|
15.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/157 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1524
tal-14 ta' Settembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
|
(2) |
Fit-13 ta' Marzu 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/432 (2) biex b'hekk il-miżuri jiġu imġedda għal sitt xhur oħra. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-ipperikolar jew it-theddid kontinwu tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata u dawk il-miżuri għandhom jiġu mġedda għal sitt xhur oħra. |
|
(4) |
Abbażi tar-rieżami tal-Kunsill, l-entrati fl-Anness għandhom jiġu emendati u l-entrata għal persuna mejta għandha titħassar. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Marzu 2016.”; |
|
(2) |
l-Anness huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/432 tat-13 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 70, 14.3.2015, p. 47).
ANNESS
I.
Il-persuna li ġejja hi mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:Persuni
|
72. |
Oleksiy Borisovych MOZGOVY |
II.
L-entrati għall-persuni li ġejjin u l-entrata li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Sergey Valeryevich AKSYONOV, Sergei Valerievich AKSENOV (Сер Валерьевич AKCëHOB), Serhiy Valeriyovych AKSYONOV (Сергiй Валерiйович Аксьонов) |
Data tat-Twelid: 26.11.1972. Post tat-Twelid: Beltsy (Bălţi), issa r-Repubblika tal-Moldova |
Aksyonov kien elett “Prim Ministru tal-Krimea” fil-Verkhovna Rada tal-Krimea fis-27 ta' Frar 2014 fil-preżenza ta' persuni armati favur ir-Russja. Il-“ħatra” tiegħu ġiet iddikjarata bħala li tmur kontra l-kostituzzjoni minn Oleksandr Turchynov fl-1 ta' Marzu 2014. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur ir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014. Mid-9 ta' Ottubru 2014, il-“Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Membru tal-Presidium tal-Kunsill tal-Istat tar-Russja. |
17.3.2014 |
|
2. |
Vladimir Andreevich Konstantinov (Владимир Андреевич Константинов) |
Data tat-Twelid: 19.11.1956 Post tat-Twelid: Vladimirovka (magħruf ukoll bħala Vladimirovca), Reġjun ta' Slobozia, SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova) jew Bogomol, SSR tal-Moldova. |
Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Verkhovna Rada rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-Indipendenza tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
3. |
Rustam Ilmirovich Temirgaliev (Рустам Ильмирович Темиргалиев) |
Data tat-Twelid: 15.8.1976 Post tat-Twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR (SFSR tar-Russja) (Russian SFSR) (SFSR tar-Russja) |
Bħala eks Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-Krimea, Temirgaliev kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Verkhovna Rada rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
17.3.2014 |
|
4. |
Denis Valentinovich Berezovskiy (Денис Валентинович Березовский) |
Data tat-Twelid: 15.7.1974 Post tat-Twelid: Kharkiv, SSR tal-Ukrajna |
Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukrajna fl-1 ta' Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, biex b'hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna. Imbagħad inħatar Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa. |
17.3.2014 |
|
5. |
Aleksei Mikhailovich Chaliy (Алексей Михайлович Чалый) |
Data tat-Twelid: 13.6.1961 Post tat-Twelid: Moska jew Sevastopol |
Chaliy sar “Sindku ta' Sevastopol” permezz ta' nomina popolari fit-23 ta' Frar 2014 u aċċetta dan il-“vot”. Huwa mexxa kampanja b'mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b'segwitu għal referendum tas-16 ta' Marzu 2014. Huwa ffirma t-Trattat dwar l-adozzjoni tar-Repubblika tal-Krimea mir-Russja. President tal-Assemblea Leġislattiva tal-Belt ta' Sevastopol. |
17.3.2014 |
|
6. |
Pyotr Anatoliyovych Zima (Пётр Анатольевич Зима) |
Data tat-Twelid: 29.3.1965 |
Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi tad-data lis-Servizz tal-Intelligence Russu (SBU). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz ta' Sigurtà indipendenti tal-Krimea ġiet proklamata mill-eks uffiċjali tas-SBU tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
7. |
Yuriy Gennadyevich Zherebtsov (Юрий Геннадиевич Жеребцов) |
Data tat-Twelid: 19.11.1969 Post tat-Twelid: Izmail, Odessa Region, SSR tal-Ukrajna jew Odessa |
Kunsillier tal-Ispeaker tal-Verkhovna Rada tal-Krimea, wieħed mill-organizzaturi ewlenin tar-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Membru tal-Kamra Ċivika tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. |
17.3.2014 |
|
8. |
Sergey Pavlovych Tsekov (Сергей Павлович Цеков) |
Data tat-Twelid: 29.9.1953 jew 23.9.1953 Post tat-Twelid: Simferopol |
Viċi Speaker ta' Verkhovna Rada; Tsekov beda, flimkien ma' Sergey Aksyonov it-tneħħija illegali tal-gvern tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f'dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja. Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. |
17.3.2014 |
|
9. |
Ozerov, Viktor Alekseevich (Виктор Алексеевич Озеров) |
Data tat-Twelid: 5.1.1958 Post tat-Twelid: Abakan, Khakassia |
President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Ozerov, f'isem il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
10. |
Dzhabarov, Vladimir Michailovich (Владимир Михайлович Джабаров) |
Data tat-Twelid: 29.9.1952 |
L-ewwel Viċi President tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Dzhabarov, f'isem il-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
11. |
Klishas, Andrei Aleksandrovich (Андрей Александрович Клишас) |
Data tat-Twelid: 9.11.1972 Post tat-Twelid: Sverdlovsk |
President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi, Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “il-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”. |
17.3.2014 |
|
12. |
Ryzhkov, Nikolai Ivanovich (Николай Иванович Рыжков) |
Data tat-Twelid: 28.9.1929 Post tat-Twelid: Dyleevka, reġjun ta' Donetsk, SSR tal-Ukrajna |
Membru tal-Kumitat għall-kwistjonijiet federali, politika reġjonali u t-Tramuntana tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Ryzhkov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
13. |
Bushmin, Evgeni Viktorovich (Евгений Викторович Бушмин) |
Data tat-Twelid: 4.10.1958 Post tat-Twelid: Lopatino, reġjun ta' Sergachiisky, RSFSR |
Viċi Speaker tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Bushmin appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
14. |
Totoonov, Aleksandr Borisovich (Александр Борисович Тотоонов) |
Data tat-Twelid: 3.4.1957 Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, fit-Tramuntana ta' Ossetia |
Membru tal-Kumitat dwar il-kultura, ix-xjenza, u l-informazzjoni tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna |
17.3.2014 |
|
15. |
Panteleev, Oleg Evgenevich (Олег Евгеньевич Пантелеев) |
Data tat-Twelid: 21.7.1952 Post tat-Twelid: Zhitnikovskoe, reġjun ta' Kurgan |
Kienl-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Parlamentari tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, Panteleev appoġġa pubblikament,fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
16. |
Mironov, Sergei Mikhailovich (Сергей Михайлович Миронов) |
Data tat-Twelid: 14.2.1953 Post tat-Twelid: Pushkin, reġjun ta' Leningrad |
Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; Mexxej tal-fazzjoni Fair Russia fid-Duma tal-Federazzjoni Russa. Oriġinatur tal-liġi li tippermetti lill-Federazzjoni Russa tinkludi fil-kompożizzjoni tagħha, taħt il-pretest tal-protezzjoni taċ-ċittadini Russi, territorji ta' pajjiż barrani mingħajr il-kunsens ta' dak il-pajjiż jew ta' trattat internazzjonali. |
17.3.2014 |
|
17. |
Zheleznyak, Sergei Vladimirovich (Сергей Владимирович Железняк) |
Data tat-Twelid: 30.7.1970 Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad) |
Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b'appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
18. |
Slutski, Leonid Eduardovich (Леонид Эдуардович Слуцкий) |
Data tat-Twelid: 4.1.1968 Post tat-Twelid: Moska |
President tal-Kumitat tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS) tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa (membru ta' LDPR). Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. |
17.3.2014 |
|
19. |
Vitko, Aleksandr Viktorovich (Александр Викторович Галкин) |
Data tat-Twelid: 13.9.1961 Post tat-Twelid: Vitebsk (SSR tal-Belarussja) |
Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. |
17.3.2014 |
|
20. |
Sidorov, Anatoliy Alekseevich (Анатолий Алексеевич Сидоров) |
Data tat-Twelid: 2.7.1958 Post tat-Twelid: Siva, reġjun ta' Perm, USSR |
Kmandant, Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li wħud mill-unitajiet tiegħu huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. |
17.3.2014 |
|
21. |
Galkin, Viktorovich Aleksandr (Александр Викторович Галкин) |
Data tat-Twelid: 22.3.1958 Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, ASSR tat-Tramuntana ta' Ossetia |
Id-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja, li l-forzi tiegħu jinsabu fil-Krimea; il-Flotta tal-Baħar l-Iswed tiġi taħt il-kmand ta' Galkin; ħafna mill-moviment tal-forza fil-Krimea seħħ minn ġewwa d-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (“SMD”). Il-forzi ta' SMD huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Barra minn hekk, il-Flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett. |
17.3.2014 |
|
22. |
Rogozin, Dmitry Olegovich (Дмитрий Олегович Рогозин) |
Data tat-Twelid: 21.12.1963 Post tat-Twelid: Moska |
Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea. |
21.3.2014 |
|
23. |
Glazyev, Yurievich Sergey (Сергей Юрьевич Глазьев) |
Data tat-Twelid: 1.1.1961 Post tat-Twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna) |
Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea. |
21.3.2014 |
|
24. |
Matviyenko, Valentina Ivanova (twieldet Tyutina) (Валентина Ивановна Матвиенко (twieldet Тютина)) |
Data tat-Twelid: 7.4.1949, Post tat-Twelid: Reġjun ta' Shepetovka, Khmelnitsky (Kamenets-Podolsky) (SSR tal-Ukrajna) |
Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, appoġġat pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. |
21.3.2014 |
|
25. |
Naryshkin, Sergei Evgenevich (Сергей Евгеньевич Нарышкин) |
Data tat-Twelid: 27.10.1954 Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad) |
Speaker tad-Duma tal-Istat. Appoġġa pubblikament l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Appoġġa pubblikament it-trattat ta' riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata. |
21.3.2014 |
|
26. |
Dmitry Konstantinovich KISELYOV, Dmitrii Konstantinovich KISELEV (Дмитрий Константинович Киселёв) |
Data tat-Twelid: 26.4.1954 Post tat-Twelid: Moska |
Maħtur b'Digriet Presidenzjali fid-9 ta' Diċembru 2013 bħala Kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet “Rossiya Segodnya” tal-Istat Federali Russu. Figura ċentrali tal-propaganda tal-gvern li tappoġġa l-iskjerament ta' forzi Russi fl-Ukrajna. |
21.3.2014 |
|
27. |
Nosatov, Alexander Mihailovich (Александр Михайлович Носатов) |
Data tat-Twelid: 27.3.1963 Post tat-Twelid: Sevastopol, (SSR tal-Ukrajna) |
Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. |
21.3.2014 |
|
28. |
Kulikov, Valery Vladimirovich (Валерий Владимирович Куликов) |
Data tat-Twelid: 1.9.1956 Post tat-Twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna) |
Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. |
21.3.2014 |
|
29. |
Surkov, Vladislav Yurievich (Владислав Юрьевич Сурков) |
Data tat-Twelid: 21.9.1964, Post tat-Twelid: Solntsevo, reġjun ta' Lipetsk |
Ajjutant tal-President tal-Federazzjoni Russa. Kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li permezz tiegħu l-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet sabiex jheddu l-awtoritajiet tal-Ukrajna fil-Krimea. |
21.3.2014 |
|
30. |
Mikhail Grigorievich Malyshev (Александр Викторович Галкин) |
Data tat-Twelid: 10.10.1955 Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea |
President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- referendum. |
21.3.2014 |
|
31. |
Valery Kirillovich Medvedev (Михаил Григорьевич Малышев) |
Data tat-Twelid: 21.8.1946 Post tat-Twelid: Shmakovka, Reġjun ta' Primorsky |
President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- referendum. |
21.3.2014 |
|
32. |
Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) Turchenyuk (Игорь Николаевич Турченюк) |
Data tat-Twelid: 5.12.1959 Post tat-Twelid: Osh, SSR tal-Kirgiżistan |
Kmandant de facto tat-truppi Russi stazzjonati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”). Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. |
21.3.2014 |
|
33. |
Elena Borisovna Mizulina (imwielda Dmitriyeva) (Елена Борисовна Мизулина (imwielda Дмитриева) |
Data tat-Twelid: 9.12.1954 Post tat-Twelid: Bui, reġjun ta' Kostroma |
Deputat fid-Duma tal-Istat. Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom. |
21.3.2014 |
|
34. |
Dmitry Nikolayevich Kozak (Дмитрий Николаевич Козак) |
Data tat-Twelid: 7.11.1958 Post tat-Twelid: Bandurovo, reġjun ta' Kirovograd, SSR tal-Ukrajna |
Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
|
35. |
Oleg Yevgenyvich Belaventsev (Олег Евгеньевич Пантелеев) |
Data tat-Twelid: 15.9.1949 Post tat-Twelid: Moska |
Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali Krimean”, Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu. Responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea. |
29.4.2014 |
|
36. |
Oleg Genrikhovich Savelyev (Олег Генрихович Савельев) |
Data tat-Twelid: 27.10.1965 Post tat-Twelid: Leningrad |
Ministru għall-Affarijiet Krimeani. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
|
37. |
Sergei Ivanovich Menyailo (Сергей Иванович Меняйло) |
Data tat-Twelid: 22.8.1960 Post tat-Twelid: Alagir, Tramuntana ta' Ossetia, SSR Awtonoma, RSFSR |
Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta' Sevastopol. |
29.4.2014 |
|
38. |
Olga Fedorovna Kovatidi (Ольга Фёдоровна Ковитиди) |
Data tat-Twelid: 7.5.1962 Post tat-Twelid: Simferopol, SSR tal-Ukrajna |
Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea. |
29.4.2014 |
|
40. |
Sergei Ivanovich Neverov (Сергей Иванович Неверов) |
Data tat-Twelid: 21.12.1961 Post tat-Twelid: Tashtagol, USSR |
Viċi President tad-Duma tal-Istat, Russja Unita. Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
|
41. |
Igor Dmitrievich SERGUN (Игорь Дмитриевич Сергун) |
Data tat-Twelid: 28.3.1957 Post tat-Twelid: Podolsk, Oblast ta' Moska |
Direttur tal-GRU (Direttorat Prinċipali tal-Intelligence), Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, Logutenent Ġeneral. Responsabbli għall-attività tal-uffiċjali tal-GRU fil-Lvant tal-Ukrajna. |
29.4.2014 |
|
42. |
Valery Vasilevich Gerasimov (Валерий Васильевич Герасимов) |
Data tat-Twelid: 8.9.1955 Post tat-Twelid: Kazan |
Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-Ewwel Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, Ġeneral tal-Armata. Responsabbli mill-istazzjonament massiv ta' truppi Russi tul il-fruntiera mal-Ukrajna u naqas milli jtaffi t-tensjoni tas-sitwazzjoni. |
29.4.2014 |
|
43. |
German Prokopiv |
|
Mexxej attiv tal-“Gwardja ta' Lugansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali tas-Servizz tas-Sigurtà ta' Lugansk. Rabtiet mill-qrib mal-“Armata tax-Xlokk”. |
29.4.2014 |
|
44. |
Valeriy Dmitrievich Bolotov (Валерий Дмитриевич Болотов) |
Data tat-Twelid: 13.2.1970 Post tat-Twelid: Luhansk |
Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali. |
29.4.2014 |
|
45. |
Andriy Yevgenovych PURGIN (Андрiй Eвгенович Пургiн), Andrei Evgenevich PURGIN (Андрей Евгеньевич Пургин) |
Data tat-Twelid: 26.1.1972 Post tat-Twelid: Donetsk |
L-eks Kap tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. L-hekk imsejjaħ “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
29.4.2014 |
|
46. |
Denys Volodymyrovych PUSHYLIN (Денис Володимирович Пушилiн), Denis Vladimirovich PUSHILIN (Денис Владимирович Пушилин) |
Data tat-Twelid: 9.5.1981 jew 9.5.1982 Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk) |
Wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti. L-hekk imsejjaħ “Viċi Kap” tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
29.4.2014 |
|
47. |
Tsyplakov Sergey Gennadevich |
Data tat-Twelid: 1.5.1983 Post tat-Twelid: Khartsyzsk, Oblast ta' Donetsk |
Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja Popolari ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk. |
29.4.2014 |
|
48. |
Igor Vsevolodovich Girkin (Игорь Всеволодович Гиркин) magħruf ukoll bħala Igor Strelkov (Ihor Strielkov) |
Data tat-Twelid: 17.12.1970 Post tat-Twelid: Moska |
Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Huwa assistent fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' Sergey Aksionov, li ddikjara lilu nnifsu prim Ministru tal-Krimea. Kap tal-moviment pubbliku “Novorossia”. |
29.4.2014 |
|
49. |
Vyacheslav Viktorovich Volodin (Вячеслав Викторович Володин) |
Data tat-Twelid: 4.2.1964 Post tat-Twelid: Alekseevka, reġjun ta' Saratov. |
L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukren tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa. |
12.5.2014 |
|
50. |
Vladimir Anatolievich Shamanov (Владимир Анатольевич Шаманов) |
Data tat-Twelid: 15.2.1957 Post tat-Twelid: Barnaul. |
Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta' awtorità għolja tiegħu, huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea. |
12.5.2014 |
|
51. |
Vladimir Nikolaevich Pligin (Владимир Николаевич Плигин) |
Data tat-Twelid: 19.5.1960 Post tat-Twelid: Ignatovo, Oblast ta' Vologodsk, USSR. |
President tal-Kumitat tal-Liġijiet Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli għall-iffaċilitar tal-adozzjoni ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa. |
12.5.2014 |
|
52. |
Petr Grigorievich JAROSH (Петр Григорьевич Ярош) |
Data tat-Twelid:: 30.1.1971 jew 16.3.1966 Post tat-Twelid: Villaġġ ta' Skvortsovo, reġjun ta' Simferopol, il-Krimea |
Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għall-Krimea. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti tal-Krimea. |
12.5.2014 |
|
53. |
Oleg Grigorievich Kozyura (Олег Григорьевич Козюра) |
Data tat-Twelid: 19.12.1962 Post tat-Twelid: Zaporozhye |
Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti ta' Sevastopol. |
12.5.2014 |
|
54. |
Viacheslav PONOMARIOV, Vyacheslav Volodymyrovich PONOMARYOV (В'ячеслав Володимирович Пономарьов), Viacheslav Vladimirovich PONOMAREV (Вячеслав Владимирович Пономарëв) |
Data tat-Twelid: 2.5.1965 Post tat-Twelid: Sloviansk (oblast ta' Donetsk) |
L-eks sindku awtodikjarat ta' qabel ta' Slaviansk. Ponomariov appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomariov huma involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu lil Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn inħelsu; huma żammew maqbuda osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti. |
12.5.2014 |
|
55. |
Igor Nikolaevich Bezler (Игорь Николаевич Безлер) magħruf ukoll bħala Bes (devil) |
Data tat-Twelid: 30.12.1965 Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea |
Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukrajna għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni fil-belt ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Igor Girkin li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU. |
12.5.2014 |
|
57. |
Oleg TSARIOV, Oleh Anatoliyovych TSAROV (Олег Анатолтович Царьов), Oleg Anatolevich TSAREV (Олег Анатольевич Цаpëв) |
Data tat-Twelid: 2.6.1970 Post tat-Twelid: Dnepropetrovsk |
Ex membru tar-Rada, bħala tali appella pubblikament għall-ħolqien tal-hekk imsejħa “Repubblika Federali tan-Novorossiya”, magħmula mir-reġjuni Ukreni tax-xlokk. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. |
12.5.2014 |
|
58. |
Roman Viktorovich Lyagin (Роман Викторович Лягин) |
Data tat-Twelid: 30.5.1980, Post tat-Twelid: Donetsk, Ukrajna |
Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. eks “Ministru għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali”. |
12.5.2014 |
|
59. |
Aleksandr Sergeevich MALYKHIN, Alexander Sergeevich MALYHIN (Александр Сергеевич Малнхин) |
Data tat-Twelid: 12.1.1981 |
Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. |
12.5.2014 |
|
60. |
Natalia Vladimirovna Poklonskaya (Наталья Владимировна Поклонская) |
Data tat-Twelid: 18.3.1980 Post tat-twelid: Mikhailovka, reġjun ta' Voroshilovgrad, SSR tal-Ukrajna jew Yevpatoria, SSR tal-Ukrajna |
Prosekutur tal-Krimea. Implementat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja. |
12.5.2014 |
|
61. |
Igor Sergeievich Shevchenko (Игорь Сергеевич Шевченко) |
Post tat-Twelid: Sevastopol, il-Krimea |
Prosekutur ta' Sevastopol. Implementa b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja. |
12.5.2014 |
|
62. |
Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич Бородай) |
Data tat-Twelid: 25.7.1972 Post tat-Twelid: Moska |
Dak li kien jissejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” ta' qabel, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju 2014 iddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-‘faxxisti’ Ukreni”), firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-unjoni ta' Novorossiya. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti. |
12.7.2014 |
|
63. |
Alexander KHODAKOVSKY, Oleksandr Serhiyovych KHODAKOVSKIY (Олександр Сергiйович Ходаковський), Aleksandr Sergeevich KHODAKOVSKII (Александр Сергеевич Ходаковский) |
Data tat-Twelid: 18.12.1972 Post tat-Twelid: Donetsk |
Dak li kien jissejjaħ “Ministru għas-Sigurtà tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” ta' qabel, bħala tali responsabbli għal attivitajiet ta' sigurtà separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti. |
12.7.2014 |
|
64. |
Alexandr Aleksandrovich KALYUSSKY, (Александр Александрович Калюсский) |
Data tat-Twelid: 9.10.1975 |
L-hekk imsejjaħ “de facto Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.7.2014 |
|
65. |
Alexander KHRYAKOV, Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV (Александр Витальевич Хряков), Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV (Олександр ВiTалiйович Хряков) |
Data tat-Twelid: 6.11.1958 Post tat-Twelid: Donetsk |
Dak li kien jissejjaħ “Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.7.2014 |
|
66. |
Marat Faatovich BASHIROV (Марат Фаатович Баширов) |
Data tat-Twelid: 20.1.1964 Post tat-Twelid: Izhevsk, il-Federazzjoni Russa |
Dak li kien jissejjaħ “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, ikkonfermat fit-8 ta' Lulju 2014. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. |
12.7.2014 |
|
67. |
Vasyl NIKITIN, Vasilii Aleksandrovich NIKITIN (Василий Александрович Никитин) |
Data tat-Twelid: 25.11.1971 Post tat-Twelid: Shargun (Uzbekistan) |
L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, (qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, u kien kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”). Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal-Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukreni fir-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus il-“ġdid tar-reġjun”. |
12.7.2014 |
|
68. |
Aleksey Vyacheslavovich KARYAKIN (Алексей Вячеславович Карякин) |
Data tat-Twelid: 7.4.1980 jew 7.4.1979 Post tat-Twelid: Stakhanov (oblast ta' Lugansk) |
L-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”. |
12.7.2014 |
|
69. |
Yuriy Volodymyrovych IVAKIN (Юрiй Володимирович Iвакiн), Iurii Vladimirovich IVAKIN (Юрий Владимирович Ивакин) |
Data tat-Twelid: 13.8.1954 Post tat-Twelid: Perevalsk (oblast ta' Lugansk) |
Dak li kien jissejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Interni tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” ta' qabel, bħala tali responsabbli għal attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. |
12.7.2014 |
|
70. |
Igor PLOTNITSKY, Igor Venediktovich PLOTNITSKII (Игорь Венедиктович Плотницкий) |
Data tat-Twelid: 24.6.1964 jew 25.6.1964 jew 26.6.1964 Post tat-Twelid: Lugansk (possibilment f'Kelmentsi, oblast ta' Chernivtsi) |
Dak li kien jissejjaħ “Ministru għad-Difiża” ta' qabel u bħalissal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. |
12.7.2014 |
|
71. |
Nikolay KOZITSYN |
Data tat-Twelid: 20.6.1956 Post tat-Twelid: Reġjun ta' Donetsk |
Kmandant tal-forzi Kosakki. Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren. |
12.7.2014 |
|
73. |
Mikhail Efimovich FRADKOV (Михаил Ефимович Фрадков) |
Data tat-Twelid: 1.9.1950 Post tat-Twelid: Kurumoch, reġjun ta' Kuibyshev |
Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Direttur tas-Servizz tal-Intelligence Estera tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
74. |
Nikolai Platonovich PATRUSHEV (Николай Платонович Патрушев) |
Data tat-twelid: 11.7.1951 Post tat-Twelid: Leningrad (San Pietruburgu). |
Membru permanenti u Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
75. |
Aleksandr Vasilievich BORTNIKOV (Александр Васильевич Бортников) |
Data tat-Twelid: 15.11.1951 Post tat-Twelid: Perm |
Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Direttur tas-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB). Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
76. |
Rashid Gumarovich NURGALIEV (Рашид Гумарович Нургалиев) |
Data tat-Twelid: 8.10.1956 Post tat-Twelid: Zhetikara, Repubblika Soċjalista Sovjetika Kazaka |
Membru permanenti u Viċi Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
77. |
Boris Vyacheslavovich GRYZLOV (Борис Вячеславович Грызлов) |
Data tat-twelid: 15.12.1950 Post tat-Twelid: Vladivostok |
Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
78. |
Sergei Orestovoch BESEDA (Сергей Орестович Беседа) |
Data tat-Twelid: 17.5.1954 |
Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta' Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala uffiċjali għoli tal-FSB, huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta' intelligence u l-attività internazzjonali. |
25.7.2014 |
|
79. |
Mikhail Vladimirovich DEGTYAREV (Михаил Владимирович Дегтярëв) |
Data tat-twelid: 10.7.1981 Post tat-Twelid: Kuibyshev (Samara) |
Membru tad-Duma tal-Istat. Fit-23.5.2014 huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” f'Moska, huwa jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
80 |
Ramzan Akhmadovitch KADYROV (Рамзан Ахматович Кадыров) |
Data tat-Twelid: 5.10.1976 Post tat-Twelid: Tsentaroy. |
President tar-Repubblika taċ-Ċeċenja. Kadyrov għamel dikjarazzjonijiet b'appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u b'appoġġ għar-ribelljoni armata fl-Ukrajna. Fl-14 ta' Ġunju 2014 huwa ddikjara fost affarijiet oħra li hu “ser jagħmel minn kollox biex jagħti l-ħajja mill-ġdid lill-Krimea”. F'dak il-kuntest, huwa ngħata l-medalja għal-“liberazzjoni tal-Krimea” mill-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. Barra minn hekk, fl-1 ta' Ġunju 2014 huwa qal li huwa lest jibgħat 74 000 voluntier Ċeċen fl-Ukrajna jekk jintalab jagħmel dan. |
25.7.2014 |
|
81. |
Alexander Nikolayevich TKACHYOV (Александр Николаевич Ткачëв) |
Data tat-Twelid: 23.12.1960 Post tat-twelid: Vyselki, reġjun ta' Krasnodar |
L-eks Gvernatur tal-Krasnodar Krai. Ingħata l-medalja “għal-liberazzjoni tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. Fl-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea. |
25.7.2014 |
|
82. |
Pavel GUBAREV (Павел Юрьевич Губарев) |
Data tat-Twelid: 10.2.1983 Post tat-Twelid: Sievierodonetsk |
Wieħed minn dawk li jiddefinixxu lilhom infushom mexxejja tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa talab l-intervent Russu fil-Lvant tal-Ukrajna, inkluż permezz tal-iskjerament ta' forzi taż-żamma tal-paċi Russi. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Gubarev huwa responsabbli mir-reklutaġġ ta' nies għall-forzi armati tas-separatisti. Responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu bħala l-“gvernatur tal-poplu”. Minkejja li ġie arrestat għat-theddid tal-integrità territorjali tal-Ukrajna, u sussegwentement inħeles, huwa kompla jilgħab rwol prominenti fl-attivitajiet separatisti, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
83. |
Ekaterina Iurievna GUBAREVA (Екатерина Юрьевна Губарева), Katerina Yuriyovna GUBARIEVA (Катерина Юрiйовнa Губарева) |
Data tat-Twelid: 5.7.1983 Post tat-Twelid: Kakhovka (oblast ta' Kherson) |
Fil-kapaċità tagħha bħala dak li kien jissejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Barranin” ta' qabel hija kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u għaldaqstant iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, il-kont tal-bank tagħha jintuża biex jiffinanzja gruppi separatisti illegali. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadha attiva fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti. |
25.7.2014 |
|
84. |
Fedor Dmitrievich BEREZIN (Фëдор Дмитриевич Березин), Fedir Dmitrovych BEREZIN (Федiр Дмитрович Березiн) |
Data tat-Twelid: 7.2.1960 Post tat-Twelid: Donetsk |
Dak li kien jissejjaħ “viċi Ministru għad-difiża” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin, li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti. |
25.7.2014 |
|
85. |
Valery Vladimirovich KAUROV Валерий Владимирович Кауров |
Data tat-Twelid: 2.4.1956 Post tat-Twelid: Odessa |
L-hekk imsejjaħ “president” tal-hekk imsejħa “Repubblika ta' Novorossiya” li appella lir-Russja biex tiskjera truppi fl-Ukrajna. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità huwa għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
86. |
Serhii Anatoliyovych ZDRILIUK Сергей Анатольевич Здрнлюкv |
Data tat-Twelid: 23.6.1972 Post tat-Twelid: Reġjun ta' Vinnytsia |
Assistent għoli ta' Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità, Zdriliuk għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
25.7.2014 |
|
87. |
Vladimir ANTYUFEYEV Владимир Антюфеев (magħruf ukoll bħala Vladimir SHEVTSOV, Vladimir Iurievici ANTIUFEEV, Vladimir Gheorghievici ALEXANDROV, Vadim Gheorghievici SHEVTSOV) |
Data tat-Twelid: 19.2.1951 Post tat-Twelid: Novosibirsk |
Ex “Ministru tas-Sigurtà tal-Istat” fir-reġjun separatist tat-Transnistrija. Eks viċi prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk, responsabbli għas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi. Fil-kapaċità tiegħu, huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” tas-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
25.7.2014 |
|
88. |
Alexey Alexeyevich GROMOV (Алексей Алексеевич Громов) |
Data tat-Twelid: 31.5.1960 Post tat-Twelid: Zagorsk (Sergiev Posad) |
Bħala l-ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, huwa responsabbli mill-għoti ta' struzzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni Russi biex jieħdu pożizzjoni favorevoli mas-separatisti fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea, u b'hekk jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. |
30.7.2014 |
|
90. |
Boris Alekseevich LITVINOV (Борис Алексеевич Литвинов) |
Data tat-Twelid: 13.1.1954 Post tat-Twelid: Dzerzhynsk (oblast ta' Donetsk) |
Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” u kien president tal-hekk imsejjaħ “Kunsill Suprem” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” li kien responsabbli għall-politika u l-organizzazzjoni tar-“referendum” illegali li wasslu għall-proklamazzjoni tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, li kkostitwixxiet ksur tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna. |
30.7.2014 |
|
91. |
Sergey Vadimovich ABISOV (Сергей Вадимович Абисов) |
Data tat-twelid: 27.11.1967 Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea |
Billi aċċetta l-ħatra tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Intern tar-Repubblika tal-Krimea” mill-President tar-Russja (digriet Nru 301) fil-5 ta' Mejju 2014 u bl-azzjonijiet tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Intern” huwa dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna. |
30.7.2014 |
|
92. |
Arkady Romanovich ROTENBERG, Arkadii Romanovich ROTENBERG (Аркадий Романович Ротенберг) |
Data tat-Twelid: 15.12.1951 Post tat-Twelid: Leningrad (San Pietruburgu). |
Is-Sur Rotenberg ilu jaf għal żmien twil lill-President Putin u kien jipprattika l-judo miegħu. Huwa stagħna matul it-tmexxija tal-President Putin. Il-livell tiegħu ta' suċċess ekonomiku huwa attribwibbli għall-influwenza ta' persuni ewlenin li jieħdu deċiżjonijiet li jiffavorixxuh, b'mod partikolari fl-għoti ta' kuntratti pubbliċi. Huwa bbenefika mir-relazzjoni personali mill-qrib tiegħu ma' persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet peress li ngħata kuntratti importanti mill-Istat Russu jew minn intrapriżi li huma proprjetà tal-Istat. Il-kumpanniji tiegħu ngħataw b'mod notevoli diversi kuntratti li jħallu ħafna qligħ għat-tħejjijiet tal-Logħob Olimpiku ta' Sochi. Huwa wkoll is-sid tal-kumpannija Stroygazmontazh li ngħatat kuntratt tal-Istat għall-bini ta' pont mir-Russja għar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment, li b'hekk tikkonsolida l-integrazzjoni tagħha mal-Federazzjoni Russa li b'hekk imbagħad tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa l-president tal-bord tad-diretturi tal-kumpanija tal-pubblikazzjoni Prosvescheniye, li notevolment implimentat il-proġett “Lit-Tfal tar-Russja: Indirizz — Krimea”, kampanja ta' relazzjonijiet pubbliċi li tfasslet biex tikkonvinċi lit-tfal tal-Krimea li issa huma ċittadini Russi li jgħixu fir-Russja u b'hekk jappoġġaw il-politika tal-gvern Russu li tintegra l-Krimea fir-Russja. |
30.7.2014 |
|
93. |
Konstantin Valerevich MALOFEEV (Константин Валерьевич Малофеев) |
Data tat-Twelid: 3.7.1974 Post tat-Twelid: Puschino |
Is-Sur Malofeev għandu rabtiet mill-qrib ma' separatisti Ukreni fil-Lvant tal-Ukrajna u l-Krimea. Kien jimpjega lis-Sur Borodai, l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” u ltaqa' mas-Sur Aksyonov, l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, matul il-perijodu tal-proċess tal-annessjoni tal-Krimea. Il-Gvern Ukren fetaħ investigazzjoni kriminali dwar l-allegat appoġġ materjali u finanzjarju tiegħu lis-separatisti. Barra minn hekk, huwa għamel numru ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u l-inkorporazzjoni tal-Ukrajna fir-Russja u b'mod partikolari f'Ġunju 2014 iddikjara li “Ma tistax tinkorpora l-Ukrajna kollha kemm hi fir-Russja. Forsi l-Lvant (tal-Ukrajna)”. Għalhekk is-Sur Malofeev qed jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna. |
30.7.2014 |
|
94. |
Yuriy Valentinovich KOVALCHUK (Юрий Валентинович Ковальчук) |
Data tat-twelid: 25.7.1951 Post tat-Twelid: Leningrad (San Pietruburgu). |
Is-Sur Kovalchuk ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofondatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' flimkien grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin. Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa l-president u l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 38 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il-Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa. Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin-National Media Group li min-naħa tiegħu jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politiki tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
30.7.2014 |
|
95. |
Nikolay Terentievich SHAMALOV (Николай Терентьевич Шамалов) |
Data tat-Twelid: 24.1.1950 Post tat-Twelid: Il-Belarussja |
Is-Sur Shamalov ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofundatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin. Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa t-tieni l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 10 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il-Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa. Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin-National Media Group li, min-naħa tiegħu, jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politika tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
30.7.2014 |
|
96. |
Alexander Vladimirovich ZAKHARCHENKO (Александр Владимирович Захарченко) |
Data tat-Twelid: 26.6.1976 Post tat-Twelid: Donetsk |
Mis-7 ta' Awwissu 2014 'l hawn, ħa post Alexander Borodai bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Zakharchenko appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
97. |
Vladimir KONONOV/magħruf ukoll bħala Tsar' (Владимир Петровнч Кононов) |
Data tat-Twelid: 14.10.1974 Post tat-Twelid: Gorsky |
Mill-14 ta' Awwissu 'l hawn, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukrajna. Konokov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
98. |
Miroslav Vladimirovich RUDENKO (Мирослав Владимирович Руденко) |
Data tat-Twelid: 21.1.1983 Post tat-Twelid: Debalcevo |
Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”. Huwa stqarr fost l-oħrajn li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. L-hekk imsejjaħ “Deputat tal-Poplu” fl-hekk imsejjaħ “Parlament tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.9.2014 |
|
99. |
Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV, Gennadii Nikolaevich TSYPKALOV (Геннадий Николаевич ЦыПлаков) |
Data tat-Twelid: 21.6.1973 Post tat-Twelid: Oblast ta' Rostov (Russja) |
Ħa post Marat Bashirov bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel kien attiv fl-Armata tal-milizzja tax-Xlokk. Tsyplakov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
101. |
Oleg Vladimirovich BEREZA (Олег Владимирович Берëза) |
Data tat-Twelid: 1.3.1977 |
“Ministru għall-Affarijiet Interni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
102. |
Andrei Nikolaevich RODKIN (Андрей Николаевич Родкин) |
Data tat-Twelid: 23.9.1976 Post tat-Twelid: Moska |
Rappreżentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru tagħhom ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukreni. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
103. |
Aleksandr Akimovich KARAMAN (Александр Акимович Караман), Alexandru CARAMAN |
Data tat-Twelid: 26.7.1956 jew 26.6.1956 Post tat-twelid, Cioburciu, distrett ta' Slobozia, issa r-Repubblika tal-Moldova |
“Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin. Kap tal-Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.9.2014 |
|
104. |
Georgiy L'vovich MURADOV (Георгий Львович Мурадов) |
Data tat-Twelid: 19.11.1954 Post tat-Twelid: Kochmes, Komi ASSR |
L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru” tal-Krimea u Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-Krimea għall-President Putin. Muradov qeda rwol importanti fil-konsolidazzjoni tal-kontroll istituzzjonali Russu fuq il-Krimea minn mindu saret l-annessjoni illegali. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
105. |
Mikhail Sergeyevich SHEREMET (Михаил Сергеевич Шеремет) |
Data tat-twelid: 23.5.1971 Post tat-Twelid: Dzhankoy |
L-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta' Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, kien hemm rapporti li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta' awtodifiża” favur Moska fil-Krimea. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
|
106. |
Yuri Leonidovich VOROBIOV (Юрий Леонидович Воробьев) |
Data tat-twelid: 2.2.1948 Post tat-Twelid: Krasnoyarsk |
Viċi Speaker tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Vorobiov appoġġa pubblikament fil-Kunsill tal-Federazzjoni l-iskjerament ta' forzi Russi fl-Ukrajna. Wara huwa vvota favur id-digriet relatat. |
12.9.2014 |
|
107. |
Vladimir Volfovich ZHIRINOVSKY (Владимир Вольфович Жириновски) |
Data tat-Twelid: 25.4.1946 Post tat-Twelid: Alma-Ata, SSR Kazaka |
Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; Mexxej tal-partit LDPR. Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Appella b'mod attiv li tinqasam l-Ukraina. Iffirma, f'isem il-partit LDPR li huwa jippresiedi, ftehim mal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.9.2014 |
|
108. |
Vladimir Abdualiyevich VASILYEV (Васильев Владимир Абдуалиевич) |
Data tat-Twelid: 11.8.1949 Post tat-Twelid: Klin |
Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
12.9.2014 |
|
109. |
Viktor Petrovich VODOLATSKY (Виктор Петрович Водолацкий) |
Data tat-Twelid 19.8.1957 Post tat-Twelid: Stefanidin Dar, reġjun ta' Rostov |
President (“ataman”) tal-Unjoni tal-Forzi Kosakki Russi u Barranin, u deputat tad-Duma tal-Istat. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea u ammetta li l-Kosakki Russi kellhom involviment attiv fil-konflitt Ukren fuq in-naħa tas-separatisti appoġġati minn Moska. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
12.9.2014 |
|
110. |
Leonid Ivanovich KALASHNIKOV (Леонид Иванович Калашников) |
Data tat-Twelid: 6.8.1960 Post tat-Twelid: Stepnoy Dvorets |
L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
12.9.2014 |
|
111. |
Vladimir Stepanovich NIKITIN (Владимир Степанович Никитин) |
Data tat-Twelid 5.4.1948 Post tat-Twelid: Opochka |
L-Ewwel eks Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
12.9.2014 |
|
112. |
Oleg Vladimirovich LEBEDEV (Олег Владимирович Лебедев) |
Data tat-Twelid 21.3.1964 Post tat-twelid: Rudny, reġjun ta' Kostanai, SSR Kazaka |
L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
12.9.2014 |
|
113. |
Ivan Ivanovich MELNIKOV (Иван Иванович Мельников) |
Data tat-Twelid: 7.8.1950 Post tat-Twelid: Bogoroditsk |
L-Ewwel Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
12.9.2014 |
|
114. |
Igor Vladimirovich LEBEDEV (Игорь Владимирович Лебедев) |
Data tat-Twelid: 27.9.1972 Post tat-Twelid: Moska |
Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
12.9.2014 |
|
115. |
Nikolai Vladimirovich LEVICHEV (Николай Владимирович Левичев) |
Data tat-Twelid: 28.5.1953 Post tat-Twelid: Pushkin |
Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
12.9.2014 |
|
116. |
Svetlana Sergeevna ZHUROVA (Светлана Сергеевна Журова) |
Data tat-Twelid 7.1.1972 Post tat-Twelid: Pavlov-on-the-Neva |
L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvotat favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
12.9.2014 |
|
117. |
Aleksey Vasilevich NAUMETS (Алексей Васильевич Haумец) |
Data tat-Twelid: 11.2.1968 |
Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Huwa l-kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukrajna, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea. |
12.9.2014 |
|
118. |
Sergey Viktorovich CHEMEZOV (Сергей Викторович Чемезов) |
Data tat-Twelid: 20.8.1952 Post tat-Twelid: Cheremkhovo |
Sergei Chemezov huwa wieħed minn dawk magħrufa bħala assoċjati mill-qrib mal-President Putin, it-tnejn kienu uffiċjali tal-KGB stazzjonati fi Dresden u huwa membru tal-Kunsill Suprem tar-“Russja Magħquda”. Huwa qiegħed igawdi mir-rabtiet tiegħu mal-President Russu billi ġie promoss għal karigi għoljin f'kumpanniji kkontrollati mill-Istat. Huwa jippresiedi l-konglomerat ta' Rostec, il-korporazzjoni tad-difiża u l-manifattura industrijali ewlenija Russa kkontrollata mill-Istat. Wara deċiżjoni tal-gvern Russu, Technopromexport, sussidjarja ta' Rostec, qed tippjana li tibni impjanti tal-enerġija fil-Krimea u b'hekk tappoġġa l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, Rosoboronexport, sussidjarja ta' Rostec, appoġġat l-integrazzjoni ta' kumpanniji tad-difiża mill-Krimea fl-industrija tad-difiża tar-Russja, u b'hekk ikkonsolidat l-annessjoni illegali tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
12.9.2014 |
|
119. |
Alexander Mikhailovich BABAKOV (Aлександр Михайлович Бабаков) |
Data tat-Twelid: 8.2.1963 Post tat-Twelid: Chisinau |
Deputat tad-Duma tal-Istat, President tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat dwar Dispożizzjonijiet Leġislattivi għall-Iżvilupp tal-Kumpless Militari-Industrijali tal-Federazzjoni Russa. Huwa membru prominenti tar-“Russja Magħquda” u negozjant b'investimenti importanti fl-Ukrajna u fil-Krimea. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
12.9.2014 |
|
120. |
Serhiy KOZYAKOV (magħruf ukoll bħala Sergey Kozyakov) Сергей Козьяков |
Data tat-Twelid: 29.9.1982 |
Fil-kapaċità tiegħu bħala “Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” huwa responsabbli għall-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
121. |
Oleg Konstantinovich AKIMOV magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV (Олег Константинович Акимов) |
Data tat-Twelid:: 15.9.1981 Post tat-Twelid: Lugansk |
Deputat fl-“Unjoni Ekonomika ta' Lugansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
122. |
Larisa Leonidovna AIRAPETYAN magħrufa wkoll bħala Larysa AYRAPETYAN, Larisa AIRAPETYAN jew Larysa AIRAPETYAN (Лариса Леонидовна Айрапетян) |
Data tat-Twelid: 21.2.1970 |
“Ministru għas-Saħħa” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħarġet bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet”, tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant hija appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
123. |
Yuriy Viktorovich SIVOKONENKO magħruf ukoll bħala Yuriy SIVOKONENKO, Yury SIVOKONENKO, Yury SYVOKONENKO (Юрий Викторович Сивоконенко) |
Data tat-Twelid: 7.8.1957 Post tat-Twelid: Donetsk |
Membru tal-“Parlament” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” u jaħdem fl-Unjoni ta' veterani tad-Donbass Berkut. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
124. |
Aleksandr Igorevich KOFMAN magħruf ukoll bħala Oleksandr KOFMAN (Александр Игоревич Кофман) |
Data tat-Twelid: 30.8.1977 Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk) |
L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Barranin” u l-hekk imsejjaħ “L-Ewwel viċi speaker” tal-“Parlament” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
125. |
Ravil Zakarievich KHALIKOV (Равиль Закариевич Халиков) |
Data tat-Twelid: 23.2.1969 Post tat-Twelid: villaġġ ta' Belozere, Romodanovskiy rayon, USSR |
“L-Ewwel Viċi Prim Ministru” u l-“Prosekutur Ġenerali” preċedenti tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
126. |
Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV, Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV (Дмитрий Александрович Семенов) |
Data tat-Twelid: 3.2.1963 Post tat-Twelid: Moska |
“Viċi Prim Ministru għall-Finanzi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
127. |
Oleg BUGROV (Олег Бугров) |
Data tat-Twelid: 29.8.1969 |
Eks “Ministru għad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
128. |
Lesya LAPTEVA (Леся Лаптева) |
|
Eks “Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza, il-Kultura u r-Reliġjon” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
129. |
Yevgeniy Eduardovich MIKHAYLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Eduardovych Mychaylov) (Евгений Здуардович Михайлов) |
Data tat-Twelid: 17.3.1963 Post tat-twelid: Arkhangelsk |
“Kap tal-amministrazzjoni għall-affarijiet governattivi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
132. |
Vladyslav Nykolayevych DEYNEGO magħruf ukoll bħala Vladislav Nykolayevich DEYNEGO (Владислав Николаевич Дейнего) |
Data tat-Twelid: 12.3.1964 |
“Viċi Kap” tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|
133. |
Pavel DREMOV magħruf ukoll bħala Batya (Павел Леонидович ДРËМОВ), Pavlo Leonidovych DRYOMOV (Павло Леонщович Дрьомов) |
Data tat-Twelid: 22.11.1976 Post tat-Twelid: Stakhanov |
Kmandant tal-“Ewwel Reġiment Kosakk”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna. F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
134. |
Alexey MILCHAKOV magħruf ukoll bħala Fritz, Serb (Алексей МИЛЬЧАКОВ) |
Data tat-Twelid: 30.4.1991 jew 30.1.1991 Post tat-Twelid: San Pietruburgu |
Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna. F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
135. |
Arseny PAVLOV magħruf ukoll bħala Motorola ApcéHий Сергеевич ПÁВЛОВ (magħruf ukoll bħala Моторoла) |
Data tat-Twelid: 2.2.1983 Post tat-Twelid: Ukhta, Komi |
Kmandant tal-“Brigata Sparta”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna. F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
136. |
Mikhail Sergeevich TOLSTYKH magħruf ukoll bħala Givi (Михаил Сергеевич Толстых) |
Data tat-Twelid: 19.7.1980 Post tat-Twelid: Ilovaisk |
Kmandant tal-brigata “Somali”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna. F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
137. |
Eduard Aleksandrovich BASURIN (Здуард Александрович Басурин) |
Data tat-Twelid: 27.6.1966 jew 21.6.1966 Post tat-Twelid: Donetsk |
L-hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru għad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
138. |
Alexandr SHUBIN Александр Васильевич ШУБИН |
Data tat-Twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972 Post tat-Twelid: Luhansk |
L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” illegali. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż. |
16.2.2015 |
|
139. |
Sergey Anatolievich LITVIN (Сергей Анатольевич Литвин) |
Data tat-Twelid: 2.7.1973 |
L-hekk imsejjaħ “Viċi President” tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
141. |
Ekaterina FILIPPOVA Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА |
Data tat-Twelid: 20.11.1988 Post tat-Twelid: Krasnoarmëisk |
L-hekk imsejħa “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
142. |
Aleksandr TIMOFEEV Александр ТИМОФЕЕВ |
Data tat-Twelid: 27.1.1974 |
L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Baġit” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż. |
16.2.2015 |
|
143. |
Evgeny Vladimirovich MANUILOV (Евгений Владимирович Мануйлов) |
Data tat-Twelid: 5.1.1967 |
L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Baġit” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
144. |
Viktor YATSENKO (Виктор ЯЦЕНКО) |
Data tat-Twelid: 22.4.1985 Post tat-Twelid: Kherson |
L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Komunikazzjoni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
146. |
Zaur ISMAILOV (Заур Исмаилов Рауфович) |
Data tat-Twelid: 25.7.1978 (jew 23.3.1975) Post tat-Twelid: Krasny Luch, Voroshilovgrad Lugansk |
L-hekk imsejjaħ “Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
147. |
Anatoly Ivanovich ANTONOV (Анатолий Иванович Антонов) |
Data tat-Twelid 15.5.1955 Post tat-Twelid: Omsk |
Viċi Ministru għad-Difiża, u f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna. Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
148. |
Arkady Viktorovich BAKHIN (Аркадий Викторович Бахин) |
Data tat-Twelid: 8.5.1956 Post tat-Twelid: Kaunas, Litwanja |
L-Ewwel Viċi Ministru għad-Difiża, u f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna. Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
149. |
Andrei Valeryevich KARTAPOLOV (Андрей Валерьевич Картaпoлoв) |
Data tat-Twelid: 9.11.1963 Post tat-Twelid: GDR (DDR) |
Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Fiż-żewġ kapaċitajiet huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|
150. |
Iosif (Joseph) Davydovich KOBZON (Иосиф Дaвьιдoвич Кобзон) |
Data tat-Twelid: 11.9.1937 Post tat-Twelid: Tchassov Yar, Ukrajna |
Membru tad-Duma tal-Istat. Huwa żar l-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u matul iż-żjara tiegħu għamel dikjarazzjonijiet li jappoġġaw lis-separatisti. Huwa nħatar ukoll Konslu Onorarju tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” fil-Federazzjoni Russa. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
16.2.2015 |
|
151. |
Valery Fedorovich RASHKIN (Валерий Фëдoрoвич Рашкин) |
Data tat-Twelid: 14.3.1955 Post tat-twelid: Zhilino, reġjun ta' Kaliningrad |
L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat dwar kwistjonijiet ta' Etniċità. Huwa l-fondatur tal-moviment ċiviku “Krassnaya Moskva — Red Moscow Patriotic Front Aid” li organizza dimostrazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw is-separatisti, u b'hekk appoġġa politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
16.2.2015 |
Entitajiet:
|
33 |
Brigata Prizrak (“Бригада ‘Призрак”) |
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.. |
16.2.2015 |