12.5/tunnellata). L-imposta tal-parkeġġ tiġi rrinunzjata kompletament jekk il-frekwenza ta' konnessjoni tkun ta' mill-inqas sitt darbiet fil-ġimgħa. Barra minn hekk, l-imposta standard tal-passiġġieri l-ewwel titnaqqas b'PLN 23 għall-passiġġieri kollha li jkunu ser jitilqu fuq konnessjonijiet domestiċi skedati. Imbagħad jiġi applikat skont xieraq. Il-Kummissjoni tikkunsidra, meta tqis l-iskontijiet u r-ribassi applikati fl-ajruport ta' Gdańsk, li l-imposti tal-ajruport fl-ajruport ta' Gdynia kienu bħala medja kunsiderevolment ogħla minn dawk tal-ajruport stabbilit fil-viċin. Bl-applikazzjoni tal-imposti tal-ajruport inkwistjoni, l-ajruport ta' Gdynia, bħala parteċipant ġdid, mhux ser ikun jista' jattira traffiku sinifikanti meta jkun hemm ajruport stabbilit b'kapaċità żejda fl-istess żona ta' lħuq, li japplika imposti netti aktar baxxi għal konnessjonijiet ġodda u żidiet fil-frekwenza fuq il-konnessjonijiet eżistenti. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-iskeda tal-imposti tal-ajruport għall-ajruport ta' Gdańsk tistabbilixxi li l-imposti skontati għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2028. Minħabba li l-istudju dwar il-MEIP tal-2010 (abbażi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-operatur tal-ajruport f'dak il-mument) jqis l-imposti tal-ajruport bħala s-sors prinċipali tad-dħul tal-operatur tal-ajruport, il-Kummissjoni tikkunsidra din is-soluzzjoni bħala prova li l-istudju dwar il-MEIP tal-2010 mhuwiex solidu u kredibbli biżżejjed biex juri li l-proġett ta' investiment inkwistjoni kien ikun segwit minn investitur privat. |
|
(145) |
Peress li kemm l-ajruport ta' Gdynia kif ukoll l-ajruport ta' Gdańsk kienu jkunu jiffukaw primarjament fuq it-trasportaturi bi prezzijiet baxxi u charter, li l-ajruport ta' Gdańsk ma jużax il-kapaċità sħiħa tiegħu, li l-imposti proprji tiegħu huma aktar baxxi minn dawk preżunti fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' Gdynia u l-viċinanza mqarrba taż-żewġ ajruporti, il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li s-suppożizzjoni li mhux ser ikun hemm kompetizzjoni fil-prezzijiet bejn iż-żewġ ajruporti hija waħda żbaljata. |
|
(146) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li fil-mument tat-tħejjija tal-istudju dwar il-MEIP tal-2010, l-imposti netti (l-imposti standard wara l-iskontijiet applikabbli) applikati fl-ajruport ta' Bydgoszcz (li jinsab 196 kilometru u sagħtejn u 19-il minuta bogħod bil-karozza mill-ajruport ta' Gdynia) u fl-ajruport ta' Szczecin (li jinsab 296 kilometru u erbgħa sigħat u 24 minuta bogħod bil-karozza mill-ajruport ta' Gdynia), li huma t-tieni u t-tielet l-eqreb ajruporti reġjonali Pollakki, kienu ferm aktar baxxi (62). |
|
(147) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal iktar 'il fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, minħabba l-viċinanza mqarrba ma' ajruport mhux konġestjonat ieħor li jsegwi l-istess mudell kummerċjali, l-imposti tal-ajruport imsemmija fl-istudju dwar il-MEIP tal-2010, li huma ogħla minn dawk applikati fi Gdańsk u f'ajruporti reġjonali oħrajn fil-qrib, mhumiex realistiċi. Fid-dawl tas-sitwazzjoni kompetittiva tal-ajruport ta' Gdynia, il-previżjonijiet tat-traffiku inklużi fl-istudju dwar il-MEIP tal-2010 kienu bbażati fuq suppożizzjonijiet mhux realistiċi. |
|
(148) |
Għandha tinġibed ukoll l-attenzjoni għall-fatt li l-istudju dwar il-MEIP tal-2010 la kien jinvolvi analiżi tas-sensittività u lanqas xi valutazzjoni tal-probabbiltà ta' eżitu (bħall-agħar, l-aqwa xenarju possibbli u xenarju bażi). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li x-xenarju ppreżentat fl-istudju dwar il-MEIP tal-2010 jidher li jistrieħ fuq suppożizzjonijiet ottimisti żżejjed fir-rigward tal-iżvilupp tat-traffiku tal-passiġġieri u l-livell tal-imposti. |
|
(149) |
Il-Kummissjoni wettqet għadd ta' kalkoli tas-sensittività u tinnota li t-tnaqqis b'[…] % (matul il-perjodu ta' projezzjoni 2010-2040) fid-dħul annwali mill-imposti tal-passiġġieri marbutin mat-traffiku tat-titjiriet charter u tal-LCC huwa biżżejjed sabiex il-proġett ma jkunx profittabbli, minkejja l-valur finali sinifikanti li kif spjegat fil-premessa 135, fih innifsu huwa inċert. Tali tnaqqis fid-dħul jista' jseħħ jekk l-imposti u/jew it-traffiku jkunu aktar baxxi milli preżunt. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-imposti tal-ajruport imsemmija fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju użat għall-istudju dwar il-MEIP tal-2010 huma diġà […] % ogħla milli huma fl-ajruport ta' Gdańsk (63). F'dan il-kuntest, huwa improbabbli ħafna li l-ajruport ta' Gdynia jkun jista' jattira t-traffiku mingħajr ma jipprovdi ribass sinifikanti fuq l-imposta ta' PLN 40 (EUR 10) speċifikata fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju. Għalhekk, is-sensittività għolja tan-NPV għal tnaqqis apparentement marġinali fl-imposti tal-ajruport (li jirriżulta minn suppożizzjonijiet realistiċi) tixħet dubju sinifikanti fuq il-kredibbiltà tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju inizjali. |
|
(150) |
Filwaqt li l-istudju dwar il-MEIP tal-2010 kien ibbażat fuq il-projezzjonijiet tat-traffiku li kienu disponibbli dak iż-żmien u ma għandhiex tintuża informazzjoni ex-post sabiex jiġi vvalutat direttament l-istudju dwar il-MEIP, il-Kummissjoni, madankollu tinnota kemm tali projezzjonijiet kienu ottimisti żżejjed. Tabilħaqq, tqabbil bejn il-projezzjonijiet tat-traffiku tal-2010 u dawk tal-2012 juri differenzi sinifikanti. Mhux biss kien hemm dewmien fil-bidu tal-proġett, imma apparti dan, matul il-perjodu ta' “EBITDA pożittiv”, il-projezzjonijiet tat-traffiku tnaqqsu bi […] għal […] % f'kull sena. Tali korrezzjoni sinifikanti wara biss sentejn u mingħajr ebda tibdil sinifikanti fiċ-ċirkostanzi tikkostitwixxi kontroll tas-sens utli tas-suppożizzjonijiet inizjali. Din tikkonferma wkoll il-fatt li l-kontrolli tas-sensittività mwettqa mill-Kummissjoni (li, meta mqabbla, għandhom kamp ta' applikazzjoni ferm aktar ristrett) jixħtu aktar dawl fuq in-natura mhux realistika tas-suppożizzjonijiet li fuqhom hija msejsa l-konklużjoni li l-proġett kien wieħed utli. Tabella 6 Tqabbil tal-previżjonijiet tat-traffiku tal-passiġġieri użati fl-istudju dwar il-MEIP tal-2010 u fl-istudju dwar il-MEIP tal-2012
|
|
(151) |
Testijiet tas-sensittività ulterjuri jindikaw li l-proġett ma jibqax profittabbli jekk id-dħul globali jkun biss […] % fis-sena aktar baxx matul il-perjodu ta' projezzjoni kollu jew jekk id-dħul ikun […] % aktar baxx u l-kostijiet operattivi jkunu […] % ogħla. Għalhekk, il-profittabilità tal-investiment hija sensittiva ħafna għall-bidliet żgħar fis-suppożizzjonijiet bażiċi. Il-Kummissjoni tqis dawn il-bidliet bħala marġinali meta mqabbla mal-bidliet magħmula fl-istudji dwar il-MEIP suċċessivi. |
|
(152) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li r-riżultati pożittivi tal-istudju dwar il-MEIP tal-2010 jiddependu ħafna wkoll fuq il-valur finali tal-investiment fi tmiem il-perjodu kopert mill-pjan ta' direzzjoni tan-negozju (jiġifieri fl-2040). Tabilħaqq, il-fluss tal-flus skontat tal-kumpanija għall-perjodu 2010-2040 huwa negattiv u jammonta għal PLN (– […] miljun). Il-valur finali skontat fit-30 ta' Ġunju 2010 jammonta għal PLN […] miljun. |
|
(153) |
Fir-rigward tas-suppożizzjonijiet sottostanti l-kalkoli, il-valur finali kien ikkalkolat abbażi tas-suppożizzjonijiet li r-rata ta' tkabbir annwali għall-fluss tal-flus tal-investiment wara l-2040 tkun tammonta għal […] % b'mod perpetwu. Skont il-prattika standard, ir-rata ta' tkabbir ta' impriża ma għandhiex tkun ogħla minn dik tal-ekonomija fejn topera (jiġifieri f'termini ta' tkabbir tal-PDG). Tabilħaqq, il-valur finali jiġi kkalkolat fil-mument meta l-impriża tkun mistennija tilħaq maturità u meta, ikun għalhekk għadda l-perjodu ta' tkabbir għoli tal-impriża. Minħabba li l-ekonomija mistennija tkun tikkonsisti f'impriżi bi tkabbir għoli u oħrajn bi tkabbir stabbli, ir-rata ta' tkabbir tal-impriżi maturi għandha għaldaqstant tkun aktar baxxa mir-rata ta' tkabbir medja tal-ekonomija globali. Fil-kummenti tagħha, il-Polonja ma indikatx il-bażi li fuqha għażlet rata ta' tkabbir fuq terminu twil ta' […] %, iżda spjegat li r-rata ta' tkabbir fuq terminu twil hija rata ta' tkabbir nominali. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-FMI, il-Kummissjoni rriżultalha li l-previżjonijiet għat-tkabbir tal-PDG reali fil-Polonja disponibbli fil-bidu tal-2010 indikaw li r-rata ta' tkabbir nominali tal-ekonomija Pollakka tvarja minn 5,6 % fl-2011 sa 6,6 % fl-2015. B'inflazzjoni ta' madwar 2,5 %, il-PDG reali jista' jkun mistenni li jikber b'4 %. B'hekk, l-għażla ta' rata ta' tkabbir nominali ta' […] % għall-ajruport ta' Gdynia mal-ewwel daqqa ta' għajn tista' titqies li hija konformi mal-informazzjoni disponibbli fil-mument u mal-prattika standard li tintgħażel rata ta' tkabbir aktar baxxa mit-tkabbir tal-ekonomija. Madankollu, bl-għażla ta' rata ta' tkabbir fuq terminu twil u 'il fuq mill-inflazzjoni (li f'April tal-2010 kienet stmata bħala 2,5 %), il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju jassumi li l-ajruport għandu jkompli jikber kull sena wara l-2040. Tabella 7 Dejta u previżjonijiet li jikkonċernaw il-PDG u l-inflazzjoni disponibbli mill-FMI f'April tal-2010
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(154) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li f'dan il-każ, minħabba l-perjodu ta' projezzjoni partikolarment twil u d-data mbiegħda li għaliha ġie kkalkolat il-valur finali, il-kompitu sabiex tiġi stabbilita l-aktar rata ta' tkabbir xierqa huwa ferm aktar kumpless u l-inċertezza hija ferm akbar. Tabilħaqq, il-previżjonijiet dwar it-tkabbir tal-PDG rari jmorru lil hinn minn perjodu ta' ħames snin, filwaqt li f'dan il-każ il-mudell kellu jipprevedi rata ta' tkabbir raġonevoli għall-ajruport wara li jkun ilu jopera għal 30 sena. Dan il-fatt jindika li investitur prudenti kien iwettaq sensiela ta' testijiet tas-sensittività. |
|
(155) |
Il-mudell tar-rata ta' tkabbir stabbli li jintuża sabiex jiġi kkalkolat il-valur finali f'dan il-każ jirrikjedi wkoll li jsiru suppożizzjonijiet dwar id-data li fiha l-impriża mistennija tibda tikber b'rata stabbli b'tali mod li tkun tista' ssostni lilha nnifisha b'mod perpetwu. Fl-istudju dwar il-MEIP tal-2010, din id-data ġiet stabbilita bħala l-2040, li tfisser perjodu ta' projezzjoni ta' 30 sena (2010-2040). Fl-istudju dwar il-MEIP tal-2012, il-perjodu ta' projezzjoni tnaqqas għal 18-il sena (2012-2030) u, għalhekk, il-valur finali ġie kkalkolat fl-2030. Jekk jiġi applikat l-istess perjodu ta' żmien għall-istudju dwar il-MEIP tal-2010, in-NPV tal-proġett jitnaqqas b'mod sinifikanti (PLN […] miljun jew EUR […] miljun). |
|
(156) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-istudju dwar il-MEIP tal-2012 isemmi speċifikament li investitur prudenti kien jikkunsidra l-fatt li l-proġett jinvolvi perjodu ta' żmien partikolarment twil qabel ikun jista' jilħaq profittabilità (Ara t-Taqsima 4.10.1.2 tal-istudju dwar il-MEIP tal-2012, li fiha ġie konkluż li “Ir-riżultat pożittiv tal-valur preżenti nett juri li l-investiment fl-Ajruport ta' Gdynia-Kosakowo jista' jkun biċċa negozju interessanti għall-investituri potenzjali. Madankollu, qabel tittieħed kull deċiżjoni, l-investituri ser ikollhom jikkunsidraw ukoll il-perjodu ta' żmien tal-investiment fuq terminu twil tipiku tal-proġetti ta' investiment fl-infrastruttura”). |
Il-Konklużjoni
|
(157) |
Il-proġett tal-konverżjoni tal-ajruport ta' Gdynia-Kosakowo jinvolvi investiment sinifikanti u perjodu twil ta' flussi ta' flus negattivi. Tabilħaqq, il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju juri li l-fluss ta' flus skontat kumulattiv matul il-perjodu ta' projezzjoni 2010-2040 huwa negattiv (– […] miljun jew — EUR […] miljun). Skont il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju, il-proġett jilħaq biss ċifri pożittivi bis-saħħa tal-valur finali skontat ta' PLN […] miljun ikkalkolat għall-2040 u b'mod perpetwu wara, jekk wieħed jassumi li l-ajruport ikompli jikber kull sena u b'mod perpetwu wara b'rata nominali ta' […] %). Madankollu, kif spjegat fil-premessa 135, jidher li la l-operatur tal-ajruport u lanqas l-azzjonisti tiegħu mhuma s-sidien tal-art, billi din tibqa' proprjetà tat-Teżor tal-Istat, u għaldaqstant il-valur finali ppreżentat għall-ajruport mhuwiex affidabbli. Aktar minn hekk, minkejja l-inċertezzi sinifikanti inerenti fi proġett fuq terminu twil bħal dan, il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ma jinkludi ebda analiżi tas-sensittività u, għalhekk, huwa differenti mill-analiżi li seta' jwettaq investitur prudenti għal tali proġett. |
|
(158) |
Barra minn hekk, l-analiżi tal-Kummissjoni kkonkludiet li l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju jiddependi fuq sensiela ta' suppożizzjonijiet li huma ottimistiċi żżejjed u mhux realistiċi minħabba l-viċinanza tal-ajruport ta' Gdańsk, li għandu l-istess mudell kummerċjali, kapaċità żejda u pjanijiet għall-espansjoni. Bosta testijiet tas-sensittività jindikaw li n-NPV tal-proġett isir negattiv f'każ ta' modifiki minuri u realistiċi fis-suppożizzjonijiet sottostanti. |
|
(159) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal iktar 'il fuq, il-Kummissjoni tqis li investitur privat kieku ma kienx jiddeċiedi li jagħti bidu għall-proġett ta' investiment inkwistjoni abbażi tal-istudju dwar il-MEIP tal-2010. Għalhekk, id-deċiżjoni tal-muniċipalitajiet ta' Gdynia u Kosakowo li jiffinanzjaw il-konverżjoni tal-mitjar f'ajruport ċivili tagħti vantaġġ ekonomiku lill-operatur tal-ajruport li ma kienx kieku jikseb f'kundizzjonijiet tas-suq normali. |
5.1.3.4.
L-applikazzjoni tal-MEIP abbażi tal-istudju dwar il-MEIP tal-2011:
|
(160) |
L-ewwel aġġornament tal-istudju dwar il-MEIP twettaq f'Mejju tal-2011. Anke jekk l-injezzjonijiet ta' kapital li saru wara li twettaq dan l-istudju dwar il-MEIP kienu mwiegħda qabel Mejju tal-2011 (ara l-premessa 51 iktar 'il fuq), il-Kummissjoni vvalutat ukoll jekk, abbażi tal-informazzjoni inkluża f'dan l-istudju ekonomiku, l-injezzjonijiet ta' kapital jistgħux jitqiesu bħala li jirriflettu l-imġiba ta' investitur privat li jopera f'ekonomija tas-suq. Fl-istudju dwar il-MEIP tal-2011, id-dħul mill-proġett inżamm kostanti, iżda n-nefqa ta' kapital żdiedet (ara l-Grafika 2 li turi l-infiq kumulattiv tal-investiment). Dan l-istudju jikkunsidra wkoll l-injezzjonijiet ta' kapital preċedenti u n-nefqa ta' kapital li kienet diġà saret. Il-WACC tnaqqset bi ftit (minn […] % għal […] %) u r-rata ta' tkabbir fit-tul tnaqqset minn […] % għal […] %. Dawn l-aġġornamenti rriżultaw f'NPV ferm aktar baxx ta' PLN […] miljun (madwar EUR […]). Dan kien dovut għal telf ogħla (il-fluss tal-flus skontat matul il-perjodu 2011-2030 jammonta għal PLN – […] miljun), filwaqt li l-valur finali għandu jonqos bi ftit, għal PLN […] miljun. |
|
(161) |
Fir-rigward tad-domanda tal-passiġġieri u dħul relatat, il-Kummissjoni tqis li l-argumenti ppreżentati fil-premessi 136 — 141 li jikkonċernaw il-kompetizzjoni tal-ajruport ta' Gdynia għall-kumpaniji tal-ajru u l-passiġġieri mal-ajruport ta' Gdańsk japplikaw ukoll għall-valutazzjoni tal-istudju dwar il-MEIP tal-2011. |
|
(162) |
Il-Kummissjoni tosserva b'mod partikolari li l-livell ta' imposti tal-ajruport ikkwotati fl-istudju dwar il-MEIP tal-2011 kien l-istess bħal fl-istudju dwar il-MEIP tal-2010. |
|
(163) |
Minħabba li, fl-2011, l-ajruporti ta' Gdańsk, Bydgoszcz u Szczecin applikaw l-istess tariffi bħal fl-2010 (inklużi l-istess skontijiet), il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-livell tal-imposti fl-istudju dwar il-MEIP tal-2011 għall-ajruport ta' Gdynia hija l-istess bħal dik li twettqet għall-istudji dwar il-MEIP tal-2010 (ara l-premessi 141 sa 147). |
|
(164) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li investitur f'ekonomija tas-suq immexxi mill-prospett tal-profittabilità ma jibbaża ebda deċiżjoni ta' investiment fil-proġett inkwistjoni fuq imposti ferm ogħla mill-imposti netti applikati f'ajruporti reġjonali Pollakki oħrajn (64), speċjalment fl-ajruport ta' Gdańsk. |
|
(165) |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li imposta tal-ajruport imnaqqsa komparabbli mal-imposti tal-ajruporti mħallsin f'ajruporti reġjonali Pollakki oħrajn (pereżempju Gdańsk, Bydgoszcz, Szczecin, Lublin) tirriżulta f'valur tal-ekwità negattiv. |
|
(166) |
Il-Kummissjoni għamlet għadd ta' kalkoli tas-sensittività u tinnota li t-tnaqqis b'sempliċiment […] % (matul il-perjodu ta' projezzjoni 2010-2040) fid-dħul annwali mill-imposti tal-passiġġieri marbutin mat-traffiku tat-titjiriet charter u tal-LCC huwa biżżejjed sabiex il-proġett ma jkunx profittabbli, minkejja l-valur finali sinifikanti. |
|
(167) |
Testijiet tas-sensittività ulterjuri jissuġġerixxu li l-proġett ma jibqax profittabbli jekk id-dħul globali jkun biss […] % fis-sena aktar baxx matul il-perjodu ta' projezzjoni kollu jew jekk id-dħul ikun […] % aktar baxx u l-kostijiet operattivi jkunu […] % ogħla. Għalhekk, il-profittabilità tal-investiment hija sensittiva ħafna għall-bidliet żgħar fis-suppożizzjonijiet bażiċi. |
|
(168) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li r-riżultati pożittivi tal-istudju dwar il-MEIP tal-2011 jiddependu ħafna wkoll fuq il-valur finali tal-investiment fi tmiem il-perjodu kopert mill-pjan ta' direzzjoni tan-negozju (jiġifieri fl-2040). Kif spjegat fil-premessa 135, jeżistu dubji dwar jekk il-valur final tal-investiment jmurx kollu kemm huwa jew anke parzjalment għand l-operatur tal-ajruport jew l-azzjonisti tiegħu. |
|
(169) |
Minħabba f'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li, l-istess bħall-istudju dwar il-MEIP tal-2010, l-istudju dwar il-MEIP tal-2011 huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet mhux realistiċi, b'mod partikolari dwar il-projezzjonijiet tat-traffiku u l-imposti tal-ajruport. Għalhekk, abbażi wkoll tal-istudju dwar il-MEIP tal-2011, id-deċiżjoni tal-muniċipalitajiet ta' Gdynia u Kosakowo li jiffinanzjaw il-konverżjoni tal-mitjar ta' Gdynia-Kosakowo (Gdynia-Oksywie) f'ajruport tal-avjazzjoni ċivili mhijiex konsistenti mal-MEIP u għaldaqstant tagħti vantaġġ ekonomiku lill-operatur tal-ajruport li ma kienx kieku jinkiseb f'kundizzjonijiet tas-suq normali. |
L-applikazzjoni tal-MEIP abbażi tal-istudju dwar il-MEIP tal-2012:
|
(170) |
Il-Polonja hija tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità mal-MEIP abbażi tal-istudju dwar l-MEIP tal-2012. Il-Kummissjoni tinnota li l-istudju tal-MEIP tal-2012 jikkunsidra l-injezzjonijiet ta' kapital preċedenti u n-nefqa ta' kapital li kienet diġà saret. L-istudju dwar il-MEIP tal-2012 juri li l-finanzjament ipprovdut lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd jirriżulta f'valur ta' ekwità pożittiv ta' PLN […] miljun (madwar EUR […] miljun) għall-azzjonisti tagħha. Barra minn hekk, l-IRR tal-proġett ta' investiment ta' […] % hija ogħla mill-previżjoni tal-kost ta' kapital tal-operatur tal-ajruport ([…] %) (65). |
|
(171) |
L-istudju dwar il-MEIP tal-2012 iqabbel il-valur tal-ekwità tal-kumpanija b'investimenti ulterjuri f'sitwazzjoni fejn l-ajruport il-ġdid isir operattiv (ix-“xenarju bażiku”) mal-valur tal-ekwità tal-kumpanija mingħajr investimenti ulterjuri f'sitwazzjoni fejn il-proġett ta' investiment ma tkompliex minn Ġunju tal-2012 (ix-“xenarju kontrofattwali”) (66). |
|
(172) |
Dan l-approċċ huwa fundamentalment żbaljat għall-fini li jkun ivvalutat jekk il-konverżjoni tal-mitjar militari f'ajruport ċivili tinvolvix għajnuna mill-Istat, ladarba tinjora l-ammonti sostanzjali ta' kapital li diġà ġew investiti fl-ajruport. Ix-xenarju kontrofattwali korrett kellu jkun li l-implimentazzjoni tal-proġett ma tinbediex għal kollox. Il-Kummissjoni tinnota li investitur privat ma kienx jinvesti fil-proġett mill-bidu nett jekk il-pjanijiet sabiex jiġi żviluppat ajruport ċivili ġdid fiż-żona ma kinux juru prospett realistiku li jsir profitt minn tali investiment. Għaldaqstant, ix-xenarju kontrofattwali ddefinit fl-istudju dwar il-MEIP tal-2012 huwa mxekkel minn deċiżjonijiet preċedenti li ma rriflettewx l-imġiba ta' investitur privat. Bħall-injezzjonijiet ta' kapital preċedenti, li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għaliex operatur tas-suq privat ma kienx iwettaqhom, injezzjonijiet ta' kapital sussegwenti fl-istess proġett ukoll jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
|
(173) |
Il-Kummissjoni tosserva li x-xenarju bażiku fl-istudju dwar il-MEIP tal-2012 ipprovdut mill-Polonja huwa bbażat fuq pjan ta' direzzjoni tan-negozju li jipprevedi għall-flussi tal-flus futuri għall-investituri tal-ekwità matul il-perjodu 2012-2030 (jiġifieri perjodu ta' tkabbir għoli) (67). Il-flussi tal-flus futuri previsti huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-ajruport ser jibda l-attivitajiet tiegħu fl-2013. Fiż-żmien meta sar l-istudju dwar il-MEIP tal-2012, il-Polonja kienet qiegħda tistenna li l-ajruport ikun ta' servizz għal […] passiġġier fl-2014 u gradwalment jestendi l-attivitajiet tiegħu sabiex jilħaq sa […] passiġġier fl-2020 u madwar […] fl-2028 (ara l-previżjoni dwar l-iżvilupp tal-passiġġieri fit-Tabella 8). Tabella 8 Il-projezzjonijiet tat-traffiku tal-passiġġieri għall-ajruport ta' Gdynia (f''000)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(174) |
Skont l-istudju dwar il-MEIP tal-2012, huwa mistenni li wara l-2030 l-operatur tal-ajruport jikber b'mod perpetwu b'rata ta' tkabbir stabbli ta' […]. Skont din is-suppożizzjoni, il-Polonja kkalkolat il-valur finali tal-operatur tal-ajruport fl-2030. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni tinnota li, bħal fl-istudji dwar il-MEIP tal-2010 u tal-2011, il-fattur ewlieni ta' ħolqien ta' valur tal-flussi tal-flus futuri tal-operatur tal-ajruport ta' Gdynia huwa d-dħul mistenni mill-avjazzjoni, li ser jiddependi fuq in-numru ta' passiġġieri u fuq il-livell tal-imposti tal-ajruport imħallsa mill-kumpaniji tal-ajru. |
|
(176) |
Fir-rigward tal-iżvilupp mistenni f'dak li għandu x'jaqsam mal-passiġġieri, il-Polonja ssostni li d-domanda għal servizzi tal-passiġġieri tal-ajru ser tiżdied maż-żmien u biż-żieda mistennija fil-PDG tal-Polonja u l-iżvilupp tar-reġjun. Għalhekk, il-Polonja hija tal-opinjoni li l-projezzjonijiet tat-traffiku huma konservattivi u li t-traffiku proprju jista' jkun ogħla minn dak previst. Fil-fehma tal-Polonja, l-aġġornament f'Marzu tal-2013 tal-previżjoni tat-traffiku għar-reġjun jipprevedi traffiku ogħla mill-istudju dwar il-MEIP tal-2012. |
|
(177) |
Il-Polonja ssostni li l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju qiegħed ibassar li l-ajruport ta' Gdynia ser jilqa' inqas minn […] % tat-traffiku tal-passiġġieri tar-reġjun. Barra minn hekk, fil-fehma tal-Polonja, l-iżvilupp tas-suq tas-servizzi tal-ajru tal-Pomerania jagħti lok għal ajruport żgħir addizzjonali li jikkumplimenta s-servizzi offruti mill-ajruport ta' Gdańsk. |
|
(178) |
Fir-rigward tad-domanda tal-passiġġieri u dħul relatat, il-Kummissjoni tqis li l-argumenti ppreżentati iktar 'il fuq, fil-premessi 136 — 147 u 161 — 165 dwar l-istudji dwar il-MEIP tal-2010 u tal-2011 japplikaw ukoll għall-valutazzjoni tal-istudju dwar il-MEIP tal-2012. |
|
(179) |
Il-Kummissjoni tqis li investitur f'ekonomija tas-suq ma jistabbilixxix l-imposti tiegħu f'livell ogħla fuq is-suppożizzjoni li l-imposti fl-ajruport ta' Gdańsk ser jiżdiedu fuq terminu twil. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-iskeda tal-imposti applikati fl-ajruport ta' Gdańsk tipprevedi l-applikazzjoni ta' skontijiet sal-2028 (jiġifieri għal perjodu ta' sentejn biss inqas minn dak speċifikat fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għall-istudju dwar il-MEIP tal-2012). Abbażi ta' dan, anke li kieku l-imposti fl-ajruport ta' Gdańsk kellhom jiżdiedu wara l-2028, il-Kummissjoni tqis li l-imposti medji tal-ajruport previsti matul il-perjodu tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju (jiġifieri sal-2030) jibqgħu ogħla mil-livell medju fl-ajruport kompetitur. |
|
(180) |
Il-Polonja kkonfermat li l-istudju dwar il-MEIP tal-2012 jikkunsidra l-kostijiet operattivi relatati mal-attività militari fl-ajruport. Dawn il-kostijiet mistennija jiġu kkumpensati mill-Istat. Il-Polonja kkonfermat ukoll li sa issa għadu ma ntlaħaq ebda ftehim formali dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet (kemm il-kostijiet operattivi kif ukoll il-kostijiet tal-investiment) bejn l-ajruport ta' Gdynia u l-utent militari. |
|
(181) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li investitur f'ekonomija tas-suq kien jibbaża l-valutazzjoni tiegħu biss fuq ir-riżultati prevedibbli fiż-żmien li tittieħed id-deċiżjoni dwar l-investiment. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li ma għandu jittieħed ebda kont tat-tnaqqis possibbli fil-kostijiet permezz tal-kondiviżjoni tal-kostijiet mal-utent militari tal-ajruport (u l-impatt fuq il-kostijiet u d-dħul globali tal-ajruport) meta tiġi vvalutata l-konsistenza tal-investiment mal-MEIP. Tabilħaqq, l-istudju dwar il-MEIP tal-2012 ma jikkwantifikax it-tnaqqis tal-kostijiet li jista' jikseb il-operatur tal-ajruport f'dan ir-rigward. |
|
(182) |
Bħalma ġara fir-rigward tal-istudju dwar il-MEIP tal-2010, id-DCF globali għall-proġett matul il-perjodu 2012-2030 huwa negattiv, kif jintwera fil-Grafika 4. L-ajruport għandu l-ewwel jibda jiġġenera flussi tal-flus pożittivi fl-2020, iżda l-perjodu twil ta' investiment ifisser li l-fluss tal-flus kumulattiv, f'termini skontati, jibqa' negattiv għall-perjodu ta' projezzjoni. Grafika 4 Id-DCF kumulattiv (f'PLN)- l-istudju dwar il-MEIP tal-2012 (eskluża n-nefqa li taqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku) […] |
|
(183) |
Minħabba f'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-istudju dwar il-MEIP tal-2012 ma jistax jiġi kkunsidrat bħala t-test ġust biex ikun ivvalutat jekk id-deċiżjoni tal-muniċipalitajiet ta' Gdynia u Kosakowo li jiffinanzjaw il-konverżjoni tal-mitjar ta' Gdynia f'ajruport tal-avjazzjoni ċivili tikkonformax mal-MEIP. Meta twettaq l-istudju dwar il-MEIP tal-2012, id-deċiżjonijiet ta' investiment tal-azzjonisti diġà kienu ttieħdu. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-injezzjonijiet ta' kapital li saru wara li twettaq l-istudju dwar il-MEIP tal-2012 ma jistgħux jitqiesu bħala deċiżjonijiet awtonomi dwar l-investiment meħuda f'iżolament, minħabba li huma jikkonċernaw l-istess proġett ta' investiment, li l-azzjonisti pubbliċi bdew iwettqu mhux aktar tard mill-2010, u li l-istudju dwar il-MEIP tal-2012 jirrifletti biss aġġustamenti jew emendi għall-proġett inizjali. |
L-aġġornament ta' Novembru tal-2013
|
(184) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-modifiki fil-pjan ta' investiment maħsubin biex jiġġeneraw dħul addizzjonali mill-bejgħ tal-karburanti mill-ajruport (mingħajr operatur estern) u biex jiġu offruti servizzi ta' navigazzjoni ma għandhomx jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-konsistenza tal-investiment mal-MEIP. Il-Polonja kkonfermat li dawn is-sorsi addizzjonali u possibbli ta' dħul ma ġewx inklużi la fl-istudju dwar il-MEIP tal-2010, u lanqas fl-istudju dwar il-MEIP tal-2011 jew tal-2012 imħejjija għall-ajruport ta' Gdynia, għaliex fiż-żmien meta ġew imħejjija dawn l-istudji, l-azzjonisti pubbliċi u l-kumpanija tant kienu inċerti dwar il-ksib tal-konċessjonijiet u tal-permessi neċessarji kollha biex jipprovdu tali servizzi, li ma nkludewx dan id-dħul fil-projezzjonijiet tagħhom stess (lanqas bħala xenarju ottimistiku). Billi fiż-żmien meta twettqu l-istudji dwar il-MEIP, kien improbabbli li jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet u l-konċessjonijiet meħtieġa, il-Kummissjoni ma tistax tikkunsidrahom b'mod retrospettiv. |
Konklużjoni
|
(185) |
Il-finanzjament pubbliku pprovdut minn Gdynia u Kosakowo lill-operatur tal-ajruport mhuwiex konformi mal-MEIP. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni tagħti vantaġġ ekonomiku lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd li ma kinitx tikseb f'kundizzjonijiet tas-suq normali. |
5.1.4. Is-Selettività
|
(186) |
Skont l-Artikolu 107(1) TFUE, sabiex miżura tiġi ddefinita bħala għajnuna mill-Istat, għandha tiffavorixxi “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti”. Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-injezzjonijiet ta' kapital jikkonċernaw biss lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd. Għaldaqstant, skont id-definizzjoni tagħhom, huma selettivi fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
5.1.5. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(187) |
Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu fis-suq intern, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala li ġew milqutin minn dik l-għajnuna (68). Il-vantaġġ ekonomiku mogħti mill-miżura inkwistjoni jsaħħaħ il-pożizzjoni ekonomika tal-operatur tal-ajruport, billi l-operatur tal-ajruport ikun jista' jibda n-negozju tiegħu mingħajr ma jkollu bżonn iġarrab il-kostijiet operattivi u tal-investiment inerenti. |
|
(188) |
Kif ġie vvalutat fit-Taqsima 5.1.1, l-operat ta' ajruport huwa attività ekonomika. Minn naħa, hemm kompetizzjoni bejn l-ajruporti sabiex jattiraw il-kumpaniji tal-ajru u t-traffiku tal-ajru korrispondenti (il-passiġġieri u l-merkanzija) u, min-naħa l-oħra, bejn l-operaturi tal-ajruporti, li jistgħu jikkompetu bejniethom sabiex jiġu fdati bl-amministrazzjoni ta' ajruport partikolari. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenfasizza, b'mod partikolari fir-rigward tal-LCCs, li l-ajruporti li jinsabu f'żoni ta' lħuq differenti u fi Stati Membri differenti jaf ikunu wkoll f'kompetizzjoni ma' xulxin sabiex jattiraw dawk il-kumpaniji tal-ajru. Il-Kummissjoni tinnota li l-ajruport ta' Gdynia ser jilqa' fih madwar […] 000 passiġġier sal-2020 u sa miljun passiġġier fl-2030. |
|
(189) |
Kif issemma fil-paragrafu 40 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, mhuwiex possibbli li jiġu esklużi lanqas ajruporti żgħar mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li dawn jikkompetu ma' ajruporti żgħar oħrajn biex jattiraw, b'mod partikolari, it-traffiku tal-LCC u tat-titjiriet charter. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri kapaċi jintlaqtu. |
|
(190) |
Abbażi tal-argumenti ppreżentati fil-premessi 187 sa 189, il-vantaġġ ekonomiku mogħti lill-operatur tal-ajruport ta' Gdynia jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fil-konfront tal-kompetituri tiegħu fis-suq tal-Unjoni ta' fornituri ta' servizzi fl-ajruporti. Għaldaqstant, il-finanzjament pubbliku li qiegħed jiġi eżaminat jikkawża distorsjoni jew jhedded li jikkawża distorsjoni fil-kompetizzjoni u jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.1.6. Il-Konklużjoni
|
(191) |
Fid-dawl tal-argumenti ppreżentati fil-premessi 101 sa 190, il-Kummissjoni tqis li l-injezzjonijiet ta' kapital mogħtija lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Billi l-finanzjament diġà kien tpoġġa għad-dispożizzjoni ta' Gdynia-Kosakowo Airport Ltd, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-Polonja naqset milli tikkonforma mal-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 108(3) TFUE (69). |
5.2. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(192) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-għajnuna inkwistjoni tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. Kif deskritt iktar 'il fuq, l-għajnuna tikkonsisti fil-finanzjament tal-kostijiet tal-investiment marbuta mat-twaqqif tal-ajruport ta' Gdynia u t-telf operattiv matul l-ewwel snin tal-operat tal-ajruport (jiġifieri sal-2019, skont l-istudju dwar il-MEIP tal-2010 u anke dak tal-2012). |
5.2.1. L-Applikabbiltà tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 u tal-2005
|
(193) |
L-Artikolu 107(3) TFUE jipprevedi għal numru ta' eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 107(1) TFUE li tistipula li l-għajnuna mill-Istat mhijiex kompatibbli mas-suq intern. L-għajnuna inkwistjoni tista' tiġi vvalutata abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, li jistipula li: “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”, tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
|
(194) |
F'dan ir-rigward, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru tal-31 ta' Marzu 2014 (“il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014”) (70) jipprovdu oqfsa għall-valutazzjoni ta' jekk l-għajnuna lil ajruporti tistax tiġi dikjarata bħala kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE. |
|
(195) |
Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (71) japplika għall-għajnuna illeċita għall-investiment lill-ajruporti. F'dan ir-rigward, jekk l-għajnuna illeċita għall-investiment ingħatat qabel l-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni ser tapplika r-regoli ta' kompatibbiltà fis-seħħ dak iż-żmien li ngħatat l-għajnuna illeċita għall-investiment. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni għall-għajnuna illeċita għall-investiment lill-ajruporti li ngħatat qabel l-4 ta' April 2014. (72) |
|
(196) |
Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, id-dispożizzjonijiet tal-avviż dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illeċita mill-Istat ma għandux japplika għal każijiet pendenti ta' għajnuna operatorja illegali lill-ajruporti mogħtija qabel l-4 ta' April 2014. Minflok, il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operatorja (notifiki pendenti u għajnuna illeċita mhux notifikata) lill-ajruporti, anke jekk l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014 (73). |
|
(197) |
L-injezzjonijiet ta' kapital jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illeċita lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd li ngħatat qabel l-4 ta' April 2014 (ara l-premessa 191). |
5.2.2. Id-distinzjoni bejn investiment u għajnuna operatorja
|
(198) |
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 imsemmija fil-premessi 196 — 197, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwix għajnuna operatorja jew investiment illeċitu. |
|
(199) |
Skont il-punt 25(18) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna għall-investiment hija ddefinita bħala “għajnuna biex ikunu ffinanzjati assi kapitali (fissi); speċifikament, biex tkopri d-diskrepanza tal-likwidità fl-ispejjeż kapitali”. |
|
(200) |
Min-naħa l-oħra, għajnuna operatorja tfisser għajnuna li tkopri n-nuqqas bejn id-dħul tal-ajruport u l-kostijiet tal-operat, u dawn tal-aħħar huma ddefiniti bħala “l-ispejjeż sottostanti (…) f'dak li hu forniment ta' servizzi tal-ajruport, inkluż kategoriji ta' spejjeż bħall-ispiża ta' persunal, servizzi b'kuntratt, komunikazzjonijiet, skart, enerġija, manutenzjoni, kera u amministrazzjoni, iżda jeskludu l-ispejjeż kapitali, is-sostenn ta' kummerċjalizzazzjoni jew kwalunkwe inċentivi oħra mogħtija lil-linji tal-ajru mill-ajruport, u l-ispejjeż li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' politika pubblika” (74). |
|
(201) |
Fid-dawl ta' dawn id-definizzjonijiet, l-għajnuna mill-Istat favur Gdynia-Kosakowo Airport Ltd trid tiġi kkunsidrata bħala għajnuna għall-investiment billi kienet destinata li tiffinanzja assi kapitali fissi. Il-parti tal-injezzjonijiet ta' kapital annwali li tkopri t-telf tal-operatur tal-ajruport li mhuwiex inkluż fl-EBITDA (jiġifieri, id-deprezzament annwali tal-assi, il-kostijiet tal-finanzjament, eċċ.) esklużi l-kostijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku, skont ma' huwa stabbilit fil-premessi 102 sa 107, ukoll tikkostitwixxi għajnuna għall-investiment. |
|
(202) |
Min-naħa l-oħra, il-parti tal-injezzjonijiet ta' kapital annwali li ntużat biex tkopri t-telf operatorju annwali (75) ta' Gdynia-Kosakowo Airport Ltd, wara li jitnaqqsu l-kostijiet inklużi fl-EBITDA kkunsidrati li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku, skont ma' huwa stabbilit fil-premessi 102 — 107, tikkostitwixxi għajnuna operatorja favur l-operatur tal-ajruport. |
5.2.3. L-għajnuna għall-investiment
|
(203) |
L-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport tkun kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) TFUE jekk tkun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005:
|
|
(204) |
Barra minn hekk, sabiex tkun kompatibbli mas-suq intern, l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti, bħal kull miżura oħra ta' għajnuna mill-Istat, għandu jkollha effett ta' inċentiv u tkun neċessarja u proporzjonali għall-objettiv leġittimu segwit. |
|
(205) |
Il-Polonja hija tal-opinjoni li l-finanzjament pubbliku tal-proġett ta' konverżjoni fil-mitjar ta' Gdynia huwa konformi mal-kriterji kollha għall-għajnuna għall-investiment imsemmija fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
(i) Il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jissodisfaw objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni (l-iżvilupp reġjonali, l-aċċessibbiltà, eċċ.)
|
(206) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Pomerania diġà hija moqdija b'mod effiċjenti mill-ajruport ta' Gdańsk, li jinsab biss madwar 25 km bogħod mill-ajruport ġdid li huwa ppjanat. |
|
(207) |
L-ajruport ta' Gdańsk jinsab ħdejn ir-ring road ta' Tricity, li hija parti mit-triq express S6 li tgħaddi minn madwar Gdynia, Sopot u Gdańsk u li tipprovdi aċċess faċli għall-ajruport lill-biċċa l-kbira tal-abitanti tal-Pomerania. Anke għall-abitanti stess ta' Gdynia, il-kostruzzjoni ta' ajruport ġdid ma twassalx minnha nnifisha għal titjib sostanzjali fil-konnettività, minħabba li kemm l-ajruport ta' Gdynia kif ukoll dak ta' Gdańsk jinsabu madwar 20-25 minuta bogħod bil-karozza miċ-ċentru ta' Gdynia. |
|
(208) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-konnessjoni tat-Tricity Metropolitan Rail li qiegħda tinbena bħalissa b'kofinanzjament mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni ser tkun qiegħda tippermetti lir-residenti ta' Gdańsk u Gdynia jivvjaġġaw direttament miċ-ċentru tal-belt tagħhom lejn l-ajruport ta' Gdańsk f'madwar 25 minuta. It-Tricity Metropolitan Rail mistennija tipprovdi wkoll lin-nies f'żoni oħrajn tal-Pomerania b'konnessjonijiet tal-ferrovija diretti jew indiretti lejn l-ajruport ta' Gdańsk. |
|
(209) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-ajruport ta' Gdańsk bħalissa għandu kapaċità ta' ħames miljun passiġġier fis-sena, filwaqt li t-traffiku proprju tal-passiġġieri mill-2010 sal-2013 kien kif ġej: 2010 — 2,2 miljuni, 2011 – 2,5 miljuni, 2012 – 2,9 miljuni, 2013 – 2,8 miljuni. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ajruport ta' Gdańsk bħalissa qiegħed jiġi estiż sabiex jibda jakkomoda seba' miljun passiġġier fis-sena. Dan l-investiment għandu jitlesta fl-2015. |
|
(210) |
Barra minn hekk, skont il-previżjoni tat-traffiku pprovduta mill-Polonja għall-Pomerania u li ntużat fit-tħejjija tal-istudju dwar il-MEIP tal-2012, id-domanda totali fir-reġjun ser tkun ta' […] miljun passiġġier fis-sena […]. Tabella 9 Il-projezzjonijiet tat-traffiku għall-Pomerania (f'miljuni)
|
|
(211) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li, skont l-informazzjoni pprovduta mill-Polonja, il-pjan prinċipali għall-ajruport ta' Gdańsk jipprevedi għal espansjoni ulterjuri tal-ajruport sabiex jakkomoda aktar minn 10 miljun passiġġier fis-sena. Għalhekk, skont l-iżvilupp tat-traffiku, fil-ġejjieni tista' tittieħed deċiżjoni li l-kapaċità tal-ajruport ta' Gdańsk tiġi estiża sabiex ikun jista' jakkomoda aktar minn seba' miljun passiġġier. |
|
(212) |
Skont il-Polonja, il-previżjoni aġġornata (imħejjija f'Marzu tal-2013) turi li d-domanda fiż-żona ta' lħuq mistennija tkun ogħla mill-projezzjonijiet tat-traffiku fl-2012. Skont il-projezzjonijiet immodifikati, id-domanda fiż-żona ta' lħuq ser tkun ta' madwar disa' miljun passiġġier fl-2030. Madankollu, anke din il-previżjoni turi li l-ajruport ta' Gdańsk waħdu jkun biżżejjed, mingħajr aktar investiment, biex jissodisfa d-domanda fir-reġjun mill-inqas sal-2025 (abbażi tal-previżjonijiet tat-traffiku aġġustati li huma deskritti fil-premessa 63). |
|
(213) |
Barra minn hekk, skont l-informazzjoni pprovduta mill-Polonja, il-kapaċità attwali tar-runway fl-ajruport ta' Gdańsk hija ta' 40-44 operazzjoni fis-siegħa, filwaqt li l-medja tal-użu bħalissa hija ta' 4.7 operazzjonijiet fis-siegħa. |
|
(214) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Polonja (ara l-premessi 209 sa 213 iktar 'il fuq), il-Kummissjoni tosserva li fis-snin li ġejjin ser tkun qiegħda tintuża biss madwar 50-60 % tal-kapaċità tal-ajruport ta' Gdańsk. Minħabba f'hekk, anke bit-tkabbir rapidu fl-ammonti ta' passiġġieri fil-Pomerania, l-ajruport ta' Gdańsk ser ikun jista' jissodisfa d-domanda mill-kumpaniji tal-ajru u mill-passiġġieri għal żmien twil. |
|
(215) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-ajruport ta' Gdańsk joffri aktar minn 40 destinazzjoni nazzjonali u internazzjonali (kemm konnessjonijiet minn punt għal ieħor, kif ukoll konnessjonijiet lejn ċentri bħal Frankfurt, Munich, Varsavja u Copenhagen). |
|
(216) |
Kif issemma fil-premessa 78, il-Polonja ssostni, minn naħa waħda, li l-kamp ta' applikazzjoni għall-espansjoni tal-kapaċità fl-ajruport ta' Gdańsk huwa limitat għal raġunijiet ambjentali u ta' ppjanar. Min-naħa l-oħra, issostni wkoll li ma hemm ebda limiti fuq il-kamp ta' applikazzjoni għall-espansjoni tal-kapaċità fl-ajruport ta' Gdańsk. Billi l-argumenti li jirrigwardaw ir-restrizzjonijiet fuq l-espansjoni tal-kapaċità huma kontradittorji u b'ebda mod ma huma ssostanzjati, il-Kummissjoni tqis li hija ma tistax tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuqhom. |
|
(217) |
Fid-dawl tal-kapaċità żejda fl-ajruport ta' Gdańsk, li fit-tul mhux ser tkun qiegħda tintuża kompletament, kif ukoll il-pjan li tkompli tiġi estiża l-kapaċità f'dak l-ajruport jekk ikun hemm bżonn fuq terminu itwal, il-Kummissjoni ma temminx li l-ħolqien ta' ajruport ieħor fil-Pomerania għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-reġjun. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-Pomerania diġà għandha konnessjonijiet tajbin grazzi għall-ajruport ta' Gdańsk u li ajruport ġdid mhux mistenni jtejjeb il-konnessjonijiet ma' dan ir-reġjun. |
|
(218) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-mudell kummerċjali għall-ajruport ta' Gdynia jissuġġerixxi li dan ser ikun qiegħed jikkompeti għall-passiġġieri mal-ajruport ta' Gdańsk fis-swieq tal-LCC, tat-titjiriet charter u tal-avjazzjoni ġenerali. Barra minn hekk, il-ħolqien ta' ajruport ġdid bil-ħsieb li jservi bħala ajruport ta' riserva f'każ ta' emerġenza ma jistax jiġġustifika l-iskala ta' investiment fl-ajruport ta' Gdynia. |
|
(219) |
Kif jissemma fil-premessa 77, il-Polonja tirreferi għall-“Istrateġija dwar l-iżvilupp tat-trasport reġjonali fil-provinċja ta' Pomorskie għall-2007 — 2020” li skont il-Polonja rrikonoxxiet il-ħtieġa li jinbena ċentru ta' ajruporti li jikkollaboraw mill-qrib u li jaqdu lill-Pomerania. |
|
(220) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-“Istrateġija dwar l-iżvilupp tat-trasport reġjonali fil-provinċja ta' Pomorskie għall-2007 — 2020” tippreżenta biss id-direzzjonijiet strateġiċi possibbli li fihom it-trasport fir-reġjun jista' jew għandu jiġi żviluppat. Il-konklużjonijiet dwar l-ajruport ta' Gdynia huma ta' natura ġenerali ferm. Barra minn hekk, id-dokument ma jistabbilixxi ebda miżura implimentattiva li tassigura l-użu tal-ajruport ta' Gdynia għall-avjazzjoni ċivili. Lanqas ma jimponi xi obbligi fir-rigward ta' dan l-objettiv. Kuntrarjament, id-dokument jisħaq li “Il-pjanijiet għall-iżvilupp ta' attivitajiet kummerċjali fl-ajruporti ta' Gdynia Kosakowo jew Slupsk Redzikowo għandhom l-ewwel nett ikunu direzzjonati lejn kapaċità li hija ekonomikament vijabbli u li tissodisfa d-domanda eżistenti u l-possibbiltà ta' mmaniġġar tal-merkanzija meta jkun irendi profitt.” |
|
(221) |
B'mod simili, l-ittra ta' intenzjoni ffirmata fid-29 ta' April 2005 mill-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali, il-Ministeru tat-Trasport, l-ajruport ta' Gdańsk u diversi awtoritajiet reġjonali (imsemmija fil-premessa 21 ta' din id-Deċiżjoni) hija ta' karattru ġenerali ferm, li tesprimi biss l-intenzjoni li tiddaħħal l-avjazzjoni ċivili fil-mitjar militari ta' Kosakowo. |
|
(222) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li b'segwitu għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/883/UE, il-gvernatur tal-provinċja ta' Pomorskie flimkien mas-sindki ta' Gdańsk u ta' Sopot (tnejn mit-tlett ibliet il-kbar fir-reġjun u azzjonisti fl-ajruport ta' Gdańsk) għamlu stqarrija bil-miktub. F'din l-istqarrija huma ddikjaraw li huma ma kinux iffirmaw l-ittra tad-29 ta' April 2005 bl-intenzjoni li jibdew il-kostruzzjoni ta' ajruport ġdid f'Gdynia. Skont l-istqarrija, l-ittra ta' intenzjoni ġiet iffirmata biss biex tkun issalvagwardjata l-infrastruttura tal-mitjar militari eżistenti għall-kooperazzjoni fil-ġejjieni ta' dan il-mitjar militari mal-ajruport ta' Gdańsk. F'dan il-kuntest, l-ajruport ta' Gdynia jista' jaqdi biss it-traffiku tal-avjazzjoni ġenerali. |
|
(223) |
L-awtoritajiet lokali saħqu wkoll li d-deċiżjoni li jitwaqqaf l-ajruport ta' Gdynia kienet deċiżjoni indipendenti ta' Gdynia u ta' Kosakowo, li kienu mgħarrfin darba wara l-oħra li dan l-investiment ma kellu l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika. |
|
(224) |
F'ittra datata s-6 ta' Awwissu 2013, il-Polonja ħabbret li l-azzjonisti tal-ajruport ta' Gdańsk (inkluża Gdynia) fit-30 ta' Lulju 2013 (jiġifieri wara l-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali) kienu ddeċidew li jistabbilixxu grupp ta' ħidma sabiex janalizzaw ix-xenarji possibbli għal kooperazzjoni tal-ajruporti ta' Gdynia u ta' Gdańsk. F'ittra datata t-30 ta' Ottubru 2013 (ipprovduta lill-Kummissjoni fl-4 ta' Novembru 2013), is-Sindku ta' Gdynia rrapporta li l-grupp ta' ħidma kien irrakkomanda lill-azzjonisti tal-ajruport ta' Gdańsk il-fużjoni taż-żewġ ajruporti tal-Pomerania (billi l-ajruport ta' Gdańsk jakkwiżixxi l-ajruport ta' Gdynia). Is-Sindku rrapporta wkoll li d-dettalji ta' tali fużjoni kienu għadhom qegħdin jiġu analizzati. |
|
(225) |
Fil-fehma tal-Kummissjoni, it-twaqqif tal-grupp ta' ħidma kien iddettat biss mill-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali u ma jistax jitqies bħala prova tal-implimentazzjoni ta' strateġija tat-trasport reġjonali. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-Kummissjoni ma kinitx mgħarrfa dwar kull azzjoni li tikkonċerna l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ ajruporti tal-Pomerania li ttieħdet qabel jew wara. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-kooperazzjoni bejn l-ajruport ta' Gdynia u l-ajruport ta' Gdańsk fil-qafas ta' ċentru ma teliminax l-irduppjar tal-infrastruttura bla ebda bażi ta' ħtiġijiet ta' trasport |
|
(226) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal iktar 'il fuq, il-Kummissjoni tqis li l-investiment fl-ajruport ta' Gdynia ser iwassal sempliċiment għall-irduppjar tal-infrastruttura fir-reġjun, li b'hekk ma jissodisfax objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni. |
(ii) L-infrastruttura hija neċessarja u proporzjonali għall-objettiv li ġie stabbilit
|
(227) |
Kif intqal fil-premessi 206 sa 226, il-Kummissjoni tqis li ż-żona ta' lħuq tal-ajruport ta' Gdynia hija u ser tkompli tkun moqdija b'mod effiċjenti mill-ajruport ta' Gdańsk. Barra minn hekk, iż-żewġ ajruporti sejrin isegwu mudell kummerċjali simili u jiffokaw primarjament fuq l-LCCs u t-titjiriet charter. |
|
(228) |
Fin-nuqqas ta' objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni, il-Kummissjoni tqis li l-infrastruttura ma tistax titqies bħala neċessarja u proporzjonali għal objettiv ta' interess komuni (ara wkoll il-premessa 226). |
(iii) L-infrastruttura għandha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq terminu medju, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-infrastruttura eżistenti
|
(229) |
Kif intqal fil-punt (i), l-ajruport ta' Gdynia jinsab biss madwar 25 km bogħod mill-ajruport eżistenti ta' Gdańsk u ż-żewġ ajruporti għandhom l-istess żona ta' lħuq u mudell kummerċjali simili. |
|
(230) |
Bħalissa l-ajruport ta' Gdańsk qiegħed jintuża f'inqas minn 60 % tal-kapaċità tiegħu. Meta jitqiesu l-investimenti li qegħdin isiru bħalissa, l-ajruport ta' Gdańsk huwa biżżejjed sabiex jilqa' għad-domanda fir-reġjun mill-inqas sal-2025-2028, jiddependi liema previżjonijiet jintużaw, u b'hekk l-espansjoni ulterjuri tiegħu hija fattibbli. |
|
(231) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għall-ajruport ta' Gdynia jindika li l-ajruport għandu jiġġenera madwar [80 — 90] % tad-dħul tiegħu billi jservi lit-trasportaturi bi prezzijiet baxxi u charter. Dan ifisser li l-ajruport ser ikun qiegħed jiffoka fuq is-swieq li jirrappreżentaw in-negozju prinċipali tal-ajruport ta' Gdańsk. |
|
(232) |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Polonja ma pprovdiet l-ebda prova ta' kollaborazzjoni possibbli bejn iż-żewġ ajruporti (ara wkoll il-premessi 224 u 225). |
|
(233) |
Il-pjanijiet sabiex jiġi ġġenerat dħul minn attivitajiet oħrajn relatati mal-avjazzjoni u mhux relatati mal-avjazzjoni (il-produzzjoni u s-servizzi) minnhom stess mhumiex biżżejjed sabiex ikopru l-kostijiet operattivi għoljin relatati mat-tmexxija tal-ajruport ta' Gdynia. |
|
(234) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ajruport ta' Gdynia ma joffrix prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq terminu medju. |
(iv) L-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għaliha b'mod ugwali u mhux diskriminatorju
|
(235) |
Il-Polonja kkonfermat li l-utenti potenzjali kollha jkollhom aċċess għall-infrastruttura tal-ajruport fuq bażi ugwali u mhux diskriminatorja mingħajr ebda diskriminazzjoni kummerċjalment mhux ġustifikata. |
(v) L-iżvilupp tal-kummerċ ma jintlaqatx tant li jmur kontra l-interess komuni
|
(236) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Polonja ma pprovdiet ebda prova li l-ajruporti ta' Gdynia u ta' Gdańsk ser jifformaw ċentru tal-avjazzjoni kollaborattiv. Il-loġika tissuġġerixxi li ż-żewġ ajruporti fil-fatt ser ikollhom jikkompetu sabiex essenzjalment jattiraw l-istess passiġġieri. |
|
(237) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-ajruport ta' Gdynia (fejn madwar [80 — 90] % tad-dħul jiġi ġġenerat mit-titjiriet bi prezzijiet baxxi u charter) u l-iskala tal-investiment (pereżempju terminal b'kapaċità ta' 0,5 miljun passiġġier fis-sena li mistenni jiġi estiż fil-ġejjieni) ma jissostanzjawx l-affermazzjoni li l-ajruport ta' Gdynia ser jiffoka fuq it-traffiku tal-avjazzjoni ġenerali u jipprovdi biss, jew primarjament, servizzi lis-settur tal-avjazzjoni ġenerali. |
|
(238) |
Jekk jitqies dak li ntqal iktar 'il fuq u l-fatt li ż-żewġ ajruporti ser jiffokaw fuq l-LCC u t-titjiriet charter, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna hija indirizzata lil ajruport li ser ikun f'kompetizzjoni diretta ma' ajruport ieħor fl-istess żona ta' lħuq, mingħajr ma hemm xi domanda għal servizzi ta' ajruport li ma tistax tiġi ssodisfata mill-ajruport eżistenti. |
|
(239) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna inkwistjoni tolqot il-kummerċ tant li jmur kontra l-interess komuni. Din il-konklużjoni hija kkorroborata min-nuqqas ta' objettiv ta' interess komuni li l-għajnuna hija intenzjonata li tilħaq. |
(vi) In-neċessità tal-għajnuna u l-effett ta' inċentiv
|
(240) |
Abbażi tad-dejta pprovduta mill-Polonja, il-Kummissjoni tqis li l-kostijiet tal-investiment jistgħu jkunu aktar baxxi minn dawk għall-kostruzzjoni ta' ajruporti reġjonali komparabbli oħrajn fil-Polonja. Dan huwa dovut primarjament għall-użu tal-infrastruttura eżistenti fil-mitjar militari. Barra minn hekk, il-Polonja ssostni li, mingħajr l-għajnuna, l-investiment kieku ma jitwettaqx mill-operatur tal-ajruport. |
|
(241) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-perjodu twil li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq il-punt ta' ekwilibriju għal dan it-tip ta' investiment ifisser li jista' jkun neċessarju finanzjament pubbliku sabiex jimmodifika l-imġiba tal-benefiċjarju b'tali mod li jipproċedi bl-investiment. Barra minn hekk, minħabba li l-profittabilità mistennija tal-proġett ta' investiment ma tistax tiġi stabbilita (ara l-premessa 185) u investitur f'ekonomija tas-suq kieku ma jsegwix tali proġett, huwa tabilħaqq probabbli li l-għajnuna qiegħda tbiddel l-imġiba tal-operatur tal-ajruport. |
|
(242) |
Madankollu, fin-nuqqas ta' objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna ma tistax titqies bħala neċessarja u proporzjonali għal dak l-objettiv. |
|
(243) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għall-investiment minn Gdynia u Kosakowo favur Gdynia-Kosakowo Airport Ltd ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u ma tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
5.2.4. L-għajnuna operatorja
|
(244) |
Il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha tal-għajnuna operatorja fil-premessa 227 tad-Deċiżjoni 2014/883/UE abbażi tal-konstatazzjoni li “l-għoti ta' għajnuna operatorja sabiex jiġi żgurat l-operat ta' proġett ta' investiment li jibbenefika minn għajnuna għall-investiment inkompatibbli huwa inerentement inkompatibbli mas-suq intern.” Mingħajr l-għajnuna għall-investiment inkompatibbli, l-ajruport ta' Gdynia kieku ma jeżistix, peress li huwa ffinanzjat kollu kemm huwa permezz ta' dik l-għajnuna, u l-għajnuna operatorja ma tistax tingħata għall-infrastruttura tal-ajruport li ma teżistix. |
|
(245) |
Dik il-konklużjoni skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 hija valida bl-istess mod skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 u biżżejjed biex ikun konstatat li l-għajnuna operatorja mogħtija lill-operatur tal-ajruport hija inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(246) |
Barra minn hekk, l-ewwel kundizzjoni ta' kompatibbiltà stabbilita mill-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, li skontha l-għajnuna operatorja tista' tiġi kkunsidrata kompatibbli jekk tikkontribwixxi għal objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni b'tali mod li żżid il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni jew tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali, mhijiex evidentement issodisfata jekk l-għajnuna operatorja inkwistjoni hija mmirata sabiex tiżgura t-tħaddim ta' ajruport li nbena esklussivament b'għajnuna għall-investiment li hija inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(247) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-premessi 203 et seq (li juru li l-għajnuna għall-investiment mogħtija lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd, minħabba rduppjar tal-infrastruttura tal-ajruport, ma tissodisfax objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni u hija b'hekk inkompatibbli mas-suq intern skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005) juru wkoll li l-għajnuna operatorja mogħtija lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd hija inkompatibbli bl-istess mod mas-suq intern, kif ġie diġà konkluż fid-Deċiżjoni 2014/883/UE. L-għajnuna operatorja mogħtija lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd (l-istess bħall-għajnuna għall-investiment) ser twassal sempliċiment għall-irduppjar tal-infrastruttura tal-ajruport f'reġjun li jidher li diġà huwa moqdi tajjeb b'ajruport mhux konġestjonat u għaldaqstant ma tikkontribwix għal objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni. |
|
(248) |
F'ġieħ is-sħuħija, il-Kummissjoni tinnota li kienet tintlaħaq l-istess konklużjoni kieku l-għajnuna operatorja kellha tkun ivvalutata fid-dawl tar-regoli għall-għajnuna reġjonali invokati mill-Polonja. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni jkollha tikkunsidra l-fatt li l-ajruport ta' Gdynia jinsab f'reġjun żvantaġġat li huwa kopert mid-deroga stabbilita fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE, li permezz tagħha l-Kummissjoni jkollha tivvaluta jekk l-għajnuna operatorja inkwistjoni tistax titqies bħala kompatibbli skont ir-RAG. |
|
(249) |
Skont il-paragrafu 76 tar-RAG, l-għajnuna operatorja f'reġjuni koperti mid-deroga fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE tista' tingħata, dment li jiġu ssodisfati l-kriterji kumulattivi li ġejjin: (i) tkun ġustifikata f'termini tal-kontribuzzjoni tagħha għall-iżvilupp reġjonali u n-natura tagħha u (ii) il-livell tagħha jkun proporzjonali għan-nuqqasijiet li tfittex li ttaffi. |
|
(250) |
Il-Polonja hija tal-opinjoni li l-għajnuna operatorja hija kompatibbli mal-paragrafu 76 tar-RAG (ara l-premessi 95 sa 97). |
|
(251) |
Billi l-Pomerania diġà hija moqdija mill-ajruport ta' Gdańsk u l-ajruport il-ġdid mhuwiex ser itejjeb il-konnessjonijiet ma' dan ir-reġjun, il-Kummissjoni ma għandhiex il-kapaċità tikkonkludi li l-għajnuna tkun qiegħda tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali. |
|
(252) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna operatorja ma tistax titqies li hija proporzjonali għan-nuqqasijiet li qiegħda tfittex li ttaffi, minħabba li ma jidhirx li l-Pomerania qiegħda tbati minn xi nuqqas ta' konnettività. |
|
(253) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna operatorja vvalutata ġiet allokata sabiex tiffinanzja ġabra predefinita ta' nfiq. Madankollu, fid-dawl tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għall-ajruport ta' Gdynia u tal-valutazzjoni tagħha tal-livell tad-dħul u l-kostijiet previsti li ġew ippreżentati fit-Taqsima 5.1.3, ma jistax jiġi konkluż li l-għajnuna tkun limitata għal minimu neċessarju, tingħata fuq bażi tranżitorja u tkun digressiva. B'mod partikolari, fir-rigward tal-inċertezzi f'dak li għandu x'jaqsam mal-profittabilità mistennija tal-operatur tal-ajruport (ara t-taqsima dwar l-eżistenza tal-għajnuna), in-natura tranżitorja u d-digressività tal-għajnuna ma jistgħux jiġu żgurati. |
|
(254) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna operatorja favur Gdynia-Kosakowo airport Ltd mogħtija minn Gdynia u minn Kosakowo hija inkompatibbli mas-suq intern, billi hija mmirata li tiżgura t-tħaddim ta' ajruport li jeżisti biss minħabba għajnuna għall-investiment inkompatibbli u (l-istess bħal dik l-għajnuna għall-investiment) u twassal sempliċiment għall-irduppjar fl-infrastruttura tal-ajruport. |
5.2.5. Il-konklużjoni dwar il-kompatibbiltà
|
(255) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Gdynia-Kosakowo Airport Ltd hija inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(256) |
Il-Kummissjoni ma identifikat ebda dispożizzjoni oħra li tikkonċerna l-kompatibbiltà mas-suq intern li tista' tipprovdi bażi sabiex l-għajnuna inkwistjoni titqies bħala kompatibbli mat-Trattat. Il-Polonja lanqas ma invokat xi dispożizzjoni li tikkonċerna l-kompatibbiltà mas-suq intern jew ipprovdiet argumenti sostanzjali li jippermettu lill-Kummissjoni tqis din l-għajnuna bħala kompatibbli. |
|
(257) |
L-għajnuna operatorja u għal investiment li l-Polonja tat jew beħsiebha tagħti favur Gdynia-Kosakowo Airport Ltd hija inkompatibbli mas-suq intern. Il-Polonja implimentat l-għajnuna b'mod illeċitu u fi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE. |
6. L-IRKUPRU
|
(258) |
F'konformità mat-TFUE u mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni hija kompetenti sabiex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jabolixxi jew ibiddel l-għajnuna meta ssib li din hija inkompatibbli mas-suq intern (76). Il-Qorti konsistentement sostniet ukoll li l-obbligu ta' Stat li jabolixxi l-għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala li hija inkompatibbli mas-suq intern huwa intiż sabiex ireġġa' lura s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (77). F'dan il-kuntest, il-Qorti ddikjarat li l-objettiv jintlaħaq ladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta' għajnuna illeċita, sabiex b'hekk jintilef il-vantaġġ li jkun gawda fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq u s-sitwazzjoni titreġġa' lura għal kif kienet qabel tħallset l-għajnuna (78). |
|
(259) |
B'segwitu għal dik il-ġurisprudenza, l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/99 (79) jistipula li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju.” |
|
(260) |
Għaldaqstant, l-għajnuna mill-Istat imsemmija iktar 'il fuq trid titħallas lura lill-awtoritajiet Pollakki, sakemm din tkun ġiet żborżata. |
|
(261) |
Il-Kummissjoni tfakkar li hija ġurisprudenza stabbilita li l-fatt li l-impriżi jkunu jinsabu f'diffikultajiet jew ikunu falluti ma jaffettwax l-obbligu tal-Istat Membru li jirkupra l-għajnuna (80). F'dawn il-każijiet, it-treġġigħ lura tas-sitwazzjoni preċedenti u l-eliminazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-għajnuna mogħtija b'mod illeċitu jistgħu, bħala prinċipju, jinkisbu billi d-dejn relatat mal-ħlas lura ta' tali għajnuna jiġi rreġistrat fl-iskeda tal-passiv (81). Fil-każ li l-awtoritajiet tal-Istat ma jkunux jistgħu jirkupraw l-ammont kollu tal-għajnuna, ir-reġistrazzjoni tad-dejn tissodisfa l-obbligu ta' rkupru biss jekk il-proċedura ta' falliment twassal għall-istralċ tal-impriża kkonċernata, jiġifieri għall-waqfien definittiv tal-attività tagħha (82), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/883/UE hija rtirata.
Artikolu 2
1. L-injezzjonijiet ta' kapital favur Gdynia-Kosakowo Airport Ltd bejn it-28 ta' Awwissu 2007 u s-17 ta' Ġunju 2013 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li ddaħħlet fis-seħħ b'mod illeċitu mill-Polonja fi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li hija inkompatibbli mas-suq intern, għajr sa fejn dawn l-injezzjonijiet ta' kapital ma ntefqux fuq investimenti neċessarji sabiex jitwettqu l-attivitajiet li abbażi tad-Deċiżjoni C(2013) 4045 final iridu jiġi kkunsidrati li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku.
2. L-injezzjonijiet ta' kapital li l-Polonja qiegħda tippjana li timplimenta favur Gdynia-Kosakowo Airport Ltd wara s-17 ta' Ġunju 2013 għall-konverżjoni tal-mitjar militari ta' Gdynia-Kosakowo f'ajruport tal-avjazzjoni ċivili jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern. Skont dan, l-għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi implimentata.
Artikolu 3
1. Il-Polonja tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) mingħand il-benefiċjarju.
2. Is-somom li għandhom jiġu rkuprati jiżdiedu bl-imgħax mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru attwali tagħhom. L-imgħax jiġi kkalkolat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (83).
3. Il-Polonja tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(2) b'effett mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) u tal-imgħax imsemmi fl-Artikolu 3(2) ikun immedjat u effettiv.
2. Il-Polonja tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
1. Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Polonja tippreżenta l-informazzjoni sussegwenti lill-Kummissjoni:
|
a) |
l-ammont totali (il-prinċipal u l-imgħax ta' rkupru) li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju; |
|
b) |
id-deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri li ttieħdu diġà u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni; |
|
c) |
id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju kien ordnat iħallas lura l-għajnuna. |
2. Il-Polonja żżomm lill-Kummissjoni mgħarrfa dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) u tal-imgħax imsemmi fl-Artikolu 3(2). Din tippreżenta minnufih, fuq sempliċi talba mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu diġà u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Din tipprovdi wkoll informazzjoni ddettaljata li tikkonċerna l-ammonti ta' għajnuna u imgħax li jkunu diġà ġew irkuprati mill-benefiċjarju.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 243, 23.8.2013, p. 25.
(2) B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE, fejn ikun xieraq. It-TFUE introduċa wkoll għadd ta' bidliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” minn “Unjoni” u “suq komuni” minn “suq intern”. Matul din id-Deċiżjoni ser tintuża t-terminoloġija tat-TFUE.
(3) Id-Deċiżjoni bin-numru tal-każ C(2013) 4045 final innotifikata lill-Polonja ġiet ippubblikata flimkien ma' sommarju fil-ĠU C 243, 23.8.2013, p. 25.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/883/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) — il-Polonja — It-twaqqif tal-ajruport ta' Gdynia-Kosakowo (ĠU L 357, 12.12.2014, p. 51).
(5) Dawn l-applikazzjonijiet ġew irreġistrati rispettivament bħala l-Kawża T-215/14 u l-Kawża T-217/14.
(6) Id-Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-215/14 R Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2014:733; Id-Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-217/14 R Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni, mhux ippubblikat.
(7) L-ittri mill-President tal-Uffiċju għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur tat-30 ta' Ġunju 2014 u tat-8 ta' Jannar 2015.
(8) Abbażi tar-rotta magħżula, id-distanza bil-karozza bejn l-ajruporti ta' Gdynia u ta' Gdańsk hija ta' bejn 26 u 29 kilometru; sors: Google maps, Bing maps. L-ajruport ta' Gdańsk huwa proprjetà ta' u operat minn Gdańsk Lech Wałęsa Airport Ltd, kumpanija li twaqqfet minn entitajiet pubbliċi. Il-kapital azzjonarju tal-kumpanija jinqasam kif ġej: il-belt ta' Gdańsk (32 %), il-provinċja ta' Pomorskie (32 %), “Polish Airports” State Enterprise (31 %), il-belt ta' Sopot (3 %) u l-belt ta' Gdynia (2 %). L-ajruport Gdańsk Lech Wałęsa (minn hawn 'il quddiem “l-ajruport ta' Gdańsk”) huwa t-tielet l-akbar ajruport fil-Polonja. Fl-2012 laqa' 2,9 miljun passiġġier (2,7 miljuni fuq servizzi tal-ajru skedati u 0,2 miljuni fuq titjiriet charter).
It-tmien kumpaniji tal-ajru li ġejjin joffru servizzi tal-ajru skedati mill-ajruport ta' Gdańsk (Jannar tal-2014): Wizzair (22 destinazzjoni), Ryanair (sebgħa destinazzjonijiet), Eurolot (erbgħa destinazzjonijiet), LOT (żewġ destinazzjonijiet), Lufthansa (żewġ destinazzjonijiet), SAS (żewġ destinazzjonijiet), Air Berlin (destinazzjoni waħda) u Norwegian (destinazzjoni waħda). Minn mindu nfetaħ terminal ġdid f'Mejju tal-2012, l-ajruport ta' Gdańsk għandu l-kapaċità li jilqa' ħames miljun passiġġier fis-sena. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Polonja, l-estensjoni tat-terminal (skedata għall-perjodu bejn l-2013 u l-2015) ser iżżid il-kapaċità tal-ajruport għal seba' miljun passiġġier. L-investiment fl-ajruport ta' Gdańsk kien iffinanzjat ukoll bl-użu ta' għajnuna mill-Istat (ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2008 fil-każ N 153/08 — EUR 1,7 miljun (ĠU C 46, 25.2.2009, p. 7); id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2009 fil-każ N 472/08 dwar l-għajnuna mill-Istat, li b'riżultat tagħha l-Polonja tat għotja ta' madwar EUR 33 miljun għall-ajruport ta' Gdańsk (ĠU C 79, 2.4.2009, p. 2)).
(9) Il-mitjar militari eżistenti ta' Gdynia-Oksywie jinsab fuq il-fruntiera bejn il-belt ta' Gdynia u l-muniċipalità ta' Kosakowo.
(10) L-ittra ġiet iffirmata mill-awtoritajiet tal-provinċja ta' Pomorskie, il-bliet ta' Gdańsk, Gdynia u Sopot, il-muniċipalità ta' Kosakowo u rappreżentanti tal-gvern Pollakk (il-gvernatur tal-provinċja ta' Pomorskie, il-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali u l-Ministeru tat-Trasport) u l-ajruport ta' Gdańsk.
(11) Il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2008, Nru 144, punt 901 (Dz. U. Nr 144, poz. 901)
(12) Din il-klawsola timplementa l-Artikolu 4h(2) tal-Att tat-30 ta' Mejju 1996, kif emendat.
(13) Il-ftehim operattiv jistipula li l-kondiviżjoni tal-kostijiet tal-operat ser tkun koperta minn ftehim separat (paragrafu 5(5)), filwaqt li l-kondiviżjoni tal-kostijiet tal-investiment u tar-rinnovazzjoni ser tkun is-suġġett ta' ftehimiet separati li jridu jiġu ffirmati miż-żewġ partijiet qabel kull xogħol ta' rinnovazzjoni jew investiment ġdid (paragrafu 9(7)).
(14) Il-kostijiet tal-investiment ippreżentati f'din il-parti jirriflettu l-proġett ta' investiment fin-notifika tal-Polonja tas-7 ta' Settembru 2012 u l-istudju dwar il-MEIP tal-2012 ipprovdut flimkien man-notifika.
(15) Ir-rata tal-kambju użata għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni hija EUR 1 = PLN 4, li tikkorrispondi għar-rata tal-kambju medja ta' kull ġimgħa għall-2010. Sors: Eurostat.
(16) Fil-fehma tal-Polonja, l-investiment li jaqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku jinkludi bini u tagħmir għall-pumpiera, għall-uffiċjali doganali, għall-gwardji tas-sigurtà fl-ajruporti, għall-uffiċjali tal-pulizija u għall-gwardji tal-fruntieri, ċint tal-wajer mad-dawra tal-ajruport mgħammar b'sorveljanza bil-vidjo, eċċ.
(17) F'termini nominali.
(18) Il-Valur Preżenti Nett jindika jekk ir-redditu fuq proġett partikolari jaqbiżx il-kostijiet (tal-għażla) tal-kapital. Proġett jitqies li huwa ekonomikament vijabbli jekk jiġġenera NPV pożittiv. L-investimenti li jipproduċu redditu aktar baxx mill-kostijiet (tal-għażla) tal-kapital mhumiex ekonomikament vijabbli. Il-kostijiet (tal-għażla) tal-kapital huma riflessi fir-rata tal-iskont.
(19) Il-Valur Terminali huwa l-valur attwali tal-flussi tal-flus kollha ġġenerati wara li jintemm il-perjodu ta' projezzjoni. Dan jassumi li l-proġett huwa għal dejjem u ser jikber b'rata ta' tkabbir stabbilita minn qabel (f'dan il-każ, ibbażata fuq il-valur tal-ekwità tal-operatur tal-ajruport fl-aħħar sena tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ppreżentat).
(20) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida tal-Komunità dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lill-kumpaniji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1).
(21) Il-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-perjodu 2007-2013 (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13).
(22) Ir-rata ta' redditu interna ta' investiment hija r-rata tal-iskont li biha l-valur preżenti nett ikun ugwali għal żero. Normalment l-IRR titqabbel mal-kost tal-kapital.
(23) Ir-regoli applikabbli dak iż-żmien ġew stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).
(24) Il-pjan prinċipali għall-proġett ta' investiment identifika l-miżuri differenti li huma meneċessarjia għall-konverżjoni tal-ajruport.
(25) Il-metodu FCFF jintuża sabiex jiġi kkalkolat il-qligħ tal-impriża qabel l-imgħax u t-taxxi (earnings before interest and taxes,EBIT) kull sena, billi jżid id-deprezzament u l-amortizzazzjoni (billi dawn huma spejjeż mhux fi flus) u jnaqqas il-ħtiġijiet tal-investiment, il-bidliet fil-kapital tax-xogħol u t-taxxi (Ara t-Tabella 5 tal-istudju dwar il-MEIP tal-2010).
(26) Il-kost medju ponderat tal-kapital huwa r-rata li kumpanija mistennija tħallas lid-detenturi tat-titoli kollha tagħha sabiex tiffinanzja l-assi tagħha.
(27) Din hija bbażata fuq rata mingħajr riskju ta' […] %, primjum tar-riskju ta' kreditu ta' […] %, rata tat-taxxa korporattiva ta' 19 %, beta ta' […], primjum tar-rata fis-suq ta' […] % u struttura ta' kapital ta' […] % f'dejn u […] % f'ekwità (Ara t-Taqsima 4.4 fil-paġna 21 tal-istudju dwar il-MEIP tal-2010). Il-Kummissjoni tinnota li l-kalkoli ppreżentati mill-Polonja jidhru li jindikaw li ntuża WACC bi struttura ta' terminu 'l isfel għall-istudju dwar il-MEIP.
(28) Ir-rata mingħajr riskju żdiedet għal […] % u l-beta żdiedet għal […]. L-istruttura tal-kapital ġiet immodifikata billi żdied is-sehem tad-dejn ([…] %) u tnaqqas dak tal-ekwità ([…] %).
(29) FCFE = FCFF + il-krediti u s-self meħuda — krediti u self imħallsa lura — imgħax fuq krediti u self. Meta mqabbel mal-FCFF, il-FCFE huwa skontat b'rata ta' redditu fuq l-ekwità li dejjem tkun ogħla mill-WACC. B'riżultat ta' dan, in-NPV juri liema parti mir-redditu fuq l-investiment hija disponibbli għall-azzjonisti (investituri tal-ekwità). Għalhekk, in-NPV ikkalkolat abbażi tal-FCFE ma jirriflettix ir-redditu globali fuq l-investiment, jiġifieri r-redditu għall-azzjonisti u r-redditu għall-kredituri.
(30) Sabiex ikun jirrifletti d-differenzi fl-istruttura tal-finanzjament tipika tal-kumpaniji tal-ajruport u tal-kumpaniji li jipprovdu servizzi fl-ajruport, ir-redditu fuq l-ekwità ta' dawn il-kumpaniji tal-aħħar ġie miżjud qabel ġew ikkalkolati l-medji.
(31) Ir-rata mingħajr riskju tnaqqset għal […] % u l-beta tnaqqset għal […].
(32) It-Tricity hija żona urbana li tikkonsisti fi tlett ibliet ewlenin fil-Pomerania (Gdańsk, Gdynia u Sopot). Fil-preżent hemm tliet ajruporti fiż-żona ta' Tricity: l-Ajruport Lech Wałęsa fi Gdańsk, il-mitjar militari fi Pruszcz Gdański u l-mitjar militari fuq il-fruntiera bejn Gdynia u Kosakowo (Gdynia-Oksywie).
(33) Il-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1998], EU:C:1998:303/[1998] Ġabra I-3851; C-41/90 Höfner u Elser [1991], EU:C:1991:161/[1991] Ġabra I-1979; il-Kawża C-244/94 Fédération Française des Sociétés d'Assurances vs Ministère de l'Agriculture et de la Pêche [1995] EU:C:1995:392/[1995] Ġabra I-4013; il-Kawża C-55/96 Job Centre, EU:C:1997:603/[1997] Ġabra I-7119.
(34) Il-Kawża C-35/85 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1987], EU:C:1987:283/[1987] Ġabra I-2599; Il-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1998], EU:C:1998:303/[1998] Ġabra I-3851;
(35) Il-Kawżi Konġunti T-455/08 Flughafen Leipzig-Halle GmbH u Mitteldeutsche Flughafen AG vs il-Kummissjoni u T-443/08 Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs il-Kummissjoni, EU:T:2011:117/[2011] Ġabra II-01311, ikkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, il-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs il-Kummissjoni, EU:C:2012:821; ara wkoll il-Kawża T-128/98 Aéroports de Paris vs il-Kummissjoni, EU:T:2000:290/[2000] Ġabra II-3929, ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, il-Kawża C-82/01P, EU:C:2002:617/[2002] Ġabra I-9297, u l-kawża T-196/04 Ryanair vs il-Kummissjoni, EU:T:2008:585/[2008] Ġabra II-3643.
(36) Il-Kawżi C-159/91 u C-160/91, Poucet vs AGV u Pistre vs Cancave, EU:C:1993:63/[1993] Ġabra I-637.
(37) Il-Kawża C-364/92 SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol, EU:C:1994:7/[1994] Ġabra I-43.
(38) Ara, b'mod partikolari, il-Kawża C-364/92 SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol/[1994], Ġabra I-43, il-paragrafu 30 u l-Kawża C-113/07 P Selex Sistemi Integrati vs il-Kummissjoni, EU:C:2009:191/[2009] Ġabra I-2207, il-paragrafu 71.
(39) Il-Kawża C-343/95 Cali & Figli vs Servizi ecologici porto di Genova, EU:C:1997:160/[1997] Ġabra I-1547; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/2002 tad-19 ta' Marzu 2003; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N438/2002 tas-16 ta' Ottubru 2002, Għajnuna bħala appoġġ għall-funzjonijiet tal-awtorità pubblika fis-settur Belġjan tal-portijiet.
(40) Ara fost oħrajn, il-Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser vs Finanzamt Innsbruck, EU:C:2005:130/[2005] Ġabra I-01627, il-paragrafu 36, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata.
(41) Premessa 25 tad-deċiżjoni tal-ftuħ
(42) Il-MEIP tal-2010 ma jindikax liema parti mill-investimenti taqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku. Għaldaqstant, il-Kummissjoni applikat l-approċċ li kienet użat fl-istudju dwar il-MEIP tal-2011 biex tiddetermina l-ammont ta' investimenti li jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku. Ara l-premessa 132.
(43) Matul il-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali, Kosakowo indikat li PLN […] miljun (EUR […] miljun) intefqu fuq investimenti li allegatament jaqgħu fl-ambitu ta' ordni pubbliku.
(44) Il-Kawża C-482/99 Franza vs il-Kummissjoni. EU:C:2002:294/[2002] Ġabra I-4397.
(45) Is-Sentenza tat-12 ta' Mejju 2011 fil-Kawżi Konġunti T-267/08 u T-279/08, Nord-Pas-de-Calais, EU:T:2011:209/[2011] Ġabra II-01999, il-paragrafu 108.
(46) Il-Kawża C-305/89 L-Italja vs il-Kummissjoni (“Alfa Romeo”), EU:C:1991:142/[1991] Ġabra I-1603; Il-Kawża T-296/97 Alitalia vs il-Kummissjoni, EU:T:2000:289/[2000] Ġabra II-3871.
(47) Il-Kawża C-40/85 il-Belġju vs il-Kummissjoni, EU:C:1986:305/[1986] Ġabra I-2321.
(48) Għalkemm il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Pollakki sabiex jippreżentaw l-ispreadsheets tal-Excel sottostanti li ntużaw għall-kalkoli bil-formuli, l-awtoritajiet Pollakki ppreżentaw l-ispreadsheets tal-Excel mingħajr il-formuli.
(49) Il-Kawża C-482/99 Franza vs il-Kummissjoni, EU:C:2002:294/[2002] Ġabra I-4397.
(50) Il-Kawża C-124/10P Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France, (EDF) EU:C:2012:318, il-paragrafu 85.
(51) Ara t-Taqsima 4.7.5 tal-istudju dwar il-MEIP tal-2012. Skont il-kummenti rċevuti mill-Polonja, fis-26 ta' Ġunju 2009, l-injezzjonijiet ta' kapital fl-ajruport ta' Gdynia kienu jammontaw għal total ta' PLN 1 691 miljun (madwar EUR 423 000). Madankollu, intużaw biss PLN […] miljun (madwar EUR […]) għall-finanzjament tal-istudji differenti mwettqa bħala parti mit-tħejjija tal-proġett.
(52) Il-ftehim jipprevedi għal Gdynia li tagħmel kontribuzzjonijiet fi flus li jammontaw għal total ta' PLN 59 048 miljun (EUR 14,8 miljun) matul il-perjodu 2011-2013 u għal Kosakowo li tagħmel kontribuzzjoni mhux fi flus (billi tpartat it-tariffi annwali tal-kiri ma' ishma) fil-perjodu 2011-2040.
(53) L-ittra tas-6 ta' Awwissu 2013.
(54) Ara l-paġna 35 tal-istudju dwar il-MEIP tal-2011.
(55) Dan il-valur tal-ekwità jinkludi l-valur preżenti nett tal-flussi tal-flus fl-2012-2040 flimkien mal-valur finali skontat tal-ajruport tal-ajruport ta' Gdynia kif ikkalkolat mill-2040.
(56) Il-valur finali huwa kkalkolat abbażi tal-fluss tal-flus proġettat għall-aħħar sena tal-previżjoni dettaljata, u aġġustat sabiex jitqies l-investiment għat-tibdil meħtieġ għall-iżgurar tat-tħaddim kontinwu tal-infrastruttura.
(57) Ara, pereżempju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. C(2009) 4445 tat-3 ta' Ġunju 2009, li tagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks tat-trasport trans-Ewropej.
(58) Ara n-nota 9 f'qiegħ il-paġna.
(59) Il-pjan prinċipali kien ikkummissjonat fi Frar tal-2010 u ppreżentat f'Novembru tal-2010.
(60) It-traffiku tal-passiġġieri (f''000 passiġġier fis-sena) fl-ajruport ta' Gdańsk.
|
Passiġġieri attwali: |
|||||||||
|
Sena |
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
|
Passiġġieri |
466 |
672 |
1 256 |
1 715 |
1 954 |
1 911 |
2 232 |
2 463 |
2 906 |
|
Żvilupp mistenni tal-passiġġieri: |
|||||||||
|
Sena |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
|
|
Passiġġieri |
3 153 |
3 311 |
3 477 |
3 616 |
3 760 |
3 911 |
4 067 |
4 230 |
|
(61) L-LCCs 64,5 %, it-titjiriet charter 7,5 %. Kemm fl-2009 kif ukoll fl-2011, din iċ-ċifra kienet ta' 70 %.
(62) L-Ajruport ta' Bydgoszcz: It-tariffa standard tal-passiġġieri li jkunu ser jitilqu hija ta' PLN 30 (EUR 7,5); it-tariffa standard tal-inżul hija ta' PLN 45/tunnellata (EUR 11,25) għall-ewwel żewġ tunnellati ta' MTOW, PLN 40/tunnellata (EUR 10) bejn 2 u 15-il tunnellata ta' MTOW, PLN 35/tunnellata (EUR 8,75) bejn 15 u 40 tunnellata ta' MTOW, PLN 30/tunnellata (EUR 7,5) bejn 40 u 60 tunnellata ta' MTOW, PLN 25/tunnellata (EUR 6,25) bejn 60 u 80 tunnellata ta' MTOW u PLN 20/tunnellata (EUR 5) għal kull tunnellata 'l fuq minn 80 tunnellata ta' MTOW; imposta standard tal-parkeġġ hija ta' PLN 8 għal kull tunnellata għal kull 24 siegħa (EUR 2; ebda imposta għall-ewwel erba' sigħat). Skontijiet: L-imposti tal-passiġġieri jistgħu jitnaqqsu minn 5 % (jekk trasportatur tal-ajru jkollu bejn 100 u 300 passiġġier li jkunu ser jitilqu mill-ajruport ta' Bydgoszcz fix-xahar) għal 50 % (jekk trasportatur tal-ajru jkollu aktar minn 8 000 passiġġier li jkunu ser jitilqu mill-Ajruport ta' Bydgoszcz fix-xahar); l-imposta tal-inżul — skont ta' 50 % fl-ewwel 12-il xahar ta' konnessjoni, 50 % għal inżul bejn is-14.00 u t-20.00; l-imposti tal-inżul u tal-parkeġġ: 10 % għal trasportatur li jagħmel bejn 4 u 10 titjiriet fix-xahar, 15 % għal trasportatur li jagħmel bejn 11 u 30 titjira fix-xahar u 20 % għal aktar minn 31 titjira fix-xahar. L-ajruport ta' Szczecin: l-imposta standard tal-passiġġieri li jkunu ser jitilqu hija ta' PLN 35 (EUR 8,75); l-imposta standard tal-inżul hija ta' PLN 70/tunnellata (EUR 17,5); l-imposta standard tal-parkeġġ hija ta' PLN 8 għal kull tunnellata għal kull 24 siegħa (ebda imposta għall-ewwel sagħtejn). Skontijiet: minn 20 % (jekk trasportatur joffri lill-passiġġieri li jkunu ser jitilqu aktar minn 800 post fuq l-ajruplan fil-ġimgħa) għal 90 % (jekk jiġu offruti aktar minn 1 300 post fuq l-ajruplan).
(63) Il-kalkolu tat-tariffi tal-passiġġieri għal-LCCs.
(64) Minbarra l-ajruporti ta' Gdańsk, Bydgoszcz u Szczecin, il-Kummissjoni fliet ukoll l-imposti tal-ajruport ta' Lublin, ajruport reġjonali li nfetaħ f'Diċembru tal-2012. L-imposta standard tal-passiġġieri li jkunu ser jitilqu, fl-ajruport ta' Lublin hija ta' PLN 34 (EUR 8,5); L-imposta standard tal-inżul hija ta' PLN 36/tunnellata; l-imposta standard tal-parkeġġ hija ta' PLN 15 għal kull tunnellata għal kull 24 siegħa (ebda imposta għall-ewwel erba' sigħat). Skontijiet: jekk trasportatur tal-ajru jiftaħ bażi operattiva fl-Ajruport ta' Lublin, l-imposta tal-passiġġieri li jkunu ser jitilqu hija bejn PLN 4,21 (EUR 1,05) u PLN 5,76 (EUR 1,44) fl-ewwel ħames staġuni (sentejn u nofs); skont ta' 99 % jiġi applikat fuq l-imposti tal-parkeġġ u tal-inżul. Wara ħames staġuni jiġu applikati skontijiet għall-konnessjonijiet ġodda. Skontijiet fuq imposti tal-passiġġieri, tal-inżul u tal-parkeġġ ivarjaw minn 95 % fl-ewwel sena tal-konnessjoni għal 25-65 % fil-ħames sena (skont in-numru ta' passiġġieri). Wara l-ħames sena, jiġi applikat skont ta' 60 % jekk trasportatur tal-ajru jilqa'aktar minn 250 000 passiġġier li jkunu ser jitilqu mill-ajruport ta' Lublin.
(65) Dawk il-kalkoli jinkludu n-nefqa li taqa' fl-ambitu ta' ordni pubbliku.
(66) Billi l-istudju dwar il-MEIP twettaq f'Ġunju tal-2012, l-analiżi hija bbażata fuq din id-data.
(67) Metodu li jintuża ħafna għall-evalwazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment tal-ekwità huwa li jiġi kkunsidrat il-valur tal-ekwità tal-kumpanija. Il-valur tal-ekwità huwa l-valur ta' kumpanija disponibbli għall-proprjetarji jew l-azzjonisti tagħha. Dan jiġi kkalkolat billi jingħaddu l-flussi tal-flus futuri kollha disponibbli għall-investituri tal-ekwità skontati bir-rata ta' redditu xierqa. Ir-rata tal-iskont li tintuża ġeneralment hija l-kost tal-ekwità, li tirrifletti r-riskju tal-flussi tal-flus.
(68) Il-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest v Il-Kummissjoni, EU:T:1998:77/[1998] Ġabra II-717.
(69) Il-Kawża T-109/01 Fleuren Compost v Il-Kummissjoni, EU:T:2004:4/ [2004] Ġabra II-127.
(70) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).
(71) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.
(72) Il-Punt 173 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(73) Il-Punt 172 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(74) Il-punti 25(21), (22) u (23) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(75) Espress fi qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament (“EBITDA”, Earnings Before Interest, Taxes, Depreciation and Amortisation).
(76) Il-Kawża C-70/72 il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, EU:C:1973:87/[1973] Ġabra 813, il-paragrafu 13.
(77) Il-Kawżi Konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni, EU:C:1994:325/[1994] Ġabra I-04103, il-paragrafu 75.
(78) Il-Kawża C-75/97 il-Belġju vs il-Kummissjoni,EU:C:1999:311/[1999] Ġabra I-03671, il-paragrafi 64-65.
(79) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(80) Il-Kawża C-42/93 Spanja vs il-Kummissjoni, EU:C:1994:326/[1994] Ġabra I-4175, il-paragrafu 33; Il-Kawża C-496/09 il-Kummissjoni vs l-Italja, EU:C:2011:740/[2011] I-11483, il-paragrafu 72.
(81) Il-Kawża C-277/00 il-Ġermanja vs il-Kummissjoni (“SMI”), EU:C:2004:238/ [2004] Ġabra I-4355, il-paragrafu 85; Il-Kawża C-52/84 il-Kummissjoni vs il-Belġju, EU:C:1986:3/[1986] 89, il-paragrafu 14; Il-Kawża C-142/87 il-Belġju vs il-Kummissjoni(“Tubemeuse”), EU:C:1990:125/[1990] I-959, il-paragrafi 60–62.
(82) Id-Deċiżjoni C-610/10 il-Kummissjoni vs Spanja (“Magefesa”), EU:C:2012:781, il-paragrafu 104 u l-ġurisprudenza ċċitata.
(83) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 08, Vol. 004 p. 3).
ANNESS
INFORMAZZJONI DWAR L-AMMONTI TA' GĦAJNUNA RĊEVUTA, LI GĦANDHA TIĠI RKUPRATA U LI DIĠÀ ĠIET IRKUPRATA
|
L-identità tal-benefiċjarju |
L-ammont totali ta' għajnuna rċevuta (*1) |
L-ammont totali ta' għajnuna li għandha tiġi rkuprata (*1) (il-prinċipal) |
L-ammont totali diġà mħallas lura (*1) |
|
|
Il-prinċipal |
L-imgħax ta' rkupru |
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(*1) Miljun tal-munita nazzjonali.