28.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/16


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1478

tad-19 ta' Awwissu 2015

dwar l-istabbiliment tas-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (Sors ta' Spallazzjoni Ewropew ERIC)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC) (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Franza, ir-Repubblika tal-Italja, l-Ungerija, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera talbu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi s-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (minn issa 'l quddiem “is-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew ERIC”). Ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tan-Netherlands u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ħabbru d-deċiżjoni tagħhom li għall-bidu jipparteċipaw fis-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew ERIC bħala osservaturi.

(2)

Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, ivvalutat l-applikazzjoni u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Franza, ir-Repubblika tal-Italja, l-Ungerija, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera qablu li r-Renju tal-Iżvezja se jkun l-Istat Membru Ospitanti tas-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew ERIC.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (is-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew ERIC) huwa b'dan stabbilit.

2.   L-istatuti tas-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew ERIC huma stabbiliti fl-Anness. L-Istatuti għandhom jinżammu aġġornati u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tas-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew ERIC u fis-sede statutorja tiegħu.

3.   L-elementi essenzjali tal-Istatuti li l-emendi għalihom għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 huma stipulati fl-Artikoli 1, 2, 15-17, 20-22, 24, u 26.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1.


ANNESS

L-ISTATUTI TAS-SORS TA' SPALLAZZJONI EWROPEW ERIC

PREAMBOLU

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-Renju tad-Danimarka

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Ir-Repubblika tal-Estonja

Ir-Repubblika ta' Franza

Ir-Repubblika tal-Italja

L-Ungerija

Ir-Renju tan-Norveġja

Ir-Repubblika tal-Polonja

Ir-Renju tal-Iżvezja

Il-Konfederazzjoni Żvizzera

Minn hawn 'il quddiem imsejħin “il-Membri Fundaturi”, kif ukoll:

Ir-Renju tal-Belġju

Ir-Renju ta' Spanja

Ir-Renju tan-Netherlands

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

Minn hawn 'il quddiem imsejħin “l-Osservaturi Fundaturi”.

BIX-XEWQA li jsaħħu aktar il-pożizzjoni tal-Ewropa u tal-pajjiżi Membri Fundaturi fir-riċerka fid-dinja, u li jintensifikaw il-kooperazzjoni xjentifika bejn il-fruntieri dixxiplinarji u nazzjonali;

BIL-KUNSIDERAZZJONI tal-konklużjoni li saret fl-2003 tal-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFRI), stabbilit mill-Ministri tar-Riċerka tal-Kunsill tal-UE, li pjan ta' stazzjon ta' bersall uniku b'pulsazzjoni twila ta' 5 MW u bi 22 strument huwa l-aqwa disinn tekniku li se jissodisfa l-ħtiġijiet tal-komunità xjentifika Ewropea fl-ewwel nofs tas-seklu attwali;

BILLI JIBNU fuq is-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew ESS AB attwali, il-Memorandum ta' Qbil iffirmat fit-3 ta' Frar 2011 (estiż fl-2012 u fl-2014) dwar il-parteċipazzjoni fil-Fażi ta' Aġġornament tad-Disinn u bl-intenzjoni li jieħdu sehem fil-kostruzzjoni u fl-operazzjoni tas-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew (ESS);

BILLI JAGĦRFU li l-kostruzzjoni tal-ESS hija element ewlieni fl-isforzi Ewropej biex jiżviluppaw aktar l-infrastrutturi ta' riċerka ta' klassi dinjija u li l-ESS huwa faċilità ta' xjenza multidixxiplinarja, li taqdi x-xjenzi tal-ħajja, ix-xjenzi tal-materjali, l-enerġija, ix-xjenzi tal-klima u tirfed il-ħsieb wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-faċilitajiet tan-newtroni fuq skala kbira madwar id-dinja;

JISTENNEW li pajjiżi oħra jipparteċipaw fl-attivitajiet imwettqa flimkien skont l-Istatuti li ġejjin;

LI FTIEHMU KIF ĠEJ:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

L-isem, is-sede u l-lingwa ta' ħidma

1.   Għandu jkun hemm Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka bl-isem ta' Sors ta' Spallazzjoni Ewropew (ESS).

2.   Is-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew (ESS) għandu jkollu l-forma legali ta' Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura ta' Riċerka (ERIC) inkorporata skont id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 u jissejjaħ is-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew ERIC (“l-Organizzazzjoni”).

3.   L-Organizzazzjoni għandu jkollha s-sede statutorja tagħha f'Lund, l-Iżvezja.

4.   Il-lingwa ta' ħidma fl-Organizzazzjoni għandha tkun l-Ingliż.

Artikolu 2

Il-kompiti u l-attivitajiet

1.   Il-kompitu tal-Organizzazzjoni hu li tibni sors ta' newtroni bil-mod b'intensità għolja kif deksritt fir-Rapport tad-Disinn Tekniku tal-ESS, sommarju eżekuttiv ibbażat fuq ir-Rapport tad-Disinn Tekniku tal-ESS tat-22 ta' April 2013 mehmuż bħala l-Anness 1, b'kost li ma jaqbiżx EUR 1 843 miljun bil-prezzijiet ta' Jannar 2013 u li topera, tiżviluppa u tiddekummissjona aktar il-faċilità. Il-kostijiet tal-kostruzzjoni huma stabbiliti fil-ktieb tal-kostijiet tat-13 ta' Marzu 2013 bil-prezzijiet tal-2013, li jkopri n-nefqa ġenerali. Dan il-ktieb tal-kostijiet huwa d-dokument ta' referenza għall-kontribuzzjonijiet kontanti u in natura tal-membri.

2.   Għal dan il-għan l-Organizzazzjoni għandha twettaq u tikkoordina varjetà ta' attivitajiet, inkluż iżda mhux limitat għal:

(a)

tikkontribwixxi għal riċerka tal-ogħla livell, għall-iżvilupp teknoloġiku, għall-innovazzjoni u għall-isfidi soċjetali u b'hekk tirrappreżenta valur miżjud fl-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA) u lil hinn minnha;

(b)

tiżgura l-isfruttament xjentifiku sħiħ tal-ESS u tal-għadd ta' strumenti tiegħu;

(c)

tagħti aċċess effettiv lill-utenti skont il-politika dwar l-aċċess stipulata fl-Artikolu 17;

(d)

ikkontribwixxi għad-disseminazzjoni tar-riżultati xjentifiċi;

(e)

tagħmel l-aqwa użu tar-riżorsi u tal-għarfien;

u kull azzjoni relatata oħra meħtieġa biex tikseb il-kompitu tagħha.

3.   L-Organizzazzjoni għandha tibni u topera l-ESS fuq bażi mhux ekonomika. Sabiex tippromwovi aktar l-innovazzjoni kif ukoll it-trasferiment tal-għarfien u tat-teknoloġija, jistgħu jitwettqu attivitajiet ekonomiċi limitati sakemm dawn ma jipperikolawx l-attivitajiet prinċipali. L-introjtu minn dawn l-attivitajiet għandu jintuża f'konformità mal-kompitu tal-Organizzazzjoni.

4.   L-Organizzazzjoni għandha twettaq attivitajiet għal raġunijiet paċifiċi biss.

KAPITOLU 2

SĦUBIJA

Artikolu 3

Is-sħubija u l-entità rappreżentanti

1.   L-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru membri tal-Organizzazzjoni jew jistgħu jsiru osservaturi mingħajr id-dritt tal-vot:

(a)

l-Istati Membri tal-Unjoni;

(b)

il-pajjiżi assoċjati;

(c)

pajjiżi terzi oħra li mhumiex pajjiżi assoċjati;

(d)

organizzazzjonijiet intergovernattivi

Il-kundizzjonijiet għad-dħul tal-membri u l-osservaturi huma speċifikati fl-Artikolu 4.

2.   L-Organizzazzjoni għandu jkollha Stat Membru wieħed u tal-inqas żewġ Stati Membri oħra jew pajjiżi assoċjati bħala membri.

3.   L-Istati Membri jew il-pajjiżi assoċjati għandu jkollhom b'mod konġunt il-maġġoranza tad-drittijiet ta' votazzjoni fil-Kunsill.

4.   Kwalunkwe membru jew osservatur jista' jkun rappreżentat minn entità pubblika waħda jew aktar inklużi entitajiet privati b'missjoni ta' servizz pubbliku, li jagħżel huwa stess skont ir-regoli u l-proċeduri tiegħu.

5.   Il-membri u l-osservaturi tal-Organizzazzjoni, u l-entitajiet rappreżentanti tagħhom, huma elenkati fl-Anness 7. L-Anness 7 għandu jiġi aġġornat mill-President tal-Kunsill.

Artikolu 4

Id-dħul tal-membri u tal-osservaturi

1.   Il-kundizzjonijiet għad-dħul ta' membri ġodda huma dawn:

(a)

id-dħul ta' membri ġodda għandu jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Kunsill;

(b)

l-applikanti għandhom iressqu applikazzjoni bil-miktub lill-President tal-Kunsill;

(c)

l-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-applikant se jikkontribwixxi għall-kompitu u għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni deskritti fl-Artikolu 2 u kif dan ser jissodisfa l-obbligi msemmija fl-Artikolu 6;

(d)

membri ġodda li jaderixxu ma' dawn l-Istatuti f'perjodu ta' 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħhom jistgħu jagħmlu dan taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-Membri Fundaturi;

(e)

il-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-membri l-ġodda għandhom ikunu soġġetti għal qbil bejn l-Organizzazzjoni u l-membru li jkun dieħel u għandhom ikunu approvati mill-Kunsill;

(f)

membri ġodda li jsiru membri tal-Organizzazzjoni wara sena mid-dħul fis-seħħ tal-Istatuti, minbarra l-kontribuzzjoni ordinarja lejn il-kapital tal-investiment futur, il-kostijiet kurrenti tal-operat, u d-dekummissonar, ikunu meħtieġa jagħmlu kontribuzzjoni speċjali lejn in-nefqa tal-kapital tal-Organizzazzjoni li tkun iġġarrbet diġà.

2.   L-entitajiet elenkati fl-Artikolu (3)1 li għandhom ir-rieda li jikkontribwixxu lejn l-Organizzazzjoni, iżda li għad mhumiex f'pożizzjoni li jissieħbu bħala membru, jistgħu jagħmlu talba lill-Kunsill għal status ta' osservatur. Il-kundizzjonijiet għad-dħul tal-osservaturi huma dawn:

(a)

normalment l-osservaturi jkunu ammessi għal perjodu ta' tliet snin; f'każijiet eċċezzjonali l-Kunsill jista' jestendi l-perjodu ta' status ta' osservatur;

(b)

l-applikanti għandhom iressqu applikazzjoni bil-miktub lill-Kunsill;

Fl-applikazzjoni għandu jiġi deskritt kif l-applikant se jikkontribwixxi lejn l-Organizzazzjoni u lejn l-attivitajiet tagħha deskritti fl-Artikolu 2.

Artikolu 5

L-irtirar ta' membru jew osservatur/It-terminazzjoni tas-sħubija jew tal-istatus ta' osservatur

1.   Membru jista' jirtira mill-Organizzazzoni fi tmiem is-sena finanzjarja, wara talba li trid issir lill-Kunsill tliet snin qabel l-irtitrar. L-irtirar jista' jidħol fis-seħħ biss fil-31 ta' Diċembru 2026, u mhux qabel din id-data.

2.   L-osservaturi jistgħu jirtiraw f'kull ħin, wara li ssir talba lill-Kunsill sitt xhur qabel l-irtirar.

3.   Il-kundizzjonijiet u l-effetti tal-irtirar ta' membru mill-Organizzazzjoni, b'mod partikolari sehmu fil-kostijiet tal-kostruzzjoni, tal-operazzjoni u tad-dekummissjonar tal-ESS u l-kumpens għat-telf, għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill qabel ma jidħol fis-seħħ l-irtirar tal-membru. F'dik id-deċiżjoni għandu jiġi speċifikat sehem il-membru fil-kostijiet tad-dekummissjonar.

4.   Il-Kunsill għandu jkollu l-poter li jittermina s-sħubija ta' membru jew l-istatus ta' osservatur jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

il-membru jew l-osservatur kiser b'mod serju obbligu wieħed jew aktar skont dawn l-Istatuti;

(b)

il-membru jew l-osservatur naqas milli jirregola tali ksur f'perjodu ta' sitt xhur wara li jkun irċieva notifika bil-miktub dwar il-ksur.

Qabel ma l-Kunsill jieħu deċiżjoni dwar it-terminazzjoni ta' membru jew osservatur, il-membru jew l-osservatur għandu jingħata l-opportunità li jikkontesta deċiżjoni bħal din u jippreżenta d-difiża tiegħu lill-Kunsill.

KAPITOLU 3

DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-MEMBRI U L-OSSERVATURI

Artikolu 6

Il-membri

1.   Id-drittijiet tal-membri għandhom jinkludu:

(a)

aċċess għall-ESS għall-komunità xjentifika tiegħu skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 17.

(b)

id-dritt li jattendi u jivvota fil-laqgħat tal-Kunsill. Madankollu, membru m'għandux ikollu vot fi kwistjoni relatata mat-terminazzjoni tas-sħubija ta' dak il-membru.

2.   Il-Membri Fundaturi jimpenjaw lilhom infushom li jagħmlu l-kontribuzzjonijiet li ġejjin, kontanti jew in natura, lejn il-kostijiet tal-kostruzzjoni, inklużi kontribuzzjonijet lejn il-fażi ta' qabel il-kostruzzjoni elenkati fl-Anness 4, u l-kontribuzzjonijiet kontanti lejn il-fażi ta' qabel il-kostruzzjoni u lejn dik tal-kostruzzjoni elenkati fl-Anness 5:

Ir-Repubblika Ċeka

EUR 5,52 M

Ir-Renju tad-Danimarka

EUR 230 M

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

EUR 202,5 M

Ir-Repubblika tal-Estonja

EUR 4,61 M

Ir-Repubblika ta' Franza

EUR 147 M

Ir-Repubblika Taljana

EUR 110,6 M

L-Ungerija

EUR 17,6 M

Ir-Renju tan-Norveġja

EUR 46,07 M

Ir-Repubblika tal-Polonja

EUR 33,2 M

Ir-Renju tal-Iżvezja

EUR 645 M

Il-Konfederazzjoni Żvizzera

EUR 64,5 M

L-ammonti kollha jirreferi għal prezzijiet f'Jannar 2013.

Il-kontribuzzjoni ta' membri oħra, għajr il-Membri Fundaturi, għandha tkun skont it-tabella tal-kontribuzzjoni tas-sħubija stabbilita fl-Anness 6.

Il-kostijiet ta' qabel il-kostruzzjoni u tal-kostruzzjoni jinkludu n-nefqiet totali (il-persunal, il-kostijiet, in-nefqa rikorrenti u n-nefqa tal-kapital) għall-kostruzzjoni tal-ESS kif speċifikat fl-Anness 2. Il-lista ta' kontribuzzjonijiet in natura approvati għall-fażi ta' qabel il-kostruzzjoni tinsab mehmuża fl-Anness 4. Il-figura li turi stima tal-inċidenza annwali tan-nefqa għall-kostruzzjoni, l-operazzjoni u d-dekommissjonar hija inkluża fl-Anness 2.

Ir-regoli u l-prinċipji bażiċi tal-kontribuzzjonijiet in natura huma stabbiliti fl-Anness 3.

3.   Kull membru għandu:

(a)

iħallas il-kontribuzzjoni tiegħu lejn il-kostijiet tal-kostruzzjoni mqassma (l-ammonti ppjanati u l-iskeda tal-ħlasijiet) fil-Baġit annwali deċiżi f'konformità mal-Artikolu 9 (10)(d);

(b)

jikkontribwixxi lejn il-kostijiet operazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 18 u lejn l-ispejjeż tad-dekommissjonar kif stipulat fl-Artikolu 19;

(c)

jekk applikabbli, jaħtar entità rappreżentanti waħda jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 3(4); u jagħti lill-entità rappreżentanti tiegħu l-awtorità sħiħa biex tivvota dwar il-kwistjonijiet kollha mqajma waqt il-laqgħat tal-Kunsill u inklużi fl-aġenda;

4.   Ir-riżorsi tal-organizzazzjoni, kemm jekk kontribuzzjonijiet kontanti jew kontribuzzjonijiet in natura, għandhom jintużaw biss għall-promozzjoni tal-kompitu tal-Organizzazzjoni skont l-Artikolu 2.

Artikolu 7

L-osservaturi

1.   Id-drittijiet tal-osservaturi għandhom jinkludu:

(a)

id-dritt li jattendu l-Kunsill mingħajr vot;

(b)

id-dritt li jħeġġu lill-komunità tar-riċerka tagħhom biex tipparteċipa fl-avvenimenti tal-ESS, bħal pereżempju l-iskejjel tas-sajf, il-gruppi ta' ħidma, il-konferenzi, il-korsijiet tat-taħriġ b'rati preferenzjali, jekk jippermetti l-ispazju;

2.   Jekk applikabbli, kull osservatur għandu jaħtar entità rappreżentanti waħda jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 3(4);

KAPITOLU 4

GOVERNANZA

Artikolu 8

L-organi tal-Oganizzazzjoni

L-organi tal-Organizzazzjoni għandhom ikunu l-Kunsill u d-Direttur Ġenerali.

Artikolu 9

Il-kunsill

1.   Il-Kunsill għandu jkun il-korp governattiv tal-Organizzazzjoni u għandu jkun magħmul minn żewġ delegati minn kull membru tal-Organizzazzjoni. Id-delegati jistgħu jkunu megħjuna minn esperti.

2.   Id-delegati tal-Kunsill għandhom jinħatru u l-ħatriet tagħhom jiġu tterminati skont prinċipji deċiżi minn kull membru. Kull membru għandu jinforma lill-President tal-Kunsill bil-miktub bi kwalunkwe ħatra jew terminazzjoni tal-ħatriet tad-delegati tiegħu fil-Kunsill mingħajr dewmien żejjed.

3.   Il-Kunsill għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, u għandu jkun responsabbli skont id-dispożizzjonijiet ta' dawn l-Istatuti għad-direzzjoni u s-sorveljanza ġenerali tal-Organizzazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet xjentifiċi, tekniċi u amministrattivi. Il-Kunsill jista' jagħti istruzzjonijiet lid-Direttur Ġenerali.

4.   Il-laqgħat tal-Kunsill għandhom jitlaqqgħu mill-President. Għandha titlaqqa' laqgħa tal-Kunsill fuq talba ta' mill-inqas żewġ membri.

5.   Il-Kunsill għandu jaħtar President u Viċi President minn fost id-delegazzjonijiet tal-membri. Il-Viċi President għandu jieħu post il-President fin-nuqqas tiegħu/tagħha u fil-każ ta' kunflitt ta' interess. Bil-ħatra tagħhom il-President u l-Viċi President isiru supra-partes u jħallu d-delegazzjonijiet tagħhom. Il-President u l-Viċi President għandhom ikunu eletti għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn. L-elezzjoni mill-ġdid għandha tkun permessa darba għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn.

6.   Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu soġġett għad-dispożizzjonijiet f'dawn l-Istatuti.

7.   Il-Kunsill jista' jwaqqaf kumitati awżiljari bħal dawn, kif jista' jkun meħtieġ biex iwettaq il-kompitu tal-Organizzazzjoni. Il-Kunsill għandu jiddefinixxi l-mandat ta' dawn il-kumitati.

8.   Il-persunal maniġerjali superjuri, kif definit mill-Kunsill, għandu jinħatar mill-Kunsill u jista' jitkeċċa minnu.

9.   Il-kwistjonijiet li ġejjin għandhom jirrikjedu l-approvazzjoni tal-Kunsill b'vot unanimu:

(a)

żieda fil-kostijiet tal-kostruzzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 2(1);

(b)

bidliet fil-kontribuzzjonijiet lejn il-kostruzzjoni, l-operazzjoni u l-kostijiet tad-dekummissjonar;

(c)

proposta għal emenda ta' dawn l-Istatuti u emenda tal-Annessi tagħhom;

(d)

l-adeżjoni u t-terminazzjoni tas-sħubija jew ta' status ta' osservatur;

Kwalunkwe emenda tal-Istatuti għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(3) u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 kif emendat mill-Kunsill fit-2 ta' Diċembru 2013 (ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1261/2013 (1)).

10.   Id-deċiżjonijiet fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet jeħtieġu maġġoranza kwalifikata tal-voti:

(a)

il-ħatra tad-Direttur Ġenerali kif ukoll is-sospensjoni jew it-tneħħija tal-ħatra tiegħu/tagħha f'konformità mal-Artikolu 11;

(b)

l-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President;

(c)

programm xjentifiku fuq terminu medju ta' żmien (ħames snin);

(d)

il-baġits annwali, il-pjanijiet baġitarji ta' ħames snin, u l-istimi finanzjarji fuq terminu medju ta' żmien (ħames snin);

(e)

l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja annwali;

(f)

il-politika dwar l-allokazzjoni ta' u l-aċċess għal ħin tar-raġġi (beam time);

(g)

ir-Regoli Finanzjarji tal-Organizzazzjoni;

(h)

l-istralċ tal-Organizzazzjoni;

(i)

bidliet sinifikanti fir-Rapport tad-Disinn Tekniku tal-ESS u l-ktieb tal-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9(a) u (b);

(j)

il-ħatra u t-tkeċċija tal-persunal maniġerjali superjuri;

(k)

l-approvazzjoni tat-termini ta' referenza u tal-operazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku (SAC) u tal-Kumitat Konsultattiv Tekniku (TAC).

11.   Id-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha tal-Kunsill għandhom jeħtieġu maġġoranza sempliċi.

Artikolu 10

Il-proċeduri tal-votazzjoni

1.   Kull membru għandu, qabel ma tibda l-fażi operazzjonali, ikun intitolat għal għadd ta' voti li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni tiegħu lejn il-kostijiet ta' qabel il-kostruzzjoni u tal-kostruzzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2). Malli tibda l-fażi operazzjonali, dan it-tqassim ta' voti għandu, f'reviżjoni tal-kontribuzzjonijiet, jiġi rivedut mill-Kunsill. Għandhom isiru aktar reviżjonijiet tal-anqas kull ħames snin.

2.   “Maġġoranza sempliċi” tfisser maġġoranza ta' iktar minn 50 % tal-voti tal-membri rappreżentati waqt il-laqgħa u mhux aktar minn nofs il-membri jivvutaw kontra.

3.   “Maġġoranza kwalifikata” tfisser maġġoranza ta' mill-inqas 67 % tal-voti tal-membri rappreżentati waqt il-laqgħa u mhux aktar minn nofs il-membri jivvutaw kontra.

4.   “Vot unanimu” tfisser mill-inqas 90 % tal-voti tal-membri rappreżentati waqt il-laqgħa u l-ebda vot negattiv.

5.   F'laqgħa tal-Kunsill għandu jitqies li hemm kworum biss jekk id-delegati ta' 67 % tal-membri kollha huma rappreżentati.

Artikolu 11

Id-Direttur Ġenerali

1.   F'konformità mal-Artikolu 9(10)(a), il-Kunsill għandu jaħtar lid-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni skont proċedura adottata mill-Kunsill. Id-Direttur Ġenerali għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Organizzazzjoni. Id-Direttur Ġenerali għandu jwettaq il-ġestjoni ta' kuljum tal-Organizzazzjoni bid-diliġenza dovuta u skont dawn l-Istatuti, l-istruzzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill u rekwiżiti legali applikabbli.

2.   Id-Direttur Ġenerali għandu jipprepara deċiżjonijiet strateġiċi, teknikċi, xjentifiċi, legali, baġitarji u amministrattivi u jissottomettihom lill-Kunsill. Id-Direttur Ġenerali għandu jippreżenta rapport ta' attività annwali lill-Kunsill, u darba fis-sena, għandu jippreżenta dikjarazzjoni finanzjarja awditjata lill-Kunsill.

3.   F'każ li l-post tad-Direttur Ġenerali jkun vakanti, il-Kunsill jista' jinnomina persuna u għandu jiddetermina s-setgħat u r-responsabbiltajiet tagħha biex tieħu l-post tad-Direttur Ġenerali.

4.   Normalment, it-terminu għad-Direttur Ġenerali m'għandux jaqbeż il-ħames snin. Emendi jew estensjonijiet fil-kuntratti ta' impjieg jew ta' assenjament għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kunsill.

Artikolu 12

Il-Kumitat Amministrattiv u tal-Finanzi (AFC), il-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku (SAC) u l-Kumitat Konsultattiv Tekniku (TAC)

1.   Il-Kunsill għandu jwaqqaf Kumitat Amministrattiv u tal-Finanzi (AFC) magħmul minn mhux aktar minn żewġ delegati nominati minn kull membru. Il-President tal-AFC għandu jinħatar mill-Kunsill u jkun supra-partes. Il-Kumitat għandu jagħti pariri lill-Kunsill dwar il-materji kollha tal-kwistjonijiet legali u amministrattivi u dwar il-ġestjoni finanzjarja. It-termini ta' referenza ta' dan il-kumitat u r-regoli ta' proċedura tiegħu għandhom jiġu adottati mill-Kunsill u inkorporati fir-Regoli Finanzjarji.

2.   Il-Kunsill għandu jwaqqaf Kumitat Konsultattiv Xjentifiku (SAC) u Kumitat Konsultattiv Tekniku (TAC) Dawn il-kumitati għandhom ikunu magħmulin minn xjenzjati li ma l-Organizzazzjoni ma timpjegahomx jew inkella li mhumiex marbuta direttament magħha u għandhom jagħtu pariri lill-Kunsill fi kwistjonijiet xjentifiċi (l-SAC) u tekniċi (it-TAC) u kwistjonijiet oħra ta' importanza għall-Organizzazzjoni.

Il-membri tal-SAC u tat-TAC flimkien mal-Presidenti rispettivi tagħhom għandhom jinħatru mill-Kunsill f'konformità mar-Regoli ta' Proċedura. It-termini ta' referenza u tal-operazzjoni tal-SAC u tat-TAC għandhom jiġu adottati mill-Kunsill.

KAPITOLU 5

RAPPURTAR LILL-KUMMISSJONI

Artikolu 13

Ir-rappurtar lill-Kummissjoni

1.   L-Organizzazzjoni għandha tipproduċi rapport annwali tal-attività, li jinkludi fih, b'mod partikolari, l-aspetti xjentifiċi, operazzjonali u finanzjarji tal-attivitajiet tagħha. Ir-rapport għandu jkun approvat mill-Kunsill u jintbagħat lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja korrispondenti. Dan ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

2.   L-Organizzazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ċirkostanza li thedded li tipperikola serjament il-kisba tal-kompiti tal-Organizzazzjoni jew li tfixkel lill-Organizzazzjoni milli tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru. 723/2009.

KAPITOLU 6

POLITIKI

Artikolu 14

Il-ftehim ma' partijiet terzi

F'każijiet fejn l-Organizzazzjoni tqis li jkun ta' benefiċċju, din tista' tidħol fi ftehim ma' kwalunkwe persuna fiżika jew legali. Ftehim ta' dan it-tip għandu jispeċifika d-drittijiet u l-obbligi kollha tal-partijiet.

Artikolu 15

Il-Politika dwar l-akkwist u l-eżenzjoni mit-taxxa

1.   Il-Kunsill għandu jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri u l-kriterji tal-akkwist li l-Organizzazzjoni għandha tkun obbligata li ssegwi. Din il-politika dwar l-akkwist għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tar-rikonoxximent reċiproku, tat-trattament ugwali u tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni.

2.   L-eżenzjonijiet mill-VAT abbażi tal-Artikoli 143(1)(g) u 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2) u f'konformità mal-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 (3), għandhom ikunu limitati għal xiri mill-Organizzazzjoni u minn Membri tal-Organizzazzjoni li jkun għall-użu esklussiv u uffiċjali tal-Organizzazzjoni, bil-kundizzjoni li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-Organizzazzjoni skont l-attivitajiet tagħha. L-eżenzjonijiet tal-VAT għandhom ikunu limitati għal xiri li jaqbeż il-valur ta' EUR 300. L-eżenzjonijiet mid-Dazji tas-Sisa abbażi tal-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (4), għandhom ikunu limitati għal xiri mill-Organizzazzjoni li jkun għall-użu esklussiv u uffiċjali tal-Organizzazzjoni, bil-kundizzjoni li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-Organizzazzjoni skont l-attivitajiet tagħha u li l-valur tax-xiri jaqbeż EUR 300.

Artikolu 16

Ir-responsabbiltà

1.   L-Organizzazzjoni għandha tkun responsabbli għad-dejn tagħha.

2.   Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri għad-djun tal-Organizzazzjoni għandha tkun limitata għall-valur tal-kontribuzzjoni annwali rispettiva ta' kull membru individwali maqbula fil-baġit annwali.

3.   L-Organizzazzjoni għandha tassigura b'mod xieraq biex tkopri r-riskji speċifiċi għall-kostruzzjoni u l-operazzjoni tal-Organizzazzjoni.

Artikolu 17

L-Evalwazzjoni Xjentifika u l-Politika dwar l-Aċċess

1.   L-organizzazzjoni għandha tipprovdi aċċess effettiv għal riċerkaturi Ewropej u internazzjonali kif ukoll utenti oħra rilevanti. L-aċċess għall-ESS għandu jkun ibbażat fuq l-evalwazzjoni tar-reviżjoni bejn il-pari bil-kriterji tal-eċċellenza xjentifika u tal-vijabbiltà u mogħti abbażi ta' politika dwar l-aċċess adottata mill-Kunsill. Il-politika dwar l-aċċess għandha tirrifletti l-impenji fl-Artikolu 2(2)(a).

2.   L-ESS għandu jkun miftuħ b'aċċess għal oħrajn li mhumiex membri. Dan l-aċċess għandu jkun disponibbli għal utenti Ewropej kif ukoll internazzjonali, u jkun disponibbli abbażi tal-politika dwar l-aċċess adottata mill-Kunsill.

Artikolu 18

L-operazzjoni

1.   Il-membri għandhom jikkontribwixxu lejn il-kostijiet operazzjonali tal-Organizzazzjoni b'mod proporzjonat mal-użu tagħhom tal-ESS. Il-prinċipji ġenerali għall-użu tal-faċilità u t-tqassim tal-kontribuzzjonijiet tal-membri lejn il-kostijiet operazzjonali għandhom ikunu dokumentati f'politika apparti maqbula mill-Kunsill.

2.   Il-Kunsill għandu joħloq il-prerekwiżiti biex ma jkunx hemm żbilanċ dejjiemi u sinifikanti bejn l-użu tal-faċilità tal-ESS mill-komunità xjentifika ta' membru u l-kontribuzzjoni ta' dak il-membru lejn l-Organizzazzjoni.

Artikolu 19

Id-dekummissjonar

Il-Membri jintrabtu li jorganizzaw iż-żarmar tal-impjant u l-bini kollu tal-Organizzazzjoni kif speċifikat fl-Anness 1. Il-membri għandhom jaqsmu l-kostijiet rilevanti tad-dekommissjonar. Dawn il-kostijiet m'għandhomx jaqbżu l-ammont ekwivalenti għal tliet baġits operazzjonali annwali, abbażi tal-medja tal-aħħar ħames snin ta' kostijiet operazzjonali. Kostijiet 'il fuq minn hekk għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-Istat ospitanti tal-Organizzazzjoni.

Il-Kunsill għandu jiżviluppa u jadotta Politika dwar id-Dekummissjonar li jkun fiha deskrizzjoni koerenti u komprensiva tal-proċedura tad-dekummissjonar.

Artikolu 20

Il-Politika ta' disseminazzjoni

1.   L-Organizzazzjoni għandha tiffaċilita r-riċerka, u bħala regola ġenerali, għandha tħeġġeġ l-aċċess liberu l-aktar possibbli għad-dejta ta' riċerka. Irrespettivament minn dan il-prinċipju, l-Organizzazzjoni għandha tippromwovi r-riċerka ta' kwalità għolja u għandha tappoġġa kultura tal-“aħjar prattika” permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ.

2.   L-Organizzazzjoni għandha ġeneralment tinkoraġġixxi lir-riċerkaturi jagħmlu r-riżultati tar-riċerka tagħhom disponibbli pubblikament u għandha titlob lir-riċerkaturi tal-pajjiżi membri biex jagħmlu r-riżultati tagħhom disponibbli f'isem l-Organizzazzjoni.

3.   Il-politika ta' disseminazzjoni għandha tiddeskrivi d-diversi gruppi fil-mira, u l-Organizzazzjoni tista' tuża diversi mezzi biex tilħaq l-udjenzi mmirati, bħal pereżempju portal tal-internet, rapporti informali, gruppi ta' ħidma, preżenza fil-konferenzi, artikli f'ġurnali, rivisti u gazzetti ta' kuljum.

Artikolu 21

Il-Politika dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u l-Politika dwar id-Dejta

1.   It-terminu “Proprjetà Intellettwali” għandu jinftiehem skont l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ffirmata fl-14 ta' Lulju 1967.

2.   L-organizzazzjoni għandha tkun is-sid tal-Proprjetà Intellettwali kollha li toħroġ meta jitwaqqaf u jitmexxa l-ESS, inkluż iżda mhux limitat għal, Proprjetà Intellettwali prodotta minn persunal impjegat mill-Organizzazzjoni, ħlief fejn kopert minn ftehimiet kuntrattwali separati jew fejn leġiżlazzjoni obbligatorja jew dawn l-Istatuti ma jidikjarawx mod ieħor.

3.   B'mod ġenerali għandu jkun iffavorit l-Aċċess Miftuħ għal dejta miġbura bħala riżultat tal-użu tal-faċilità tal-ESS u, sa fejn ikun possibbli f'każ ta' softwer u programmi tal-kompjuter maħluqa mill-Organizzazzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji ta' Sors Miftuħ.

4.   L-Organizzazzjoni għandha tadotta l-Politika dwar id-Dejta u dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tagħha stess.

Artikolu 22

L-Invenzjonijiet

L-Organizzazzjoni għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni applikabbli u r-regolamenti dwar l-invenzjonijiet u tadotta Politika tal-Invenzjonijiet tagħha stess.

KAPITOLU 7

KWISTJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 23

Is-sena finanzjarja

Is-sena finanzjarja tal-Organizzazzjoni tibda fl-1 ta' Jannar u tispiċċa fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena.

L-ewwel sena ta' negozju għandha tkun sena finanzjarja qasira li tibda mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni u tintemm fil-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena.

Artikolu 24

L-Awditjar u r-Regoli Finanzjarji

1.   Id-Direttur Ġenerali għandu jressaq quddiem il-Kumitat Amministrattiv u tal-Finanzi (AFC) id-dokumenti tal-baġit kif dettaljati fir-Regoli Finanzjarji li għandhom jiġu riveduti u sussegwentement jitressqu lill-Kunsill bil-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet tal-AFC.

2.   Il-Kunsill għandu jaħtar awdituri esterni li għandhom iservu għal perjodu ta' erba' snin u li jistgħu jinħatru mill-ġdid. L-awdituri għandhom iwettqu funzjonijiet hekk kif inhu stabbilit fir-Regoli Finanzjarji.

3.   Id-Direttur Ġenerali għandu jipprovdi lill-awdituri bl-informazzjoni u l-assistenza kif huma jistgħu jeħtieġu sabiex iwettqu d-doveri tagħhom.

4.   Il-kontijiet tal-Organizzazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja.

5.   Ir-Regoli Finanzjarji għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti l-oħra kollha marbuta mal-baġit tal-Organizzazzjoni, l-istandards tal-kontabilità u l-finanzi inklużi regoli fir-rigward tat-tħejjija, l-iffajljar, l-awditjar u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet.

KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TERMINU, L-ISTRALĊ, IT-TILWIM, U L-ISTABBILIMENT

Artikolu 25

It-terminu

L-Organizzazzjoni hija stabbilita għal terminu indefinit.

Artikolu 26

L-istralċ

1.   L-istralċ tal-Organizzazzjoni għandu jiġi deċiż mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 9(10)(h).

2.   Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 jiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-istralċ tal-Organizzazzjoni, l-Organizzazzjoni għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni.

3.   L-assi li jibqgħu wara l-ħlas tad-dejn tal-Organizzazzjoni għandhom jitqassmu bejn il-membri skont il-kontribuzzjoni annwali akkumulata tagħhom lejn l-Organizzazzjoni. F'konformità mal-Artikolu 16(2), l-obbligi li jibqgħu wara l-inklużjoni tal-assi tal-Organizzazzjoni għandhom jitqassmu fost il-membri skont il-kontribuzzjoni annwali tagħhom lejn l-organizzazzjoni u jkunu limitati għall-valur tal-kontribuzzjoni annwali rispettiva ta' kull membru individwali maqbula fil-baġit annwali.

4.   Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 jiem mill-għeluq tal-proċedura tal-istralċ, l-Organizzazzjoni għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan.

5.   L-Organizzazzjoni għandha tieqaf teżisti fil-jum li fih il-Kummissjoni tippubblika n-notifika korrispondenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Il-liġi applikabbli

It-twaqqif u l-funzjonament intern tal-Organizzazzjoni għandhom ikunu regolati:

(a)

mil-liġi tal-Unjoni u b'mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC);

(b)

mil-liġi tal-Istat fejn l-Organizzazzjoni jkollha s-sede statutorja tagħha fil-każ ta' kwistjonijiet li mhumiex, jew huma biss parzjalment, irregolati mill-atti msemmija fil-punt (a);

(c)

minn dawn l-Istatuti u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 28

L-impjiegi

1.   L-Organizzazzjoni għandha tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs. Kuntratt ta' impjieg għandu jiġi rregolat bil-liġi tal-pajjiż li fih l-impjegat issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

2.   Soġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kull membru għandu fi ħdan il-ġurisdizzjoni tiegħu jiffaċilita l-moviment u r-residenza tal-persuni li jkollhom nazzjonalità tal-pajjiżi tal-membri involuti fil-kompiti tal-Organizzazzjoni kif ukoll tal-membri tal-familja ta' dawn il-persuni ta' dik in-nazzjonalità.

Artikolu 29

It-tilwim

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fuq il-litigazzjoni fost il-membri fir-rigward tal-Organizzazzjoni, bejn il-membri u l-Organizzazzjoni u fuq kull każ ta' litigazzjoni li l-Unjoni tkun parti minnha.

2.   Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ġurisdizzjoni għandha tapplika għat-tilwim bejn l-Organizzazzjoni u partijiet terzi. F'każijiet mhux koperti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni, hija l-liġi tal-Istat fejn l-Organizzazzjoni għandha s-sede statutorja tagħha li għandha tiddetermina l-ġurisdizzjoni kompetenti għar-riżoluzzjoni ta' dan it-tilwim.

Artikolu 30

Id-disponibbilità tal-Istatuti

L-Istatuti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-ESS u fis-sede statutorja.

Artikolu 31

Id-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment

1.   L-Istat ospitanti għandu jsejjaħ laqgħa kostituzzjonali tal-Kunsill kemm jista' jkun malajr iżda mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-istabbiliment tal-Organizzazzjoni.

2.   L-Istat ospitanti għandu jinnotifika lill-Membri Fundaturi b'kull azzjoni legali urġenti speċifika li teħtieġ li tittieħed f'isem l-Organizzazzjoni qabel ma ssir il-laqgħa kostituzzjonali. Sakemm Membru Fundatur ma joġġezzjonax fi żmien ħamest ijiem (5) tax-xogħol wara li jiġi nnotifikat, l-azzjoni legali għandha titwettaq minn persuna awtorizzata mill-Istat ospitanti.

KAPITOLU 9

L-ANNESSI U L-LINGWI

Artikolu 32

L-Annessi

Għal dawn l-Istatuti huma mehmużin l-Annessi li ġejjin:

1.

Ambitu Xjentifiku u Tekniku tal-ESS

2.

Stima tal-Kostijiet u Skeda

3.

Regoli u prinċipji bażiċi għall-kontribuzzjonijiet in natura

4.

Lista ta' kontribuzzjonijiet in natura approvati għall-Fażi ta' qabel il-kostruzzjoni

5.

Lista ta' kontribuzzjonijiet kontanti riċevuti għall-fażi ta' qabel il-kostruzzjoni u għall-fażi tal-kostruzzjoni

6.

Tabella tal-Kontribuzzjonijiet

7.

Il-Membri, l-Osservaturi u l-Entitajiet Rappreżentanti

Artikolu 33

Il-lingwi

Il-verżjonijiet kollha ta' dawn l-Istatuti fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom jitqiesu awtentiċi. L-ebda verżjoni lingwistika ma għandha tieħu preċedenza fuq verżjonijiet oħra.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1261/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC) (ĠU L 326, 6.12.2013, p. 1).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 rigward l-arranġamenti ġenerali għat-taxxa tas-sisa u li tirrevoka d-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).


ANNESS 1

AMBITU XJENTIFIKU U TEKNIKU TAL-ESS

1.   L-GĦAN U L-AMBITU TA' DAN L-ANNESS

L-għan ta' dan l-Anness tal-Istatuti għas-Sors ta' Spallazzjoni Ewropew ERIC huwa l-istabbiliment ta' kwadru fit-termini tal-ambitu xjentifiku u tekniku għall-faċilità tal-ESS. Huwa bbażat fuq ir-Rapport dwar id-Disinn Tekniku (TDR) ippreżentat lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-ESS fil-laqgħa tiegħu fi Frar 2013. It-TDR huwa riżultat tanġibbli tal-Memorandum ta' Qbil għall-fażi ta' qabel il-kostruzzjoni tal-ESS u huwa r-riżultat ta' xogħol kollaborattiv li jinvolvi organizzazzjonijiet ta' riċerka madwar l-Ewropa kollha u lil hinn minnha. L-Anness jagħti wkoll il-kuntest ta' dan il-proġett u jiddeskrivi l-kuntest internazzjonali tal-faċilità. Sommarju tal-istima tal-kostijiet assoċjati u tal-iskeda huma deskritti fl-Anness 2.

2.   KUNTEST

L-ESS hija infrastruttura xjentifika internazzjonali ġdida li għandha tinbena f'Lund, filwaqt li l-attivitajiet ta' ġestjoni tad-dejta jkunu f'Kopenħagen. Se tkun faċilità xjentifika multidixxiplinarja, li taqdi x-xjenzi tal-ħajja, il-fiżika, il-kimika, u x-xjenza tal-materjali, kif ukoll ix-xjenzi dwar l-enerġija u l-klima. Dan isaħħaħ il-ħsieb wara r-rakkomandazzjonijiet tal-OECD Megascience Forum tal-1999 għall-faċilitajiet tan-newtroni fuq skala kbira madwar id-dinja.

Il-kostruzzjoni tas-sors ta' newtroni tal-ESS għall-materjali tax-xjenza hija element ewlieni fl-isforzi Ewropej biex jiġu żviluppati aktar l-għadd ta' infrastrutturi ta' riċerka ta' klassi dinjija fuq skala kbira. Bi sforz pan-Ewropew fl-2002 twettaq Rapport Tekniku li ppreżenta d-disinn kunċettwali u Każ Xjentifiku assoċjat. Fl-2003, il-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFRI), imwaqqaf mill-Ministeri tar-Riċerka tal-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati, ikkonkluda li pjan ta' stazzjon ta' bersall uniku b'pulsazzjoni twila ta' 5MW għall-ESS bi 22 strument “pubbliku” nominali kien l-aqwa disinn tekniku ta' referenza li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-komunità xjentifika Ewropea fit-tieni kwart tas-seklu.

Bil-kostruzzjoni tal-ESS, faċilità bi prestazzjoni tas-sorsi bla preċedent bl-użu ta' teknoloġija ġdida ta' pulsazzjoni twila, u l-operazzjoni tagħha skont il-prattika ta' eċċellenza xjentifika u bħala parti min-netwerk Ewropew ta' sorsi, l-Ewropa se tibqa' fuq quddiem nett fid-dinja fl-attivitajiet ta' riċerka li jinkludu oqsma wiesgħa tax-xjenza li jeħtieġu metodi ta' tixrid tan-newtroni.

3.   L-GĦANIJIET BAŻIĊI

L-għanijiet bażiċi għall-faċilità tal-ESS huma il-provvista ta' opportunitajiet ta' riċerka ewlenija fid-dinja dwar it-tixrid tan-newtroni għax-xjenza Ewropea, l-istinkar għall-eċċellenza xjentifika u l-ogħla rendiment f'termini ta' eżiti xjentifiċi. Fil-partijiet kollha tagħha, il-faċilità hija maħsuba biex tilħaq dawn l-għanijiet u biex tissodisfa d-domanda Ewropea għal abbiltjiet avvanzati u uniċi u l-kapaċità mtejba għar-riċerka. Filwaqt li jilħaq dawn l-għanijiet, l-ESS se jipprovdi għarfien ġdid li ma jistax jinkiseb b'faċilitajiet jew metodi oħra, se jsaħħaħ l-impatt soċjetali tax-xjenza, u jsostni l-innovazzjoni fl-Ewropa.

4.   L-AMBITU XJENTIFIKU

L-ESS se jkollu ħila unika li jistudja firxa wiesgħa ta' strutturi u skedi ta' żmien permezz tal-pulsazzjonijiet twal tan-newtroni b'intensità għolja. L-ESS se joffri raġġi tan-newtroni b'luminożità bla preċedent, li jwasslu raġġi ta' intensità ogħla minn kwalunkwe sors ta' spallazzjoni eżistenti lejn il-kampjuni. Il-luminożità għolja se tippermetti li jsiru ħafna investigazzjonijiet li llum huma lil hinn mill-firxa, billi tippermetti l-kejl ta' kampjuni iżgħar f'ambjenti ta' kampjunar iktar ristretti, l-użu akbar ta' newtroni polarizzati, l-iskoperta ta' sinjali dgħajfa, u l-kejl kinematiku malajr u f'ħin reali. Ir-raġġi tan-newtroni luminużi se jitwasslu fi struttura ta' żmien unika, b'pulsazzjonijiet twal tan-newtroni fi frekwenza baxxa. Din l-istruttura taż-żmien tippermetti l-użu effiċjenti ta' newtroni b'tul tal-mewġa twil. Teknoloġiji tan-newtroni avvanzati se jisfruttaw din l-istruttura sabiex l-istrumenti tal-ESS jiksbu firxa dinamika usa', b'mod partikolari bl-użu ta' raġġi bispettrali, u riżoluzzjonijiet li jistgħu jiġu kkurdati f'medda wiesgħa ħafna kif meħtieġ, li kollha kemm huma se jespandu b'mod sinifikanti l-possibbiltajiet xjentifiċi. Metodi moderni għall-ġestjoni u l-analiżi tad-dejta se jkomplu jsaħħu l-abiltajiet u l-kapaċitajiet.

Is-Sors ta' spallazzjoni se jagħti raġġi tan-newtroni għal għadd ta' strumenti ta' riċerka. Filwaqt li jibni fuq il-Każ tax-Xjenza stabbilit fl-2002 u filwaqt li jidentifika l-ixpruni tax-xjenza għall-ESS, fit-TDR huma ppreżentati għadd ta' strumenti ta' referenza.

5.   L-AMBITU TEKNIKU

Il-Figura 1 hawn taħt tippreżenta t-tqassim ta' referenza tas-sit fil-Grigal tal-belt ta' Lund, fl-Iżvezja. Il-komponenti ewlenin tal-faċilità tal-ESS huma l-aċċeleratur, l-istazzjoni tal-mira, l-għadd ta' strumenti u l-bini u l-infrastrutturi assoċjati.

Fl-aċċeleratur, il-protoni jiġu aċċellerati għal enerġija xierqa biex titwassal b'effiċjenza reazzjoni ta' spallazzjoni. L-aċċeleratur tal-ESS huwa mfassal għal enerġija għolja u għal affidabbiltà għolja u juża prinċipalment kavitajiet superkondutturi.

L-istazzjon tal-mira se jikkonverti r-raġġ tal-protoni mill-aċċeleratur, bil-proċess ta' spallazzjoni f'għadd ta' raġġi intensi ta' newtroni bil-mod li jaslu fl-istrumenti fejn issir ir-riċerka. It-teknoloġija magħżula għall-mira hija dik ta' rota ddur fir-raġġ tal-protoni. Assemblaġġ ta' riflettur-moderatur madwar il-mira jittrasforma n-newtroni veloċi prodotti fil-proċess ta' spallazzjoni għal newtroni bil-mod. Dawn in-newtroni bil-mod huma ggwidati lejn l-istrumenti.

Fl-istrumenti, in-newtroni jintużaw biex jistħarrġu l-proprjetajiet tal-materjali fid-diversità u l-kumplessità kollha tagħhom. It-teknika ta' pulsazzjoni twila tippermetti li r-raġġi tan-newtroni jitfasslu għal kull strument u esperiment speċifiku.

Figura 1

It-Tqassim ta' referenza tal-faċilità tal-ESS

Image 1

Il-punt tal-oriġini tal-mira

f’Latitudni ta’ 55,7344° u

Lonġitudni ta’ 13,2482°

(WGS84 deċimali)

Bini tal-Istazzjon tal-Mira

Mina tal-Aċċeleratur

Swali tal-Esperimenti 1&2

Gallarija RF

Sala tal-Esperimenti 3

Awtostrada E22

It-tqassim ta' referenza tal-faċilità tal-ESS, magħmul mill-mina tal-aċċeleratur (oranġjo), il-gallarija RF (roża), il-bini tal-istazzjon tal-mira (aħmar), is-swali Sperimentali 1 & 2 (blu) u 3 (aħdar). Jidhru wkoll il-perimetru tas-sit (linja bit-tikek), l-awtostrada E22 (griż skur) u t-tqassim possibbli tat-toroq u tal-binjiet tas-servizzi (griż ċar). L-oriġini tal-mira ta' spallazzjoni tinsab f'Latitudni ta' 55,7344° u Lonġitudni ta' 13,2482° (WGS84).

Iċ-Ċentru tal-Ġestjoni tad-Dejta u tas-Softwer f'Kopenħagen (DMSC) jipprovdi appoġġ u servizzi għall-ġestjoni u l-analiżi xjentifika tad-dejta. Id-DMSC huwa responsabbli wkoll mill-manutenzjoni tad-dejta ġġenerata mill-għadd ta' strumenti tal-ESS kif ukoll mill-provvista ta' servizzi biex tinkiseb, tiġi mmaniġġjata u analizzata d-dejta u l-appoġġ tas-simulazzjoni tal-esperimenti. Id-DMSC huwa integrat kompletament fl-organizzazzjoni tal-ESS. Id-DMSC se jkun faċilità ta' klassi dinjija għall-utenti li tappoġġa u tikkollabora ma' firxa wiesgħa ta' utenti xjentifiċi u teknoloġiċi mill-universitajiet, l-istituti u l-industrija.

Figura 2

Il-funzjonalitajiet tal-ESS DMSC

Iċ-Ċentru tal-Ġestjoni tad-Dejta u tas-Softwer tal-ESS (ESS DMSC)

Kontroll tal-Istrumenti u Softwer

Ġbir tad-Dejta

Appoġġ għas-simulazzjoni Monte

Analiżi u viżwalizzazzjoni tad-dejta

Portal għall-utenti

Softwer għall-Kontroll tal-Istrumenti

Aċċess mill-bogħod għall-esperimenti

L-utent jintwera f'ħin reali d-dejta pproċessata minn qabel matul l-esperiment

Appoġġ għall-operazzjoni fil-post (ESS-Lund)

Trasport ta' dejta mhux maħduma lejn is-servers ewlenin biex tinħażen

Proċessar minn qabel ta' dejta mhux maħduma għal format xieraq biex tkompli tintuża

Portal web u għall-apparat mobbli li jipprovdi aċċess għad-dejta tal-utenti skont ir-regoli tal-UE

Żvilupp u appoġġ tas-softwer ta' mmudellar Monte Carlo ta' strumenti tan-newtroni

Provvista ta' appoġġ għal Mudellar ta' aspetti speċifiċi għall-kampjunar tal-istrumenti għall-analiżi tad-dejta

Appoġġ għall-operazzjoni fil-post (ESS-Lund)

Żvilupp u appoġġ ta' analiżi tad-dejta u ta' softwer ta' viżwalizzazzjoni

Provvista ta' soluzzjonijiet ta' tranżizzjoni li jgħinu fil-mudellar ta' dejta dwar in-newtroni ma' mudellar fiżiku tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku u softwer tat-teorija

Jingħata aċċess għal informatika bi Prestazzjoni Għolja

Appoġġ għall-operazzjoni fil-post (ESS-Lund)

Provvista u appoġġ ta' portal għall-utenti fuq il-web għas-sottomissjoni u r-reviżjoni tal-proposti tal-utenti.

Provvista u appoġġ għall-għodod fuq il-web li jgħinu lill-utenti biex jaċċessaw id-dejta tagħhom

Appoġġ għall-operazzjoni fil-post (ESS-Lund)

Minbarra dawn il-komponenti, hemm infrastruttura ta' servizzi, laboratorji ta' sostenn u gruppi ta' ħidma, uffiċċji u faċilitajiet għall-utenti u għall-persunal.

6.   GĦANIJIET TAL-PRESTAZZJONI U TAD-DISINN

Il-faċilità tal-ESS se jkollha kapaċitajiet xjentifiċi uniċi, minn ta' quddiem fid-dinja bħala sors ta' newtroni meta tkun operattiva għalkollox. Bit-twassil ta' newtroni b'pulsazzjonijiet twal ta' diversi millisekondi (nominalment 2,86ms) bi frekwenza baxxa (nominalment 14Hz) għall-għadd ta' strumenti tagħha, għandha tippermetti l-użu effiċjenti ta' raġġi ta' newtroni kiesħa jew termali b'intensità għolja.

L-għan huwa li l-ESS ikollu 22 strument waqt l-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli.

L-enerġija tar-raġġi tal-protoni nominalment se tkun ta' 5 MW u l-prestazzjoni se tiġi ottimizzata f'konformità mal-objettivi xjentifiċi bażiċi. Meta mqabbla mal-ILL (fl-2013), l-istrumenti ta' tixrid ta' newtroni tal-ESS se jiksbu sa 100 darba s-sensittività għad-detezzjoni ta' sinjali baxxi. Meta mqabbla mal-SNS u J-PARC (fl-2013), l-ESS fl-esperimenti se joffri intensitajiet tar-raġġi b'fattur li huwa sa 30 darba aqwa, bl-istess riżoluzzjoni għan-newtroni kesħin u termali.

Il-Faċilità tal-ESS se titfassal b'mod li tkun affidabbli ħafna, b'disinn immirat lejn disponibbiltà ta' 95 % matul il-perjodi operazzjonali annwali tagħha b'aktar minn 4 000 siegħa meta kkummissjonata bis-sħiħ.

Biex jinżammu l-kapaċitajiet biex tkun minn ta' quddiem fid-dinja, se jinżamm headroom tekniku raġonevoli fid-disinn biex ma jiġux preklużi titjib u aġġornamenti fil-futur.

Il-Faċilità tal-ESS se jkollha infrastrutturi informatiċi u xjentifiċi tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku mfassla biex jisfruttaw bis-sħiħ is-sors ta' newtroni, filwaqt li tipprovdi servizz xejntifiku koerenti li bih it-tekniki tan-newtroni jsiru aktar aċċessibbli, aktar b'saħħithom u aktar effiċjenti għal firxa wiesgħa ta' dixxiplini xjentifiċi.

Għal skopijiet ta' ppjanar u ta' kostijiet għal matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu, l-ESS huwa nominalment skedat għad-dekummissjonar fl-2065 u l-art tiġi ristawrata għal użu ieħor f'konformità mal-ambjent madwarha.

Il-Faċilità tal-ESS se titfassal biex tipproteġi l-individwi, il-pubbliku ġenerali u l-ambjent minn ħsara waqt il-kostruzzjoni, l-operazzjoni u d-dekummissjonar. Din se titfassal biex tiffaċilita l-użu ta' enerġija rinnovabbli, biex jitnaqqas kemm jista' jkun il-konsum tal-enerġija tiegħu u biex jiġi riċiklat l-ammont sinifikanti tas-sħana moħlija tagħha.


ANNESS 2

STIMA TAL-KOSTIJIET U SKEDA

1.   INTRODUZZJONI

L-għan ta' dan id-dokument, l-Anness 2 tal-Istatuti, huwa li jiddeskrivi l-istimi tal-kostijiet globali, il-baġit u l-iskeda ppjanata għal proġett tal-ESS. Huwa sommarju ta' livell għoli tal-prestazzjoni ta' riferiment stabbilita fir-rebbiegħa tal-2014, abbażi tat-TDR u d-dokumenti assoċjati ppreżentati lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-ESS fl-2012 u f'konformità mal-ambitu tekniku u xjentifiku mogħti fil-qosor fl-Anness 1. Il-figuri tal-kostijiet kollha f'dan id-dokument huma abbażi tal-prezzijiet ta' Jannar 2013.

2.   IL-KOST TAL-PROĠETT

L-ispejjeż u l-ippjanar għall-ESS saru b'approċċ ta' ċiklu tal-ħajja, u hekk jinkludu l-fażijiet differenti tal-ħajja tal-faċilità kollha. Il-fażijiet inklużi fil-kostijiet u fl-ippjanar huma dik ta' Qabel il-kostruzzjoni, il-Kostruzzjoni, l-Operazzjonijiet (li jinkludu l-Operazzjonijiet Inizjali u l-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli) u l-fażijiet tad-Dekummissjonar. Il-kost totali taċ-ċiklu tal-ħajja jidher fil-Figura 1 hawn taħt.

Figura 1

Il-kost totali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ESS f'Miljuni ta' EUR

Image 2

Miljun EUR

Operazzjonijiet Inizjali

Qabel il-Kostruzzjoni

177

5 600

810

1 843

80

Dekummissjonar

Operazzjonijiet fi Stat Stabbli

Kostruzzjoni

0

1 000

2 000

3 000

4 000

5 000

6 000

Il-kost għall-fażi ta' Qabel il-kostruzzjoni tinkludi l-fażi tal-Aġġornament tad-Disinn tal-faċilità. Il-kost għall-fażi ta' Qabel il-kostruzzjoni jammontaw għal EUR 80 miljun u jinkludi kemm kontribuzzjonijiet kontanti u kemm kontribuzzjonijiet in natura.

Il-baġit għall-Kostruzzjoni huwa ta' EUR 1 843 miljun, u jinkludi l-kostijiet tal-kapital mill-bidu tal-fażi tal-Kostruzzjoni, l-1 ta' Jannar 2013, sal-bidu tal-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli fl-2026. Il-baġit għall-Kostruzzjoni jinkludi l-kapital għall-investiment għal 16-il strument.

Matul il-perjodu 2019-2025 se jkun hemm il-Fażi tal-Operazzjonijiet Inizjali b'mod parallel mal-Fażi tal-Kostruzzjoni. L-Operazzjonijiet Inizjali jammontaw għal EUR 810 miljun u jinkludu l-baġits biex il-faċilità kollha kemm hi tiġi operata u biex jintlaħaq l-objettiv tat-TDR ta' għadd ta' 22 strument. It-tqassim tal-baġit għall-proġett ta' kostruzzjoni jidher fil-Figura 2. Jinkludi kontribuzzjonijiet kontanti kif ukoll in natura.

Figura 2

It-Tqassim tal-baġit għall-Fażi tal-Kostruzzjoni. Il-baġit għad-DMSC, EUR 32 miljun, huwa inkluż fil-baġit għas-Sistemi ta' Tixrid tan-Newtroni (NSS)

Image 3

Aċċelleratur

ICS

NSS

Mira

Admin

Disinn & Inġinerija

Enerġija

Infrastruttura

Infrastruttura u appoġġ

Liċenzjar

0,1 %

0,8 %

29,1 %

0,7 %

1,7 %

6,4 %

8,7 %

19,7 %

4,1 %

28,7 %

Il-fażi tal-Operazzjonijiet Inizjali tibda bil-produzzjoni, il-forniment u s-sejba tal-ewwel newtroni. Il-baġit jinkludi l-kostijiet għall-istartjar tal-operazzjonijiet tal-magni, iż-żieda gradwali tal-operazzjonijiet bl-enerġija tar-raġġi, il-bidu tal-programm għall-utent, l-ewwel partijiet tal-bdil u l-kontribuzzjoni ewlenija lejn il-kostruzzjoni ta' 6 strumenti li jifdal biex titlesta l-bażi ta' għadd ta' 22 strument. Il-baġit għall-Operazzjonijiet Inizjali huwa ppjanat li jintemm fl-2025, filwaqt li jipprovdi tranżizzjoni bla xkiel lejn il-baġit għall-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli.

Il-baġit għall-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli se jibda fl-2026 u jkompli sal-2065 u jinkludi l-kostijiet kollha previsti għal operazzjonijiet sostenibbli f'konformità mal-Anness 1. Dan jinkludi kontribuzzjoni żgħira għat-tlestija tal-għadd ta' strumenti fl-ewwel snin u biex dawn jinżammu kompetittivi matul l-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli. Il-baġit għall-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli huwa ta' EUR 140 miljun/sena.

Figura 3

It-Tqassim tal-baġit għall-Fażi tal-Operazzjonijiet. Il-baġit għall-ġestjoni tal-Faċilità huwa inkluż fil-baġit għall-Amministrazzjoni (Admin)

Image 4

Aċċelleratur

ICS

NSS

Mira

Admin

3,2 %

29,5 %

6,1 %

40,7 %

20,5 %

Skont l-approċċ ta' ċiklu tal-ħajja, huwa ppjanat li wara l-fażi tal-Operazzjonijiet, l-ESS se jiġi ddekommissjonat u s-sit jiġi ristawrat għal użu ieħor. Il-kostijiet assoċjati huma inklużi fil-baġit għad-dekummissjonar, li jammontaw għal EUR 177 miljun.

3.   L-ISKEDA TAL-PROĠETT

L-iskeda ta' livell għoli għal waqt il-Fażi ta' qabel il-kostruzzjoni, il-Kostruzzjoni, l-Operazzjonijiet Inizjali u l-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli tidher fil-Figura 4 hawn taħt. L-iskeda hija teknikament limitata fis-sens li r-riżorsi (il-persunal u l-finanzjament) jitqiesu li ma jiġux posposti

Figura 4

L-istadji importanti ta' Livell Għoli tal-ESS fil-fażijiet tal-Kostruzzjoni u tal-Operazzjonijiet Inizjali

Image 5

qabel il-Kostruzzjoni

L-ewwel sejħa fil-programm għall-utentisħiħ

Ħolqien ta’ prototipi

L-ewwel installazzjonijet (ta’ Sistemi ta’ Magni) fuq il-post

Sejħa għall-esperimenti inizjali

Disinn

2011

5 MW installat

L-ewwel Newtroni lejn l-Istrumenti

tispiċċa l-Kostruzzjoni

tibda l-Kostruzzjoni

Operazzjoni Inizjali

2025

2027

2026

2024

2023

2022

2021

2020

2019

2018

2017

2016

2015

2014

2012

2013

2010

Kostruzzjoni

Tħaffir

Bini

Installazzjoni

Kummissjonar

Jispiċċaw l Operazzjonijiet Inizjali

Jibdew l-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli

4.   IL-PROFIL TAL-BAĠIT

Il-profil tal-baġit għall-Fażi tal-kostruzzjoni (2013-2025), l-Operazzjonijiet Inizjali (2019-2025) flimkien mal-ewwel sena ta' Operazzjonijiet fi Stat Stabbli (2026 -) jidher fil-Figura 5 hawn taħt. Jinkludi kontribuzzjonijiet kontanti kif ukoll in natura. Il-profil tal-infiq ippjanat huwa bbażat fuq l-aħjar stimi li jassumu skeda teknikament limitata.

Figura 5

Il-profil tal-baġit għall-Fażi tal-kostruzzjoni, l-Operazzjonijiet Inizjali, u l-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli

Image 6

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

..

2065

Kostruzzjoni (EUR 1 843 M)

65

157

298

363

373

269

152

62

48

39

11

5

1

Operazzjonijiet inizjali

60

90

110

130

140

140

140

Operazzjonijiet fi Stat Stabbli

140

140

140

140

140

400

350

300

250

200

150

100

50

0

Operazzjonijiet fi Stat Stabbli

Operazzjonijiet inizjali

Kostruzzjoni (EUR 1 843 M)

5.   IL-PROFIL TAL-PERSUNAL

L-għadd totali ta' persunal matul l-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli huwa 494. Il-profil tal-persunal ippjanat għall-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli, espress f'ekwivalenti ta' full-time (FTE), jidher fil-Figura 6 hawn taħt.

Figura 6

Profil tal-persunal Ippjanat għall-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli

Image 7

0

50

100

150

200

250

Ġestjoni Admin & Fac

Mira

NSS

ICS

Aċċelleratur

87

30

227

30

120

Il-Figura 6 hawn fuq tinkludi l-persunal għad-DMSC b'livell ta' persunal ippjanat għall-Operazzjonijiet fi Stat Stabbli ta' 60-65 FTE. Il-persunal tal-ESS DMSC se jiżdied b'mod gradwali.


ANNESS 3

REGOLI U PRINĊIPJI BAŻIĊI GĦALL-KONTRIBUZZJONIJIET IN NATURA

1.

Kontribuzzjoni in natura hija kontribuzzjoni mhux fi flus kontanti pprovduta minn Stat Membru lill-Organizzazzjoni u tista' tkopri:

Komponenti tekniċi għall-faċilità tal-ESS, kif ukoll il-persunal meħtieġ biex jitwettaq l-ittestjar, l-istallazzjoni u/jew l-integrazzjoni ta' komponenti bħal dawn;

ħidma ta' R&Ż kif ukoll il-persunal meħtieġ biex iwettaq il-ħidma tar-R&Ż;

Persunal li jitpoġġa għad-disponibbiltà għal kompiti speċifiċi waqt il-Fażi tal-Kostruzzjoni; jew,

Prodotti jew serzizzi oħra rilevanti għat-tlestija tal-faċilità tal-ESS.

2.

Il-kontribuzzjonijiet in natura xierqa u l-valur tagħhom jiġu identifikati mill-Organizzazzjoni b'referenza għad-deskrizzjonijiet tal-proġett tal-ESS inklużi fil-Pjan tal-Programm, li se jkun disponibbli għall-Istati Membri kollha. L-identifikazzjoni ta' kontribuzzjonijiet in natura xierqa għandha tkun soġġetta għal rieżami u għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill mill-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku jew mill-Kumitat Konsultattiv Tekniku.

3.

Kull kontribuzzjoni in natura se tkun soġġetta għal kuntratt bil-miktub bejn l-Organizzazzjoni u l-korp tat-twettiq li jkun qed jagħti l-kontribuzzjoni in natura. Il-kuntratt tal-kontribuzzjoni in natura għandu, tal-inqas u fejn applikabbli, ikopri l-kwistjonijiet li ġejjin:

Deskrizzjoni u speċifikazzjoni teknika inklużi r-rekwiżiti tal-interfaċċja u tal-intergazzjoni;

Pjan tal-proġett, inklużi l-iskedi taż-żmien, ir-riżultati tanġibbli u l-istadji importanti;

Il-valur attribwit totali

It-termini tat-twassil u tat-trasport,

Il-verifika tal-kwalità u l-ittestjar tal-prestazzjoni qabel l-aċċettazzjoni u l-kummissjonar,

Dokumentazzjoni; il-manwal tal-operazzjoni, il-lista tal-parts, il-manwal tal-manutenzjoni inkluża l-lista tal-parts tal-bdil;

It-taħriġ tal-persunal tal-operazzjoni

Is-sistemi ta' kontroll tekniku u finanzjarju,

Il-ħatra tal-persunal responsabbli,

Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Organizzazzjoni u l-korp tat-twassil

L-assikurazzjonijiet,

Is-sjieda ta' tagħrif eżistenti u għarfien u drittijiet miksuba

L-użu u d-disseminazzjoni ta' għarfien u drittijiet miksuba

Il-liċenzji u d-drittijiet

Id-drittijiet ta' aċċess

It-trasferiment tas-sjieda

Il-proċeduri ta' rappurtar

Il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tal-proċedura formali ta' evalwazzjoni mwettqa mat-twassil tal-kontribuzzjoni in natura

Il-valutazzjoni tar-riskju u l-immaniġġjar tar-riskju

4.

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi Kumitat għar-Reviżjoni In Natura (IKRC), bil-għan li jevalwa proposti tal-kontribuzzjoni in natura. Il-Kunsill għandu japprova l-kuntratti in natura kollha abbażi tar-rakkomandazzjoni mill-IKRC. Wara din l-approvazzjoni, il-Membru għandu jkun akkreditat bil-valur tal-kontribuzzjoni in natura bħala parti mill-kontribuzzjoni totali tiegħu lejn l-ESS.

5.

Id-dispożizzjonijiet interni dwar il-kontribuzzjonijiet in natura għandhom ikunu rregolati mill-Kunsill.

6.

Il-ktieb tal-kostijiet tal-Organizzazzjoni jiddefinixxi l-valur totali ta' kontribuzzjoni in natura. Il-valuri skont il-ktieb tal-kostijiet tal-Organizzazzjoni huma espressi, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, fuq il-livell tal-prezzijiet dikjarati fl-Istatuti u l-Annessi. Il-korp tat-twettiq huwa responsabbli b'mod sħiħ għall-kontribuzzjoni inkluż il-kost. L-EUR għandha tkun il-munita standard għall-kontribuzzjonijiet in natura kollha. Kwalunkwe esponiment tal-munita għandu jitħallas mill-korp tat-twettiq.

ANNESS 4

LISTA TA' KONTRIBUZZJONIJIET IN NATURA APPROVATI GĦALL-FAŻI TA' QABEL IL-KOSTRUZZJONI

Image 8

Pajjiż

Għadd ta' ftehimiet IKC

Valur Totali (kEUR)

Ir-Repubblika Ċeka

2

1 948

Id-Danimarka

15

5 243

Il-Ġermanja

33

20 514

L-Italja

5

6 186

Spanja

13

5 020

In-Norveġja

1

1 786

In-Netherlands

4

721

L-Iżvizzera

10

3 248

Total

83

44 664

No.

ESS Project

ESS WU Name

Contract Partner

Country

TOTAL (kEUR)

1

Accelerator

B1 Superconducting Linac is for DESY

DESY

DE

971,4

2

Accelerator

Backup Study for ESS Proton Source

ESS-Bilbao

ES

477,08

3

Accelerator

Normal conducting linac

INFN

IT

3 725

4

DMSC

SD014DE — HDRI Communication Platform

HZG

DE

470,2

5

DMSC

Design update for the ESS Data Management and Software Centre (DMSC)

UCPH

DK

402,4

6

DMSC

Cluster Interim DMSC

UCPH

DK

1 205,9

7

DMSC

MANTID cooperation

UCPH

DK

123,9

8

Instrument

CAMEA

DTU

DK

480,5

9

Instrument

SD017DC/b DK Horizontal Focusing Reflectometer

DTU

DK

79,5

10

Instrument

Compact SANS

DTU

DK

82,1

11

Neutron Technologies

Neutron Optics

DTU

DK

80,2

12

Instrument

Hybrid Diffractometer

DTU

DK

168,9

13

Instrument

SD001DE/b Bispectral Chopper Spectroscopy

Forschungszentrum Jülich GmbH

DE

393,7

14

Instrument

SD001DE/a Cold Chopper Spectroscopy

TUM

DE

258,7

15

Instrument

SD002DE/a High Resolution NSE

Forschungszentrum Jülich GmbH

DE

318,8

16

Instrument

SD0002DE/b Wide Angle NSE

Forschungszentrum Jülich GmbH

DE

67,6

17

Instrument

SD003DE/a Reflectometer for Liquid Surfaces and Soft Matter

HZB

DE

533,6

18

Instrument

SD004DE/ab Conventional SANS

Forschungszentrum Jülich GmbH

DE

112,1

19

Instrument

SD004DE/C Small Sample SANS

HZG

DE

617,9

20

Instrument

SD005DE/a Bi-spectral Powder Diffractometer

Forschungszentrum Jülich GmbH

DE

272,7

21

Instrument

SD005DE/b Engineering Diffraction

HZG

DE

903,7

22

Instrument

SD006DE Multi Purpose High Resolution Imaging

HZB

DE

758,0

23

Instrument

SD007DE/b Alternative NSE and Add-ons

TUM

DE

635,9

24

Instrument

SD007DE/c Focusing Optics for Spectroscopy

TUM

DE

137,1

25

Instrument

SD007DE/a Phase Space Transformers

HZB

DE

65,1

26

Instrument

SD008DE Multi Purpose Extreme Environment Diffraction

HZB

DE

389,3

27

Neutron Technologies

SD009DE — Choppers

Forschungszentrum Jülich GmbH

DE

828,5

28

Neutron Technologies

SD010DE — Detectors

TUM

DE

4 785,8

29

Neutron Technologies

SD011DE — Polarizers (3HE)

Forschungszentrum Jülich GmbH

DE

417,4

30

Neutron Technologies

SD012DE ESS Specific Sample Environment

HZG

DE

179,0

31

Instrument

SD013DE Test Beam Line

HZB

DE

1 456,4

32

Instrument

SD003DE/b Reflectometer for Magnetic Layers

Forschungszentrum Jülich GmbH

DE

309,0

33

Instrument

SD033CZ Complex Environment Engineering Diffractometer

Institute of Physics ASCR

CZ

1 759,0

34

Instrument

Simulation of Neutron Instruments

KU

DK

938,8

35

Neutron Technologies

Detector Testing Facility

IFE

NO

1 785,6

36

Neutron Technologies

Detectors

CNR

IT

510,2

37

Target

Waste Disposal, Emissions, Dismantling and Decommissioning

KIT

DE

19,2

38

Target

Target Performance Modelling and Optimization

KIT

DE

95,9

39

Target

Material Properties

KIT

DE

9,6

40

Target

Rotating Tungsten Helium Cooled Target Concept — Replaceable System

KIT

DE

322,8

41

Target

Rotating Tungsten Helium Cooled Target Concept — Permanent System

KIT

DE

76,7

42

Target

Liquid Metal Target

KIT

DE

1 152,8

43

Target

Premoderator, Moderator and Reflector Engineering Design

Forschungszentrum Jülich GmbH

DE

1 512,5

44

Target

Shielded Target Monolith System and Beam Extraction

Forschungszentrum Jülich GmbH

DE

845,6

45

Target

Liquid Metal Target

Forschungszentrum Jülich GmbH

DE

163,9

46

Target

Liquid Metal Target

Paul Scherrer Institute

CH

221,5

47

Target

Rotating Tungsten Helium Cooled Target Concept — Permanent System

Forschungszentrum Jülich GmbH

DE

959,9

48

Instrument

SD015DE — Simulation Code Development, Help Desk

HZB

DE

472,9

49

Instrument

SD054NL ULTRA SANS USING NEUTRON SPIN-ECHO MODULATION

Delft University of Technology

NL

208,54

50

Instrument

SD055NL OPTIMISING THE BENEFITS OF SPIN-ECHO LABELLING

Delft University of Technology

NL

135,21

51

Instrument

SD056NL SPIN-ECHO MODULATION IMAGING ADD-ON

Delft University of Technology

NL

247,58

52

Instrument

SD057NL LARMOR LABELLING IN DIFFRACTION

Delft University of Technology

NL

135,21

53

Target

THE ESS WATER TASK FORCE

ESS-Bilbao

ES

189,2

54

Instrument

SD016DC_DK CAMEA

DTU

DK

43,5

55

Instrument

SD018DC_DK COMPACT SANS

DTU

DK

51,2

56

Neutron Technologies

SD020DC_DK NEUTRON OPTICS

DTU

DK

54,0

57

Target

THE ESS TARGET STATION CONCEPT SELECTION (TSCS)

ESS-Bilbao

ES

264,9

58

Target

TARGET TEST STAND

ESS-Bilbao

ES

1 390,75

59

Accelerator

Backup Study for ESS Low Energy Beam Transport

ESS-Bilbao

ES

445,5

60

Accelerator

Backup Study for ESS Radio Frequency Quadrupole

ESS-Bilbao

ES

829,6

61

Accelerator

Backup Study for ESS Drift Tube Linac

ESS-Bilbao

ES

386,77

62

Accelerator

Backup Study for ESS Spoke Superconducting Linac

ESS-Bilbao

ES

296,1

63

Accelerator

Advance Welding Facility

ESS-Bilbao

ES

185,11

64

Instrument

SD067IT — Vibrational Spectroscopy Instrument

Elettra-Sincrotrone Trieste

IT

399,5

65

Instrument

SD067IT — Time Focussing Crystal-Chopper Spectrometer (Tempus Fugit)

Elettra-Sincrotrone Trieste

IT

528,0

66

Accelerator

HEBT, NC Magnets and Power Supplies

DTU

DK

1 201,9

67

Accelerator

Normal conducting linac MEBT

ESS-Bilbao

ES

138,5

68

Accelerator

Normal conducting linac

INFN

IT

1 023,1

69

DMSC

SD029CH ESS Data Aquisition & Software

Paul Scherrer Institute

CH

48,0

70

Instrument

SD016DC_CH TOF-TAS CAMEA

Paul Scherrer Institute

CH

481,0

71

Instrument

SD017DC_CH_a Vertical Focusing Reflectometer

Paul Scherrer Institute

CH

462,0

72

Instrument

SD018DC_CH Compact SANS

Paul Scherrer Institute

CH

287,0

73

Instrument

SD019DC_CH Hybrid Diffractometer

Paul Scherrer Institute

CH

305,0

74

Instrument

SD029CH Multi Purpose High Resolution Imaging

Paul Scherrer Institute

CH

238,5

75

Instrument

SD020DC_CH Neutron Optics

Paul Scherrer Institute

CH

407,5

76

Target

Hot Cell, Handling of Used Resources

Centrum výzkumu Řež s.r.o.

CZ

189,0

77

Target

Study of target radionuclide chemistry and target radio toxicity

DTU

DK

123,8

78

Target

Optimization of beam extraction

DTU

DK

206,4

79

Target

Hot Cell, Handling of Used Resources

ESS-Bilbao

ES

75,7

80

Target

Assessment of radioactive inventory after final shut-down

ESS-Bilbao

ES

47,3

81

Target

Target Performance Modelling and Optimization

ESS-Bilbao

ES

293,3

82

Target

Optimization of beam extraction

Paul Scherrer Institute

CH

547,5

83

Target

Material Properties

Paul Scherrer Institute

CH

249,5

 

 

 

 

 

44 669,8


ANNESS 5

LISTA TA' KONTRIBUZZJONIJIET KONTANTI RIĊEVUTI GĦALL-FAŻI TA' QABEL IL-KOSTRUZZJONI U GĦALL-FAŻI TAL-KOSTRUZZJONI (SA ĠUNJU 2015 U INKLUŻ DAN L-ISTESS XAHAR)

Ir-Repubblika Ċeka

EUR 2,7 M

Ir-Renju tad-Danimarka

EUR 67,6 M

Ir-Renju tal-Iżvezja (1)

EUR 192,8 M


(1)  L-ammont ikkalkulat mill-1 ta' Jannar 2013.


ANNESS 6

TABELLA TAL-KONTRIBUZZJONIJIET

Il-pajjiżi li ġejjin impenjaw lilhom infushom li jagħtu l-kontribuzzjonijiet li ġejjin, fi flus kontanti jew in natura, lejn il-kostijiet tal-kostruzzjoni (inklużi l-kostijiet ta' qabel il-kostruzzjoni) tal-ESS (l-ammonti kollha jirreferu għall-prezzijiet f'Jannar 2013)


ANNESS 7

IL-MEMBRI, L-OSSERVATURI U L-ENTITAJIET RAPPREŻENTANTI

MEMBRI

Pajjiż jew organizzazzjoni Intergovernattiva

Entità rappreżentanti

(jiġifieri ministeru, kunsill ta' riċerka)

Ir-Repubblika Ċeka

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport (MEYS)

Ir-Renju tad-Danimarka

 

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

 

Ir-Repubblika tal-Estonja

 

Ir-Repubblika ta' Franza

Centre National de la Recherche Scientifique (CNRS) and Commissariat à l'Energie Atomique et aux Energies Alternatives (CEA)

Ir-Repubblika tal-Italja

Istituto Nazionale di Fisica Nucleare (INFN)

L-Ungerija

 

Ir-Renju tan-Norveġja

Il-Kunsill Norveġiż għar-Riċerka

Ir-Repubblika tal-Polonja

Ministeru tax-Xjenza u l-Edukazzjoni Ogħla

Ir-Renju tal-Iżvezja

 

Il-Konfederazzjoni Żvizzera

 


OSSERVATURI

Pajjiż jew organizzazzjoni Intergovernattiva

Entità rappreżentanti

(jiġifieri ministeru, kunsill ta' riċerka)

Ir-Renju tal-Belġju

Studiecentrum voor Kernenergie (SCK)

Ir-Renju ta' Spanja

 

Ir-Renju tan-Netherlands

 

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq