22.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1573

tat-18 ta' Settembru 2015

li taħtar erba' membri Netherlandiżi u ħames membri supplenti Netherlandiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tan-Netherlands,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE)2015/116 (1), (UE)2015/190 (2) u (UE)2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur R.E. (Ralph) DE VRIES, is-Sur A. (Bert) GIJSBERTS, is-Sinjura W.H. (Hester) MAIJ u s-Sur B.S. (Bote) WILPSTRA, saru vakanti s-siġġijiet ta' erba' membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur H. (Henk) BRINK, is-Sur J.H.J. (Hans) KONST, is-Sinjura E.M. (Elvira) SWEET, u s-Sinjura Dr J.M.E. (Annemieke) TRAAG saru vakanti s-siġġijiet ta' erba' membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur T.J.S.M. BOVENS bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, isir vakanti siġġu ta' membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020, bħala membri:

Is-Sur J.A. (John) JORRITSMA, Commissaris van de Koning in Fryslân

Is-Sur Th.J.F.M. (Theo) BOVENS, Commissaris van de Koning in Limburg

Is-Sur M.A. (Michiel) SCHEFFER, Gedeputeerde in Gelderland

Is-Sur C.J. (Cees) LOGGEN, Gedeputeerde in Noord-Holland

Artikolu 2

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020, bħala membri supplenti:

Is-Sinjura N. (Nienke) HOMAN, Gedeputeerde in Groningen

Is-Sur A. (Ard) VAN DER TUUK, Gedeputeerde in Drenthe

Is-Sur D.J.E. (Erik) LIEVERS, Gedeputeerde in Overijssel

Is-Sinjura A.M.A. (Mariëtte) PENNARTS-POUW, Gedeputeerde in Utrecht

Is-Sur M.A. (Michiel) RIJSBERMAN, Gedeputeerde in Flevoland

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.

(3)  ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.