|
30.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1226
tat-23 ta’ Lulju 2014
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33963 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Angoulême, SNC-Lavalin, Ryanair u Airport Marketing Services
(notifikata bid-dokument numru C(2014) 5080)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom skont dawn l-Artikoli (2), u wara li ġew ikkunsidrati dawn l-osservazzjonijiet,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz tal-ittra tas-26 ta’ Jannar 2010, il-kumpanija tal-ajru Air France ressqet ilment dwar il-vantaġġi li allegatament irċeviet il-kumpanija tal-ajru Ryanair f’numru ta’ ajruporti reġjonali u lokali Franċiżi. Dan l-ilment jagħmel referenza wkoll għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-operatur tal-ajruport ta’ Angoulême Brie Champniers (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “l-ajruport ta’ Angoulême”), jiġifieri l-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija (Chambre de Commerce et d’Industrie) ta’ Angoulême (minn issa ’l quddiem imsejħa “is-CCI ta’ Angoulême”), allegatament ibbenefika minnhom. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra tas-16 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni bagħtet kopja mhux kunfidenzjali tal-ilment lill-awtoritajiet Franċiżi u stiednet ukoll lill-awtoritajiet Franċiżi biex jipprovdu kjarifiki dwar il-miżuri allegati. L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu t-tweġibiet tagħhom permezz tal-ittri tal-31 ta’ Mejju u tas-7 ta’ Ġunju 2010. |
|
(3) |
Permezz tal-ittra tat-2 ta’ Novembru 2011, il-kumpanija tal-ajru Air France pprovdiet xi tagħrif addizzjonali biex issostni l-ilment tagħha. Permezz tal-ittra tal-5 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni bagħtet dawn id-dettalji u talbet lil Franza biex tagħtiha aktar informazzjoni. Fit-22 ta’ Diċembru 2011, l-awtoritajiet Franċiżi talbu li tiġi estiża l-iskadenza biex jagħtu t-tweġiba tagħhom; il-Kummissjoni aċċettat din l-estensjoni permezz tal-ittra tal-4 ta’ Jannar 2012. L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-kummenti u t-tweġibiet tagħhom permezz tal-ittra tal-20 ta’ Jannar 2012. |
|
(4) |
Permezz tal-ittra tal-21 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE dwar l-għajnuna potenzjali lill-ajruport ta’ Angoulême u lill-kumpanija tal-ajru Ryanair. Id-eċiżjoni tal-Kummissjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“deċiżjoni ta’ ftuħ”) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) fil-25 ta’ Mejju 2012. |
|
(5) |
L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw il-kummenti u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet li kien hemm fid-deċiżjoni ta’ ftuħ u għall-mistoqsijiet addizzjonali tal-Kummissjoni permezz tal-ittri tat-22 ta’ Mejju 2012 u tal-21 ta’ Settembru 2012 rispettivament. |
|
(6) |
Il-kumpaniji Air France, Ryanair u Airport Marketing Services (minn hawn ’il quddiem imsejħa “AMS”) ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom matul il-perjodu ta’ żmien previst għal dan l-iskop fid-deċiżjoni ta’ ftuħ. Permezz tal-ittri tal-20 ta’ Awwissu 2012 u tat-3 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lill-awtoritajiet Franċiżi. Fl-ittri tagħha tat-12 ta’ Settembru 2012 u tas-7 ta’ Ġunju 2013, Franza infurmat lill-Kummissjoni li min-naħa tagħha, ma kellhiex osservazzjonijiet xi żżid f’dan ir-rigward. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni rċeviet xi osservazzjonijiet addizzjonali min-naħa ta’ Ryanair fit-13 ta’ April 2012, l-10 ta’ April 2013, l-20 ta’ Diċembru 2013, is-17 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Jannar 2014. Dawn l-osservazzjonijiet addizzjonali ntbagħtu lil Franza permezz tal-ittri tat-13 ta’ Lulju 2012, it-3 ta’ Mejju 2013, id-9 ta’ Jannar 2014, it-23 ta’ Jannar 2014 u l-4 ta’ Frar 2014 rispettivament. Fl-ittri tagħha tas-17 ta’ Lulju 2012, l-4 ta’ Ġunju 2013, id-29 ta’ Jannar 2014, it-3 ta’ Frar 2014 u l-21 ta’ Mejju 2014, Franza infurmat lill-Kummissjoni li min-naħa tagħha, ma kellhiex osservazzjonijiet xi żżid f’dan ir-rigward. |
|
(8) |
Fl-24 ta’ Frar, fit-13 ta’ Marzu u fid-19 ta’ Marzu 2014, wara l-adozzjoni tal-linji gwida tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (minn issa ’l quddiem imsejħa “il-linji gwida l-ġodda”) (4), il-Kummissjoni stiednet lil Franza u lill-partijiet interessati biex jipprovdu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-linji gwida l-ġodda, speċjalment fil-każ preżenti. Fid-19 ta’ Marzu 2014, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw xi osservazzjonijiet f’dan ir-rigward. |
|
(9) |
Barra minn hekk, fil-15 ta’ April 2014, ġie ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5), biex jistieden lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom, inkluż fil-każ preżenti, fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tal-linji gwida l-ġodda. Il-kumpaniji Air France u Transport & Environment ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom matul il-perjodu ta’ żmien previst għal dan l-iskop. Permezz tal-ittri tat-28 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lill-awtoritajiet Franċiżi. Fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Mejju 2014, Franza infurmat lill-Kummissjoni li min-naħa tagħha, ma kellhiex osservazzjonijiet x’tagħti f’dan ir-rigward. |
2. IL-FATTI
2.1. L-operaturi u s-sidien tal-infrastruttura tal-ajruport
|
(10) |
Sal-2011, il-ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême kienet f’idejn is-CCI ta’ Angoulême. Bl-ordni ministerjali tal-20 ta’ Settembru 2002, l-Istat, li dak iż-żmien kien is-sid tal-ajruport ta’ Angoulême, ikkonċeda l-ajruport lis-CCI ta’ Angoulême għal ħames snin. Skont il-ftehim (6) konkluż bejn is-CCI ta’ Angoulême u l-Istat, is-CCI ta’ Angoulême kienet inkarigata mill-bini, il-manutenzjoni u l-operat tal-ajruport. Għal dan il-għan, is-CCI ta’ Angoulême, fir-rwol tagħha ta’ operatur u ta’ korp ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême (minn issa ’l quddiem imsejħa “CCI-ajruport”) setgħet tgawdi minn kontabbiltà separata minn dik tad-dipartiment ġenerali tas-CCI ta’ Angoulême (7). Bl-ordni tal-Prefett tat-22 ta’ Diċembru 2006, is-sjieda tal-ajruport ta’ Angoulême mbagħad ġiet ittrasferita għas-Syndicat mixte des aéroports de Charente (minn issa ’l quddiem imsejħa “SMAC”). Għaldaqstant, fl-1 ta’ Jannar 2007, l-SMAC issostitwixxiet lill-Istat fir-rwol ta’ awtorità konċedenti. Minn din id-data ‘l hemm, l-investimenti u l-finanzjamenti kollha tal-ajruport waqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-SMAC. |
|
(11) |
L-SMAC hija responsabbli mis-sistemazzjoni, it-tagħmir, il-manutenzjoni, il-ġestjoni u l-operat tal-ajruport ta’ Angoulême, u tinkludi l-kontea ta’ Charente (minn issa ’l quddiem, “CG16”), il-Communauté d’agglomération du grand Angoulême (minn issa ’l quddiem, “COMAGA”), il-Communauté des communes de Braconne Charente (minn issa ’l quddiem, “CCBC”), is-CCI ta’ Angoulême, il-Communauté des communes de Cognac (minn issa ’l quddiem, “CCC”) u l-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Cognac. Kif indikat fid-deċiżjoni ta’ ftuħ (8), l-istatuti tal-SMAC jipprevedu li l-ispejjeż li jsiru b’rabta mal-ajruport ta’ Angoulême jitqassmu bejn il-membri tagħha. |
|
(12) |
Wara li estendiet il-konċessjoni mogħtija lis-CCI ta’ Angoulême sal-31 ta’ Diċembru 2008, l-SMAC ikkonkludiet ftehim ta’ sottokuntratti tal-ġestjoni mas-CCI ta’ Angoulême fit-22 ta’ Jannar 2009 (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-“ftehim ta’ sottokuntratti tal-2009”). Mill-1 ta’ Jannar 2009, għal perjodu ta’ tliet snin, l-investimenti li saru bħala parti mill-operat tal-ajruport kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-SMAC u mhux tas-CCI-ajruport. |
|
(13) |
Fl-aħħar nett, b’segwitu għal proċedura ta’ akkwist pubbliku kompetittiv, mill-1 ta’ Jannar 2012, il-ġestjoni u l-operat tal-ajruport waqgħu f’idejn il-kumpanija privata SNC-Lavalin (9). |
2.2. Il-karatteristiċi tal-ajruport u t-traffiku
|
(14) |
Kif imfakkar fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, l-ajruport ta’ Angoulême jinsab fil-kontea ta’ Charente u huwa miftuħ għat-traffiku kummerċjali nazzjonali u internazzjonali. Huwa jinsab 75 km bogħod mill-ajruporti ta’ Périgueux u ta’ Limoges, 80 km bogħod mill-ajruport ta’ Niort, u bejn wieħed u ieħor 120 km bogħod mill-ajruporti ta’ La Rochelle u ta’ Bordeaux. Tabella 1 L-ajruporti qrib l-ajruport ta’ Angoulême (1)
|
|
(15) |
F’April 2007 ġie interrott is-servizz tal-ajru skedat soġġett għal obbligu ta’ servizz pubbliku (OSP), bejn Angoulême u Lyon, li kien operat minn Twin Jet. Fl-2008 u l-2009, Ryanair kienet qed toffri servizz għal Londra Stansted minn April sa Ottubru, bi frekwenza ta’ tliet rotazzjonijiet kull ġimgħa. Mill-2004 sal-2011, il-movimenti kummerċjali l-oħra tal-ajruport ta’ Angoulême kienu ġejjin l-aktar mit-titjiriet tal-klabbs tal-avjazzjoni jew tal-klabbs tal-ħelikopters u mill-vjaġġi ta’ negozju. |
|
(16) |
It-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport ta’ Angoulême, hekk kif ippreżentat fil-qosor fit-Tabella 2 hawn taħt, iqiegħdu fil-kategorija D, f’dak li jirrigwarda l-punt 15 tal-Linji Gwida Komunitarji tal-2005 dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna mill-Istat tal-bidu ta’ negozju għall-kumpaniji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (10) (minn issa ’l quddiem imsejħa “Linji Gwida tal-2005”). Tabella 2 It-traffiku u l-movimenti fl-ajruport ta’ Angoulême (2)
|
|
(17) |
L-analiżi tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-ajruport ta’ Angoulême turi li l-ġestjoni tal-pjattaforma ġabet magħha telf sostanzjali fuq il-perjodi kkunsidrati. B’kollox, il-kontribuzzjonijiet mogħtija lill-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport għall-operat tal-ajruport matul il-perjodu 2004-2011, telgħu għal EUR 1 0 2 32 310 (11). L-investimenti mhux statali li saru mill-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport matul il-perjodu 2004-2011 kienu jammontaw għal EUR 1 2 77 000. Il-finanzjament tagħhom ġie assigurat mill-awtoritajiet territorjali interessati, u mbagħad mill-SMAC u mis-CCI-ajruport (12). |
3. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI
3.1. L-appoġġ finanzjarju mogħti lill-ajruport
3.1.1. Qafas kuntrattwali għas-sussidji mogħtija lill-ajruport
|
(18) |
Parti mill-investimenti u mid-defiċit tal-operat tal-ajruport ta’ Angoulême tħallsu mis-CG16, is-COMAGA u s-CCBC, wara l-ftehim ta’ sħubija (13) (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-“Ftehim tal-2002”) li kkonkludew mas-CCI ta’ Angoulême. Dan il-ftehim sar wara l-għoti mill-Istat ta’ konċessjoni għat-tagħmir pubbliku lokali. Minħabba f’hekk, is-CG16, is-COMAGA u s-CCBC ipprovdew, sal-31 ta’ Diċembru 2006, appoġġ finanzjarju lis-CCI ta’ Angoulême għall-operat tal-ajruport (14). L-SMAC reġgħet assumiet l-impenji msemmija fil-Ftehim tal-2002 fl-1 ta’ Jannar 2007. |
|
(19) |
Skont il-ftehim ta’ sottokuntratti tal-2009, l-SMAC kopriet id-defiċit operattiv tas-CCI-ajruport għall-perjodu 2009-2011. It-tqassim tal-kontribuzzjonijiet bejn il-membri kostitwenti tal-SMAC f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż attribwiti għall-ajruport ta’ Angoulême għadu, għal dan il-perjodu, identiku għal dak previst fil-Ftehim tal-2002. |
|
(20) |
Fl-aħħar nett, kif ġie rrimarkat qabel, l-impriża SNC-Lavalin ilha tieħu ħsieb il-ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême mill-1 ta’ Jannar 2012, fil-qafas ta’ kuntratt pubbliku ta’ operat ta’ sitt snin, mogħti mill-SMAC (15). Kull kandidat għas-sejħa għall-offerti (16) kellu jipproponi pjan ta’ orjentament strateġiku li jiddistingwi bejn “xenarju bażi” (17) u “xenarju proattiv” (18). L-awtorità li tiddelega marret għat-tieni xenarju. |
3.1.2. L-investimenti fl-infrastruttura
|
(21) |
Id-dettalji tal-kontribuzzjonijiet li effettivament tħallsu lis-CCI-ajruport mid-diversi awtoritajiet pubbliċi għall-finanzjament ta’ investimenti fl-infrastruttura tal-ajruport huma stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ ftuħ (19). Il-Kummissjoni tfakkar li l-investimenti mhux statali li saru mis-CCI-ajruport matul il-perjodu 2004-2011 telgħu għal EUR 1 2 77 000. Il-finanzjament tagħhom ġie assigurat mill-awtoritajiet territorjali interessati (CG16, COMAGA, CCBC) u mbagħad mill-SMAC u mis-CCI-ajruport. |
|
(22) |
Dawn l-investimenti kienu maħsuba li jestendu r-runway b’50 metru sabiex l-ajruport ta’ Angoulême jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa biex jilqa’ fih lill-kumpaniji tal-ajru li jistgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir tat-traffiku tal-ajru. L-awtoritajiet Franċiżi jisħqu wkoll li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni tal-ajruport u l-istallazzjonijiet modulari l-aktar kellhom l-għan li jissodisfaw l-istandards regolatorji li japplikaw għall-istabbilimenti li jilqgħu lill-pubbliku. |
|
(23) |
Bl-eċċezzjoni tal-prerogattivi statali, l-SMAC kienet ilha responsabbli mill-ispiża u l-immaniġġjar tal-investimenti għas-sistemazzjoni u għat-tagħmir tal-ajruport mill-1 ta’ Jannar 2012. Minkejja li ma ġiex stabbilit programm definittiv, dawn l-investimenti ġew stmati li jammontaw għal EUR 1 2 00 000 matul il-perjodu 2012-2017 (20). |
3.1.3. Il-finanzjament tal-kostijiet marbuta mal-mandati statali
|
(24) |
Il-Ftehim tal-2002 jeskludi espliċitament, mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, l-investimenti direttament marbuta mal-mandati statali. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dawn il-kostijiet (21) ikopru l-ispejjeż operazzjonali, it-tagħmir ta’ sikurezza (22) u t-tagħmir ta’ sigurtà (23). Dawn l-ispejjeż jinqasmu kif ġej: Tabella 3 L-ispejjeż marbuta mas-sigurtà u mas-sikurezza
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(25) |
Dawn l-ispejjeż ġew koperti, fuq bażi pro rata tal-imposti tad-deprezzament, mit-taxxa tal-ajruport u minn sussidji addizzjonali tal-Fond għall-Ajruporti u għat-Trasport bl-Ajru (Fonds d’intervention pour les aéroports et le transport aérien – FIATA), u mill-2008 ġew sostitwiti minn żieda fit-taxxa tal-ajruport. It-taxxa tal-ajruport, stabbilita skont l-Artikolu 1609 quatervicies tal-Kodiċi Ġenerali tat-taxxi, tinġabar mill-operaturi tal-ajruporti li fihom it-traffiku ta’ imbarkamenti u żbarkamenti qabeż l-5 000 passiġġier matul is-sena kalendarja preċedenti. Ordni ministerjali tistabbilixxi l-lista tal-ajruporti kkonċernati u t-tariffa tat-taxxa li tapplika għal kull ajruport (24). |
|
(26) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, ir-riżorsi miġbura b’dan il-mod jinqasmu kif ġej: Tabella 4 Ir-rikavati mir-riżorsi allokati għall-finanzjament ta’ attivitajiet statali
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.1.4. Sussidji tal-operat
|
(27) |
Sal-2008, is-CG16, is-COMAGA u s-CCBC koprew id-defiċit tal-operat u ħallsu l-akkonti ta’ self f’konformità mal-Ftehim tal-2002, filwaqt li s-CCI ta’ Angoulême ħallset il-bilanċ tad-defiċit eventwali permezz ta’ kontribuzzjoni mis-servizz ġenerali tagħha (25). Il-limitu massimu tad-defiċit annwali kopert mill-partijiet kontraenti għall-Ftehim tal-2002, li inizjalment kien ta’ EUR 3 50 000, żdied mill-2004 ‘l hemm. Fl-aħħar nett, l-SMAC ikkumpensat għad-defiċit kollu tal-operat tas-CCI-ajruport mill-2008, u wara l-1 ta’ Jannar 2009, id-data li fiha l-SMAC ħadet impenn skont is-sottokuntratt tal-2009. |
|
(28) |
B’kollox, il-kontribuzzjonijiet mogħtija lis-CCI-ajruport għall-operat tal-ajruport ta’ Angoulême matul il-perjodu 2004-2011, jinqasmu kif ġej: Tabella 5 L-ammont ta’ sussidji tal-operat li rċeviet is-CCI-ajruport
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(29) |
Sa mill-2012, SNC-Lavalin ġiet aġġudikata l-operat tal-ajruport skont kuntratt pubbliku. Ix-xenarju bażi u x-xenarju proattiv deskritti hawn fuq (ara n-noti f’qiegħ il-paġna 17 u 18) ippreżentaw, abbażi tar-riżultat tat-tbassir tal-operat, l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni ta’ bbilanċjar iffinanzjata mill-SMAC u l-livell tar-remunerazzjoni ta’ rata fissa mogħtija lid-delegat. L-offerti ppreżentati minn SNC-Lavalin kienu dawn li ġejjin: Tabella 6 Il-limitu massimu tas-sussidji tal-operat u tar-remunerazzjoni mogħtija lil SNC-Lavalin (bit-taxxi inklużi) – Ix-xenarju bażi
Tabella 7 Il-limitu massimu tas-sussidji tal-operat u tar-remunerazzjoni mogħtija lil SNC-Lavalin (bit-taxxi inklużi) – Ix-xenarju proattiv
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.2. Qafas tariffarju għall-ajruport ta’ angoulême
|
(30) |
Is-CCI ta’ Angoulême ħadet erba’ deċiżjonijiet tariffarji suċċessivi, u minnhom l-SMAC approvat l-aħħar tnejn: Tabella 8 L-imposti ajrunawtiċi tal-ajruport ta’ Angoulême
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(31) |
Il-kumpaniji li jippjanaw titjiriet regolari setgħu jkunu soġġetti għal ftehim speċifiku, skont is-servizzi meħtieġa. F’dan il-kuntest, setgħu jingħataw xi rifużjonijiet (26). |
3.3. Ir-relazzjonijiet ma’ Ryanair
3.3.1. Il-kuntratti konklużi ma’ Ryanair u ma’ Airport Marketing Services
|
(32) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ sejħa Ewropea għal proġetti (27), ġew konklużi żewġ kuntratti fit-8 ta’ Frar 2008 bejn l-SMAC u, min-naħa l-waħda, il-kumpanija tal-ajru Ryanair u, min-naħa l-oħra, l-impriża Airport Marketing Services, li hija 100 % sussidjarja ta’ Ryanair (minn issa ’l quddiem “AMS”). L-iskop ta’ dawn iż-żewġ kuntratti (minn issa ’l quddiem imsejħa “il-Ftehimiet tal-2008”) huwa li joħolqu servizz tal-ajru regolari bejn l-ajruport ta’ Angoulême u dak ta’ Londra Stansted. |
|
(33) |
Il-kuntratt konkluż ma’ Ryanair jirrigwarda s-servizzi tal-ajruport (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport”). Il-kuntratt konkluż ma’ AMS (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni”) jikkonċerna s-servizzi ta’ promozzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-linja. |
|
(34) |
Il-Ftehimiet tal-2008 ġew konklużi għal ħames snin minn meta tiġi mnedija l-linja (28). Minkejja li l-ebda kuntratt komparabbli ma ġie konkluż ma’ kumpanija tal-ajru oħra, id-deċiżjoni tariffarja tal-1 ta’ Marzu 2009 tiġbor dawn il-miżuri tariffarji kollha. Din id-deċiżjoni ssemmi “kontribuzzjoni għall-kost involut fl-iżvilupp tal-linja” ta’ EUR 15, EUR 12 u EUR 9 għal kull passiġġier, għall-ewwel tliet snin minn meta tiġi mnedija l-linja, b’limitu massimu ta’ EUR 4 00 000, EUR 3 00 000 u EUR 2 25 000 rispettivament. Din il-miżura tal-aħħar mhijiex inkluża fid-deċiżjoni tariffarja tal-2010. |
3.3.2. Il-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport
|
(35) |
Skont il-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport, Ryanair intrabtet li topera tliet titjiriet fil-ġimgħa matul il-perjodu sajfi (29). Barra minn hekk, hekk kif indikat fid-deċiżjoni ta’ ftuħ (30), l-SMAC offriet lil Ryanair ċertu tnaqqis f’dak li jirrigwarda t-Tariffi Standard fis-seħħ: Tabella 9 L-imposti tal-ajruport applikati għal Ryanair
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(36) |
L-SMAC intrabtet li żżomm il-livell ta’ dawn l-imposti kemm idum il-kuntratt u li ma timponix, direttament jew indirettament, imposti oħrajn (31). Fl-aħħar nett, il-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport kien jistipula li Ryanair trid tħallas xi penali f’każ li din ittemm il-kuntratt (32). Fil-fatt, din il-klawsola kienet tistipula li, jekk il-kuntratt jintemm minn Ryanair qabel ma tgħaddi t-tielet sena tal-applikazzjoni tal-kuntratt, Ryanair tkun trid tħallas EUR 17 000 għar-raba’ sena u EUR 8 500 għall-ħames sena. |
3.3.3. Il-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni
|
(37) |
Il-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni jissejjes espliċitament fuq l-impenn ta’ Ryanair li topera fuq ir-rotta Angoulême – Londra Stansted deskritta fil-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport (33). Permezz ta’ dan il-kuntratt, AMS tintrabat li tipprovdi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq il-websajt ta’ Ryanair għall-ewwel tliet snin ta’ dan il-kuntratt, bi skambju għal pagament mill-SMAC (34). |
|
(38) |
Barra minn hekk, minkejja li l-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni ġie ffirmat minn AMS, dan (35) kien jipprevedi li, f’każ li l-kuntratt jintemm min-naħa ta’ Ryanair qabel ma tgħaddi t-tielet sena tal-applikazzjoni tal-kuntratt, Ryanair tkun trid tħallas lill-SMAC penali ta’ EUR 50 000 għar-raba’ sena u penali ta’ EUR 25 000 għall-ħames sena. |
3.3.4. L-implimentazzjoni tal-kuntratt mill-SMAC, is-CCI ta’ Angoulême u Ryanair/AMS
|
(39) |
Fl-2008 u fl-2009, l-attività kummerċjali ta’ Ryanair kienet tirrappreżenta bejn 95 % u 97 % tat-traffiku tal-ajruport ta’ Angoulême. Din l-attività kienet tuża bejn 25 % u 28 % tal-kapaċità teorika globali tal-ajruport, stmata mill-awtoritajiet Franċiżi għal 1 00 000 passiġġier fis-sena. |
|
(40) |
Il-flussi finanzjarji bejn il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport, l-SMAC, Ryanair u AMS bejn l-2008 u l-2010 jinqasmu kif ġej: Tabella 10 Fluss finanzjarju bejn l-2008 u l-2010
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(41) |
Il-Ftehimiet tal-2008 ma ġewx implimentati lil hinn mis-sena 2009. Wara li, inizjalment, ikkundizzjonat il-kontinwità tas-servizz fl-2010 għaċ-ċessjoni tal-pagamenti previsti mill-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni ta’ EUR 2 25 000 għat-tielet sena u ta’ EUR 4 00 000 għar-raba’ sena, imbagħad għaż-żamma tal-volum ta’ servizzi previsti fil-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni, iżda b’limitazzjoni fuq is-servizz biex ikopri x-xahrejn tas-sajf minflok it-tmien xhur stipulati fil-kuntratt, Ryanair tat in-notifika tagħha li mhux se tibqa’ topera fuq din ir-rotta. |
|
(42) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2010, l-SMAC ressqet talba għal kumpens quddiem il-Qorti Amministrattiva ta’ Poitiers għat-telf li ġarrbet minħabba l-waqfien tal-attivitajiet. Ryanair min-naħa tagħha rreferiet il-kwistjoni lill-Qorti tal-Arbitraġġ Internazzjonali ta’ Londra, li minn dakinhar, il-ġuriżdizzjoni tagħha ġiet ikkontestata mill-SMAC quddiem il-Kunsill tal-Istat. Din l-aħħar proċedura għadha pendenti sa issa. |
4. IR-RAĠUNIJIET LI WASSLU BIEX INGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(43) |
Fil-qafas tad-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni esprimiet xi dubji dwar l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-operaturi tal-ajruport (36). |
|
(44) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni esprimiet xi dubji f’dak li jirrigwarda l-ambitu tal-attivitajiet mhux ta’ natura ekonomika li aktarx jitħallsu mill-awtorità pubblika. Fil-fatt, il-Kummissjoni enfasizzat li l-inklużjoni tal-attivitajiet kollha tal-ajruport ta’ Angoulême fl-ambitu ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SIEĠ”), aktarx li kienet ivvizzjata bi żball manifest ta’ valutazzjoni, fid-dawl tal-ewwel kundizzjoni stabbilita mis-sentenza Altmark (37). |
|
(45) |
It-tieni nett, il-Kummissjoni esprimiet xi tħassib dwar l-osservanza tat-tieni kundizzjoni tas-sentenza Altmark, li skontha l-parametri li jiddeterminaw l-ammont ta’ kumpens fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa jridu jiġu stabbiliti minn qabel. |
|
(46) |
It-tielet nett, il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha relatat mal-livell tal-kumpens mogħti lil SNC-Lavalin għall-kostijiet li ġarrbet fil-qadi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (it-tielet kundizzjoni stipulata mis-sentenza Altmark). Ir-raba’ u l-aħħar nett, il-Kummissjoni esprimiet dubji serji dwar il-proċedura għall-għażla tal-fornituri ta’ servizz (ir-raba’ kundizzjoni tas-sentenza Altmark), inkluż dwar il-perjodu ta’ operat iggarantit minn SNC-Lavalin fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar l-offerta rivali. |
|
(47) |
Mill-banda l-oħra, il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-miżuri mogħtija lil Ryanair. Fil-fatt, wara li stabbilixxiet l-eżistenza ta’ rabta potenzjali bejn il-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport u l-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni qieset li Ryanair ma kinitx ħallset prezz tas-suq biex użat is-servizzi tal-ajruport (38). |
5. L-OSSERVAZZJONIJIET TA’ FRANZA
5.1. Dwar l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-ajruport
5.1.1. Dwar il-klassifikazzjoni bħala għajnuna
5.1.1.1.
(a) L-entitajiet li jeżerċitaw l-attività tal-operat tal-ajruport
|
(48) |
L-awtoritajiet Franċiżi qabel xejn jindikaw li l-SMAC baqgħet l-entità responsabbli mill-investimenti u mill-politika kummerċjali. Hija tikkostitwixxi l-uniku firmatarju tal-kuntratti flimkien ma’ Ryanair. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li dan l-intervent fl-operat tal-ajruport huwa ġustifikat mill-kompiti ta’ interess ġenerali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet pubbliċi. |
(b) Il-bażi ġuridika tal-valutazzjoni tal-finanzjament pubbliku tal-infrastrutturi
|
(49) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-valutazzjoni tal-finanzjament tal-infrastrutturi tal-ajruport għandha ssir abbażi tal-Linji Gwida tal-1994 (39). Għaldaqstant, l-awtoritajiet Franċiżi huma tal-fehma li l-punt 12 tal-Linji Gwida jeskludi kwalunkwe skrutinju ta’ dan il-finanzjament fil-qafas tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat. Huma jżidu jgħidu li l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet u tal-infrastrutturi tal-ajruport ġiet sottomessa għal inċertezza tad-dritt qabel ma daħlu fis-seħħ il-Linji Gwida tal-2005. Il-pożizzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ma kinitx biżżejjed biex tiġi stabbilita b’mod ċar in-natura ekonomika tal-attivitajiet marbuta mal-ġestjoni u mal-operat tal-ajruport. |
(c) Il-prerogattivi ta’ setgħa pubblika
|
(50) |
L-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li, fid-deċiżjoni tagħha dwar l-ajruport ta’ Leipzig (40), il-Kummissjoni kkunsidrat li ċerti infrastrutturi ta’ ajruporti, maħsuba għall-eżerċitar ta’ prerogattivi marbuta mas-sikurezza pubblika, mat-tifi tan-nar u mas-sikurezza tal-operat, ma jikkwalifikawx bħala attivitajiet ekonomiċi. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dawn il-kompiti ta’ sigurtà u ta’ sikurezza (41) huma ffinanzjati mid-dħul mit-taxxa tal-ajruport (42). Din it-taxxa hija ffissata kull sena skont il-kostijiet li jkunu jridu jiġu koperti u miġbura għall-benefiċċju tal-korpi pubbliċi jew privati li jieħdu ħsieb l-operat tal-ajruporti fejn l-attività tkun taqbeż il-5 000 unità ta’ traffiku (43). Dan il-mekkaniżmu huwa ġustifikat mil-limiti speċifiċi ta’ sigurtà u sikurezza li jmorru lil hinn mis-sempliċi ħtiġijiet tal-operat. |
|
(51) |
L-awtoritajiet Franċiżi jippreċiżaw li ftit mill-ispejjeż huma koperti b’dan il-mod parzjalment biss (44). Barra minn hekk, id-dejta ddikjarata mill-operaturi tal-ajruporti aktarx li tkun soġġetta għal kontrolli relatati ma’ dik is-sena partikolari u mas-sentejn ta’ qabel. |
|
(52) |
L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li dan il-mekkaniżmu ma jwassal għall-ebda kumpens żejjed. Min-naħa l-waħda, it-taxxa tal-ajruport ma tintużax biex tirrimborża l-ispejjeż ħlief wara li tiġi vverifikata d-dejta ddikjarata. Min-naħa l-oħra, l-investimenti jiġu kkumpensati fuq bażi pro rata tal-allokazzjonijiet għall-investiment. Wara dan, il-bilanċ pożittiv jiġi riportat fuq is-snin ta’ wara u jiġi allokat għall-kostijiet finanzjarji mġarrba mill-operatur. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għal diskrepanza tal-likwidità frekwenti mit-taxxa tal-ajruport minħabba ż-żieda fil-kostijiet ta’ sigurtà u sikurezza (45). |
|
(53) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jippreċiżaw li s-CCI ta’ Angoulême ġġarrab kostijiet oħra relatati mal-prerogattivi ta’ setgħa pubblika, f’konformità mal-ftehim u mal-ispeċifikazzjonijiet tal-konċessjoni. F’dan ir-rigward, l-operatur iggarantixxa s-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir (AFIS) (46) meta l-Istat ma kienx jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru. Apparti dan, meta l-Istat ħa f’idejh din l-attività, l-operatur ħallas lill-Istat kontribuzzjoni għall-kostijiet ta’ dan is-servizz (47). B’applikazzjoni tas-sottokuntratt iffirmat bejn is-CCI u l-SMAC, is-CCI ta’ Angoulême kienet dik li kompliet timplimenta servizz AFIS ‘il barra mis-sigħat tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru mill-Istat. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-kostijiet li jirriżultaw minn dawn il-kompiti, u li ġġarrbu mis-CCI ta’ Angoulême, huma s-segwenti:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(54) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għall-finanzjament ta’ EUR 84 800 min-naħa tas-CCI ta’ Angoulême, l-awtoritajiet lokali u l-SMAC, għax-xogħlijiet ta’ rinnovament tat-torri ta’ kontroll fl-2004 u fl-2005 kif ukoll għall-finanzjament tagħhom ta’ EUR 89 300 għax-xogħlijiet fid-dwal tar-runway u fil-provvista tal-elettriku mhux interrotta għas-superfiċji asfaltati tar-runway fl-2008. |
5.1.1.2.
|
(55) |
F’dak li jirrigwarda l-finanzjament tal-infrastrutturi u l-operat ’il barra mill-ambitu tal-attivitajiet statali, l-awtoritajiet Franċiżi qabel xejn jenfasizzaw li l-awtoritajiet pubbliċi li kkontribwew għall-finanzjament tal-ajruport ta’ Angoulême ma kinux qed ifittxu biss li jagħmlu l-qligħ. Huma kkunsidraw ukoll l-effetti konsegwenzjali ekonomiċi u soċjali għar-reġjun. Minħabba f’hekk, it-test tal-operatur privat fl-ekonomija tas-suq mhuwiex biżżejjed biex jiġu ġġustifikati dawn il-finanzjamenti. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi jsemmu x-xewqa tal-SMAC li tottimizza l-operat tal-ajruport sabiex tillimita l-kontribuzzjoni li kienet tħallas. Bħala appoġġ għall-pożizzjoni tagħhom, l-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għal-limitu massimu kuntrattwali fuq id-defiċit garantit li ġie introdott wara li ħarġet is-sejħa għall-offerti, kif ukoll għar-razzjonalizzazzjoni tar-rata ta’ previżjoni tal-investimenti tul il-ftehim. |
5.1.1.3.
|
(56) |
L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li l-appoġġ finanzjarju pubbliku mogħti lill-ajruport ta’ Angoulême ma jaffettwax il-kompetizzjoni. Meta jiġi kkunsidrat li l-ajruporti ta’ Périgueux, Limoges, Niort, La Rochelle u Bordeaux jinsabu aktar minn 60 minuta (48) bogħod bil-karozza mill-ajruport ta’ Angoulême, huma jqisu li dawn l-ajruporti ma għandhomx jiġu inklużi fiż-żona ta’ lħuq ta’ dan tal-aħħar. |
|
(57) |
Barra minn dan, l-ajruport ta’ Niort mhuwiex adattat għat-titjiriet kummerċjali. Tali traffiku tal-ajru parttikament ma jeżistix hemmhekk. L-ajruport ta’ Périgueux jista’ jakkomoda biss inġenji tal-ajru b’żewġ turboprops li jkun fihom inqas minn 60 post bilqiegħda, u dawn ma jikkorrispondux mal-karatteristiċi tal-inġenji tal-ajru ta’ distanza medja Ewropej, operati mill-biċċa l-kbira tal-kumpaniji tal-ajru bi prezzijiet irħas (“low-cost”). L-analiżi tat-traffiku tal-passiġġieri lejn Londra minn Bordeaux, Limoges u La Rochelle ma tiżvela l-ebda varjazzjoni sinifikanti fit-traffiku marbut mal-ftuħ u mal-għeluq tar-rotta Angoulême – Londra Stansted:
|
|
(58) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-konnessjonijiet ferrovjarji ma’ Angoulême ma jikkompetux mar-rotta bl-ajru lejn Londra. Dawn is-swieq huma distinti minn xulxin minħabba d-differenza kbira fil-prezz u fil-ħin meħud għat-traġitt bil-ferroviji TGV u Eurostar. Barra minn dan, l-intermodalità bejn it-TGV u l-ajruport ta’ Bordeaux prattikament ma tiswa xejn, minħabba li l-konnessjoni Tours – Angoulême – Bordeaux mhijiex ta’ veloċità kbira. |
|
(59) |
B’mod aktar ġenerali, l-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għal-Linji Gwida tal-Ajru tal-2005 li skonthom: “il-finanzjamenti mogħtija lill-ajruporti reġjonali ż-żgħar (il-kategorija D) ftit li xejn jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni jew jaffettwaw l-iskambji kummerċjali sal-punt li jkun imur kontra l-interess komuni” . Minkejja l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-ajruporti ta’ Bordeaux, Limoges u La Rochelle biss, f’dak li jirrigwarda t-traffiku u l-karatteristiċi tagħhom, potenzjalment jinsabu fiż-żona ta’ lħuq tal-ajruport ta’ Angoulême. |
|
(60) |
Madankollu, il-fatt li Ryanair fetħet rotot lejn Londra Stansted li jitilqu mill-ajruporti ta’ La Rochelle u ta’ Limoges ifisser li l-kumpaniji tal-ajru jikkunsidrawhom bħala swieq distinti. Bl-istess mod, il-ħin meħud għat-traġitt mill-belt ta’ Angoulême lejn l-ajruporti ta’ Bordeaux, Limoges u La Rochelle, li huwa simili għat-tul tat-titjira bejn Angoulême u Londra Stansted, huwa fattur dissważiv għall-abitanti ta’ Angoulême. |
|
(61) |
Konsegwentement, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-kriterju tal-effett fuq il-kompetizzjoni ma ġiex rispettat u li l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni għall-finanzjamenti pubbliċi favur l-ajruport ta’ Angoulême ma jistgħux jiġu ġġustifikati minħabba li waħda mill-kundizzjonijiet essenzjali għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE ma ġietx issodisfata f’dan il-każ. |
5.1.2. Dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern
5.1.2.1.
|
(62) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-finanzjamenti mogħtija lill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême setgħu jiġu ddikjarati kompatibbli mas-suq intern u eżentati min-notifika, anke fil-każ fejn mhux il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti mis-sentenza Altmark kienu ssodisfati. Huma tal-fehma li dan l-ajruport għandu jitqies bħala SIEĠ maħsub biex jipparteċipa għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din il-kompatibbiltà kienet ibbażata direttament fuq l-Artikolu 106(2) tat-TFUE u fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE (49) (minn issa ’l quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni SIEĠ tal-2005”) għall-perjodu ta’ qabel it-30 ta’ Jannar 2012. Wara din id-data, hija ġiet ibbażata fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (50) (minn issa ’l quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni SIEĠ tal-2011”). |
(a) Il-perjodu taħt it-tmexxija tas-CCI ta’ Angoulême jew tas-CCI ta’ Angoulême f’assoċjazzjoni mal-SMAC
(i) L-eżistenza ta’ mandat
|
(63) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-inkarigu tal-kompitu tas-servizz pubbliku lis-CCI ta’ Angoulême jirriżulta mill-Artikolu 170-1 tal-Kodiċi tal-Kummerċ. Skont din id-dispożizzjoni, dan l-istabbiliment jikkontribwixxi “għall-iżvilupp ekonomiku, għall-attrattività u għall-ippjanar tal-art tat-territorji, kif ukoll għall-appoġġ lill-intrapriżi u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom billi jissodisfa (…) kwalunkwe kompitu tas-servizz pubbliku u kwalunkwe kompitu ta’ interess ġenerali, meħtieġa għat-tlestija ta’ dawn il-kompiti”. Għal dan il-għan, “kull stabbiliment (…) jista’ jwettaq (…) kompitu ta’ ħolqien u ta’ ġestjoni ta’ installazzjonijiet, b’mod partikolari (…) l-ajruporti” . |
|
(64) |
L-awtoritajiet Franċiżi jżidu jgħidu li dan il-qafas legali jikkumplimenta l-atti li jikkonferixxu lis-CCI ta’ Angoulême r-responsabbiltà għall-ġestjoni u l-operat tal-ajruport. Dan wassal biex is-CCI ta’ Angoulême ġiet inkarigata mill-kostruzzjoni u mill-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport. L-istess japplika għad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom is-CCI ta’ Angoulême u l-awtoritajiet territorjali involuti stabbilixxew il-parteċipazzjoni tagħhom fil-finanzjament tal-ajruport. |
(ii) Il-livell tal-kumpens
|
(65) |
L-awtoritajiet Franċiżi huma tal-fehma li l-qafas baġitarju u kontabbli li japplika għas-CCI ta’ Angoulême (51) kien tali li jevita kwalunkwe kumpens żejjed. |
|
(66) |
B’mod ġenerali, ġiet allokata partita tal-baġit speċifika għall-attivitajiet tal-ajruport. Barra minn hekk, dan il-monitoraġġ kien ir-riżultat tal-vot dwar il-baġit tal-ajruport, wara li ġie vvalidat mill-Bureau (52) tas-CCI ta’ Angoulême, mill-membri eletti tas-CCI ta’ Angoulême. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jippreċiżaw li t-tħejjija tal-baġit hija akkumpanjata minn dokumenti relatati mal-istat tal-operati ta’ funzjonament, l-istat tal-kapaċità ta’ awtofinanzjament, l-istat tat-tranżazzjonijiet kapitali, it-tabella tas-servizzi offruti u tal-kontribuzzjonijiet interdipartimentali, kif ukoll it-tabella tal-impjegati u l-kont tal-pagi. |
|
(67) |
Bl-istess mod, l-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li l-istatuti tal-SMAC jirreferu għall-kompitu tagħha, li huwa kompletament iddedikat għall-provvista ta’ servizz pubbliku tal-ajruport. L-attivitajiet tal-ajruport huma soġġetti għal baġit partikolari. L-awtoritajiet Franċiżi jżidu jgħidu li l-baġit jiġi vvutat mill-kumitat tal-SMAC. Barra minn hekk, kwalunkwe miżura ġdida kif ukoll il-qabża fil-valur b’5 % fil-baġit preċedenti jkunu jridu jiġu awtorizzati mill-maġġoranza kwalifikata. |
|
(68) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li rappurtar organizzat fuq bażi regolari jippermetti li jiġi vverifikat jekk il-baġit ivvutat ikunx implimentat sew, u b’hekk jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed. L-assemblea ġenerali mbagħad tivvota mill-ġdid f’n+1 sabiex taċċetta l-baġits implimentati. Livell finali ta’ monitoraġġ jiġi żgurat billi jintbagħtu l-kontijiet tas-CCI ta’ Angoulême lill-Prefettura li tagħmel verifika tar-regolarità. Sal-31 ta’ Diċembru 2006, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili ħarġet opinjoni dwar il-konformità. L-SMAC, min-naħa tagħha, tapprova l-baġits inizjali, ratifikati u implimentati, fir-rwol tagħha ta’ awtorità konċedenti. |
(b) Il-perjodu taħt it-tmexxija tal-kumpanija SNC-Lavalin u tal-SMAC
(i) L-eżistenza ta’ mandat
|
(69) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li d-definizzjoni tal-kompiti ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fdati lill-kumpanija SNC-Lavalin tinsab fl-ispeċifikazzjonijiet u fil-klawsoli tekniċi (53). Huma jsostnu li l-iżvilupp tal-pjattaforma tal-ajruport jifforma parti integrali minnha. |
(ii) Il-livell tal-kumpens
|
(70) |
L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li r-rapporti tal-introjtu tas-CCI-ajruport jindikaw li ma hemm l-ebda kumpens żejjed. |
|
(71) |
Apparti s-separazzjoni tal-kontijiet iggarantita mill-ħolqien ta’ kumpanija sussidjarja ta’ SNC-Lavalin (54), in-nuqqas ta’ kumpens żejjed jiġi żgurat permezz tal-monitoraġġ tal-SMAC (55), maħsub li jevita li jkun hemm kumpens żejjed tal-kontribuzzjoni tagħha għall-kost tal-kompiti ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
(72) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li r-remunerazzjoni tal-kumpanija SNC-Lavalin ma kinitx irraġonevoli. Min-naħa l-waħda, l-offerent kellu jistabbilixxi l-garanzija massima mitluba mill-SMAC biex tibbilanċja l-operat tagħha, fix-xenarju bażi (operat mingħajr traffiku kummerċjali) u fix-xenarju proattiv (operat bit-traffiku kummerċjali). Kieku x-xenarju proattiv ġie aċċettat, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li l-offerta tal-kumpanija SNC-Lavalin kienet l-aktar waħda baxxa mil-lat finanzjarju. Min-naħa l-oħra, huma jsostnu li l-ispejjeż mġarrba mill-SMAC matul is-sena finanzjarja 2012, mingħajr traffiku kummerċjali, kienu jammontaw għal EUR 6 44 000, meta mqabbla mat-EUR 8 10 000 tal-2010. |
|
(73) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jippreċiżaw li l-piż tat-taxxa fuq il-proprjetà kien jaqa’ fuq l-SMAC li, fir-rwol tagħha bħala proprjetarju, għażlet li ma tgħaddix dan il-piż lill-operatur. |
|
(74) |
Konsegwentament, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-finanzjamenti mogħtija lill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême jistgħu jiġu ddikjarati bħala kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE u abbażi tad-Deċiżjoni SIEĠ tal-2005 għall-perjodu ta’ qabel it-30 ta’ Jannar 2012 u tad-Deċiżjoni SIEĠ tal-2011 għall-perjodu ta’ wara. |
5.1.2.2.
(a) Dwar l-investimenti tal-infrastruttura
|
(75) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li, fil-każ ipotetiku li l-Kummissjoni tikkunsidra li s-sussidju pubbliku għall-investimenti tal-infrastruttura jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, dan ikollu jiġi kkunsidrat bħala kompatibbli mas-suq intern, f’konformità mal-preskrizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-2005. |
(i) Objettiv ta’ interess ġenerali definit b’mod ċar (il-kriterju 1)
|
(76) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-iżvilupp ekonomiku u turistiku fil-kontea ta’ Charente jikkorrispondi għal objettiv ta’ interess ġenerali definit b’mod ċar. Huma tal-fehma li l-prassi tal-Kummissjoni (56) tawtorizza lill-amministrazzjoni pubblika tqis l-iżvilupp ta’ ajruport reġjonali bħala li jikkostitwixxi tali objettiv. |
(ii) In-neċessità u l-proporzjonalità tal-investimenti għall-objettiv stabbilit (il-kriterju 2)
|
(77) |
Dawn l-investimenti ssodisfaw il-kriterji tan-neċessità u tal-proporzjonalità. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jagħmlu referenza għal studju (57) li jiġġustifika l-ħolqien ta’ struttura li tiġbor flimkien l-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha u l-istabbilimenti turistiċi pubbliċi u professjonali, bl-interess espliċitu li tiżviluppa l-ajruport ta’ Angoulême, u mhux xi infrastruttura oħra, u li twettaq il-valutazzjoni tal-investimenti minimi meħtieġa għal dan l-iskop. |
(iii) Prospetti sodisfaċenti tal-użu fuq terminu medju (il-kriterju 3)
|
(78) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li dan l-istess studju jbassar traffiku fuq terminu medju ta’ aktar minn 1 00 000 passiġġier fis-sena, ċifra li tikkorrispondi ma’ prospett tal-użu fuq terminu medju sodisfaċenti. Skonthom, dan it-tbassir kien ibbażat fuq l-ipotesi ta’ żieda fil-frekwenza tal-ewwel rotta lejn Londra u fuq il-ftuħ tat-tieni rotta. |
(iv) Aċċess ugwali u nondiskriminatorju għall-infrastrutturi (il-kriterju 4)
|
(79) |
L-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li l-aċċess għall-infrastrutturi kien wieħed nondiskriminatorju. L-unika restrizzjoni fl-użu tal-infrastrutturi tal-ajruport ta’ Angoulême kienet marbuta mal-limitu impost mill-kapaċità tal-ajrudrom u tat-terminal li jilqgħu fihom it-traffiku. Minkejja li l-inċentivi kienu miftuħa għal-linji tal-ajru kollha li kienu qed iniedu rotta ġdida, il-kumpanija Ryanair biss effettivament ibbenefikat minnhom. |
(v) Nuqqas ta’ effett fuq l-iskambji kummerċjali li jmur kontra l-interess komuni (il-kriterju 5)
|
(80) |
L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li s-sempliċi fatt li l-ajruport ta’ Angoulême huwa kklassifikat taħt il-kategorija D fil-Linji Gwida tal-Ajru tal-2005 huwa biżżejjed biex juri li l-kompetizzjoni mhijiex affettwata b’tali mod li jmur kontra l-interess komuni. |
(vi) In-neċessità u l-proporzjonalità tal-għajnuna (il-kriterju 6)
|
(81) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-finanzjament pubbliku tal-investimenti ta’ 100 % kien neċessarju, kemm biex jinżamm il-potenzjal tal-ajruport kif ukoll għall-iżvilupp tiegħu. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, huwa proprju dan ir-rekwiżit li ġġustifika l-allokazzjoni tal-finanzjament tal-investimenti bejn l-SMAC u l-operatur permezz tas-sottokuntratt tat-22 ta’ Jannar 2009. Għandha ssir distinzjoni bejn din is-sitwazzjoni u dik li, mill-2012 ’l hemm, wasslet lill-SMAC biex tħallas remunerazzjoni annwali ta’ EUR 1 79 400 għall-provvista ta’ servizzi wara s-sejħa għall-offerti. L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li dan il-qafas legali ma kienx jipprevedi li l-SMAC tagħmel l-investimenti, iżda li hija tiżgura l-immaniġġjar tal-investimenti proposti mill-fornitur ta’ servizz jew deċiżi mill-SMAC. |
(b) Dwar il-finanzjamenti għall-operat
|
(82) |
L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li s-CCI ta’ Angoulême tat xi ħlas bil-quddiem lill-ajruport mill-1984 sal-2001. Huma tal-fehma li dan il-perjodu ma għandux jiġi inkluż fil-portata tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Lil hinn minn dan il-perjodu, l-għajnuna l-oħra tħallset permezz tal-għajnuna operatorja. |
|
(83) |
Imbagħad, meta jitħalla barra l-finanzjament għall-investimenti, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li d-defiċit kopert mill-awtoritajiet territorjali kien limitat għal EUR 3 50 000 fis-snin finanzjarji 2002 u 2003 (58). Huma jżidu jgħidu li, f’dak li jirrigwarda s-snin finanzjarji mill-2004 sal-2006, id-deċiżjonijiet tal-bord tal-ajruport ma tniżżlux fil-minuti. Id-dipartiment ġenerali tas-CCI ta’ Angoulême pprovda l-ammont meħtieġ biex jiġi bbilanċjat il-baġit implimentat. |
|
(84) |
Fl-aħħar, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li, għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi 56 sa 61 ta’ din id-Deċiżjoni, dawn il-finanzjamenti għall-operat ma jaffettwawx il-kompetizzjoni. Minħabba f’hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-kriterju relatat mal-effett fuq il-kompetizzjoni mhuwiex issodisfat u li l-finanzjamenti pubbliċi għall-operat tal-ajruport ta’ Angoulême ma jistgħux jikkostitwixxu għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(85) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li, anke li kieku l-finanzjamenti inkwistjoni kienu jikkostitwixxu għajnuna, xorta jridu jiġu ddikjarati bħala kompatibbli mas-suq intern u eżentati min-notifika. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jserrħu fuq il-Linji Gwida tal-2005 u fuq id-Deċiżjoni SIEĠ tal-2005. |
5.2. Dwar ir-relazzjonijiet ma’ Ryanair
5.2.1. Dwar il-klassifikazzjoni bħala għajnuna
|
(86) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li, qabel xejn, il-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport u l-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni jridu jiġu vvalutati flimkien. It-tieni nett, huma tal-fehma li l-SMAC ma ġabitx ruħha bħala investitur prudenti fl-ekonomija tas-suq, għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa 55 ta’ din id-Deċiżjoni. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, huwa n-nuqqas ta’ rispons għas-sejħa għal proġetti li tnediet għall-ftuħ ta’ rotot tal-ajru internazzjonali li wassal lis-CCI ta’ Angoulême, wara li ġie approvat mandat mill-SMAC, jinnegozja ma’ Ryanair dwar il-ftuħ ta’ rotta bejn Londra Stansted u Angoulême. |
|
(87) |
Huma jenfasizzaw ukoll li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni (59) mibdija fl-2006 ma kellhomx l-għan li jissodisfaw kumpanija waħda partikolari, iżda li jippermettu li l-kumpaniji tal-ajru jkunu akkomodati. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-fatt li ma kienx hemm kumpaniji tal-ajru oħra li jagħmlu użu mill-ajruport regolarment wassal biex dawn l-investimenti ġew allokati kważi kollha lil Ryanair. |
|
(88) |
F’dak li jirrigwarda l-kostijiet tar-relazzjonijiet kummerċjali ma’ Ryanair, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-operatur tal-ajruport kellu jġarrab xi kostijiet tal-persunal addizzjonali. Huma jirreferu għad-differenza bejn il-kostijiet imbassra u dawk reali:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(89) |
L-istess japplika għall-kostijiet addizzjonali marbuta mal-attività kummerċjali ta’ Ryanair, minbarra l-kostijiet tal-persunal:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5.2.2. Dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern
|
(90) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li ċerti kriterji tal-Linji Gwida tal-2005 mhumiex rispettati. |
|
(91) |
L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li Ryanair ma ppreżentatx pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. Huma ħassew li l-għajnuna digressiva li wasslet biex ġew iffirmati l-Ftehimiet tal-2008 kienet ta’ natura tali li ppermettiet lill-kumpanija tal-ajru tagħmel marġni kummerċjali sodisfaċenti. |
|
(92) |
Konsegwentament, fin-nuqqas ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li huwa impossibbli li jiġi vverifikat jekk il-kriterju tal-intensità ġiex irrispettat jew le. Mill-banda l-oħra, huwa proprju abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-ħolqien ta’ rotot ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku li s-CCI ta’ Angoulême u l-SMAC ikkunsidraw li dan il-kriterju kien ġie ssodisfat. |
|
(93) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li x-xejra annwali ta’ żieda ta’ […] (*1) % fl-għadd ta’ passiġġieri, mingħajr iż-żieda fir-rotazzjonijiet li ġiet osservata fl-2008 u fl-2009, aktarx li kienet tkompli għaddejja fl-2010. |
|
(94) |
Fl-aħħar nett, hekk kif stabbilit fil-premessi 56 sa 60 ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-miżuri adottati ma jaffettwawx l-iskambji kummerċjali b’tali mod li jmur kontra l-interess komuni. |
5.3. Dwar il-linji gwida l-ġodda
|
(95) |
Franza fformulat xi kummenti dwar l-interpretazzjoni tal-linji gwida l-ġodda u dwar il-forma u l-kontenut tagħhom, u uriet li taqbel mal-applikazzjoni tagħhom għall-każijiet li jirrigwardaw miżuri implimentati qabel ma dawn ġew ippubblikati. |
|
(96) |
Hija tirrimarka li l-linji gwida l-ġodda huma aktar flessibbli minn dawk li kien hemm qabel fir-rigward tal-għajnuna operatorja. Skont Franza, l-applikazzjoni retroattiva tagħhom għal kull tip ta’ għajnuna għalhekk se tkun tippermetti li sitwazzjonijiet preċedenti għal ċerti ajruporti, jiġu ttrattati b’mod inqas żvantaġġuż. |
6. OSSERVAZZJONIJIET TA’ PARTIJIET TERZI INTERESSATI
6.1. Osservazzjonijiet ta’ Air France
|
(97) |
Air France tqis li l-miżuri mogħtija favur Ryanair u s-sussidjarja tiegħu AMS huma partikolarment rappreżentattivi tal-prattiki kummerċjali ta’ Ryanair. |
|
(98) |
Air France ppreżentat ukoll xi osservazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-linji gwida l-ġodda għall-kawża inkwistjoni. Hija tikkontesta l-applikazzjoni tal-linji l-gwida l-ġodda għal kawżi li jirrigwardaw l-għoti ta’ għajnuna operatorja lill-ajruporti, anke jekk din l-għajnuna tkun tħallset qabel ma l-linji gwida ġew ippubblikati. |
|
(99) |
Min-naħa l-waħda, Air France hi tal-fehma li din hija applikazzjoni retroattiva tal-linji gwida l-ġodda li tiffavorixxi l-atturi bla skruplu billi tilleġittimizza mġiba li ma kinitx konformi mar-regoli applikabbli fiż-żmien meta dawn ġew implimentati. Għall-kuntrarju, dan l-approċċ jippenalizza lill-atturi li kkonformaw mal-linji gwida preċedenti billi qagħdu lura milli jirċievu fondi pubbliċi. |
|
(100) |
Min-naħa l-oħra, Air France tenfasizza li l-applikazzjoni retroattiva tal-linji gwida l-ġodda għall-għajnuna operatorja mogħtija lill-ajruporti tmur kontra l-prinċipji ġenerali tal-liġi u tal-ġurisprudenza Ewropea. |
6.2. Osservazzjonijiet ta’ Ryanair
|
(101) |
Il-kumpanija Ryanair (minn issa ’l quddiem, “Ryanair”) tikkontesta l-affermazzjoni li l-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport li kkonkludiet mal-ajruport ta’ Angoulême jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
|
(102) |
Ryanair issostni li d-deċiżjoni tagħha li tiftaħ rotta bejn Londra Stansted u Angoulême kienet tirrifletti r-rieda tagħha li tassigura bażi tal-ajru bi prezz irħis fejn l-ambjent jikkorrispondi mal-karatteristiċi tal-ajruport ta’ Angoulême. Barra minn hekk, il-kumpanija tindika li l-ispeċifiċitajiet tal-ajruport ta’ Angoulême kienu tali li ħeġġuha toffri livell kompetittiv ta’ tariffi tal-ajruport. Minkejja l-inċertezzi marbuta mal-ftuħ ta’ rotta ġdida (60) u konsegwentament ir-riskju meħud, Ryanair temmen li l-ajruport seta’ b’mod raġonevoli jistenna li jagħmel profitt mill-ftehim konkluż minħabba fis-suċċess li dan għamel fuq rotot oħrajn. |
|
(103) |
Barra minn hekk, Ryanair tindika li d-deċiżjoni li tintemm ir-rotta bejn Londra Stansted u Angoulême kienet marbuta ma’ raġunijiet kummerċjali. Skontha, it-tnaqqis fil-qligħ kien laħaq […] % fl-2009, meta mqabbel mal-qligħ tal-2008 (61). Hija tenfasizza li hija nnegozjat in bona fide, b’applikazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport, bil-ħsieb li tasal għal ftehim ekonomiku vijabbli mal-ajruport ta’ Angoulême. Hija tiddikjara li f’Settembru 2009 talbet tnaqqis fit-tariffi tal-ajruport. Wara li fit-3 ta’ Frar 2010 l-SMAC ċaħdet it-talba tagħha, Ryanair indikat li hija pproponiet li tkompli topera r-rotta matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu biss, proposta li l-SMAC ċaħdet minnufih, u li wasslet fit-terminazzjoni tal-ftehim. |
6.2.1. Riżorsi tal-Istat u l-imputabilità lill-Istat
6.2.1.1.
|
(104) |
Ryanair tenfasizza li mhux ir-riżorsi kollha tas-CCI jiġu ġġenerati mit-taxxi. Hija tqis li l-Artikolu R. 224-6 tal-Kodiċi tal-Avjazzjoni Ċivili jitlob lill-ajruporti li l-ġestjoni tagħhom hija assigurata mis-CCI, jiffinanzjaw l-ispejjeż tagħhom permezz tal-qligħ iġġenerat mill-operat tal-ajruport. Ryanair tqis li s-CCI ta’ Angoulême kienet tipprovdi l-biċċa l-kbira tal-finanzjament tal-ajruport. F’kuntrast ma’ dan, l-SMAC ma kellha l-ebda esperjenza fl-operat ta’ ajruport (62). |
6.2.1.2.
|
(105) |
Ryanair temmen li s-sempliċi fatt li s-CCI ta’ Angoulême hija taħt il-kontroll tal-Istat u li r-riżorsi tagħha huma t-taxxi, mhuwiex biżżejjed biex jitqies li l-kriterju ta’ imputabilità lill-Istat huwa ssodisfat. |
|
(106) |
Hija tiddikjara li l-kriterju organizzazzjonali, jiġifieri n-natura pubblika ta’ entità, minnu nnifsu ma jippermettix li tiġi stabbilita l-imputabilità tal-miżura lill-Istat (63). F’dan il-każ, trid issir distinzjoni bejn is-CCI u l-istabbilimenti pubbliċi l-oħra (64). F’dan ir-rigward, Ryanair tenfasizza li l-Artikolu L. 711-1 tal-Kodiċi tal-Kummerċ li daħal fis-seħħ f’Ġunju 2005 jikklassifika lis-CCI bħala entitajiet pubbliċi ekonomiċi u li rapport parlamentari jidentifika d-“duwalità istituzzjonali” tagħhom kif ukoll iqajjem dubji dwar kif għandhom jiġu kklassifikati (65). Ryanair tirrimarka wkoll li l-Istat mhuwiex involut fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, billi r-rwol tiegħu jillimita ruħu sas-superviżjoni amministrattiva (66). |
6.2.2. Vantaġġ selettiv
6.2.2.1.
|
(107) |
Ryanair tqis li hi u AMS ma setgħux jiġu kkunsidrati bħala benefiċjarju uniku tal-miżuri inkwistjoni. |
|
(108) |
Min-naħa l-waħda, il-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni li minnu kien qed jibbenefika l-ajruport, ma kellux l-għan li jżid il-fattur ta’ tagħbija jew ir-rendiment tar-rotta operata minn Ryanair. Min-naħa l-oħra, la l-istruttura azzjonarja tal-kumpanija AMS u lanqas l-għan tagħha ma jikkostitwixxu raġuni biex jiġi kkontestat il-fatt li l-kuntratti inkwistjoni kellhom objettivi separati. Ryanair tisħaq ukoll li dawn iż-żewġ kuntratti ġew iffirmati minn persuni differenti (67), minkejja li, kif enfasizzat mill-Kummissjoni, hemm ġestjoni unika. |
|
(109) |
Ryanair tippreċiża wkoll li l-konklużjoni ta’ Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni ma tirrappreżentax rekwiżit biex tinfetaħ rotta. Madankollu, din il-prattika hija aktar frekwenti fil-każ ta’ ajruporti reġjonali (68). |
6.2.2.2.
|
(110) |
Ryanair tikkontesta l-valutazzjoni konġunta tal-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport u tal-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni. Hija tenfasizza li l-Kuntratti tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni jaqgħu taħt AMS, sussidjarja ta’ Ryanair. Huma jiġu nnegozjati u konklużi separatament mill-ftehimiet ta’ Ryanair mal-ajruporti. |
|
(111) |
Madankollu, Ryanair tindika li hi stess tieħu ħsieb il-kampanji pubbliċitarji għad-destinazzjonijiet li topera fuqhom. Hija tirrimarka wkoll li poġġiet xi reklami fuq il-websajt tagħha għall-benefiċċju ta’ partijiet terzi, mingħajr ma involviet lill-kumpanija AMS. Fl-aħħar nett, hija tqis li l-Kummissjoni tirrikonoxxi, fid-Deċiżjoni tagħha dwar l-ajruport ta’ Bratislava (69), li hemm ċertu valur marbut mar-reklami li jitpoġġew fuq il-websajt ta’ Ryanair. |
6.2.2.3.
(a) Pjan ta’ direzzjoni tan-negozju
|
(112) |
Ryanair tiddikjara li d-deċiżjonijiet ta’ investiment ma jiġux sistematikament ippreċeduti minn pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. Il-fatt li hija stess, kif ukoll intrapriżi oħrajn jew ċerti awtoritajiet tal-kompetizzjoni (70) ma jikkunsidrawx il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju bħala sistematikament utli, huwa biżżejjed biex jiġi stabbilit li mhux realistiku li wieħed jarahom bħala fattur li jikkaratterizza l-imġiba ta’ investitur f’ekonomija tas-suq. |
(b) Rimarki dwar il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur prudenti f’ekonomija tas-suq (MEIP)
|
(113) |
Ryanair tqis li l-Kummissjoni ma tistax tapplika l-prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq b’mod selettiv. Billi tirreferi għall-pożizzjoni tal-Qorti Ġenerali (71), hija tenfasizza li l-Kummissjoni trid tipprevedi t-tranżazzjoni kummerċjali kollha kemm hi u tikkunsidra l-elementi kollha rilevanti kif ukoll il-kuntest tagħhom (72). |
|
(114) |
Barra minn hekk, Ryanair tqis li l-Kummissjoni trid tqabbel il-ftehimiet konklużi bejn Ryanair u l-ajruporti pubbliċi ma’ dawk konklużi mal-ajruporti li jappartjenu parzjalment jew totalment mill-investituri privati. Ryanair tirreferi għal studju (73) għall-finijiet ta’ din l-analiżi. Billi tfakkar il-ġurisprudenza tal-Qorti (74), hija tiddikjara li huwa biss fil-każ ipotetiku fejn ma tkun disponibbli l-ebda referenza għal investitur privat li l-Kummissjoni għandha tadotta approċċ ibbażat fuq il-kostijiet. |
|
(115) |
Ryanair tqis li l-metodu tal-Kummissjoni li taċċetta biss ajruporti ta’ referenza li jinsabu fl-istess żona ta’ lħuq tal-ajruport li jkun qed jiġi investigat huwa żbaljat (75). |
|
(116) |
Ryanair issostni li l-prezzijiet ta’ referenza tas-suq li jinkisbu mill-ajruporti ta’ referenza mhumiex imniġġsa mill-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-ajruporti tal-madwar. Għalhekk, huwa possibbli li l-valur referenzjarju jiġi kkalkulat b’mod affidabbli waqt it-testijiet tal-MEIP. |
|
(117) |
Fil-fatt,
|
|
(118) |
Ryanair tiddikjara li l-prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq irid jieħu inkunsiderazzjoni l-valur ekonomiku baxx tal-ajruporti reġjonali qabel ma jkun hemm żvilupp rapidu tal-attività tagħhom. Fir-rigward tal-kostijiet marbuta mal-għeluq jew mal-kontinwità tal-operat tagħhom, Ryanair tqis, billi tfakkar fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali (76), li kwalunkwe offerta alternattiva li tiswa inqas trid tiġi kkunsidrata bħala konformi mal-prinċipju tal-investitur prudenti f’ekonomija tas-suq. |
|
(119) |
Konsegwentament, Ryanair tqis li l-kostijiet ikkunsidrati mill-Kummissjoni għandhom ikunu l-kostijiet inkrementali u mhux il-kostijiet medji. Fil-fatt, l-ajruport ta’ Angoulême kellu interess ekonomikament razzjonali mill-ipprezzar b’kost inkrementali, jew anke b’kost iktar baxx. |
|
(120) |
L-ewwel nett, aktar ma l-kompetizzjoni li jrid jiffaċċja ajruport tkun kbira, aktar ikollu inċentiv biex inaqqas il-prezzijiet tiegħu għal-livell tal-kost inkrementali. |
|
(121) |
Bl-istess mod, skont Ryanair, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ispeċifiċità ta’ kull ajruport (77). F’dan ir-rigward, hija tqis li l-kuntest ferm kompetittiv li hemm bejn l-ajruporti reġjonali jġiegħlhom jikkompetu bejniethom biex jikkonkludu l-ftehimiet magħha. Meta jagħmlu hekk, dawn l-ajruporti jkunu qed jaġixxu bħallikieku jkunu investituri privati. |
|
(122) |
Barra minn hekk, ir-rieda tal-ajruport li jtejjeb l-immaġni tiegħu twasslu biex jorganizza kampanji pubbliċitarji. Dan l-effett ikun aktar u aktar intens meta s-saħħa tas-suq tal-ajruporti reġjonali tkun limitata u meta dawn ikollhom l-interess jattiraw lil dawk il-kumpaniji tal-ajru li jkunu kapaċi jiżviluppawlhom it-traffiku. |
|
(123) |
Apparti dan, Ryanair tisħaq li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju applikabbli għal dawn l-ajruporti għandu jimplika li parti biss mill-kostijiet fissi u l-kostijiet tal-infrastruttura titqies bħala kostijiet mitlufa. Barra minn hekk, l-orizzont tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għandu jkun minn tal-inqas 15-il sena u mhux it-tul standard ta’ 5 snin. |
|
(124) |
F’dan il-kuntest, Ryanair issostni li l-approċċ adottat irid ikun dak ta’ “single till”. Billi tissejjes fuq il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni relatata mal-ajruport ta’ Bratislava (78), hi tikkunsidra li l-qligħ mhux ajrunawtiku li, bejn wieħed u ieħor jirrappreżenta 50 % tal-qligħ ta’ ajruport, huwa ta’ importanza partikolari għall-ajruporti reġjonali li ma tantx jintużaw. Hija appuntu r-rieda li jiġi żviluppat dan il-qligħ biex jiġu koperti kemm jista’ jkun kostijiet fissi li tispjega l-penali previsti fil-ftehimiet konklużi ma’ Ryanair jekk din tal-aħħar ma tissodisfax l-impenji tagħha. L-attività ta’ Ryanair iżżid il-valur ekonomiku tal-ajruport, li jinsab liberu li jaħtaf l-opportunità biex jattira kumpaniji tal-ajru oħrajn. |
|
(125) |
Skont Ryanair, l-interess tal-ajruporti reġjonali li jikkonkludu ftehim ma’ kumpanija tal-ajru bħalma hija hi, jikber permezz tal-effetti tan-netwerk marbuta mal-ftuħ ta’ rotta (79). Fil-fehma ta’ Ryanair, l-interess tal-ajruport ta’ Angoulême li jikkonkludi ftehim magħha kien terġa’ akbar minħabba li l-unika alternattiva kienet tkun li jinfetħu rotot b’obbligu ta’ servizz pubbliku operati minn kumpaniji tal-ajru li jużaw inġenji tal-ajru żgħar bħalma huma t-Twin Jet. Madankollu, Ryanair tenfasizza li din it-tieni opzjoni kienet tkun tinvolvi kost tal-għażla għall-ajruport, billi l-kumpaniji tal-ajru ta’ daqs sinifikanti jiġġeneraw kost għal kull passiġġier iktar baxx. |
|
(126) |
Ryanair hija tal-fehma wkoll li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-esternalitajiet tan-netwerk li jiġu ġġenerati mill-attività tagħha. Ftehim konkluż ma’ Ryanair jaġixxi bħala “kalamita” fir-rigward ta’ kumpaniji tal-ajru oħrajn li jkunu qed ifittxu li jiksbu aktar viżibilità u infrastruttura ta’ kwalità aħjar. Dawn l-effetti tan-netwerk għandhom impatt pożittiv fuq il-qligħ ajronawtiku u fuq dak mhux ajronawtiku (80). Ryanair temmen li l-Kummissjoni stess adottat dan l-approċċ fid-Deċiżjoni relatata mal-ajruport ta’ Bratislava (81). Għalhekk, l-ajruporti għandhom interess biex jikkonkludu ftehim ma’ kumpanija tal-ajru li tieħu impenji ta’ traffiku. |
|
(127) |
Ryanair tippreċiża li l-ftehimiet li hija tikkonkludi mhumiex esklużivi. Kwalunkwe kumpanija tal-ajru oħra li toffri l-istess servizz bħal Ryanair setgħet tingħata kundizzjonijiet ta’ attività identiċi. |
|
(128) |
Fir-rigward tal-analiżi tal-profittabilità, Ryanair targumenta li l-prinċipji illi kieku jadotta investitur razzjonali tas-settur privat huma dawn li ġejjin (82):
|
|
(129) |
Il-profittabilità inkrementali li ġabu magħhom il-ftehimiet konklużi bejn Ryanair u l-ajruporti għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ stimi tar-rata ta’ redditu interna jew tal-miżuri bbażati fuq il-valur preżenti nett. |
(c) Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ investitur prudenti f’ekonomija tas-suq
|
(130) |
B’mod ġenerali, Ryanair tqis li l-fatt li s-CCI ta’ Angoulême aġixxiet bħala investitur privat ġenwin minħabba l-istatus tagħha, indipendent mill-Istat, jikkostitwixxi fih innifsu prova li l-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq ġie rrispettat. Il-fatt li l-finanzjament ta’ investimenti tal-ajruport kien ġie pprovdut mill-membri tal-SMAC serva ta’ evidenza ulterjuri, peress li l-proprjetarji tal-ajruport kellhom interess li jiżdied il-valur tiegħu. |
|
(131) |
Ryanair tenfasizza li l-valutazzjoni tat-tariffi tal-ajruport li tħallas għandha titwettaq abbażi tal-bżonnijiet imnaqqsa tagħha. Meta mqabbla ma’ kumpaniji tal-ajru oħra, Ryanair targumenta li l-mudell ta’ negozju tagħha juża inqas desks għaċ-check-in u jirrikjedi inqas faċilitajiet u servizzi, u l-fatt li hija ma tirrikorrix għall-waqfiet inaqqas id-dewmien u l-intensità tal-groundhandling għall-inġenji tal-ajru tagħha u jżid il-produttività tal-ekwipaġġ sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq is-servizzi tal-ajruport. |
|
(132) |
Hija tqis ukoll li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq, ċerti ajruporti Ewropej huma sostitwibbli għall-ajruport ta’ Angoulême minħabba s-similaritajiet tagħhom (83). F’dan ir-rigward, Ryanair tippreżenta studju komparattiv li jikkonkludi li t-tariffi tal-ajruport imposti mill-ajruporti ta’ […], […], […] u […], li jitqabblu mal-ajruport ta’ Angoulême, fil-medja huma orħos mit-tariffi imposti fl-ajruport ta’ Angoulême (84). Tabella 11 Ajruporti li jitqabblu mal-ajruport ta’ Angoulême
|
|
(133) |
Ryanair tiddikjara wkoll li l-għażliet li għamel l-ajruport ta’ Angoulême wara li kien għalaq ir-rotta lejn Londra Stansted kienu tali li jistabbilixxu li l-ajruport ikkunsidra li servizz kummerċjali skedat lejn ir-Renju Unit offrut minn kumpanija bi prezzijiet irħas kien soluzzjoni kredibbli. F’dan ir-rigward, hija tirreferi għall-ftehim konkluż ma’ SNC-Lavalin, li kellha mandat biex timplimenta xenarju ta’ żvilupp aggressiv. |
|
(134) |
Barra minn hekk, Ryanair targumenta li livell garantit ta’ passiġġieri, bħal dak li hija kkommettiet ruħha dwaru, ikun jillimita r-riskju ekonomiku meħud minn ajruport. Bħala riżultat ta’ dan, il-garanzija tiġġustifika livell aktar baxx ta’ profittabilità minn dak li jkun meħtieġ minn investitur privat li ma jgawdix minn din il-klawsola. |
|
(135) |
Barra minn hekk, Ryanair tirrimarka li l-approċċ “single till” (85) jispjega għaliex ajruport ifittex li jimmassimizza d-dħul tiegħu billi jnaqqas il-livell ta’ tariffi li hu jimponi. Għalhekk, Ryanair tikkontesta l-valutazzjoni li prezz negattiv ma jistax ikun prezz tas-suq. Hija temmen li tariffa negattiva tal-ajruport tista’ tkun konsistenti mal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq jekk il-livell mistenni ta’ qligħ mhux ajrunawtiku jkun għoli biżżejjed. F’dan il-każ, Ryanair hi tal-fehma li investitur privat seta’ raġonevolment jassumi li l-qligħ mhux ajrunawtiku, li kien ineżistenti, kien se jiġi żviluppat bis-saħħa tat-traffiku li hija setgħet tiġġenera (86). |
|
(136) |
Hija ssostni li dan l-approċċ huwa msaħħaħ bl-ispeċifiċità tas-sitwazzjoni tal-ajruport ta’ Angoulême. Hija tal-fehma li investitur li jopera f’ekonomija tas-suq għandu jqis l-kostijiet involuti fl-infrastruttura kif ukoll il-kostijiet operatorji bħalma huma l-ispejjeż mitlufa. Dan huwa iktar u iktar minnu fil-każ preżenti peress li l-ajruport ta’ Angoulême aktarx li kien se jbati mill-kompetizzjoni mal-ferrovija ta’ veloċità qawwija TGV (87). Barra minn hekk, Ryanair issostni illi li kieku l-għeluq tal-ajruport kien possibbiltà oħra, il-valur tas-suq tal-assi netti mill-kostijiet tal-għeluq ma kienx ikun sinifikanti. Għaldaqstant, dawn l-ispejjeż mitlufa għandhom jiġu injorati. |
|
(137) |
Barra minn hekk, meta jitqies li Ryanair ikkommettiet ruħha biex tiggarantixxi livell minimu ta’ traffiku, u li jekk tonqos milli tilħaq tali livell setgħet tiffaċċja xi penali, hija tikkunsidra li kwalunkwe offerta kummerċjali tirrappreżenta titjib fuq is-sitwazzjoni ta’ ajruport li jkollu l-istess karatteristiċi tal-ajruport ta’ Angoulême. L-unika kundizzjoni hi li d-dħul marġinali għandu jkun ogħla mill-kostijiet marġinali tagħha, u b’hekk tinħoloq distinzjoni bejn is-sitwazzjoni tal-ajruport ta’ Angoulême u dik analizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Chronopost (88). Konsegwentament, Ryanair tiddikjara li, f’dan il-każ, investitur privat f’ekonomija tas-suq ma jkunx neċessarjament qed ifittex li jġib redditu fuq l-investiment fir-rigward tal-infrastruttura li kienet teżisti minn qabel. Skont Ryanair, tali investitur lanqas mhu se jitlob lill-kumpanija tal-ajru kontraenti biex tipparteċipa fil-kopertura tal-kostijiet operatorji mġarrba qabel ma ġie konkluż il-ftehim. |
|
(138) |
Fl-aħħar nett, Ryanair tiddikjara li d-deċiżjonijiet meħuda mill-ajruport ta’ Angoulême ma kinux speċifikament indirizzati lilha. |
|
(139) |
Dan huwa l-każ, qabel xejn, tad-deċiżjonijiet maħsuba li jadattaw l-ajruport ta’ Angoulême. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-investimenti saru qabel il-wasla tagħha. Bl-istess mod, hija tenfasizza li, f’ħafna mill-każijiet, il-kuntratti ta’ reklutaġġ għall-membri tal-persunal ġew konklużi jew estiżi wara li telqet. Għalhekk, dawn id-deċiżjonijiet kienu jagħmlu parti minn pjan usa’ biex jippożizzjonaw lill-ajruport ta’ Angoulême fis-suq tal-kumpaniji tal-ajru li joffru titjiriet bi prezzijiet irħas (89). Id-deċiżjonijiet li ttieħdu sussegwentement minn SMAC ladarba telqet Ryanair, bħall-għażla tax-xenarju mfittex minn SNC-Lavalin, huma xhieda ta’ dan. |
|
(140) |
Fl-aħħar nett, Ryanair tenfasizza li l-Artikolu 3 tal-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport kien jistipula li l-kundizzjonijiet operattivi mogħtija lilha setgħu jingħataw lil kwalunkwe kumpanija tal-ajru oħra. Hija tindika li l-livell ta’ tariffi tal-ajruport, fi kwalunkwe każ, kien ippubblikat mill-ajruport ta’ Angoulême. |
(d) Kummenti relatati mal-pagamenti lil AMS
|
(141) |
Ryanair ma taqbilx mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li tqis il-pagamenti lil AMS bħala spejjeż għall-ajruport, peress li dan l-approċċ ma jikkunsidrax il-valur tas-servizzi ta’ AMS għall-ajruport. Barra minn hekk, Ryanair temmen li, għall-finijiet tal-analiżi tal-operatur f’ekonomija tas-suq, jaqbel li ssir distinzjoni bejn ix-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ valur bir-rati tas-suq u arranġament kuntrattwali relatat bejn l-ajruport u l-kumpanija tal-ajru. |
|
(142) |
B’appoġġ għal dan, Ryanair tippreżenta analiżi komparattiva li tqabbel il-prezzijiet mitluba minn AMS mal-prezzijiet ta’ servizzi simili offruti minn websajts oħra tal-ivvjaġġar (90). L-analiżi tikkonkludi li l-prezzijiet mitluba minn AMS kienu jew inqas mill-medja jew inkella fil-medda tan-nofs tal-prezzijiet mitluba mill-websajts referenzjarji. |
|
(143) |
Skont Ryanair, dan juri li l-prezzijiet ta’ AMS huma konformi mal-prezzijiet tas-suq u li d-deċiżjoni minn ajruport pubbliku li jixtri s-servizzi ta’ AMS hija konsistenti mat-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq. Ryanair tipprovdi aktar evidenza tas-servizzi li jingħataw lill-ajruporti fil-qafas ta’ kuntratti ma’ AMS, bil-għan li turi kemm jiswew dawn is-servizzi għall-ajruporti. |
|
(144) |
Skont Ryanair, jekk il-Kummissjoni, minkejja l-oppożizzjoni tagħha għal tali approċċ, tinsisti li tinkludi l-kuntratti ma’ AMS u l-Kuntratti tas-Servizzi tal-Ajruport ta’ Ryanair f’test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq uniku, ma għandux jiġi injorat il-valur tas-servizzi ta’ AMS għall-ajruport. |
|
(145) |
Barra minn hekk, Ryanair tirreferi għall-konklużjonijiet ta’ diversi rapporti li jikkonfermaw li hija għandha marka kummerċjali b’saħħitha madwar l-Ewropa kollha, li hija kapaċi tattira primjum għas-servizzi ta’ reklamar tagħha. |
|
(146) |
Ryanair ippreżentat ukoll rapport imħejji minn Oxera, il-konsulent ekonomiku tagħha, dwar il-prinċipji li hija temmen li għandhom jiġu applikati għall-kriterju ta’ profittabilità fit-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq li jinkorpora kemm il-kuntratti dwar is-servizzi bl-ajru konklużi bejn Ryanair u l-ajruporti u l-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi bejn AMS u l-istess ajruporti (91). Ryanair tenfasizza li dan ma jippreġudikax il-pożizzjoni tagħha li l-kuntratti ta’ AMS u l-kuntratti dwar is-servizzi bl-ajru għandhom ikunu soġġetti għal testijiet tal-operatur fl-ekonomija tas-suq separati. |
|
(147) |
Ir-rapport jgħid li l-introjtu ġġenerat minn AMS għandu jiġi inkluż fuq in-naħa tad-dħul għall-finijiet ta’ analiżi konġunta tal-profittabilità, filwaqt li n-nefqa ta’ AMS għandha tiġi inkluża fuq in-naħa tal-kostijiet. Sabiex dan isir, ir-rapport jipproponi metodu bbażat fuq il-flussi tal-flus li permezz tiegħu n-nefqa fuq AMS tiġi trattata bħala nefqa operazzjonali inkrementali. |
|
(148) |
Ir-rapport isostni li l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jikkontribwixxu għall-ħolqien u għat-tisħiħ tal-valur tal-marka kummerċjali, li aktarx tkun tiġġenera n-negozju u ġġib il-profitti, kemm tul il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni kif ukoll wara li dan jiskadi. Dan ikun partikolarment il-każ meta, bis-saħħa ta’ ftehim ma’ Ryanair, kumpaniji oħra tal-ajru jitħajru għal dan l-ajruport, li mbagħad min-naħa tagħhom jattiraw lill-operaturi kummerċjali, u b’hekk iżidu d-dħul mhux ajrunawtiku tal-ajruport. Skont Ryanair, kieku l-Kummissjoni kellha twettaq analiżi konġunta tal-profittabilità, dawn il-benefiċċji jkunu jridu jiġu kkunsidrati billi n-nefqa fuq AMS tiġi ttrattata bħala nefqa operazzjonali inkrementali, fejn il-profitti inkrementali jiġu kkalkulati bħala netti mill-pagamenti ta’ AMS. |
|
(149) |
Barra minn hekk, Ryanair tqis li valur finali jista’ jiġi inkluż fil-profitti inkrementali previsti fl-aħħar tad-durata tal-ftehim dwar is-servizzi bl-ajru sabiex jiġi kkunsidrat il-valur iġġenerat wara li jiskadi l-ftehim. Il-valur finali jista’ jiġi aġġustat abbażi ta’ suppożizzjoni prudenti dwar il-probabbiltà li jiġġedded jew le l-ftehim ma’ Ryanair jew jiġux miftiehma kundizzjonijiet simili ma’ kumpaniji tal-ajru oħrajn. Ryanair tqis li dan jippermetti li jiġi stmat livell inferjuri għall-benefiċċji ġġenerati konġuntement mill-ftehim konkluż ma’ AMS u mill-ftehim dwar is-servizzi bl-ajru, meta tiġi kkunsidrata l-inċertezza tal-profitti inkrementali wara li jiskadi l-ftehim dwar is-servizzi bl-ajru. |
|
(150) |
B’appoġġ għal dan l-approċċ, ir-rapport imsemmi hawn fuq jippreżenta sommarju tar-riżultati ta’ studji li jittrattaw l-impatt tar-riklamar fuq il-valur tal-marka kummerċjali. Dawn l-istudji jirrikonoxxu li r-reklamar jista’ jsaħħaħ il-valur ta’ marka kummerċjali u jżid il-lealtà tal-klijenti. B’mod partikolari, skont ir-rapport, ir-reklamar fuq ryanair.com iżid il-viżibbiltà tal-marka kummerċjali għal ajruport. Ir-rapport iżid jgħid li ajruporti reġjonali iżgħar li jkollhom l-għan li jżidu t-traffiku tagħhom jistgħu jsaħħu l-valur tal-marka kummerċjali tagħhom billi jidħlu fi kuntratti ta’ reklamar ma’ AMS. |
|
(151) |
Ir-rapport jissuġġerixxi li l-approċċ ibbażat fuq il-flussi tal-flus għandu jiġi ppreferut fuq l-approċċ bil-kapitalizzazzjoni, li fil-qafas tiegħu n-nefqa ta’ AMS tkun ittrattata bħala nefqa kapitali fl-assi intanġibbli (jiġifieri l-valur tal-marka kummerċjali tal-ajruport). In-nefqa marbuta mal-kummerċjalizzazzjoni tiġi kkapitalizzata bħala assi intanġibbli u mbagħad amortizzata matul il-ħajja utli ta’ dawn l-assi, billi jiġi previst valur residwu fi tmiem il-perjodu skedat tal-ftehim dwar is-servizzi bl-ajru. Madankollu, dan l-approċċ ma jinkludix benefiċċji addizzjonali għall-ajruport b’konsegwenza tal-iffirmar tal-ftehim dwar is-servizzi bl-ajru ma’ Ryanair, u mhuwiex faċli jiġi stmat il-valur tal-assi intanġibbli minħabba n-nefqa marbuta mal-marka kummerċjali u minħabba t-tul tal-ħajja utli tal-assi. |
6.3. Kummenti min-naħa ta’ AMS
|
(152) |
AMS tikkontesta l-affermazzjoni li l-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni li hija kkonkludiet mal-ajruport ta’ Angoulême jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-kuntratt ma jagħti l-ebda vantaġġ selettiv fuqha. |
6.3.1. Valutazzjoni konġunta ta’ vantaġġ ekonomiku mogħti lil Ryanair u lil AMS
|
(153) |
AMS tenfasizza li hija għandha skopijiet korporattivi ġenwini li jikkonsistu fil-provvista ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq l-Internet. Hija tippreċiża li l-biċċa l-kbira tal-attività tagħha hija maħsuba biex iżżid il-valur tal-ispazju ddedikat għar-reklamar fuq il-websajt ta’ Ryanair. |
|
(154) |
Barra minn hekk, hija tindika li Ryanair għażlet li tikkollabora ma’ strutturi intermedji oħra biex tikkumerċjalizza spazji oħra ddedikati għar-reklamar. |
|
(155) |
B’segwitu ta’ dan, ma hemmx lok li jitqies li hemm bżonn issir valutazzjoni konġunta ta’ kwalunkwe benefiċċju ekonomiku mogħti lil Ryanair u lil AMS. |
6.3.2. Valutazzjoni konġunta tal-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport u tal-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni
|
(156) |
AMS iqis li ż-żieda fin-numru ta’ passiġġieri li jużaw is-servizzi ta’ Ryanair mhuwiex l-uniku vantaġġ li bbenefika minnu l-ajruport ta’ Angoulême fil-qafas tal-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni. L-ewwel nett, hija tinnota li l-kuntratt konkluż mill-ajruport ma’ AMS huwa differenti minn dak konkluż ma’ Ryanair. It-tieni nett, hija tenfasizza li Ryanair tippromwovi s-servizzi tagħha billi tuża r-riżorsi tagħha stess. Għaldaqstant, l-ajruport ta’ Angoulême, billi kkonkluda kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ AMS, mhux jikkontibwixxi fil-promozzjoni tas-servizzi ta’ Ryanair. |
|
(157) |
Bħala eżempju, AMS tinnota li l-fattur medju ta’ tagħbija ta’ Ryanair huwa invarjabbilment ta’ […] %, irrispettivament minn jekk ġiex konkluż kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni magħha jew le. Barra minn hekk, AMS targumenta li d-dħul li qed tibbenefika minnu Ryanair huwa identiku għall-passiġġieri kollha, kemm jekk jaslu u kemm jekk jitilqu minn ajruport partikolari. |
|
(158) |
B’mod ġenerali, AMS tinnota li l-kampanji ta’ reklamar ikunu ta’ benefiċċju għall-fornituri tal-ispazju ddedikat għar-reklamar stess (92). F’dan il-każ, din l-esternalità hija riflessa fil-popolarità dejjem akbar tal-websajt ta’ Ryanair, irrispettivament minn jekk l-entità wara l-kampanja ta’ reklamar hijiex pubblika jew privata. Peress li investitur privat ma joqgħodx lura milli jagħmel investiment minħabba li partijiet terzi jistgħu jibbenefikaw minnu, AMS tqis li l-ajruport ta’ Angoulême ma kellux għalfejn jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li Ryanair ibbenefikat ukoll mill-investiment tagħha fir-reklamar. |
|
(159) |
AMS hi tal-fehma li f’dan il-każ Ryanair kellha rwol ta’ pijunier billi l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji tal-ajru llum il-ġurnata saru jikkummerċjalizzaw l-ispazju li jkollhom disponibbli fuq il-websajt tagħhom. Madankollu, hija temmen li l-websajt ta’ Ryanair ma kinitx tas-soltu peress li kellha valur eċċezzjonali (93). Għaldaqstant, hija ma setgħetx titqabbel ma’ websajts ta’ kumpaniji tal-ajru oħrajn. |
6.3.3. Il-kriterju ta’ investitur prudenti f’ekonomija tas-suq
6.3.3.1.
|
(160) |
AMS tqis li hija ma bbenefikat mill-ebda vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Hija tgħid li s-servizzi tagħha huma diretti kemm lejn entitajiet privati kif ukoll lejn dawk pubbliċi. Għalhekk, hija setgħet ibbenefikat mill-istess miżura minn kumpanija privata. Hija żżid tgħid li hija ma tisfurzax lill-ajruporti jixtru s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha (94) u li l-ispazju ddedikat għar-reklamar li hija tikkummerċjalizza huwa riżorsa skarsa li għaliha hemm domanda għolja. |
6.3.3.2.
|
(161) |
AMS tqis li l-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ reklamar hija neċessità għall-ajruporti reġjonali. L-objettiv tagħhom huwa li jkabbru l-viżibbiltà tas-servizzi li joffru. Hija żżid tgħid li l-akbar hubs ta’ ajruporti stess issa qed iħossu x-xewqa li jorganizzaw kampanji ta’ reklamar. It-titjib tal-immaġini li jirriżulta minnhom ikun ta’ benefiċċju għall-ajruporti inkwistjoni (95). F’dan ir-rigward, AMS tiddikjara li din in-nefqa hija forma ta’ investiment strateġiku komparabbli ma’ dawk magħmula minn kumpaniji bħal Coca-Cola, McDonald’s u Nike. |
|
(162) |
Dan l-investiment huwa iktar u iktar determinanti peress li l-ajruporti għandhom tendenza li jiġġeneraw kważi nofs id-dħul tagħhom minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi. F’dan il-każ, l-ajruport ta’ Angoulême kellu interess saħansitra ikbar li jiġġenera traffiku magħmul minn klijentela internazzjonali minħabba li t-traffiku ta’ passiġġieri regolari kien kważi ineżistenti. Għall-kuntrarju ta’ dan, AMS hija tal-fehma li Ryanair ma kellhiex interess li tikkontribwixxi għal dawn l-investimenti fir-riklamar għaliex din ma tagħmilx dħul addizzjonali mill-passiġġieri li jkunu deħlin jew ħerġin. |
|
(163) |
AMS tiddikjara li l-promozzjoni tal-“marka kummerċjali” tal-ajruporti, u b’mod partikolari tal-ajruporti reġjonali, saret prattika komuni. F’dan ir-rigward, hija tirreferi għax-xewqa li żżid il-valur u l-viżibbiltà tal-ajruport sabiex isir destinazzjoni magħżul mill-vjaġġaturi, għall-fatt li dawn l-investimenti huma ekonomikament razzjonali kemm għall-investituri pubbliċi kif ukoll għal dawk privati, għall-fatt li dawn l-investimenti jsiru wkoll minn ajruporti kbar, għall-fatt li l-ajruporti għandhom interess li jżidu l-għadd ta’ passiġġieri ħerġin minnhom, u għall-fatt li l-element li joħloq distinzjoni bejn l-ajruporti reġjonali u l-hubs huwa li dawk tal-ewwel ma jgawdux mill-istess viżibbiltà internazzjonali. Din l-istrateġija hija indipendenti mill-kumpanija tal-ajru magħżula mill-vjaġġaturi, billi l-ajruporti jiddefinixxu l-investimenti tagħhom ta’ kummerċjalizzazzjoni skont kemm l-ispazju ta’ reklamar ikun kapaċi jimmira lejn il-klijenti potenzjali tagħhom. |
6.3.3.3.
|
(164) |
AMS tiddikjara li l-prezzijiet tagħha f’dak li jirrigwarda l-ajruport ta’ Angoulême huma l-prezzijiet tas-suq. Waqt li tqabbel il-kuntratti konklużi mal-ajruporti ta’ […] u ta’ […], hija ssostni li ma tiddiskriminax bejn il-klijenti tal-ajruport u dawk mhux tal-ajruport. Barra minn hekk, hija tal-opinjoni illi l-fatt li wieħed jagħmel użu kummerċjali mill-ispazju disponibbli fuq il-websajt ta’ Ryanair (96) aktarx li jistabbilixxi wkoll li l-prezz tas-servizz ipprovdut lill-ajruport ta’ Angoulême jikkorrispondi għal prezz tas-suq. |
|
(165) |
AMS targumenta li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha dwar l-ajruport ta’ Bratislava kkwotata fil-premessa 111 ta’ din id-Deċiżjoni, qieset li ma setax jiġi eskluż li s-sempliċi preżenza ta’ isem ta’ ajruport fuq il-websajt ta’ Ryanair iġġorr ċertu valur, sakemm dak l-ajruport jissemma bħala destinazzjoni. |
|
(166) |
Barra minn hekk, AMS tirrimarka li l-iskala tal-klassifikazzjoni tar-rati tagħha hija oġġettiva u disponibbli fuq il-websajt tagħha (97). Il-prezzijiet applikati għall-kuntratt konkluż mal-ajruport ta’ Angoulême huma konsistenti ma’ dan il-qafas. Il-prezzijiet ġew stabbiliti skont it-tip ta’ paġna inkwistjoni (98), it-tip ta’ tqegħid tal-prodott (99), l-għadd ta’ viżitaturi li jkun hemm kuljum u l-għadd ta’ rotot li jibdew mill-ajruport u li jispiċċaw fih. |
|
(167) |
Fl-aħħar nett, AMS tiddikjara li s-servizzi li tipprovdi hi huma aktar effikaċi – minħabba li huma aktar immirati – minn dawk ipprovduti permezz ta’ pjattaformi ta’ reklamar tradizzjonali oħra, bħall-gazzetti. Dan huwa iktar u iktar minnu, peress li r-reklami li tipprovdi hi fuq il-websajt ta’ Ryanair huma “fissi”, filwaqt li websajts oħra għandhom sistema ta’ rotazzjoni, u l-prezzijiet stipulati fil-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni konkluż mal-ajruport ta’ Angoulême ġew stabbiliti permezz ta’ bażi tariffarja tal-2007, filwaqt li t-traffiku fuq il-websajt Brittanika ta’ Ryanair żdied b’55 % bejn l-2008 u l-2012. |
6.4. Kummenti tal-organizzazzjoni Transport & Environment
|
(168) |
Il-kummenti ta’ din l-organizzazzjoni mhux governattiva fil-qafas ta’ din il-proċedura huma limitati għal li jpoġġu fid-dubju l-merti tal-linji gwida l-ġodda dwar l-avjazzjoni u tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fis-settur tal-avjazzjoni, minħabba l-impatt ambjentali tagħhom. |
7. KUMMENTI TA’ FRANZA DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(169) |
L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li huma ma għandhom l-ebda kummenti addizzjonali x’jagħmlu b’reazzjoni għall-kummenti tal-partijiet interessati. |
8. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA FAVUR IL-KORPI TA’ ĠESTJONI SUĊĊESSIVI TAL-AJRUPORT
8.1. L-eżistenza ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE
|
(170) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, titqies bħala inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(171) |
Għalhekk, biex miżura nazzjonali tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, iridu jiġu ssodisfati l-kriterji kumulattivi li ġejjin: 1) il-benefiċjarju jew il-benefiċjarji jridu jkunu impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE; 2) il-miżura trid tingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat u trid tkun imputabbli għall-Istat; 3) il-miżura trid tagħti vantaġġ selettiv lil min jirċeviha; u 4) il-miżura trid toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni għall-kompetizzjoni u aktarx trid tkun tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
8.1.1. Il-kunċetti ta’ impriża u ta’ attività ekonomika
|
(172) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk is-sussidji deskritti hawn fuq jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, għandu jiġi vverifikat jekk il-benefiċjarji humiex impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(173) |
Il-Kummissjoni tfakkar f’dan ir-rigward li hija ġurisprudenza stabbilita li l-kunċett ta’ impriża jkopri kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u mill-mod ta’ kif din tiġi ffinanzjata (100). Barra minn hekk, il-kunċett ta’ attività ekonomika jkopri kwalunkwe attività li tikkonsisti fil-provvista ta’ oġġetti u servizzi f’suq partikolari (101). |
|
(174) |
Fis-sentenza tagħha “l-ajruport ta’ Leipzig-Halle”, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-operat ta’ ajruport għal skopijiet kummerċjali u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport jikkostitwixxu attivitajiet ekonomiċi (102). Operatur tal-ajruport involut f’attivitajiet ekonomiċi, irrispettivament mill-istatus legali tiegħu u mill-mod ta’ kif dan jiġi ffinanzjat, neċessarjament jikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u għaldaqstant japplikaw ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat (103). |
|
(175) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tindika li l-infrastruttura li għaliha saru l-investimenti ffinanzjati minn sussidji pubbliċi, b’mod partikolari l-estensjoni tar-runway u l-ħidma fuq it-terminal, ġiet operata fuq bażi kummerċjali mill-operaturi suċċessivi tal-ajruport. Għalhekk, dawn l-operaturi żammew il-flus għall-użu tal-infrastruttura kkonċernata. |
|
(176) |
Għaldaqstant, il-finanzjament ta’ din l-infrastruttura tal-ajruport u l-għajnuna operatorja potenzjali servew primarjament biex jiffinanzjaw l-attività ekonomika tal-operazzjoni kummerċjali tal-ajruport li kienu involuti fiha l-operaturi suċċessivi tiegħu. Minn dan jirriżulta li l-entitajiet li joperaw l-infrastruttura jikkostitwixxu impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
8.1.1.1.
|
(177) |
Il-Kummissjoni tirrimarka li CCI-ajruport ħadet ħsieb il-ġestjoni u għaldaqstant anke l-operazzjoni kummerċjali tal-ajruport ta’ Angoulême waħedha bejn l-2002 u l-2006. |
|
(178) |
Fir-rigward tal-perjodi ta’ wara l-2006, il-Kummissjoni tindika li hemm żewġ entitajiet ġuridiċi distinti li jistgħu jitqiesu li kienu involuti b’mod konġunt f’attività ekonomika għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat fejn dawn effettivament jipprovdu oġġetti jew servizzi b’mod konġunt f’suq partikolari. Min-naħa l-oħra, entità li fiha nnifisha ma tkunx involuta fil-provvista ta’ oġġetti jew servizzi f’suq ma tistax titqies bħala impriża abbażi biss tal-fatt li din ikollha sehem, saħansitra sehem ta’ kontroll, jekk dak is-sehem jagħti lok biss għall-eżerċitar tad-drittijiet marbuta mal-istatus ta’ azzjonist jew ta’ membru (104). Il-Kummissjoni hija tal-fehma li matul il-perjodu 2007-11 SMAC u CCI-ajruport kienu involuti b’mod konġunt fl-operazzjoni kummerċjali tal-ajruport ta’ Angoulême. Id-dħul kummerċjali mill-provvista ta’ servizzi tal-ajruport ġie stabbilit u miġbur minn CCI-ajruport, u din kienet ukoll responsabbli mill-ġestjoni operatorja tal-ajruport. Fl-istess ħin, l-SMAC kellha s-setgħa tidħol f’impenji kummerċjali ma’ partijiet terzi f’isem l-ajruport. Hija kienet ukoll responsabbli mil-lat operattiv u finanzjarju f’dak li jirrigwarda l-investimenti ta’ natura kummerċjali fis-sit tal-ajruport. L-SMAC kienet direttament involuta fil-provvista ta’ servizzi tal-ajruport, b’mod partikolari permezz tal-kontribut tagħha fil-ġestjoni kummerċjali tal-ajruport matul dan il-perjodu, pereżempju billi kkonkludiet il-ftehimiet tal-2008. |
|
(179) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni tirrimarka li t-trasferiment tal-ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême għal SNC-Lavalin mill-1 ta’ Jannar 2012 ma jħollx lill-SMAC mir-responsabbiltajiet tagħha. Fil-qafas kuntrattwali stabbilit permezz tal-proċedura ta’ akkwist pubbliku tas-6 ta’ Lulju 2011, ċerti obbligi baqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-SMAC matul il-perjodu tal-kuntratt. |
|
(180) |
L-ewwel nett, l-SMAC hija responsabbli biss mid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-investiment. Hija tiffinanzja n-nefqa relatata (105) anke jekk din in-nefqa hija inseparabbli mill-attività tal-operat tal-ajruport (106). It-tieni nett, l-SMAC għandha sehem sinifikanti tar-riskju operatorju bil-kundizzjoni li tiggarantixxi, sal-livell massimu annwali, l-ekwilibriju tal-kontijiet tal-ajruport (107). Fl-aħħar nett, l-SMAC esprimiet l-intenzjoni tagħha li tiffinanzja direttament l-appoġġ lill-kumpaniji tal-ajru maħsub biex jimplimenta l-politika kummerċjali tal-ajruport għall-ftuħ mill-ġdid ta’ rotta bejn l-ajruport ta’ Angoulême u l-Gżejjer Brittaniċi. |
|
(181) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, fil-perjodu li beda mill-1 ta’ Jannar 2012, l-SMAC kienet għadha l-operatur konġunt tal-ajruport. |
|
(182) |
Il-Kummissjoni għaldaqstant tqis li l-attività ekonomika tal-operazzjoni kummerċjali tal-ajruport ta’ Angoulême suċċessivament baqgħet titwettaq mit-tliet gruppi ta’ entitajiet li ġejjin:
|
8.1.1.2.
|
(183) |
Il-Kummissjoni tixtieq tirrimarka li mhux l-attivitajiet kollha li jinvolvu lill-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport ikunu neċessarjament ta’ natura ekonomika. L-attivitajiet relatati mal-eżerċitar tas-setgħat pubbliċi, fil-prinċipju, mhumiex ta’ natura ekonomika. |
(a) Sistema nazzjonali għall-finanzjament ta’ kompiti tal-Istat fl-ajruporti Franċiżi
|
(184) |
Diversi kompiti li twettqu mill-korpi ta’ ġestjoni suċċessivi tal-ajruport ta’ Angoulême fir-rigward tas-sikurezza tat-traffiku tal-ajru, is-sigurtà jew il-protezzjoni ambjentali ġew iffinanzjati mill-awtoritajiet pubbliċi bejn l-2002 u l-2012. Dan il-finanzjament jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
|
(185) |
F’dan ir-rigward, Franza rreferiet għas-sistema ġenerali tal-finanzjament ta’ kompiti tal-Istat fl-ajruporti Franċiżi, stipulata fil-liġi nazzjonali u deskritta hawn taħt. |
|
(186) |
Din is-sistema hija bbażata fuq taxxa, it-taxxa tal-ajruport, flimkien ma’ strument ta’ finanzjament addizzjonali. L-isfond ta’ dawn l-istrumenti u r-regoli li jirregolawhom, kif ukoll il-kompiti ffinanzjati minnhom, huma deskritti hawn taħt. |
|
(187) |
Fl-1998, fis-sentenza tiegħu SCARA (108), il-Kunsill tal-Istat iddeċida li l-kompiti relatati mas-sikurezza u s-sigurtà fl-ajruporti kienu responsabbiltajiet sovrani tal-Istat u li għalhekk dawn ma setgħux jitħallew f’idejn l-utenti tal-ajruport. B’segwitu għal din is-sentenza, il-Liġi Nru 98-1171 tat-18 ta’ Diċembru 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ ċerti servizzi tat-trasport bl-ajru u l-Artikolu 136 tal-Liġi Nru 98-1266 tat-30 ta’ Diċembru 1998 (il-Liġi dwar il-Baġit tal-1999) (109) introduċew it-taxxa tal-ajruport, li bdiet tapplika mill-1 ta’ Lulju 1999. Din hija taxxa assenjata, fis-sens li d-dħul minnha jista’ jintuża biss biex tiġi ffinanzjata ċertu nefqa, jiġifieri l-kost tal-kompiti li Franza tqis bħala responsabbiltajiet sovrani fl-ajruporti. Id-dispożizzjonijiet legali ta’ hawn fuq introduċew ukoll strument addizzjonali għall-finanzjament ta’ tali kompiti. It-tip ta’ kompiti ffinanzjati mit-taxxa tal-ajruport u mill-istrument ta’ finanzjament addizzjonali, u r-regoli li jirregolaw it-taxxa tal-ajruport u l-istrument addizzjonali, huma stabbiliti hawn taħt. |
|
(188) |
Il-leġiżlazzjoni Franċiża flimkien mad-dispożizzjonijiet regolatorji ddettaljati, jistabbilixxu b’mod preċiż liema kompiti jistgħu jiġu ffinanzjati mit-taxxa tal-ajruport. Dawn huma s-salvataġġ u t-tifi tan-nar ta’ inġenji tal-ajru, il-prevenzjoni mill-perikli minn annimali selvaġġi (110), l-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva, tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina, il-kontroll ta’ punti ta’ aċċess pubbliċi għaż-żona ristretta (111), miżuri ta’ protezzjoni ambjentali (112) u l-kontroll awtomatiku tal-fruntiera permezz tal-identifikazzjoni bijometrika. Ir-referenza għall-kontroll awtomatiku tal-fruntiera permezz tal-identifikazzjoni bijometrika ġiet introdotta fil-leġiżlazzjoni fl-2008. Mill-bqija, is-sensiela ta’ kompiti eliġibbli għall-finanzjament mit-taxxa tal-ajruport ma nbidlitx minn mindu ġiet introdotta, u tikkorrispondi għall-kompiti koperti mis-sentenza SCARA. Għadd ta’ strumenti regolatorji nazzjonali u Ewropej jippreċiżaw l-obbligi li għandhom l-operaturi tal-ajruporti b’rabta mat-twettiq ta’ dawn il-kompiti. Pereżempju, għas-salvataġġ u t-tifi tan-nar ta’ inġenji tal-ajru, ir-regolamenti jistabbilixxu b’mod preċiż ir-riżorsi umani u materjali li għandhom jiġu adottati skont il-karatteristiċi tal-ajruport. |
|
(189) |
Għal kull ajruport partikolari, it-taxxa tal-ajruport trid titħallas mill-kumpaniji tal-ajru kollha li jużaw dak l-ajruport. Hija tiġi bbażata fuq l-għadd ta’ passiġġieri u l-massa ta’ merkanzija u posta li jinġarru mill-kumpanija tal-ajru. Ir-rata tat-taxxa tal-ajruport għal kull passiġġier jew għal kull tunnellata ta’ merkanzija jew posta tiġi stabbilita kull sena għal kull ajruport, skont kemm jiġi stmat il-kost biex jitwettqu l-kompiti ffinanzjati mit-taxxa. |
|
(190) |
Kull sena l-operaturi tal-ajruporti jħejju dikjarazzjoni annwali tal-kostijiet u tat-traffiku. Dawn id-dikjarazzjonijiet jippreżentaw, għas-sena preċedenti, il-livelli tat-traffiku osservati u l-kostijiet involuti biex twettqu l-kompiti marbuta mas-sikurezza u s-sigurtà (113), kif ukoll l-ammonti miġbura permezz tat-taxxa tal-ajruport u l-istrument addizzjonali għall-finanzjament ta’ dawn il-kompiti. Huma jinkludu wkoll stimi tat-traffiku, tal-kostijiet u tad-dħul relatati mal-kompiti marbuta mas-sikurezza u s-sigurtà għas-sena kurrenti u għas-sentejn ta’ wara. Id-dikjarazzjonijiet jiġu vverifikati mill-awtoritajiet amministrattivi, li jistgħu jagħmlu wkoll spezzjonijiet fuq il-post. Imbagħad ir-rata tat-taxxa tiġi stabbilita fuq din il-bażi, permezz ta’ ordni interministerjali. |
|
(191) |
Billi r-rati tat-taxxa huma kkalkulati abbażi ta’ stimi tal-kostijiet u tat-traffiku, ġie adottat mekkaniżmu ta’ aġġustament ex post sabiex jiżgura li d-dħul li jagħmel l-ajruport mit-taxxi, supplimentat fejn xieraq minn dħul mill-istrument ta’ finanzjament addizzjonali deskritt hawn taħt, ma jaqbiżx il-kostijiet li ġġarrbu realment biex twettqu l-kompiti rilevanti. Il-kostijiet ikkonċernati jinkludu l-kostijiet operatorji u dawk tal-persunal li ġġarrbu biex twettqu dawn il-kompiti, id-deprezzament li jikkorrispondi għall-investimenti li jkunu saru għal ma’ dawn il-kompiti, u s-sehem mill-ispejjeż ġenerali marbuta ma’ dawn il-kompiti (114). L-operaturi jridu jżommu rendikonti pluriennali tad-dħul mit-taxxa tal-ajruport u mill-istrument ta’ finanzjament addizzjonali, u tal-kostijiet li jkunu ġarrbu biex wettqu l-kompiti rilevanti. Hekk kif jiġi osservat bilanċ pożittiv, dan jiġi ttrasferit fil-kontijiet kumulattivi għas-snin preċedenti, li jistgħu jirriżultaw f’bilanċ pożittiv jew negattiv. Dan il-bilanċ jiġi kkunsidrat meta tiġi stabbilita r-rata tat-taxxa għas-sena ta’ wara. Barra minn hekk, kwalunkwe bilanċ pożittiv ikollu imposti finanzjarji li jkunu jridu jitħallsu mill-operatur. |
|
(192) |
Mill-bidu nett, il-finanzjament mit-taxxa tal-ajruport kellu jiġi supplimentat permezz tal-istrument ta’ finanzjament addizzjonali. Dan minħabba li l-kostijiet ta’ sikurezza u ta’ sigurtà mhumiex proporzjonali għall-volum ta’ traffiku fl-ajru, b’differenza għad-dħul mit-taxxi tal-ajruport. Kien sar evidenti li fl-ajruporti b’volum ta’ traffiku baxx, ir-rata tat-taxxa tal-ajruport kienet se tiġi stabbilita f’livell għoli u tqieset bħala diffiċli li tiġi aċċettata mill-utenti jekk dawn riedu josservaw il-kostijiet ta’ sikurezza u ta’ sigurtà. Għaldaqstant, għal dawn l-ajruporti, sar provvediment li t-taxxa tal-ajruport tiġi stabbilita f’livell iktar baxx minn dak meħtieġ biex jiġu koperti l-kostijiet u li, meta jkun hemm bżonn, jintuża l-istrument ta’ finanzjament addizzjonali biex jiġu ffinanzjati l-kompiti eliġibbli. |
|
(193) |
F’dan ir-rigward, kien hemm għadd ta’ strumenti addizzjonali differenti wara xulxin. L-ewwel, l-awtoritajiet Franċiżi użaw fond speċifiku, il-Fond ta’ Intervent għall-Ajruporti u għat-Trasport bl-Ajru (“FIATA”), imwaqqaf, flimkien mat-taxxa tal-ajruport, bil-Liġi Nru 98-1266 tat-30 ta’ Diċembru 1998 kif imsemmi hawn fuq. Dan il-fond kien is-suċċessur tal-Fond għall-Ugwalizzazzjoni tat-Trasport bl-Ajru (“FPTA”), li inizjalment kien riżervat għall-finanzjament ta’ konnessjonijiet bl-ajru maħsuba biex jippromwovu l-iżvilupp reġjonali u l-ippjanar territorjali. Porzjon mit-taxxa tal-avjazzjoni ċivili tħallas f’dan il-fond. FIATA ntuża biex jiffinanzja l-istess kompiti li kien iffinanzja l-FPTA, u ġie estiż biex jinkludi dawk koperti mit-taxxa tal-ajruport sabiex jissupplimenta lil din tal-aħħar għall-ajruporti ż-żgħar. Fil-prattika, il-funzjonijiet ta’ FIATA inqasmu essenzjalment f’żewġ “taqsimiet” distinti: taqsima “ajruporti” għall-kopertura supplimentari tal-kompiti ta’ sikurezza u ta’ sigurtà f’ajruporti żgħar u taqsima “trasport bl-ajru” għas-sussidjar ta’ konnessjonijiet bl-ajru maħsuba biex jippromwovu l-iżvilupp reġjonali u l-ippjanar territorjali. Id-deċiżjonijiet dwar il-ħlas tal-għotjiet ta’ FIATA għall-finanzjament supplimentari tal-kompiti ta’ sikurezza u ta’ sigurtà ttieħdu wara li saret konsultazzjoni mal-kumitat ta’ ġestjoni tal-ajruport tat-taqsima “ajruporti” ta’ FIATA. |
|
(194) |
Fl-2005, FIATA spiċċa u l-finanzjament korrispondenti ttieħed direttament mill-baġit tal-Istat għall-perjodu ta’ sentejn bl-istess termini, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-opinjoni ta’ kumitat ta’ ġestjoni. Mill-2008, l-Istat issostitwixxa dan l-istrument b’żieda fit-taxxa tal-ajruport, u dan kien jinvolvi l-iffissar ta’ taxxa ogħla milli meħtieġ sabiex tkun tista’ tkopri l-kompiti ta’ sikurezza u ta’ sigurtà f’ċerti ajruporti. Is-surplus li jirriżulta minnha jerġa’ jitqassam lil ajruporti iżgħar sabiex jissupplimenta d-dħul li dawn ikunu ġabru mit-taxxa tal-ajruport. |
|
(195) |
Kif spjegat hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet annwali tal-operaturi tal-ajruporti, li huma vverifikati mill-awtoritajiet amministrattivi, jindikaw il-kostijiet stmati u dawk reali kif ukoll id-dħul mit-taxxa tal-ajruport u mill-istrument addizzjonali. Bl-istess mod, il-kontijiet annwali miżmuma mill-operaturi u użati biex jiġi kkalkulat il-bilanċ tal-kostijiet u tad-dħul reali li wasslu biex ikun hemm aġġustament ‘l isfel tat-taxxa u impożizzjoni tal-imposti finanzjarji fuq l-operaturi jekk il-bilanċ ikun pożittiv, juru kemm id-dħul mit-taxxa tal-ajruport kif ukoll dak mill-istrument supplimentari. B’hekk, il-mekkaniżmu għad-dikjarazzjoni, il-verifika u l-aġġustar tal-finanzjament, imfassal biex jiġi evitat li l-ħlas ta’ fondi pubbliċi jmur oltre l-kostijiet effettivament imġarrba, japplika kemm għat-taxxa tal-ajruport kif ukoll għall-istrument addizzjonali. |
(b) Evalwazzjoni tas-sistema ġenerali għall-finanzjament tal-kompiti tal-Istat fdati lill-ajruporti Franċiżi
|
(196) |
Kif indikat mill-Kummissjoni fil-Linji Gwida l-ġodda, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċitar tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika, mhumiex ta’ natura ekonomika u ġeneralment ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (115). Skont il-Linji Gwida l-ġodda (116), attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar, attivitajiet neċessarji biex tiġi ssalvagwardjata l-avjazzjoni ċivili minn atti ta’ interferenza illeċita u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġa biex jitwettqu dawn l-attivitajiet, huma ġeneralment meqjusa bħala ta’ natura mhux ekonomika. |
|
(197) |
Barra minn hekk, il-Linji Gwida l-ġodda jistipulaw li, biex il-finanzjament pubbliku ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, dan irid ikun strettament limitat għall-kumpens tal-kostijiet li jkunu ġġarrbu minħabba dawn l-attivitajiet u ma jridx ikun iwassal għal diskriminazzjoni bla bżonn bejn l-ajruporti. Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni, il-Linji Gwida jipprevedu li, meta skont ordni ġuridiku partikolari, ikun normali li l-ajruporti jġarrbu ċerti kostijiet inerenti fl-operat tagħhom, filwaqt li ajruporti ċivili oħrajn ma jagħmlux dan, għandu mnejn li dawn tal-aħħar jingħataw vantaġġ, irrispettivament minn jekk dawn il-kostijiet ikunux relatati ma’ attività li b’mod ġenerali titqies bħala ta’ natura mhux ekonomika (117). |
|
(198) |
L-attivitajiet iffinanzjati mis-sistema ġenerali għall-finanzjament tal-kompiti tal-Istat fl-ajruporti Franċiżi, kif deskritti fit-Taqsima 8.1.1.2, jirrigwardaw is-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili minn atti ta’ interferenza illeċita (118), kompiti tal-pulizija (119), is-salvataġġ u t-tifi tan-nar ta’ inġenji tal-ajru (120), is-sikurezza tat-traffiku tal-ajru (121) u l-protezzjoni tal-ambjent naturali u tal-bniedem (122). Dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu kkunsidrati leġittimament bħala li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċitar tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika. Konsegwentament, il-Kummissjoni hija tal-fehma li Franza qieset, ġustament, li dawn il-kompiti huma tal-Istat, u għaldaqstant li huma ta’ natura mhux ekonomika għall-finijiet tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(199) |
Minn dan jirriżulta li Franza tista’ tipprevedi wkoll finanzjament pubbliku bħala kumpens għall-kostijiet imġarrba mill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti biex iwettqu dawn il-kompiti, sa fejn tali eżekuzzjoni tkun imposta mil-liġi nazzjonali fuq l-ajruporti kollha b’mod indiskriminat u sakemm il-finanzjament ma jwassalx għal kumpens żejjed jew għal diskriminazzjoni bejn l-ajruporti. |
|
(200) |
L-ewwel nett, għandu jiġi rrimarkat li s-sistema deskritta hawn fuq tapplika għall-ajruporti ċivili kollha fi Franza, kemm fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompiti li jagħtu lok għall-kumpens u kemm fir-rigward tal-istrumenti ta’ finanzjament. Għaldaqstant, ir-rekwiżit ta’ nondiskriminazzjoni ġie ssodisfat. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni Franċiża tafda lill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport bit-twettiq tal-kompiti tal-Istat, hija tħalli r-responsabbiltà tal-finanzjament ta’ dawn il-kompiti f’idejn l-Istat, mhux f’idejn il-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti. Għalhekk, il-kumpens mill-fondi pubbliċi għall-kostijiet involuti biex jitwettqu dawn il-kompiti ma jirriżultax f’mitigazzjoni tal-kostijiet li normalment iridu jħallsu l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti skont is-sistema ġuridika Franċiża. |
|
(201) |
It-tieni nett, mid-deskrizzjoni fit-Taqsima 8.1.1.2 jidher biċ-ċar li s-sistema stipulata fil-leġiżlazzjoni Franċiża hija bbażata fuq mekkaniżmi stretti li jivverifikaw il-kostijiet li jkun hemm qabel u dawk li jkun hemm wara, biex b’hekk jiġi żgurat li l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti jirċievu biss, permezz tat-taxxa tal-ajruport u l-istrument addizzjonali, l-ammonti strettament neċessarji biex ikopru dawk il-kostijiet. |
|
(202) |
Minn dan jirriżulta li l-finanzjament riċevut mill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti Franċiżi taħt din is-sistema, inkluż l-ajruport ta’ Angoulême, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. |
8.1.2. Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà għall-Istat
8.1.2.1.
|
(203) |
Skont il-qafas legali stabbilit mill-ftehim tal-2002 u mill-ftehim ta’ sottokuntratti tal-2009, għadd ta’ awtoritajiet lokali u awtoritajiet pubbliċi oħra taw għotjiet lill-operaturi suċċessivi tal-ajruport. Dawn l-awtoritajiet kienu CG16, COMAGA, CCBC, l-SMAC u s-CCI ta’ Angoulême. |
|
(204) |
Sabiex jiġi ddeterminat b’ċertezza jekk ir-riżorsi tas-CCI ta’ Angoulême humiex riżorsi tal-Istat, il-Kummissjoni tieħu nota tal-fatt li korp tal-amministrazzjoni pubblika (établissement public à caractère administratif) jikkostitwixxi entità amministrattiva awtonoma soġġetta għal superviżjoni mill-qrib mill-amministrazzjoni ċentrali tal-Istat Franċiż (123). Barra minn hekk, il-baġit ġenerali tas-CCI ta’ Angoulême jinkludi dħul mit-taxxa miġbur minn kumpaniji mniżżlin fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-riżorsi tas-CCI ta’ Angoulême huma riżorsi tal-Istat. |
|
(205) |
Barra minn hekk, ir-riżorsi tal-awtorità lokali jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (124). Il-membri tal-SMAC li taw impenn kuntrattwali li jgħaddu l-flus fil-kontijiet tal-SMAC mir-riżorsi proprji huma l-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija, l-awtoritajiet lokali (125) jew il-korpi pubbliċi stess, li huma magħmula minn awtoritajiet lokali. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-riżorsi tal-SMAC jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. |
8.1.2.2.
|
(206) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-deċiżjonijiet meħuda minn entitajiet ta’ dritt pubbliku għall-għoti tas-sussidji inkwistjoni huma imputabbli għall-Istat (126). |
|
(207) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-SMAC hija korp pubbliku bla impjegati, li amministrattivament tagħmel parti mill-awtoritajiet lokali li hi tiġbor flimkien direttament jew indirettament. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet baġitarji tagħha li huma vinkolanti fuq il-membri tagħha, jittieħdu minn kumitat konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-membri tagħha. Meta tqis dawn il-fatturi, il-Kummissjoni ssib li d-deċiżjonijiet meħuda mill-SMAC dwar l-attività tal-ajruport huma imputabbli għall-Istat. |
|
(208) |
Fir-rigward tal-miżuri meħuda minn mis-CCI ta’ Angoulême, il-Kummissjoni tibda billi tindika li l-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija huma korpi tal-amministrazzjoni pubblika u bħala tali huma soġġetti għal-liġi pubblika. Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li l-liġi Franċiża tikklassifika lill-Kmamar tal-Kummerċ u tal-Industrija bħala “corps intermédiaires de l’État” (korpi intermedjarji tal-Istat) u tassenjalhom il-kompitu li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u għall-attrazzjoni u l-ippjanar tal-art tat-territorji, kif ukoll għall-appoġġ lin-negozji u lill-assoċjazzjonijiet tan-negozji (127). Il-kompitu tal-operat tal-ajruport fdat f’idejn il-Kmamar tal-Kummerċ u tal-Industrija jirriżulta wkoll mir-rwol tagħhom li jappoġġjaw l-iżvilupp lokali u reġjonali, anke jekk l-attività tal-operat ta’ ajruport fiha nnifisha hija attività ta’ natura ekonomika (128). |
|
(209) |
Il-Kummissjoni tindika wkoll li l-Artikoli R712-2 et seq. tal-Kodiċi Kummerċjali jpoġġu lill-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija taħt is-superviżjoni tar-rappreżentanti tal-Istat. F’din il-kariga, l-awtorità li tieħu ħsieb is-superviżjoni għandha aċċess għall-Assembleji Ġenerali kollha tas-CCI u jista’ jkollha xi entrati miżjuda mal-aġenda. B’mod partikolari, id-deċiżjonijiet relatati mal-baġits inizjali, emendatorji jew implimentati jkunu vinkolanti biss ladarba jiġu approvati, anki b’mod taċitu, mill-awtorità inkarigata mis-superviżjoni. Fil-każ preżenti, dawn il-baġits inkludew trasferimenti finanzjarji għall-operaturi tal-ajruport, inkluż is-CCI-ajruport (129), kif stabbilit fil-premessi 28 sa 29 ta’ din id-Deċiżjoni (130). |
|
(210) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-CCI ta’ Angoulême, inkluż is-CCI-ajruport, tifforma parti mill-amministrazzjoni pubblika (131) u li l-miżuri li din adottat favur l-operaturi tal-ajruport ta’ Angoulême huma neċessarjament imputabbli għall-Istat. |
8.1.3. Vantaġġ selettiv għall-operaturi tal-ajruport
|
(211) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna lil impriża, għandu jiġi ddeterminat jekk il-kumpanija inkwistjoni tgawdix minn vantaġġ ekonomiku li jippermettilha tevita kostijiet illi li kieku kien ikollha tħallas mir-riżorsi finanzjarji proprji tagħha, jew jekk tgawdix minn vantaġġ illi li kieku ma kinitx tirċievi f’kundizzjonijiet normali tas-suq (132). |
|
(212) |
Fil-każ preżenti, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-ajruport ta’ Angoulême kollu kemm hu jista’ jiġi kklassifikat bħala SIEĠ minħabba r-rwol tiegħu fl-ippjanar territorjali u fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun. Għalhekk, il-finanzjament mogħti lilu ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira fis-sentenza Altmark, għax ma jagħtihx vantaġġ reali. |
|
(213) |
Billi l-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jingħataw lill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême ma jinvolvux vantaġġ selettiv skont it-termini tas-sentenza Altmark, il-Kummissjoni trid teżamina jekk il-kondizzjonijiet stipulati f’dik is-sentenza humiex issodisfati f’dan il-każ. F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li f’dik il-kawża, il-Qorti ddeċidiet li l-kumpens mogħti għall-eżerċitar tal-obbligi ta’ servizz pubbliku ma jikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE meta jiġu ssodisfati l-erba’ kriterji li ġejjin:
|
|
(214) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha li tirrigwarda l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-provvista ta’ SIEĠ (133) (minn hawn ‘il quddiem “il-Komunikazzjoni SIEĠ”), il-Kummissjoni pprovdiet gwida sabiex tiċċara r-rekwiżiti għall-kumpens ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Il-Komunikazzjoni tindirizza l-varji kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark, jiġifieri l-kunċett ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali skont l-Artikolu 106 tat-TFUE, il-bżonn ta’ att ta’ inkarigu, l-obbligu li jiġu definiti l-parametri tal-kumpens, il-prinċipji dwar il-ħtieġa li jiġi evitat kumpens żejjed u l-prinċipji għall-għażla tal-fornitur tas-servizz. |
|
(215) |
Billi l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark huma kumulattivi, jekk xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tiġix irrispettata, il-miżura tispiċċa biex tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tad-dritt tal-UE. Konsegwentament, u fid-dawl tal-miżuri taħt skrutinju, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq u adegwat li teżamina l-ewwel u r-raba’ kundizzjoni Altmark għall-perjodi kollha li qed jiġu kkunsidrati. |
8.1.3.1.
(a) Qafas għal analiżi
|
(216) |
L-ewwel kundizzjoni stabbilita mis-sentenza Altmark tirrigwarda d-definizzjoni ta’ kompitu ta’ SIEĠ. Dan ir-rekwiżit jikkoinċidi ma’ dak tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE (134), li minnu jirriżulta li l-impriżi fdati bl-operat ta’ SIEĠ huma impriżi inkarigati b’“kompitu partikolari” (135). B’mod ġenerali, l-inkarigu ta’ “kompitu partikolari ta’ servizz pubbliku” jimplika l-provvista ta’ servizz li operatur, li kieku kellu jqis l-interessi kummerċjali tiegħu stess, ma jassumix jew ma jassumix bl-istess intensità jew taħt l-istess kundizzjonijiet (136). Bl-applikazzjoni ta’ kriterju ta’ interess ġenerali, l-Istati Membri jew l-Unjoni jistgħu jorbtu obbligi speċifiċi ma’ dawn is-servizzi. |
|
(217) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li ma jkunx xieraq li torbot obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku ma’ attività li diġà tkun ipprovduta jew li tista’ tkun ipprovduta b’mod sodisfaċenti u taħt kundizzjonijiet (il-prezz, il-karatteristiċi oġġettivi ta’ kwalità, il-kontinwità u l-aċċess għas-servizz) konsistenti mal-interess pubbliku, hekk kif definit mill-Istat, mill-impriżi li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq. F’dak li jikkonċerna l-kwistjoni ta’ jekk servizz jistax jiġi pprovdut mis-suq, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-kompetenza tal-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni ta’ SIEĠ hija limitata għall-verifika li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel żball manifest fil-klassifikazzjoni ta’ servizz bħala SIEĠ (137). |
|
(218) |
Fejn jeżistu regoli tal-Unjoni speċifiċi, id-diskrezzjoni tal-Istati Membri hija marbuta ulterjorment minn dawn ir-regoli, bla preġudizzju għad-dmir tal-Kummissjoni li twettaq valutazzjoni biex tara jekk is-SIEĠ ġiex ikklassifikat b’mod korrett għall-finijiet tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat (138). |
|
(219) |
B’mod ġenerali, il-Kummissjoni ma teskludix il-possibbiltà li tikklassifika l-ġestjoni globali ta’ ajruport bħala SIEĠ. F’dan ir-rigward, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni l-ġodda jindikaw li klassifikazzjoni bħal din hija possibbli f’każijiet li jkunu ġġustifikati sew (139), bħal meta reġjun, mingħajr l-ajruport, ikun iżolat mill-bqija tal-Unjoni sal-punt li dan ikun jaffettwa l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tiegħu. Tali valutazzjoni dwar l-eżistenza ta’ obbligu reali ta’ servizz pubbliku, għandha tqis kif xieraq modi oħrajn ta’ trasport, bħal pereżempju, servizzi ferrovjarji ta’ veloċità qawwija jew konnessjonijiet marittimi operati mil-laneċ. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jimponu obbligu ta’ servizz pubbliku fuq ajruport biex jiżguraw li l-ajruport jibqa’ miftuħ għat-traffiku kummerċjali. |
|
(220) |
Il-Kummissjoni tindika wkoll f’dan ir-rigward li, biex attività tiġi kkunsidrata bħala SIEĠ, l-objettiv ta’ interess ġenerali mfittex mill-awtoritajiet pubbliċi għandu jkun imur lil hinn minn dak tal-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew oqsma ekonomiċi skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li s-SIEĠ huma servizzi li juru karatteristiċi speċjali meta mqabbla mal-interess ekonomiku ġenerali ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra (140) u li l-impriżi fdati b’kompiti tas-SIEĠ huma impriżi inkarigati b’“kompitu partikolari” (141). Bħala prinċipju ġenerali, il-Kummissjoni tqis li l-klassifikazzjoni tal-kompiti mwettqa minn korp ta’ ġestjoni ta’ ajruport bħala SIEĠ hija ġustifikabbli biss jekk ir-reġjun kollu jew parti mir-reġjun li jkun moqdi mill-ajruport, mingħajru, ikun iżolat mill-bqija tal-Unjoni sal-punt li dan ikun jaffettwa l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tiegħu. |
|
(221) |
Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li, filwaqt li l-kompiti ta’ ġestjoni tal-ajruport li jinvolvu obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku, bħal dawk relatati mal-kontinwità tal-operat tal-ajruport jew mal-aċċessibbiltà għall-infrastruttura, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala SIEĠ, l-iżvilupp tal-ajruport għal titjiriet kummerċjali, indipendentement mill-eżistenza ta’ rotot koperti minn obbligu ta’ servizz pubbliku, ma setax jiġi kklassifikat bħala servizz ta’ interess ġenerali. |
|
(222) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qabel xejn tiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-ajruporti b’rotot regolari li huma l-eqreb għall-ajruport ta’ Angoulême, huma aċċessibbli biss bil-karozza, b’aktar minn siegħa u nofs sewqan (142). It-tieni nett, minkejja li Angoulême jinsab f’post ċentrali fil-Punent ta’ Franza kontinentali, hu mhuwiex konness man-netwerk tal-awtostradi jew mal-linji ferrovjarji ta’ veloċità qawwija li jintużaw fil-Lvant tal-pajjiż. F’dan ir-rigward, ta’ min wieħed jinnota li l-obbligi ta’ servizz pubbliku ġew imposti għal parti mill-perjodu taħt rieżami, għar-rotta bejn l-ajruporti ta’ Angoulême u ta’ Lyon, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE applikabbli (143). L-obbligi ta’ servizz pubbliku kkonċernati partikolarment kellhom l-għan li jiggarantixxu biżżejjed servizzi ta’ trasport regolari minn u lejn Angoulême (144). |
|
(223) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrimarka li t-traffiku medju fl-ajruport ta’ Angoulême matul il-perjodi taħt rieżami naqas u baqa’ konsiderevolment baxx, b’inqas minn 2 00 000 passiġġier fis-sena (145), u li l-kont tal-operat tal-ajruport kien strutturalment f’defiċit, kif jirriżulta b’mod ċar mill-premessa 17 ta’ hawn fuq. |
|
(224) |
Minħabba dawn il-karatteristiċi inerenti tal-ajruport ta’ Angoulême, wieħed jista’ jassumi li entità ekonomika li tqis l-interessi kummerċjali tagħha stess ma tassumix il-ġestjoni ta’ dan l-ajruport, jew tal-inqas, mhux taħt kundizzjonijiet kummerċjali normali. |
|
(225) |
Għaldaqstant, minħabba l-lok ġeografiku ta’ Angoulême fid-dawl tan-netwerk tat-trasport tiegħu, in-nuqqas ta’ ajruport fil-qrib li jista’ jikkostitwixxi alternattiva xierqa għall-passiġġieri, il-volumi ta’ traffiku baxxi ħafna u t-telf li qed jagħmel l-ajruport, il-Kummissjoni tqis li Franza ma għamlitx żball manifest meta ddefinixxiet il-kompiti tal-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême, li jirrigwardaw biss iż-żamma tal-operat tal-ajruport u l-aċċessibilità tal-infrastruttura, bħala SIEĠ. B’kuntrast ma’ dan, l-iżvilupp kummerċjali ta’ ajruport, billi jiġu introdotti rotot tal-ajru ġodda jew billi jiġu estiżi l-attivitajiet mhux ajrunawtiċi, fil-prinċipju, ma jissodisfax bħala tali l-kriterju ta’ interess ġenerali li jiġġustifika l-klassifikazzjoni bħala SIEĠ. B’mod partikolari, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kumpens mill-awtoritajiet pubbliċi tal-kostijiet netti li jiġġarrbu minħabba l-provvista ta’ SIEĠ, ma għandux jaffettwa l-inċentiv ekonomiku għal korp ta’ ġestjoni ta’ ajruport biex jidħol f’relazzjonijiet kummerċjali ma’ kumpaniji tal-ajru. |
|
(226) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni trid tiddetermina, għal kull perjodu ta’ ġestjoni inkwistjoni, liema attivitajiet tal-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ SIEĠ u liema minnhom le. |
(b) Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-SIEĠ
|
(227) |
Għall-perjodu 2002-2006, meta CCI-ajruport kienet l-operatur tal-ajruport, tfassal il-ftehim tal-2002 biex jiġi żgurat li l-kompiti ta’ servizz pubbliku marbuta ma’ restrizzjonijiet ta’ ppjanar tal-użu tal-art madwar l-ajruport u mal-kontinwità tas-servizz pubbliku (146) jkunu jistgħu jitwettqu. Il-ftehim kellu l-għan ukoll li jippermetti l-iżvilupp tal-ajruport. Il-preambolu ta’ dan il-ftehim jiddikjara f’dan ir-rigward li l-firmatarji “iddeċidew li jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex jiddefinixxu u jiffinanzjaw il-politika tal-iżvilupp, tal-ippjanar u tal-operat” għall-ajruport ta’ Angoulême. |
|
(228) |
Fid-dawl tal-argumenti stabbiliti fil-premessi 221 sa 226, il-Kummissjoni tqis li l-kompiti ta’ ġestjoni deskritti fil-ftehim ta’ konċessjoni u fl-ispeċifikazzjoni relatata, marbuta maż-żamma tal-operat tal-ajruport u l-aċċessibilità tal-infrastruttura, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kompiti ta’ interess ġenerali u li d-definizzjoni ta’ dawn il-kompiti bħala SIEĠ mhijiex imħassra b’xi żball manifest ta’ valutazzjoni. |
|
(229) |
B’kuntrast ma’ dan, l-objettiv tal-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport permezz tal-introduzzjoni ta’ rotot tal-ajru ġodda jew l-espansjoni ta’ attivitajiet mhux ajronawtiċi, bħala tali, ma jissodisfax il-kriterju ta’ interess ġenerali għad-definizzjoni bħala SIEĠ. Tali kwalifika ma tistax tiġi ġġustifikata mill-objettiv tal-iżvilupp reġjonali msemmi mill-awtoritajiet Franċiżi. |
|
(230) |
Fil-fatt, madankollu, l-uniku kumpens li effettivament tħallas ma kienx jirriżulta mill-kostijiet involuti fil-ftuħ ta’ rotot ġodda, il-konklużjoni ta’ kuntratti ma’ linji tal-ajru ġodda jew l-espansjoni tal-attivitajiet mhux ajrunawtiċi fl-ajruport ta’ Angoulême, iżda kien jirrigwarda biss l-attivitajiet li jistgħu jiġu kklassifikati bħala SIEĠ. |
|
(231) |
F’dak li jirrigwarda l-perjodu 2007-2011, meta SMAC u s-CCI-ajruport kienu l-operaturi konġunti tal-ajruport, minn banda jeħtieġ li jiġi rrimarkat li l-istatuti ta’ SMAC tal-21 ta’ Diċembru 2006 kienu jafdaw lil din tal-aħħar b’kompiti ta’ manutenzjoni, tagħmir, żamma, ġestjoni u operat tal-ajruport ta’ Angoulême. Mill-banda l-oħra, il-ftehim għas-sottokuntrattar tal-ġestjoni tat-22 ta’ Jannar 2009 bejn SMAC u s-CCI ta’ Angoulême jittrasferixxi r-responsabbiltà għal investimenti marbuta mal-operat tal-ajruport mis-CCI-ajruport għal għand SMAC. Skont it-termini tal-ftehim għas-sottokuntrattar tal-ġestjoni, il-kompiti l-oħra relatati mal-operat tal-ajruport ġew assenjati lis-CCI-ajruport. |
|
(232) |
Barra minn hekk, skont l-istatuti ta’ SMAC, l-għan tagħha huwa li “tiżgura l-iżvilupp ta’ servizzi bl-ajru kummerċjali għat-trasport tal-passiġġieri jew tal-merkanzija, ta’ titjiriet kummerċjali, turistiċi jew għad-divertiment, ta’ attivitajiet ta’ taħriġ kif ukoll tal-attivitajiet kollha relatati, b’appoġġ għal dan l-objettiv” fl-ajruporti ta’ Angoulême u ta’ Cognac. |
|
(233) |
Kif stabbilit fil-premessa 225, il-kompiti ta’ ġestjoni li huma marbuta esklussivament maż-żamma tal-operat tal-ajruport u l-aċċessibilità tal-infrastruttura, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kompiti ta’ interess ġenerali; dawn il-kompiti biss jistgħu jiġu kkwalifikati bħala SIEĠ mingħajr żball manifest. |
|
(234) |
B’kuntrast ma’ dan, u kif spjegat fil-premessa 225, l-iżvilupp ta’ titjiriet kummerċjali ma jistax jiġi definit bħala SIEĠ, anki jekk l-objettiv tiegħu jkun li jippromwovi l-iżvilupp reġjonali. Madankollu, kienet biss ir-relazzjoni kummerċjali ma’ Ryanair li wasslet għal kostijiet, imġarrba minn SMAC u mis-CCI-ajruport, li kienu speċifikament relatati mal-iżvilupp ta’ servizzi ġodda ta’ trasport. Billi SMAC u s-CCI-ajruport iridu jiġu kkunsidrati bħala involuti konġuntement fl-attività ekonomika tat-tmexxija tal-ajruport fil-konfront ta’ Ryanair, il-kumpens minn SMAC għall-kostijiet addizzjonali mġarrba b’rabta mal-ftehimiet tal-2008, irid jiġi analizzat bħala parti mill-valutazzjoni ta’ kwalunkwe element ta’ għajnuna li jinsab f’dawn il-ftehimiet. |
|
(235) |
Id-deċiżjoni li ħadet SMAC fit-23 ta’ Ġunju 2001 kienet tipprevedi li l-pagamenti extra-kuntrattwali maħsuba għall-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport kellhom jitħallsu direttament minn SMAC lill-kumpaniji tal-ajru. Konsegwentament, il-miżuri finanzjarji li jikkorrispondu mal-iżvilupp ta’ servizzi ġodda ta’ trasport ma jistgħux jitqiesu bħala SIEĠ u se jiġu analizzati bħala parti mill-valutazzjoni tal-għajnuna mħallsa lil Ryanair (147). |
|
(236) |
Fl-aħħar nett, l-ispeċifikazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-perjodu ta’ operazzjoni konġunta tal-ajruport min-naħa ta’ SMAC u ta’ SNC-Lavalin li beda fl-1 ta’ Jannar 2012, mhux biss jirreferu għal kompiti relatati maż-żamma tal-operat tal-ajruport u l-aċċessibilità tal-infrastruttura iżda wkoll għall-kompitu ta’ promozzjoni tal-ajruport u ta’ żvilupp tal-attività tiegħu. Fil-fatt, skont l-Artikolu 9 tal-ispeċifikazzjoni u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, “l-operatur huwa mitlub li jfittex, fl-interessi tal-ekonomija lokali u tat-turiżmu lokali, il-possibbiltajiet kollha ta’ żvilupp tal-attività tal-ajruport u tat-turiżmu”. Huwa jippreċiża li l-operatur irid “għal dan l-għan, jippromwovi l-ajruport mal-utenti kurrenti u ma’ dawk potenzjali, kif ukoll mal-entitajiet attivi fl-oqsma tal-avjazzjoni kummerċjali u tan-negozju, tat-turiżmu, tal-merkanzija bl-ajru, tat-taħriġ u tal-manutenzjoni ajrunawtika, jew ma’ kwalunkwe entità li twettaq xi attivitajiet li jikkumplimentaw l-attività tal-ajruport jew li jkunu relatati magħha”. |
|
(237) |
F’dan ir-rigward, ir-rapport ta’ SMAC lill-kumitat għall-offerti jindika li l-pjan tal-iżvilupp ippreżentat minn SNC-Lavalin bħala parti minn xenarju proattiv kien kruċjali għall-għażla tal-offerta tagħha. Barra minn hekk, mid-deċiżjoni dwar l-għoti u mir-remunerazzjoni stabbilita fl-offerta, jidher biċ-ċar li dak iż-żmien l-intenzjoni tal-operatur kienet li jistabbilixxi mill-ġdid rotta tat-trasport tal-passiġġieri mill-Gran Brittanja u l-Irlanda permezz ta’ kumpanija tal-ajru li toffri titjiriet bi prezzijiet irħas. Skont l-iskeda ppjanata, gradwalment kellhom jinfetħu tliet rotot fuq perjodu ta’ sitt snin, b’rata ta’ rotta ġdida kull sentejn. |
|
(238) |
Kif stabbilit fil-premessa 225, il-kompiti ta’ ġestjoni li huma marbuta esklussivament maż-żamma tal-operat tal-ajruport u l-aċċessibilità tal-infrastruttura, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kompiti ta’ interess ġenerali, u l-kwalifika tagħhom bħala SIEĠ ma tikkostitwixxix żball manifest. |
|
(239) |
B’kuntrast ma’ dan, u kif spjegat fil-premessa 225, l-iżvilupp ta’ titjiriet kummerċjali ma jistax jiġi definit bħala SIEĠ, anki jekk l-objettiv tiegħu jkun li jippromwovi l-iżvilupp reġjonali. Għalhekk, il-miżuri finanzjarji li jikkorrispondu għal dawn l-attivitajiet ma jistgħux jitqiesu bħala miżuri maħsuba għall-fini ta’ finanzjament ta’ SIEĠ. |
|
(240) |
Madankollu, l-uniku kumpens effettivament mogħti lill-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport wara Jannar 2012 ma kellu xejn x’jaqsam mal-kostijiet imġarrba minħabba l-iżvilupp ta’ titjiriet kummerċjali. L-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe appoġġ mogħti fil-futur minn SMAC jew mill-entitajiet kostitwenti tagħha lill-kumpaniji tal-ajru sabiex topera fuq rotot li jitilqu mill-ajruport ta’ Angoulême. |
(c) L-eżistenza ta’ inkarigu
|
(241) |
Għal dawk il-kompiti biss li jistgħu jiġu definiti b’mod ġustifikabbli bħala SIEĠ mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi jekk il-korp jew korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême, għal kull perjodu taħt rieżami, kienx jew kinux effettivament inkarigat(i) bit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku permezz ta’ att ta’ inkarigu. F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-kompitu ta’ servizz pubbliku għandu jkun assenjat permezz ta’ att jew serje ta’ atti li, skont il-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, jistgħu jieħdu forma leġiżlattiva, regolatorja jew kuntrattwali. L-approċċ tal-Kummissjoni, ikkodifikat fil-Komunikazzjoni SIEĠ, huwa li tirrikjedi li l-att jew is-sensiela ta’ atti jispeċifikaw mill-inqas (148):
|
(i) Il-perjodu 2002-2006
|
(242) |
Għall-perjodu 2002-2006, il-konċessjoni għall-kostruzzjoni, il-manutenzjoni u l-operat tal-ajruport ingħatat lis-CCI ta’ Angoulême permezz ta’ digriet ministerjali. It-termini li jirregolaw il-konċessjoni ġew stabbiliti fil-ftehim ta’ konċessjoni li sar bejn il-Ministru responsabbli mill-avjazzjoni ċivili u s-CCI-ajruport, iffirmat għal perjodu ta’ ħames snin. Barra minn hekk, xi wħud mis-sussidji mħallsa mis-CCI u l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-muniċipalitajiet lokali lis-CCI-ajruport (149) ingħataw abbażi tal-Ftehim tal-2002. Fl-aħħar nett, il-proċedura għall-adozzjoni tal-baġit għall-ajruport, stabbilita fiċ-Ċirkolari Nru 111 tat-30 ta’ Marzu 1992 li jiffissa r-regoli baġitarji, kontabilistiċi u finanzjarji applikabbli għas-CCI ta’ Angoulême, żgurat li l-ammonti inkwistjoni kienu jikkostitwixxu kumpens reali u b’hekk jiġi evitat il-kumpens żejjed. Barra minn hekk, jaqbel li jiġi nnutat li l-proċedura kienet tinkludi wkoll mekkaniżmi ta’ kontroll biex jiġi żgurat li ma kien hemm l-ebda kumpens żejjed (150). Apparti dan, sal-31 ta’ Diċembru 2006, il-kontijiet u l-baġits tal-ajruport kienu qed jiġu sottomessi wkoll lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili, li kellha tagħti opinjoni lill-awtorità inkarigata mis-superviżjoni tas-CCI ta’ Angoulême qabel ma l-kontijiet u l-baġits setgħu jiġu approvati, billi l-Istat kien l-awtorità konċedenti għall-ajruport. |
|
(243) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-kompitu ta’ ġestjoni tal-ajruport ġie fdat f’idejn is-CCI ta’ Angoulême permezz ta’ att ta’ inkarigu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark. |
(ii) Il-perjodu 2007-2011
|
(244) |
Għal dan il-perjodu, il-kompiti ta’ servizz pubbliku kienu fdati f’idejn il-korpi ta’ ġestjoni permezz ta’ sensiela ta’ atti. L-ewwel nett, l-istatuti ta’ SMAC tal-21 ta’ Diċembru 2006 jafdawlha l-kompiti ta’ manutenzjoni, tagħmir, żamma, ġestjoni u operat tal-ajruport ta’ Angoulême. Huma jipprevedu wkoll li l-kostijiet ta’ SMAC jiġu awtomatikament imdaħħla fil-baġits tal-membri tagħha (151). It-tieni nett, il-ftehim għas-sottokuntrattar tal-ġestjoni konkluż fit-22 ta’ Jannar 2009 bejn SMAC u s-CCI ta’ Angoulême għal perjodu ta’ tliet snin, jittrasferixxi r-responsabbiltà għall-investimenti marbuta mal-operat tal-ajruport mis-CCI-ajruport għal SMAC. Skont it-termini tal-ftehim għas-sottokuntrattar tal-ġestjoni, il-kompiti l-oħra relatati mal-operat tal-ajruport ġew assenjati lis-CCI-ajruport. |
|
(245) |
Fl-aħħar nett, il-proċedura għall-adozzjoni tal-baġit għall-ajruport, stabbilita fiċ-Ċirkolari Nru 111 tat-30 ta’ Marzu 1992 li jiffissa r-regoli baġitarji, kontabilistiċi u finanzjarji applikabbli għas-CCI ta’ Angoulême, żgurat li l-ammonti inkwistjoni kienu jikkostitwixxu kumpens reali u b’hekk jiġi evitat il-kumpens żejjed. Fil-proċedura, ġew inkorporati wkoll xi mekkaniżmi ta’ kontroll (152). Barra minn hekk, is-CCI, bħala konċessjonarja sal-31 ta’ Diċembru 2008 u mbagħad bħala sottokuntrattur sal-31 ta’ Diċembru 2011, bagħtet il-baġits inizjali, emendatorji jew implimentati tagħha (tal-qligħ u t-telf, tal-provvista u l-użu, tal-kapaċità ta’ awtofinanzjament) lil SMAC għall-approvazzjoni minn din tal-aħħar fir-rwol tagħha bħala awtorità konċedenti, skont l-istatuti tagħha. |
|
(246) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-kompitu ta’ ġestjoni tal-ajruport ġie fdat f’idejn SMAC u s-CCI ta’ Angoulême permezz ta’ att ta’ inkarigu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark. |
(iii) Il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2012
|
(247) |
Il-ġestjoni u l-operat tal-ajruport ta’ Angoulême ġew fdati lil SNC-Lavalin permezz tal-aċċettazzjoni tal-offerta fit-8 ta’ Awwissu 2011 u tal-ispeċifikazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal perjodu ta’ sitt snin (153). Għalkemm kien hemm numru ta’ obbligi li baqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ SMAC (154), dawn l-atti stabbilixxew l-obbligi tal-partijiet fl-ambitu tal-kompitu tal-operat tal-ajruport. |
|
(248) |
Ir-responsabbiltajiet li jaqgħu f’idejn SNC-Lavalin bħala parti mill-kompitu tal-operat tal-ajruport huma elenkati u deskritti fid-dettall fl-ispeċifikazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Skont l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni, SNC-Lavalin hija fdata bil-kompiti li ġejjin: it-twettiq ta’ kompiti tal-Istat, l-implimentazzjoni tas-servizz AFIS, it-twettiq tal-kompiti li jiżguraw l-użu sigur tal-ajruport, il-manutenzjoni tal-ajruport u tan-netwerks tiegħu u ż-żamma tal-kapaċità tal-ajruport li jakkomoda traffiku kummerċjali regolari. L-atti rilevanti jiddefinixxu wkoll il-metodu għall-kalkolu tar-remunerazzjoni li għandha titħallas lil SNC-Lavalin minn SMAC. Il-kumpens massimu mħallas minn SMAC jirriżulta mill-offerta ta’ SNC-Lavalin. Fl-aħħar nett, f’dak li jikkonċerna l-kontrolli regolari sabiex jiġi evitat il-kumpens żejjed, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tal-ispeċifikazzjoni tal-offerta jistabbilixxu l-arranġamenti għall-monitoraġġ min-naħa ta’ SMAC biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda kumpens żejjed fil-kontribuzzjoni minn SMAC meta mqabbla mal-kostijiet tal-kompiti ta’ interess ekonomiku ġenerali fdati lil SNC-Lavalin. |
|
(249) |
Għalhekk, jaqbel li jiġi kkunsidrat li l-kompitu ta’ ġestjoni tal-ajruport ġie fdat lil SNC-Lavalin permezz ta’ att ta’ inkarigu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark. |
|
(250) |
B’hekk, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li, għal kull perjodu tal-operat tal-ajruport ta’ Angoulême li kien qed jiġi rieżaminat, kien hemm att ta’ inkarigu li effettivament kien qed jinkariga lill-korp jew korpi ta’ ġestjoni bl-obbligi ta’ servizz pubbliku, li jikkonsistu fiż-żamma tal-operat tal-ajruport u tal-aċċessibilità tal-infrastruttura. Għalhekk, l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark ġiet issodisfata fir-rigward tal-kompiti msemmija hawn fuq. |
8.1.3.2.
|
(251) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tiġi eżaminata r-raba’ kundizzjoni tas-sentenza Altmark fir-rigward tal-perjodi kollha kkonċernati. |
|
(252) |
F’konformità ma’ din il-kundizzjoni, il-kumpens offrut irid ikun, jew ir-riżultat ta’ proċedura tal-akkwist pubbliku li tippermetti li jintgħażel l-offerent li jkun kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas kost għall-komunità (l-ewwel sottokriterju), jew inkella r-riżultat ta’ eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva ma’ impriża tipika, immexxija tajjeb u adegwatament ipprovduta bil-mezzi neċessarji (it-tieni sottokriterju). |
(a) Dwar l-ewwel sottokriterju
(i) Il-perjodi 2002-2006 u 2007-2011
|
(253) |
Għall-perjodu 2002-2006, il-konċessjoni għall-operat tal-ajruport ingħatat lis-CCI ta’ Angoulême permezz tad-digriet ministerjali (155) tal-20 ta’ Settembru 2002, ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża fil-5 ta’ Ottubru 2002. Għall-perjodu 2007-2011, kienu l-ordni tal-Prefett tal-21 ta’ Diċembru 2006 li waqqaf lil SMAC u l-ftehim għas-sottokuntrattar tal-2009 li inkarigaw lil SMAC bil-kompiti ta’ manutenzjoni, tagħmir, żamma, ġestjoni u operat, direttament jew indirittement, tal-ajruport ta’ Angoulême. |
|
(254) |
Huwa evidenti li dawn l-atti amministrattivi unilaterali u kuntrattwali ma ġewx adottati b’riżultat ta’ proċedura tal-akkwist pubbliku miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja li tippermetti li jitqabblu diversi offerti potenzjali u li tistabbilixxi l-kumpens b’tali mod li tiġi eskluża l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat. |
|
(255) |
Għaldaqstant, għall-perjodi msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li t-termini tal-proċedura li ntużat ma kinux tali li jiżguraw il-kompetizzjoni effikaċi għall-kompitu ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême. Għalhekk, il-proċedura għall-għażla tal-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême ma tissodisfax l-ewwel parti tar-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark, fis-sens li hi ma ppermettitx li jintgħażel l-offerent kapaċi jipprovdi s-servizzi inkwistjoni bl-inqas kost għall-komunità. |
(ii) Il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2012
|
(256) |
Il-ġestjoni u l-operat tal-ajruport kienu fdati lill-impriża SNC-Lavalin wara proċedura ta’ akkwist pubbliku, f’konformità mal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (156). Barra minn hekk, qabel din il-proċedura, l-awtoritajiet Franċiżi ppubblikaw avviż ta’ sejħa pubblika għall-offerti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(257) |
Madankollu, billi l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux obbligati jużaw proċedura tal-akkwist pubbliku standard, huma kellhom marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni fl-għażla tal-kuntrattur (157). Proċedura li tagħti tali diskrezzjoni wiesgħa fuq l-awtorità aġġudikanti tista’ tillimita l-parteċipazzjoni tal-operaturi interessati. |
|
(258) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-proċedura użata f’dan il-każ, fiha nnifisha, mhijiex suffiċjenti biex tiġi ssodisfata r-raba’ kundizzjoni tas-sentenza Altmark (158). |
|
(259) |
Għalhekk, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-proċedura ta’ akkwist pubbliku użata f’dan il-każ ippermettitx li jintgħażel l-offerent kapaċi jipprovdi s-servizzi inkwistjoni bl-inqas kost għall-komunità. |
|
(260) |
Il-karatteristiċi kuntrattwali ewlenin huma: (i) terminu ta’ sitt snin, (ii) impenn kuntrattwali mill-fornitur tas-servizz fir-rigward tal-livell massimu tal-kontribuzzjoni minn SMAC għall-ibbilanċjar tal-kontijiet tal-ajruport, (iii) remunerazzjoni b’rata fissa għas-servizz ipprovdut u (iv) klawsola ta’ inċentiv għall-prestazzjoni. L-offerenti potenzjali ġew mistiedna jippreżentaw offerta bażi (mingħajr traffiku kummerċjali) u offerta għal xenarju proattiv (bi traffiku kummerċjali). Ir-rapport dwar l-akkwist imressaq quddiem il-kumitat għall-offerti jindika li ġew sottomessi żewġ offerti li kienu qed jikkompetu bejniethom. Minbarra SNC-Lavalin, il-kumpanija APCO (159) ppreżentat ukoll xenarju bażi u xenarju proattiv. Għal valur tekniku ekwivalenti għal dak tal-offerta ta’ SNC-Lavalin għax-xenarju proattiv, li kien dak li ntgħażel, il-prezzijiet proposti miż-żewġ kompetituri għall-perjodu kollu kienu s-segwenti:
|
||||||||||||||||
|
(261) |
Barra minn hekk, ir-rapport ta’ SMAC dwar l-akkwist lill-kumitat għall-offerti juri li kull wieħed miż-żewġ offerenti ppreżentaw xenarju bażi u xenarju proattiv (160). Dan tal-aħħar, li kien ix-xenarju li ntgħażel mill-awtorità ta’ delega, jikkorrispondi għall-pjan strateġiku għall-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport ta’ Angoulême. Ir-rapport ippreżentat lill-kumitat għall-offerti jindika li r-renumerazzjoni ta’ SNC-Lavalin, il-kumpanija li rebħet l-offerta, hija l-istess għaż-żewġ xenarji. Madankollu, il-livell massimu għall-kontribuzzjoni ta’ bbilanċjar sostnut minn SMAC kif propost mill-kumpanija fl-offerta tagħha, juri varjazzjoni fil-livell massimu ggarantit tal-kontribuzzjoni ta’ bbilanċjar. Jekk kif jindika r-rapport, l-ammont annwali medju addizzjonali huwa ta’ EUR 30 000 fil-qafas tax-xenarju proattiv, dan l-ammont addizzjonali ma jitqassamx b’mod ugwali tul il-perjodu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Id-differenza bejn ix-xenarju bażi u x-xenarju proattiv hija kif ġej (eluf ta’ EUR):
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(262) |
B’hekk il-Kummissjoni tqis li l-awtorità ta’ delega ma għażlitx l-offerta kapaċi li tipprovdi s-servizz inkwistjoni bl-inqas kost għall-komunità. Ix-xenarju bażi offrut minn SNC-Lavalin kien iktar vantaġġjuż mix-xenarju bażi propost minn APCO, u kien tali li jiżgura l-aċċessibbiltà u ż-żamma tal-kundizzjonijiet operattivi fl-ajruport ta’ Angoulême. Min-naħa l-oħra, ix-xenarju proattiv tfassal biex jiżgura l-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport. Dan it-tieni servizz ma kienx essenzjali sabiex jiġi żgurat l-ewwel wieħed u allura, fi kwalunkwe każ, ma setax jiġi kkunsidrat bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. Għalhekk, l-għażla tal-fornitur ta’ servizz ma kinitx ibbażata fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża kapaċi tiżgura l-provvista ta’ servizz pubbliku bl-inqas kost possibbli għall-komunità. |
|
(263) |
Fir-rigward tal-pagamenti extra-kuntrattwali għall-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport, li skont il-Kummissjoni ma jaqgħux b’mod leġittimu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-SIEĠ (161), id-dubji li esprimiet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta’ ftuħ ġew fix-xejn. Id-deċiżjoni ta’ SMAC tat-23 ta’ Ġunju 2001 tipprevedi li dawn il-miżuri għandhom jitħallsu direttament minn SMAC lill-kumpaniji tal-ajru. Għalhekk, dawn se jiġu vvalutati fid-dawl tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat bħala parti mill-valutazzjoni tal-miżuri mogħtija lil Ryanair/AMS (162). |
|
(264) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kummissjoni tqis li t-termini tal-proċedura li ntużat biex SNC-Lavalin ingħatat il-kuntratt, ma kinux tali li jippermettu li jintgħażel l-offerent kapaċi jipprovdi s-servizzi inkwistjoni bl-inqas kost għall-komunità, u għalhekk li l-ewwel sottokriterju tar-raba’ kundizzjoni tas-sentenza Altmark ma ġiex issodisfat. |
(b) Dwar it-tieni sottokriterju
|
(265) |
Għall-perjodi 2002-2006 u 2007-2011, l-awtoritajiet Franċiżi kellhom juru li l-kumpens kien ġie stabbilit b’referenza għal impriża medja, immexxija tajjeb u mgħammra b’mod adegwat bir-riżorsi kollha meħtieġa. |
|
(266) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li Franza ma pprovdietx informazzjoni ta’ dan it-tip. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens ma kienx iddeterminat b’referenza għal xi bażi ta’ kostijiet stabbilita minn qabel jew bi tqabbil mal-istruttura tal-imposti ta’ korpi ta’ ġestjoni ta’ ajruporti oħra komparabbli. Għalhekk, għall-perjodi rilevanti, il-Kummissjoni ma għandhiex id-dejta komparattiva meħtieġa biex tivvaluta jekk il-kriterju ġiex issodisfat fir-rigward tal-għażla tal-fornitur ta’ servizz. |
|
(267) |
B’hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-raba’ kundizzjoni stabbilita fis-sentenza Altmark ma ġietx issodisfata għall-perjodi 2002-2006 u 2007-2011. |
|
(268) |
L-istess japplika għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju 2012, peress li l-Kummissjoni ma għandhiex id-dejta komparattiva meħtieġa biex tivvaluta jekk il-kriterju ġiex issodisfat fir-rigward tal-għażla tal-fornitur ta’ servizz. Għaldaqstant għandu jiġi kkonstatat li r-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark ma ġiex issodisfat għal dan il-perjodu lanqas. |
|
(269) |
Peress li r-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark ma ġiex issodisfat, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżuri inkwistjoni effettivament taw vantaġġ lill-operaturi suċċessivi tal-ajruport ta’ Angoulême, illi li kieku ma kinux jirċievu f’kundizzjonijiet normali tas-suq. |
8.1.4. L-effett fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni intra-UE
|
(270) |
Meta l-għajnuna finanzjarja minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jkunu qed jikkompetu magħha fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati minn dik l-għajnuna. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja (163), sabiex miżura toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni, huwa biżżejjed li d-destinatarju tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħrajn fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni. |
|
(271) |
B’mod aktar ġenerali, hekk kif Ryanair ikkonfermat fil-kummenti tagħha, il-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti fl-UE jikkompetu bejniethom sabiex jiġbdu lejhom il-kumpaniji tal-ajru. Il-kumpaniji tal-ajru jiddeċiedu liema rotot għandhom joperaw u l-frekwenza korrispondenti abbażi ta’ għadd ta’ kriterji. Dawn il-kriterji mhux biss jinkludu l-klijenti potenzjali li jistgħu jistennew fuq ir-rotot ikkonċernati iżda wkoll il-karatteristiċi tal-ajruporti fuq kull naħa tar-rotta. |
|
(272) |
Il-kumpaniji tal-ajru jieħdu inkunsiderazzjoni kriterji bħalma huma t-tip ta’ servizzi tal-ajruporti pprovduti, il-popolazzjoni jew l-attività ekonomika madwar l-ajruport, il-konġestjoni, jekk hemmx aċċess mill-art, u l-livell tal-imposti u l-kundizzjonijiet kummerċjali kumplessivi għall-użu tal-infrastruttura u s-servizzi tal-ajruport. Il-livell tal-imposti hu fattur ewlieni, minħabba li l-finanzjament pubbliku mogħti lil ajruport jista’ jintuża biex l-imposti tal-ajruporti jinżammu artifiċjalment baxxi b’tali mod li jiġbdu lejhom il-kumpaniji tal-ajru, u b’hekk jistgħu joħolqu distorsjoni sinifikanti fi-kompetizzjoni (164). |
|
(273) |
Għalhekk, il-kumpaniji tal-ajru jallokaw ir-riżorsi tagħhom, speċjalment f’termini ta’ inġenji tal-ajru u ekwipaġġ, għad-diversi rotot filwaqt li jikkunsidraw b’mod partikolari s-servizzi offruti mill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport u l-prezzijiet li jżommu dawn tal-aħħar għas-servizzi tagħhom. |
|
(274) |
Minħabba li s-suq għas-servizzi tal-ajruport huwa suq miftuħ għall-kompetizzjoni fi ħdan l-UE, il-vantaġġi mogħtija lill-operaturi suċċessivi tal-ajruport ta’ Angoulême aktarx għalhekk li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri billi jżidu b’mod artifiċjali l-firxa tas-servizzi tal-ajruport ipprovduti lil Angoulême, b’paragun mal-kundizzjonijiet normali tas-suq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri inkwistjoni aktarx li joħoloqu distorsjoni fil-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ fi ħdan l-UE. |
8.1.5. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna
|
(275) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ‘il fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi kif ġej:
|
8.2. Kompatibbiltà mas-suq intern tal-miżuri li jiffavorixxu lill-operaturi tal-ajruport
|
(276) |
Permezz ta’ rimarka preliminari, għandu jiġi mfakkar li trid tiġi vvalutata biss il-kompatibilità mas-suq intern tal-kumpens pubbliku li bbenefikaw minnu l-korpi ta’ ġestjoni suċċessivi tal-ajruport ta’ Angoulême għat-twettiq tal-kompiti tas-SIEĠ. Kif intqal fil-premessa 225, l-attivitajiet marbuta mal-iżvilupp tal-attività kummerċjali tal-ajruport, inkluż għall-finijiet tal-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali, ma jistgħux jiġu definiti bħala SIEĠ. F’dan il-każ, dawn l-attivitajiet ma wasslux għall-ħlas ta’ kumpens lill-korpi ta’ ġestjoni suċċessivi tal-ajruport ta’ Angoulême matul il-perjodi koperti minn din id-Deċiżjoni. |
8.2.1. Kumpatibbiltà tal-għajnuna mogħtija lill-operaturi tal-ajruport
|
(277) |
Fil-fehma tal-Kummissjoni, id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2011 tapplika għall-għajnuna mogħtija matul il-perjodi kollha koperti minn din id-Deċiżjoni. Skont l-Artikolu 10(b) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2011, “kwalunkwe għajnuna li ġiet adottata qabel il-[31 ta’ Jannar 2012] li la kienet kompatibbli mas-suq intern u lanqas eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika, f’konformità mad-Deċiżjoni 2005/842/KE, iżda li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni, tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika minn qabel”. |
|
(278) |
Madankollu, l-Artikolu 4(f) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2011, li jipprevedi li l-att ta’ inkarigu għandu jagħmel referenza espliċita għal dik id-Deċiżjoni, ma jistax jiġi applikat f’dan il-każ. Peress li l-għajnuna inkwistjoni ngħatat qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2011, huwa impossibbli li jintalab li l-atti ta’ inkarigu kkonċernati jirreferu għal dik id-Deċiżjoni, mingħajr ma jirrendu l-Artikolu 10(b) bla ebda effett siewi. Barra minn hekk, fl-interessi tal-effiċjenza proċedurali, il-Kummissjoni tqis li hija tista’ teżamina l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2011 għall-għajnuna mogħtija qabel il-31 ta’ Jannar 2012, mingħajr ma l-ewwel tivverifika jekk din l-għajnuna kinitx inkompatibbli mad-Deċiżjoni 2005/842/KE. L-iskop tal-Artikolu 10(b) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2011 huwa li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni b’tali mod li tkopri l-għajnuna inkompatibbli mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, mingħajr ma teskludi l-għajnuna li setgħet tqieset bħala kompatibbli skont id-Deċiżjoni 2005/842/KE. |
8.2.1.1.
|
(279) |
Skont id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2011, il-kumpens għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi mogħtija lill-impriżi fdati b’SIEĠ, jista’ jitqies bħala kompatibbli mas-suq intern jekk jingħata lil xi ajruport bi traffiku annwali medju ta’ mhux aktar minn 2 00 000 passiġġier matul is-sentejn finanzjarji ta’ qabel dik is-sena li matulha jkun ġie assenjat is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. It-traffiku annwali tal-ajruport ta’ Angoulême, fl-ebda punt bejn is-sena 2000 u l-2012 ma kien jaqbeż il-2 00 000 passiġġier. |
|
(280) |
Għalhekk, il-miżuri inkwistjoni jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2011 u jridu jiġu vvalutati fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti hemmhekk. |
8.2.1.2.
|
(281) |
Mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-konformità mal-ewwel u t-tieni kriterju stabbiliti mis-sentenza Altmark jirriżulta li l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême ġew fdati bil-ġestjoni ta’ SIEĠ ġenwin u li l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw l-eżistenza ta’ att ta’ inkarigu kienu ġew issodisfati. Huma biss il-kompiti ta’ ġestjoni tal-ajruport marbuta esklussivament maż-żamma tal-operat tal-ajruport u l-aċċessibilità tal-infrastruttura li jistgħu jiġu definiti bħala SIEĠ. |
8.2.1.3.
(a) Il-perjodi 2002-2006 u 2007-2011
|
(282) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2011, l-ammont tal-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-kost nett imġarrab minħabba l-eżerċitar tal-obbligi tas-servizz pubbliku, inkluż profitt raġonevoli. F’dan il-każ, il-limitazzjoni tal-kumpens għall-kostijiet meħtieġa għall-eżerċitar tas-servizz pubbliku, hija żgurata permezz tal-proċedura li tiddefinixxi l-baġit allokat għall-ajruport. Il-punt 2.6 taċ-Ċirkolari li jiddeskrivi din il-proċedura jirrikjedi li s-CCI ta’ Angoulême, għall-finijiet tat-tħejjija tal-baġit, tiddetermina: (i) l-istat tat-tranżazzjonijiet tal-operat; (ii) l-istat tal-kapaċità ta’ awtofinanzjament; u (iii) l-istat tat-tranżazzjonijiet ta’ kapital. Barra minn hekk, mal-baġit propost għall-approvazzjoni jridu jiġu annessi għadd ta’ dokumenti (skeda tas-servizzi pprovduti u tal-kontribuzzjonijiet interdipartimentali, skeda tal-impjegati u kont tas-salarji, eċċ.). Is-sensiela ta’ kontrolli mwettqa qabel it-tħejjija tal-baġit hija tali li tiżgura minn qabel li l-baġit ikun limitat għal dak li jkun meħtieġ u ġġustifikat abbażi tal-kompiti tas-CCI ta’ Angoulême. L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi turi li l-għajnuna mogħtija kellha biss l-għan li tkopri d-defiċit operattiv assoċjat mal-ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême. Barra minn hekk, l-arranġamenti stabbiliti mill-istatuti ta’ SMAC għall-monitoraġġ tal-baġit implimentat ex post kienu tali li jipprevjenu kwalunkwe kumpens żejjed. B’riżultat ta’ dan, l-ammont ta’ kumpens ma qabiżx dak li kien meqjus bħala neċessarju biex jiġu koperti l-kostijiet involuti fl-eżerċitar tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. |
|
(283) |
Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ kontijiet distinti kienet tfisser li, minn perspettiva ta’ kontabbiltà, l-attività ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême setgħet tinżamm separata. Il-kontijiet tas-CCI-ajruport kienu jinkludu entrata separata għall-attivitajiet tal-ajruport. Dan kien biżżejjed biex jiġi garantit li ma jkun hemm l-ebda inkroċjar ta’ sussidji għall-benefiċċju ta’ attivitajiet oħrajn. Il-kontijiet u l-baġits tal-ajruport kienu qed jiġu sottomessi wkoll lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili, li kellha tagħti opinjoni lill-awtorità inkarigata mis-superviżjoni tas-CCI ta’ Angoulême qabel ma l-kontijiet u l-baġits setgħu jiġu approvati, billi l-Istat kien l-awtorità konċedenti għall-ajruport. Għalhekk, il-kumpens kien effettivament użat biex tiġi żgurata l-provvista tas-servizz ikkonċernat u l-awtoritajiet pubbliċi implimentaw proċedura maħsuba biex tiżgura li ma jsir l-ebda kumpens żejjed. Madankollu, il-Kummissjoni tippreċiża li din il-valutazzjoni ma tapplikax għall-kostijiet imġarrba b’rabta mal-attività ta’ Ryanair, li kienet tagħmel parti mill-kompitu ta’ żvilupp kummerċjali (165). |
|
(284) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Franċiżi turi li l-għajnuna inkwistjoni kellha biss l-għan li tkopri d-defiċit operattiv tal-ajruport matul il-perjodu rilevanti u li l-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport ma għamel l-ebda profitt minnha. |
(b) Il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2012
|
(285) |
L-istedina għall-offerti kienet ippreċiżat b’mod ċar li l-offerent għandu jiffissa r-remunerazzjoni għall-provvista ta’ servizzi għal operazzjoni mhux kummerċjali (xenarju bażi) u għal operazzjoni kummerċjali (xenarju proattiv). L-offerent kellu jiffissa wkoll il-garanzija massima mitluba minn SMAC biex jiġi bbilanċjat il-kont tal-operat fiż-żewġ xenarji. SMAC inkludiet ukoll fis-sejħa għall-preżentazzjoni tal-offerti, klawsola ta’ inċentiv għall-prestazzjoni (50 %/50 %) f’każ li l-kontribuzzjoni ta’ SMAC kienet aktar baxxa mil-limitu massimu stabbilit fl-offerta; din il-klawsola hija inkluża fl-ispeċifikazzjoni. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa 262 hawn fuq, ix-xenarju bażi offrut minn SNC-Lavalin, li kien iktar vantaġġjuż mix-xenarju bażi propost minn APCO, kien tali li jiżgura l-aċċessibbiltà u ż-żamma tal-kundizzjonijiet operattivi fl-ajruport ta’ Angoulême. |
|
(286) |
Barra minn hekk, il-kumpens jiġi kkalkulat primarjament abbażi tad-defiċit effettivament imġarrab f’kont separat għall-ajruport (166). L-operatur huwa obbligat li jiċċertifika dan il-kont separat minn awditur kif ukoll li jippreżenta l-kontijiet annwali tiegħu lil SMAC. |
|
(287) |
Huwa wkoll stabbilit li l-kontribuzzjoni pubblika ta’ bbilanċjar li tibbenefika minnha SNC-Lavalin, trid tiġi mnaqqsa jekk l-ammont meħtieġ biex jiġu bbilanċjati l-kontijiet tal-ajruport jirriżulta li jkun inqas mil-livell massimu stabbilit fl-offerta aċċettata. Dan l-arranġament ta’ rkupru jnaqqas ir-riskju ta’ kumpens żejjed ex post. |
|
(288) |
Fir-rigward tal-kontrolli regolari sabiex jiġi evitat il-kumpens żejjed, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tal-ispeċifikazzjoni tal-offerta jistabbilixxu l-arranġamenti għall-monitoraġġ minn SMAC biex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda kumpens żejjed involut fil-kontribuzzjoni minn SMAC meta mqabbla mal-kostijiet tal-eżerċitar tal-kompiti ta’ interess ekonomiku ġenerali fdati lil SNC-Lavalin. |
|
(289) |
Fir-rigward tal-ammont ta’ kumpens, il-Kummissjoni madankollu tindika li l-bilanċ kuntrattwali tal-kuntratt konkluż bejn SMAC u SNC-Lavalin huwa bbażat, mhux fuq id-determinazzjoni preliminari ta’ profitt raġonevoli, iżda fuq remunerazzjoni b’rata fissa. Il-Kummissjoni tieħu nota wkoll tat-traffiku limitat ħafna tal-ajruport sal-lum il-ġurnata, tal-mekkaniżmi eżistenti biex jiġi kkalkulat u mmonitorjat il-kumpens, tal-inklużjoni tal-klawsola ta’ inċentiv għall-prestazzjoni msemmija hawn fuq u tal-fatt li, mil-lat finanzjarju, l-offerta ta’ SNC-Lavalin kienet l-iktar waħda baxxa. Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens mogħti fil-qafas tal-kuntratt bejn SMAC u SNC-Lavalin jista’ jiġi ddikjarat bħala kompatibbli mas-suq intern, bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet Franċiżi jaċċertaw ruħhom li l-ammont totali ta’ kumpens imħallas lil SNC-Lavalin tul id-durata tal-kuntratt ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-kostijiet netti mġarrba fl-eżerċitar tal-obbligi tas-servizz pubbliku, li jeskludu l-kostijiet tal-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport iżda li jinkludu rata raġonevoli ta’ redditu fuq il-kapital investit. |
|
(290) |
F’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li, fi żmien erba’ xhur minn meta jiskadi l-kuntratt bejn SMAC u SNC-Lavalin, l-awtoritajiet Franċiżi jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni li juri li l-ammont ta’ kumpens mogħti lil SNC-Lavalin, inkluża rata raġonevoli ta’ redditu fuq il-kapital investit, kien konformi mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2011 matul id-durata kollha tal-kuntratt. |
8.2.2. Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna bejn l-2002 u l-2017
|
(291) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna li diġà ngħatat għall-ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême sa mill-2002, irrispettivament minn min kien il-korp ta’ ġestjoni inkarigat, hija kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE u d-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2011 (167). |
|
(292) |
Madankollu, f’dak li jirrigwarda lil SNC-Lavalin, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens mogħti fil-qafas tal-kuntratt bejn SMAC u SNC-Lavalin, jista’ jiġi ddikjarat bħala kompatibbli mas-suq intern, bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet Franċiżi juru lill-Kummissjoni li l-ammont totali tal-kumpens imħallas lil SNC-Lavalin matul id-durata kollha tal-kuntratt ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-kostijiet netti mġarrba fl-eżerċitar tal-obbligi tas-servizz pubbliku, li jeskludu l-kostijiet tal-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport iżda li jinkludu rata raġonevoli ta’ redditu fuq il-kapital investit. |
|
(293) |
F’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li, fi żmien erba’ xhur minn meta jiskadi l-kuntratt bejn SMAC u SNC-Lavalin, l-awtoritajiet Franċiżi jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni li juri li l-ammont ta’ kumpens mogħti lil SNC-Lavalin, inkluża rata raġonevoli ta’ redditu fuq il-kapital investit, kien konformi mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2011 matul id-durata kollha tal-kuntratt. |
9. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA LI JIFFAVORIXXU LIL RYANAIR U AMS
9.1. L-eżistenza ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE
|
(294) |
Għalkemm il-ftehimiet tal-2008 ġew formalment konklużi bejn SMAC u Ryanair/AMS, il-Kummissjoni tqis li, sabiex tivvaluta l-miżuri ta’ għajnuna mogħtija lil Ryanair u AMS, l-imġiba ta’ SMAC u tas-CCI-ajruport għandha tiġi evalwata b’mod konġunt. Fil-fatt, kif intwera diġà fil-premessa 178), il-Kummissjoni tqis li SMAC u s-CCI-ajruport kienu l-operaturi konġunti tal-ajruport ta’ Angoulême, bejn l-2007 u l-2011. |
9.1.1. Il-kunċetti ta’ impriża u ta’ attività ekonomika
|
(295) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri tal-ftehimiet tal-2008 jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-benefiċjarji, Ryanair u AMS, humiex impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Ma jistax jiġi kkontestat li dawn iż-żewġ kumpaniji huma entitajiet involuti fil-provvista ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru u ta’ reklamar. Bħala tali, huma jwettqu attivitajiet ekonomiċi. |
9.1.2. Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà għall-Istat
9.1.2.1.
|
(296) |
Il-ftehimiet tal-2008 ġew konklużi direttament minn SMAC. Fid-dawl tal-elementi stabbiliti hawn fuq fil-premessi 203 sa 205 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li r-riżorsi ta’ SMAC jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. |
9.1.2.2.
|
(297) |
Id-deċiżjoni ta’ SMAC li awtorizzat l-iffirmar tal-ftehimiet tal-2008 ġiet approvata b’mod unanimu mill-entitajiet pubbliċi li huma membri ta’ SMAC, magħmula hija stess, direttament jew indirettament, minn awtoritajiet lokali u minn kmamar tal-kummerċ u l-industrija. Il-Kummissjoni tqis li mill-karatteristiċi ta’ dawn l-entitajiet jirriżulta li d-deċiżjonijiet ta’ SMAC dwar l-attivitajiet tal-ajruport huma imputabbli għall-Istat (168). |
|
(298) |
Konsegwentament, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-konklużjoni tal-ftehimiet timplika l-użu ta’ riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u li d-deċiżjonijiet biex dawn jiġu konklużi huma imputabbli għall-Istat. |
9.1.3. Vantaġġ selettiv
|
(299) |
Sabiex jiġi determinat jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna, jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk l-impriża destinatarja tkunx irċeviet vantaġġ ekonomiku selettiv, illi li kieku ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq (169). |
|
(300) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qabel xejn tinnota li l-miżuri inkwistjoni huma selettivi, fis-sens li jirrigwardaw esklussivament lil Ryanair. Il-ftehimiet tal-2008 ġew konklużi qabel ma ġew ippubblikati d-deċiżjonijiet tariffarji pubbliċi applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2009, li jsemmu miżura simili lill-kumpaniji kollha li jixtiequ joperaw fl-ajruport ta’ Angoulême. Barra minn hekk, is-sentenza tal-London Court of International Arbitration (LCIA) tat-18 ta’ Ġunju 2012 dwar it-twaqqif tal-ftehimiet tal-2008 min-naħa ta’ Ryanair, turi li seħħew negozjati bilaterali bejn ir-rappreżentanti ta’ Ryanair u tas-CCI ta’ Angoulême dwar il-kondizzjonijiet għall-attivitajiet ta’ Ryanair fl-ajruport ta’ Angoulême. In-negozjati seħħew f’Settembru 2009, meta r-rappreżentanti ta’ Ryanair informaw lir-rappreżentanti tas-CCI-ajruport bid-diffikultajiet finanzjarji li kellha tiffaċċja l-kumpanija tal-ajru b’rabta mar-rotta Londra Stansted-Angoulême. Id-diskussjonijiet juru li l-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport u Ryanair qiesu r-relazzjonijiet tagħhom bħala ta’ natura esklussiva, peress li l-ewwel wieħed iddeċieda li ma jikkuntattjax kumpaniji tal-ajru oħrajn. |
|
(301) |
It-tieni nett, sabiex tiddetermina jekk il-kuntratti konklużi tawx vantaġġ ekonomiku lil Ryanair, il-Kummissjoni trid tara jekk l-operatur ipotetiku tal-ekonomija tas-suq li jaġixxi minflok SMAC u s-CCI-ajruport u li huwa ggwidat minn prospetti ta’ profittabilità kienx jikkonkludi kuntratti simili. |
|
(302) |
Sabiex jiġi applikat dan il-prinċipju, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-fatti ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li qabel xejn għandhom jitwieġbu l-mistoqsijiet li ġejjin:
|
|
(303) |
Wara li twieġeb għal dawn il-mistoqsijiet, il-Kummissjoni jkun imissha tapplika l-prinċipju tal-operatur tal-ekonomija tas-suq għall-varji miżuri inkwistjoni. |
9.1.3.1.
|
(304) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni kkunsidrat bħala punt preliminari li l-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport u l-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni konklużi bejn SMAC u Ryanair u AMS għandhom jiġu analizzati b’mod konġunt, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur tal-ekonomija tas-suq. Ta’ min jiġi mfakkar f’dan il-kuntest li, skont il-Qorti tal-Prim’ Istanza (170), jeħtieġ li tranżazzjoni kummerċjali tiġi kkunsidrata fit-totalità tagħha sabiex jiġi ddeterminat jekk entità pubblika tkunx aġixxiet bħala operatur razzjonali f’ekonomija tas-suq. Għalhekk, meta tkun qed tivvaluta l-miżuri inkwistjoni, il-Kummissjoni trid teżamina l-karatteristiċi rilevanti kollha tal-miżuri u l-kuntest tagħhom. |
|
(305) |
Fil-kummenti tagħha, Franza sostniet l-approċċ li adottat l-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, li kien jikkonsisti fl-analiżi konġunta tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, li ġew konklużi fl-istess ħin. Madankollu, xi partijiet interessati, bħal Ryanair, ikkontestaw dan l-approċċ, bl-argument li l-kuntratti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu analizzati separatament. |
|
(306) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-analiżi tal-elementi kollha tal-każ tikkonferma l-korrettezza tal-approċċ adottat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-premessi 215 sa 220 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ). F’dan ir-rigward, jaqbel li jiġi rrimarkat li l-ebda informazzjoni ppreżentata matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma tefgħet dubju fuq l-analiżi preliminari tal-Kummissjoni. |
|
(307) |
L-ewwel nett, il-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kien ġie konkluż fl-istess data tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport, u ż-żewġ kuntratti ġew konklużi bejn l-istess partijiet. AMS hija sussidjarja li tappartjeni kompletament għal Ryanair u d-diretturi tagħha huma eżekuttivi għolja ta’ Ryanair. B’hekk, Ryanair u AMS jikkostitwixxu entità ekonomika waħda fis-sens li AMS taġixxi f’konformità mal-interessi ta’ Ryanair u taħt il-kontroll tagħha, u l-profitti li tiġġenera huma destinati għal Ryanair, fil-forma ta’ dividendi jew ta’ żieda fil-valur tal-kumpanija. Barra minn hekk, kif se jiġi spjegat fid-dettall hawn taħt, il-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni huwa marbut mal-operat ta’ Ryanair fuq ir-rotta li titlaq mill-ajruport ta’ Angoulême. Il-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jindika li huwa joriġina mill-impenn ta’ Ryanair li topera fuq din ir-rotta, u dan ġie konkluż ukoll fl-istess ħin mal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport bejn SMAC u Ryanair li jirrigwarda din ir-rotta. Konsegwentament, is-sempliċi fatt li SMAC ikkonkludiet il-kuntratti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ AMS u mhux ma’ Ryanair ma jistax jipprevjeni wieħed milli jqis li kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u kuntratt tas-servizzi tal-ajruport konklużi fl-istess ħin jiffurmaw tranżazzjoni unika. |
|
(308) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni huwa marbut mal-operat ta’ servizzi tal-ajru min-naħa ta’ Ryanair lejn l-ajruport ta’ Angoulême. Il-Kummissjoni tqis li r-relazzjoni kummerċjali bejn SMAC u Ryanair, min-naħa l-waħda, u dik bejn SMAC u AMS, min-naħa l-oħra, jistgħu jiġu previsti biss fil-kuntest uniku tat-tnedija tar-rotta Angoulême-Londra Stansted minn Ryanair. F’dan ir-rigward, huwa importanti li wieħed jinnota li l-awditu li sar f’isem l-awtoritajiet lokali ta’ Charente (171) jippreżenta lil Ryanair bħala l-benefiċjarju dirett tal-“għajnuna għall-promozzjoni” li l-kumpanija tal-ajru titlob li tirċievi biex tkun tista’ tipprovdi servizz bi prezzijiet irħas. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jirrimarkaw li l-ftehimiet tal-2008 jikkostitwixxu arranġament kuntrattwali koerenti u komprensiv, indiviżibbli. Għaldaqstant jidher li, mill-perspettiva ta’ SMAC, teżisti konnessjoni inseparabbli bejn il-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u s-servizzi tal-ajru operati minn Ryanair lejn l-ajruport ta’ Angoulême. |
|
(309) |
Din il-valutazzjoni hija rinforzata mid-dispożizzjonijiet tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, li minnu jirriżulta li l-ftehim huwa bbażat fuq l-impenn ta’ Ryanair li topera fuq rotta li, fl-istess ħin, tikkostitwixxi s-suġġett tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport. L-Artikolu 1 tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, relatat mal-għan tiegħu, jistipula li “dan il-ftehim huwa bbażat fuq l-impenn ta’ Ryanair li topera fuq rotta bl-ajru bejn l-ajruport ta’ Angoulême u Londra. L-iskeda inizjali tat-titjiriet se tkun ta’ tliet titjiriet fil-ġimgħa matul ir-rebbiegħa/is-sajf, sakemm dan ma jkunx impossibbli li jseħħ minħabba raġuni ta’ force majeure”. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li ċerti klawsoli tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jirreferu direttament għal Ryanair, sal-punt li jikkunsidrawha bħala parti għall-ftehim, anki jekk il-kunsens intlaħaq bejn SMAC u AMS. Pereżempju, l-Artikolu 7 tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jipprevedi li “jekk Ryanair tittermina l-ftehim fi kwalunkwe ħin qabel ma tintemm it-tielet sena tal-ftehim, Ryanair trid tħallas penali ta’ EUR 50 000 għar-raba’ sena u penali ta’ EUR 25 000 għall-ħames sena, fuq bażi prorata, għal kull sena u skont l-iskeda tat-titjira”. Barra minn hekk, ir-rapport tal-preżentazzjoni mibgħut lill-kumitat għall-offerti jsemmi li fl-2013, SNC-Lavalin ipproponiet li tibda rotta ġdida lejn il-Gżejjer Brittaniċi operata minn kumpanija tal-ajru bi prezzijiet irħas, jekk SMAC tapprova l-għajnuna għall-promozzjoni rikjesta, li stmat li tammonta għal bejn EUR 30 u EUR 35 għat-tluq ta’ kull passiġġier. Għalhekk, dawn l-arranġamenti jistabbilixxu rabta bejn l-għażliet li saru fil-ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême u l-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. |
|
(310) |
L-affermazzjoni ta’ Ryanair matul il-proċedura attwali li l-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konkluż bejn l-ajruport u AMS ma kienx maħsub li jżid ir-rata ta’ okkupanza ta’ titjiriet operati minn Ryanair fuq ir-rotta Angoulême-Londra, ma tistax tpoġġi dik il-konklużjoni fid-dubju. L-iskop tal-kuntratt tal-promozzjoni kien li jipprovdi spazju għar-reklamar fuq il-websajt ta’ Ryanair sabiex Angoulême tiġi promossa bħala destinazzjoni tal-ivvjaġġar fost dawk li jżuru l-websajt ta’ Ryanair, u b’hekk fost il-klijenti tal-kumpanija tal-ajru. Jekk wieħed jassumi li l-affermazzjoni ta’ Ryanair hija vera, u li kien improbabbli li l-kuntratt tal-promozzjoni jżid l-għadd ta’ passiġġieri li jsiefru minn jew għal Angoulême ma’ Ryanair, allura huwa diffiċli li wieħed jifhem x’seta’ kien il-vantaġġ għall-ajruport meta kkonkluda kuntratt ta’ promozzjoni ta’ dan it-tip. |
|
(311) |
Għaldaqstant, għal SMAC, il-kostijiet assoċjati mal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kienu attribwibbli għall-ftuħ tar-rotta bejn Angoulême u Londra Stansted. Mill-perspettiva ta’ SMAC, il-benefiċċji tal-kuntratt setgħu jirriżultaw biss minn dħul addizzjonali marbut mat-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotta Angoulême-Londra Stansted, l-unika rotta operata minn Ryanair li kienet tmur lejn l-ajruport ta’ Angoulême. |
|
(312) |
Għaldaqstant, il-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jistax jiġi separat mill-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport konkluż b’mod parallel u mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru li proprju jikkostitwixxu s-suġġett tiegħu. Barra minn hekk, il-fatti ppreżentati hawn fuq juru li, fin-nuqqas tar-rotot inkwistjoni (u għaldaqstant ta’ kuntratt tas-servizzi tal-ajruport relatat magħhom), il-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma kienx ikun jagħmel sens ekonomiku raġonevoli għall-ajruport ta’ Angoulême, u konsegwentament dan ma kienx jiġi konkluż. Dak iż-żmien, Ryanair kienet l-unika kumpanija tal-ajru kbira li kellha titjiriet li jmorru lejn dan l-ajruport u li setgħet iżżid it-traffiku. Kieku l-ajruport ried jippromwovi t-traffiku fuq rotot oħra moqdija mill-kumpaniji tal-ajru kompetituri ta’ Ryanair, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li f’dak il-każ, ma kienx jirriklama fuq il-websajt ta’ Ryanair. Kif imsemmi hawn fuq, il-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jiddikjara b’mod espliċitu li huwa joriġina mill-impenn ta’ Ryanair li topera fuq rotta bl-ajru bejn l-ajruport ta’ Angoulême u Londra Stansted, u barra minn hekk, huwa jipprevedi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li huma essenzjalment maħsuba biex jippromwovu dik ir-rotta. |
|
(313) |
Bħala konklużjoni u fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, il-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport (imsejħa l-“ftehimiet tal-2008”), li jiffurmaw tranżazzjoni waħda, għandhom jiġu analizzati b’mod konġunt. |
9.1.3.2.
|
(314) |
Sabiex ikun jista’ jiġi applikat il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għal dan il-każ, l-imġiba tas-CCI ta’ Angoulême u ta’ SMAC bħala firmatarji tal-ftehimiet tal-2008 trid titqabbel ma’ dik ta’ operatur ipotetiku f’ekonomija tas-suq responsabbli mill-operat tal-ajruport ta’ Angoulême. |
|
(315) |
Fl-analiżi tat-tranżazzjoni inkwistjoni, għandha ssir valutazzjoni tal-benefiċċji li dan l-operatur ipotetiku f’ekonomija tas-suq, motivat mill-prospetti ta’ qligħ, seta’ jikseb mis-servizzi ta’ promozzjoni. Din l-analiżi ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt ġenerali ta’ dawn is-servizzi fuq it-turiżmu u fuq l-attività ekonomika tar-reġjun. Huwa biss l-impatt ta’ dawn is-servizzi fuq il-profittabilità tal-ajruport li jgħodd, għaliex dan ikun l-uniku tħassib li jkollu operatur ipotetiku f’ekonomija tas-suq. |
|
(316) |
Għaldaqstant, is-servizzi ta’ promozzjoni aktarx li jistimulaw it-traffiku tal-passiġġieri fuq rotot tal-ajru koperti mill-kuntratti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u mill-kuntratti tas-servizzi tal-ajruport korrispondenti peress li huma mfassla biex jippromwovu dawn ir-rotot tal-ajru. Għalkemm dan l-impatt prinċipalment ikun ta’ benefiċċju għall-kumpanija tal-ajru kkonċernata, għandu mnejn jibbenefika minnu wkoll il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport. Żieda fit-traffiku tal-passiġġieri tista’ twassal għal żieda fid-dħul iġġenerat minn ċerti imposti tal-ajruport għall-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport, kif ukoll għal żieda fid-dħul minn servizzi mhux marbuta mat-titjiriet, b’mod partikolari mill-parkeġġi, mir-ristoranti u minn negozji oħrajn fl-ajruport. |
|
(317) |
Għalhekk, ma jista’ jkun hemm l-ebda dubju li, operatur f’ekonomija tas-suq inkarigat mill-operat tal-ajruport ta’ Angoulême minflok is-CCI-ajruport u SMAC, kien iqis dan l-effett pożittiv meta jkun qed jikkunsidra li jidħol fil-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u fil-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport korrispondenti. L-operatur f’ekonomija tas-suq kien jieħu inkunsiderazzjoni l-impatt tar-rotta tal-ajru inkwistjoni fuq id-dħul u l-kostijiet futuri billi, f’dan il-każ, jikkalkula l-għadd ta’ passiġġieri li jużaw dawn ir-rotot, u dan kieku kien jirrifletti l-effett pożittiv tas-servizzi ta’ promozzjoni. Barra minn hekk, dan l-effett kien ikun evalwat għat-terminu sħiħ tal-operat tar-rotot tal-ajru inkwistjoni, hekk kif stabbilit fil-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u fil-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. |
|
(318) |
Meta l-korpi ta’ ġestjoni ta’ ajruport jikkonkludu ftehim għall-promozzjoni ta’ ċerti rotot tal-ajru, ikunilhom possibbli li jbassru l-proporzjon tat-tagħbija (jew il-fattur tat-tagħbija) (172) għar-rotot tal-ajru inkwistjoni, u li dan iqisuh meta jiġu biex jivvalutaw id-dħul futur. Dwar dan il-punt, il-Kummissjoni tieħu nota tal-fehma ta’ Ryanair li l-kuntratti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jiġġenerawx biss kostijiet għal korp ta’ ġestjoni ta’ ajruport; hemm il-possibbiltà li dawn iġibu magħhom ukoll xi benefiċċji. |
|
(319) |
Jaqbel ukoll li jiġi ddeterminat jekk jistgħux jiġu raġonevolment mistennija u kwantifikati benefiċċji oħra għal operatur ipotetiku f’ekonomija tas-suq li jkun inkarigat mill-operat tal-ajruport ta’ Angoulême minflok is-CCI-ajruport u SMAC, jiġifieri minbarra l-benefiċċji li jirriżultaw mill-effett pożittiv fuq it-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni matul it-terminu tal-operat ta’ dawn ir-rotot, kif stabbilit fil-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u fil-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport. |
|
(320) |
Ċerti partijiet interessati jsostnu dan l-argument, inkluż Ryanair fl-istudju tagħha tas-17 ta’ Jannar 2014. L-istudju tas-17 ta’ Jannar 2014 huwa msejjes fuq il-premessa li s-servizzi ta’ promozzjoni miksuba minn korp ta’ ġestjoni ta’ ajruport, bħas-CCI-ajruport u SMAC, jgħinu biex tissaħħaħ l-immaġni tal-marka kummerċjali tal-ajruport u, b’riżultat ta’ hekk, jgħinu biex jiżdied b’mod sostenibbli l-għadd ta’ passiġġieri li jużaw dan l-ajruport, u mhux biss in-numri fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u mill-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport għat-terminu tal-operat stabbilit f’dawn il-kuntratti. B’mod partikolari, fl-istudju tagħha Ryanair sabet li dawn is-servizzi ta’ promozzjoni għandhom impatt pożittiv dejjiemi fuq it-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport, anki wara li l-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jkun skada. |
|
(321) |
L-ewwel nett, jaqbel li jiġi rrimarkat li ma hemm xejn li jagħti x’jifhem jekk, meta ġie konkluż il-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kopert mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport ikkunsidrax, u wisq inqas ikkwantifikax, l-effetti pożittivi eventwali tal-kuntratti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq ir-rotot tal-ajru li jmorru lil hinn minn dawk koperti b’dan il-kuntratt, jew il-possibbiltà li dawn l-effetti jkomplu jinħassu anki wara li jkun skada l-kuntratt. Barra minn hekk, Franza ma ssuġġeriet l-ebda metodu li jippermetti li jiġi stmat il-valur eventwali li operatur ipotetiku f’ekonomija tas-suq inkarigat mill-operat tal-ajruport ta’ Angoulême minflok is-CCI-ajruport u SMAC, seta’ attribwixxa għal tali effetti, fil-mument meta jkun qed jevalwa jikkonkludix il-ftehimiet tal-2008. Għaldaqstant, anki kieku ġew ipprovati, fi kwalunkwe każ dawn l-effetti ma tqisux mill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport meta ffirmaw il-kuntratti ma’ AMS u Ryanair. |
|
(322) |
Barra minn hekk, mill-informazzjoni disponibbli jidher li n-natura sostenibbli ta’ dawn l-effetti hija inċerta ħafna. Huwa possibbli li l-promozzjoni ta’ Angoulême u tar-reġjun tagħha fuq il-websajt ta’ Ryanair setgħet ħeġġet lin-nies li żaru din il-websajt biex jixtru biljetti ta’ Ryanair għal Angoulême fil-mument li fih kellhom aċċess għal tali reklami jew ftit tal-ħin wara. Madankollu, huwa improbabbli li r-reklami baqgħu jaffettwaw lill-viżitaturi tal-websajt ta’ Ryanair għal żmien twil jew li influwenzawhom fuq ix-xiri ta’ biljetti tal-ajru lil hinn minn xi ftit ġimgħat wara li jkunu rawhom. Kampanja ta’ reklamar aktarx li jkollha effett aktar sostenibbli meta l-attivitajiet ta’ promozzjoni jsiru permezz ta’ mezz wieħed jew aktar ta’ reklamar li l-konsumaturi jkunu esposti għalihom regolarment għal ċertu tul ta’ żmien. Pereżempju, kampanji ta’ reklamar fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju ewlenin, websajts popolari u/jew diversi manifesti ta’ reklamar li jitpoġġew barra jew ġewwa postijiet pubbliċi, jista’ jkollhom effett sostenibbli, jekk il-konsumaturi jiġu esposti regolarment għal dawn il-mezzi. Madankollu, attività promozzjonali limitata biss għall-websajt ta’ Ryanair, ftit li xejn jista’ jkollha effett li jibqa’ jinħass sostanzjalment wara li tintemm il-kampanja promozzjonali. Saħansitra anki d-detenturi ta’ marki kummerċjali magħrufa sew jibqgħu jirrikorru għall-kampanji promozzjonali biex jippromwovu l-marki kummerċjali tagħhom, li altrimenti, skont ir-raġunament ta’ Ryanair, dawn ikunu nieqsa minn ġustifikazzjoni ekonomika razzjonali. |
|
(323) |
Huwa probabbli ħafna li l-biċċa l-kbira tan-nies ma jżurux il-websajt ta’ Ryanair biżżejjed ta’ spiss biex ir-reklami li jidhru hemmhekk biss iħallulhom stampati fil-memorja l-promozzjoni ta’ reġjun li tkun dehret fuq dik il-websajt. Din l-osservazzjoni hija appoġġjata sew minn żewġ fatturi. L-ewwel nett, skont il-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-promozzjoni tar-reġjun ta’ Angoulême fuq il-paġna ewlenija tal-websajt ta’ Ryanair kienet magħmula minn 5 paragrafi kollox ta’ 150 kelma fit-taqsima “Top Five Things To Do” tad-destinazzjoni Angoulême-Cognac kif ukoll mill-preżenza ta’ sempliċi ħolqa fuq il-paġna ewlenija ta’ www.ryanair.com li tieħdok lejn websajt indikata minn SMAC matul perjodi limitati, jekk mhux limitati ħafna (ta’ 24 ġurnata, 17-il ġurnata u 12-il ġurnata fis-sena għall-ewwel tliet snin). Kemm in-natura ta’ dawn l-attivitajiet promozzjonali (il-preżenza ta’ sempliċi ħolqa ta’ valur promozzjonali limitat) kif ukoll il-ħajja qasira tagħhom aktarx li kienu jillimitaw ferm l-impatt ta’ dawn l-attivitajiet wara li tintemm il-promozzjoni, aktar u aktar minħabba li dawn l-attivitajiet kienu limitati għall-websajt ta’ Ryanair biss u ma kinux trażmessi b’xi mezz ieħor. It-tieni nett, l-attivitajiet l-oħrajn ta’ promozzjoni previsti fil-kuntratt konkluż ma’ AMS kienu jirrigwardaw biss il-paġna tal-Internet relatata mad-destinazzjoni ta’ Angoulême. Huwa probabbli ħafna li l-biċċa l-kbira tan-nies ma jżurux din il-paġna ta’ spiss, u jekk jagħmlu dan, huwa biss minħabba l-fatt li jkunu diġà potenzjalment interessati f’dik id-destinazzjoni. |
|
(324) |
Għalhekk, anki jekk is-servizzi ta’ promozzjoni setgħu stimulaw it-traffiku tal-passiġġieri fuq rotot tal-ajru koperti mill-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-perjodu tal-implimentazzjoni tagħhom, huwa probabbli ħafna li dan l-effett kien ineżistenti jew negliġibbli wara li għadda dan il-perjodu, u li l-effett fuq rotot tal-ajru oħrajn kien ugwalment insinifikanti. |
|
(325) |
Barra minn hekk, l-istudji ta’ Ryanair tas-17 u tal-31 ta’ Jannar 2014 stabbilixxew li l-probabbiltà li dawn il-benefiċċji jmorru lil hinn mir-rotot tal-ajru koperti minn dawn il-ftehimiet jew li jibqgħu jintħassu wara li jgħaddi t-terminu tal-operat għal dawn ir-rotot, hekk kif stabbilit fil-kuntratti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u tas-servizzi tal-ajruport, kienet estremament żgħira u ma setgħetx tiġi kkwantifikata b’ċertu livell ta’ affidabilità meqjusa bħala suffiċjenti minn operatur f’ekonomija tas-suq prudenti. |
|
(326) |
Pereżempju, skont l-istudju tas-17 ta’ Jannar 2014“… il-profitti inkrementali futuri li jmorru lil hinn mill-iskadenza prevista tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport huma, fin-natura tagħhom, inċerti”. Barra minn hekk, dan l-istudju jipproponi żewġ metodi għall-valutazzjoni ex ante tal-effetti pożittivi ta’ kuntratti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni: approċċ ibbażat fuq il-fluss tal-flus u approċċ ibbażat fuq il-kapitalizzazzjoni. |
|
(327) |
L-approċċ ibbażat fuq il-fluss tal-flus jikkonsisti fl-evalwazzjoni tal-benefiċċji ta’ servizzi ta’ promozzjoni u ta’ kuntratti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni billi jiġi stmat id-dħul futur li jista’ jiġi ġġenerat mill-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport permezz tas-servizzi ta’ promozzjoni u tal-kuntratti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, wara li jitnaqqsu l-kostijiet korrispondenti. L-approċċ ta’ kapitalizzazzjoni jibbaża fuq il-kunsiderazzjoni tat-titjib fl-immaġni tal-marka kummerċjali tal-ajruport permezz ta’ servizzi ta’ promozzjoni bħala assi intanġibbli, akkwistat bil-prezz stabbilit fil-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. |
|
(328) |
Madankollu, l-istudju jenfasizza fuq il-livell tad-diffikultajiet ikkaġunati mill-approċċ ta’ kapitalizzazzjoni, u b’hekk juri li r-riżultati miksuba permezz ta’ dan il-metodu mhumiex affidabbli; fil-fatt l-istudju stess jippreferi l-approċċ ibbażat fuq il-fluss tal-flus. B’mod partikolari, l-istudju jindika dan li ġej: “L-approċċ ibbażat fuq il-kapitalizzazzjoni għandu jieħu biss inkunsiderazzjoni l-proporzjon tan-nefqa tal-promozzjoni attwribwibbli għall-assi intanġibbli ta’ ajruport. Madankollu, għandu mnejn ikun diffiċli li wieħed jidentifika l-proporzjon tal-ispejjeż fuq il-promozzjoni maħsuba biex jiġġeneraw introjtu futur għall-ajruport (jiġifieri, investiment fil-bażi ta’ assi intanġibbli tal-ajruport), meta mqabbla ma’ dawk li jiġġeneraw intojtu kurrenti għall-ajruport”. Huwa jenfasizza wkoll li, “sabiex jiġi implimentat l-approċċ ta’ kapitalizzazzjoni, jeħtieġ li jiġi stmat il-perjodu medju li matulu ajruport huwa kapaċi jżomm klijent bis-saħħa tal-kampanja ta’ promozzjoni ta’ AMS. Fil-prattika huwa diffiċli ħafna li jiġi stmat it-tul ta’ żmien medju ta’ kemm tinżamm il-klijentela b’segwitu għal kampanja ta’ AMS, minħabba n-nuqqas ta’ dejta adegwata”. |
|
(329) |
L-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014 ippropona applikazzjoni prattika tal-approċċ ibbażat fuq il-fluss tal-flus. Skont dan l-approċċ, il-benefiċċji tal-kuntratti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u tas-servizzi tal-ajruport li jkomplu anki wara li jkun skada l-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, huma espressi bħala “valur finali”, ikkalkulat fid-data tal-iskadenza tal-kuntratt. Dan il-valur finali huwa bbażat fuq il-profitti inkrementali mistennija mill-kuntratti tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u tas-servizzi tal-ajruport fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport. Dawn il-profitti jiġu estiżi għall-perjodu suċċessiv, b’terminu ta’ żmien daqs dak tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u aġġustati bir-rata ta’ tkabbir tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa u b’fattur ta’ probabbiltà mfassal biex jirrifletti l-kapaċità tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li jikkontribwixxu għall-profitti tal-ajruport wara l-iskadenza tagħhom. Skont l-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014, din il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ benefiċċji dejjiema tiddependi minn għadd ta’ fatturi “inklużi aktar prominenza u marka kummerċjali aktar b’saħħitha, flimkien ma’ esternalitajiet tan-netwerk u passiġġieri rikorrenti”, għalkemm ma hemmx iktar dettalji f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, dan il-metodu jikkunsidra rata ta’ skont li tirrifletti l-kostijiet kapitali. |
|
(330) |
L-istudju jipproponi fattur ta’ probabbiltà ta’ 30 %, li huwa jqis bħala prudenti. Madankollu, dan l-istudju, li huwa ta’ natura teoretika ħafna, ma jipprovdi l-ebda ġustifikazzjoni serja għal dan il-fattur, la minn lat kwantitattiv u lanqas minn dak kwalitattiv. Huwa ma jibbaża ruħu fuq l-ebda element fattwali relatat mal-attivitajiet ta’ Ryanair, mas-swieq tat-trasport bl-ajru jew mas-servizzi tal-ajruport biex jissostanzja din ir-rata ta’ 30 %. Huwa ma jistabbilixxi l-ebda rabta bejn din ir-rata u l-fatturi li jsemmi fil-qosor ħafna (il-prominenza, marka kummerċjali b’saħħitha, l-esternalitajiet tan-netwerk u l-passiġġieri rikorrenti), maħsuba li jestendu l-benefiċċji tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni wara d-dati ta’ skadenza tagħhom. Fl-aħħar nett, huwa ma jibbaża ruħu bl-ebda mod fuq il-kontenut speċifiku tas-servizzi ta’ promozzjoni previsti fid-diversi kuntratti ma’ AMS meta jiġi analizzat sa liema punt dawn is-servizzi jistgħu jinfluwenzaw il-fatturi msemmija hawn fuq. |
|
(331) |
Barra minn dan, hu ma jagħtix prova ta’ xi grad ta’ probabbiltà li, mal-iskadenza ta’ kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u ta’ kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-profitti ġġenerati mill-kuntratti għall-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tagħhom ikomplu għaddejjin fil-futur. Lanqas ma jiġġustifika r-rilevanza tar-rata ta’ tkabbir tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa għall-evalwazzjoni tal-impatti li jħallu kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq ajruport speċifiku. |
|
(332) |
Għalhekk, ikun improbabbli ħafna li “valur finali” ikkalkulat permezz tal-metodu propost minn Ryanair jiġi kkunsidrat minn operatur f’ekonomija tas-suq prudenti meta dan jiġi biex jiddeċiedi jikkonkludix kuntratt jew le. |
|
(333) |
Għaldaqstant, l-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014 jindika li l-metodu bbażat fuq fluss tal-flus jista’ jwassal biss għal riżultati ferm impreċiżi u inaffidabbli, l-istess bħall-metodu ta’ kapitalizzazzjoni. |
|
(334) |
Barra minn hekk, la Franza u lanqas kwalunkwe parti interessata ma pprovdiet evidenza li ssostni li l-metodu propost minn Ryanair f’dan l-istudju, jew kwalunkwe metodu ieħor bl-għan li jikkwantifika l-benefiċċji li jmorru lil hinn mill-kuntratti tas-servizzi tal-ajruport u tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, ġie implimentat b’suċċess mill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti reġjonali li jistgħu jitqabblu mal-ajruport ta’ Angoulême. Franza lanqas ma kkummentat dwar l-istudji tas-17 u tal-31 ta’ Jannar 2014, u għalhekk ma approvatx il-konklużjonijiet tagħhom fil-kuntest ta’ din il-proċedura. |
|
(335) |
Barra minn hekk, kif iddikjarat hawn fuq, is-servizzi ta’ promozzjoni kkunsidrati mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali b’mod ċar jimmiraw lejn persuni li aktarx jużaw ir-rotta koperta mill-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Jekk din ir-rotta ma tiġġeddidx hekk kif jiskadi l-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport, huwa estremament improbabbli li s-servizzi ta’ promozzjoni jibqa’ jkollhom effett pożittiv fuq it-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport wara d-data tal-iskadenza. Huwa diffiċli mmens għall-korp ta’ ġestjoni ta’ ajruport li jivvaluta l-probabbiltà li kumpanija tal-ajru tkun tixtieq tkompli bl-operat ta’ rotta wara li jiskadi t-terminu li għalih tkun impenjat ruħha fil-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport. B’mod partikolari, il-kumpaniji tal-ajru bi prezzijiet irħas urew ġestjoni dinamika ferm tal-ftuħ u l-għeluq ta’ rotot. Għalhekk, meta jidħol fi tranżazzjoni bħal din li qed tiġi eżaminata f’din il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, operatur f’ekonomija tas-suq prudenti ma jserraħx wisq fuq ir-rieda ta’ kumpanija tal-ajru li testendi l-operat tar-rotta rilevanti meta jiskadi l-kuntratt. |
|
(336) |
Barra minn hekk, u għall-finijiet ta’ kompletezza, għandu jiġi osservat li valur terminali kkalkulat skont il-metodoloġija proposta minn Ryanair fl-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014 ikun pożittiv biss (u għalhekk ikollu effett pożittiv fuq il-profittabilità mistennija tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni) meta l-profitt inkrementali mistenni minn kuntratti bħal dawn matul l-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport ikun pożittiv. Il-punt tat-tluq tal-metodoloġija huwa li tieħu l-profitt inkrementali mistenni għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u tiprojjettah fil-futur billi tapplika żewġ fatturi. L-ewwel fattur huwa t-tkabbir kumplessiv tas-suq tal-avjazzjoni Ewropew u jirrifletti t-tkabbir fit-traffiku mistenni. It-tieni huwa fattur ta’ 30 % li jirrappreżenta bejn wieħed u ieħor il-probabbiltà li l-eżekuzzjoni tal-kuntratti li jkunu għadhom kemm skadew tiffavorixxi l-konklużjoni futura ta’ kuntratti simili li aktarx jiġġeneraw flussi finanzjarji analogi. B’hekk, jekk il-profitt inkrementali futur mistenni għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport ikun negattiv, il-valur terminali jkun negattiv ukoll, u dan jirrifletti l-fatt li l-konklużjoni ta’ kuntratti simili għal dawk li jkunu għadhom kemm skadew tista’ tikkaġuna wkoll deterjorament fil-profittabilità tal-ajruport kull sena. |
|
(337) |
L-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014 isemmi fil-qosor din l-ipotesi, billi jindika b’mod limitat f’nota f’qiegħ il-paġna, mingħajr kummenti jew ġustifikazzjonijiet, dan li ġej: “… l-ebda valur terminali ma jista’ jiġi kkalkulat jekk il-profitti inkrementali netti mill-pagamenti ta’ AMS ikunu negattivi fl-aħħar sena tal-perjodu inkwistjoni” (173). Madankollu, kif se jintwera hawn taħt, il-kuntratti kollha kkonċernati f’dan il-każ iwasslu għal flussi tal-flus inkrementali previsti li kull sena jkunu negattivi – u mhux biss kumplessivament – f’termini ta’ valur nett skontat. Għaldaqstant, għal dawn il-kuntratti, il-“valur terminali” ikkalkulat skont il-metodoloġija proposta minn Ryanair huwa ta’ żero jew saħansitra negattiv. Għalhekk, il-kunsiderazzjoni ta’ tali valur terminali ma tpoġġix fid-dubju l-konstatazzjoni li l-varji kuntratti jimplikaw vantaġġ ekonomiku. |
|
(338) |
Bħala konklużjoni, minn dak li ntqal hawn fuq jidher biċ-ċar li l-uniku benefiċċju li operatur f’ekonomija tas-suq prudenti jista’ jistenna li jikseb minn kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u li jista’ jikkwantifika ladarba jiddeċiedi jikkonkludix kuntratt bħal dan, flimkien ma’ kuntratt tas-servizzi tal-ajruport, ikun l-effett pożittiv li possibbilment ikollhom is-servizzi ta’ promozzjoni fuq l-għadd ta’ passiġġieri li jużaw ir-rotot koperti mill-kuntratti inkwistjoni matul it-terminu tal-operat ta’ dawn ir-rotot, kif stabbilit fil-kuntratti. Il-Kummissjoni tqis li l-benefiċċji eventwali l-oħra jitqiesu bħala wisq inċerti sabiex jiġu kkunsidrati b’mod kwantifikat, u tabilħaqq tali benefiċċji teoretiċi ma ttieħdux inkunsiderazzjoni mill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratti inkwistjoni. |
9.1.3.3.
|
(339) |
Skont il-linji gwida l-ġodda għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, l-eżistenza ta’ għajnuna li tiffavorixxi kumpanija tal-ajru li tuża ajruport partikolari, fil-prinċipju, tista’ tiġi eskluża jekk il-prezz impost għas-servizzi tal-ajruport ikun jikkorrispondi mal-prezz tas-suq, jew jekk ikun jista’ jintwera, permezz ta’ analiżi ex ante, jiġifieri analiżi bbażata fuq informazzjoni disponibbli meta tkun ingħatat il-miżura u fuq żviluppi prevedibbli f’dak il-mument, li l-arranġament mal-ajruport/il-kumpanija tal-ajru jwassal għal kontribuzzjoni inkrementali pożittiva għad-dħul tal-ajruport (174). |
|
(340) |
Barra minn hekk, skont il-linji gwida l-ġodda, “meta tivvaluta l-arranġamenti tal-ajruporti/il-kumpaniji tal-ajru, il-Kummissjoni tqis ukoll l-punt sa fejn dawn il-kuntratti jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jiffurmaw parti minn strateġija kumplessiva tal-ajruport mistennija li twassal għal profittabilità, tal-inqas fuq terminu ta’ żmien twil” (175). Madankollu, skont l-ewwel approċċ (tqabbil mal-“prezz tas-suq”), il-Kummissjoni tiddubita kemm, fil-preżent, jistax ikun identifikat valur referenzjarju xieraq biex jiġi stabbilit prezz tas-suq realistiku għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti, u tqis li analiżi tal-profittabilità supplimentari ex ante tikkostitwixxi l-aktar kriterju rilevanti għall-valutazzjoni tal-arranġamenti konklużi mill-ajruporti mal-kumpaniji tal-ajru individwali (176). |
|
(341) |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, b’mod ġenerali, l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq b’referenza għal prezz medju osservat fi swieq simili oħrajn, tista’ tkun siewja jekk prezz bħal dan ikun jista’ jiġi raġonevolment identifikat jew determinat minn indikaturi oħra tas-suq. Madankollu, dan il-metodu ma jistax ikollu l-istess rilevanza f’dak li jirrigwarda s-servizzi tal-ajruport. Ir-raġuni għal dan hi li l-istruttura tal-kostijiet u tad-dħul għandha tendenza li tvarja ħafna minn ajruport għal ieħor. Dan jiġri minħabba li l-kostijiet u d-dħul jiddependu minn kemm ikun żviluppat l-ajruport ikkonċernat, mill-għadd ta’ kumpaniji tal-ajru li jużaw l-ajruport, mill-kapaċità tiegħu f’termini ta’ traffiku tal-passiġġieri, mill-qagħda tal-infrastruttura u l-investimenti relatati, mill-qafas regolatorju li jista’ jvarja minn Stat Membru għal ieħor, u minn xi djun jew obbligi li jkun assuma l-ajruport fil-passat (177). |
|
(342) |
Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru tikkomplika kull analiżi strettament komparattiva. Kif wieħed jista’ jara anki mill-każ preżenti, il-prattiki kummerċjali bejn l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru mhumiex ibbażati fuq lista ta’ prezzijiet pubbliċi għal servizzi individwali. Pjuttost, dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali huma varjati ħafna. Dawn jinkludu kondiviżjoni tar-riskji fir-rigward tat-traffiku tal-passiġġieri u ta’ kwalunkwe responsabbiltà kummerċjali u finanzjarja relatata, skemi ta’ inċentivi standard kif ukoll varjazzjonijiet bejn it-tixrid tar-riskji tul it-terminu tal-kuntratti. Konsegwentament, it-tranżazzjonijiet ftit li xejn jistgħu jitqabblu bejniethom abbażi ta’ bidla fil-prezz jew prezz għal kull passiġġier. |
|
(343) |
Ryanair tqis li huwa possibbli li jiġi applikat il-prinċipju tal-investitur infurmat fl-ekonomija tas-suq billi jintużaw ċerti ajruporti Ewropej bħala punt ta’ riferiment. F’dan ir-rigward, hija tqis li xi ajruporti Ewropej huma sostitwibbli għall-ajruport ta’ Angoulême minħabba x-xebh tagħhom (178). L-istudju ppreżentat lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward iqabbel l-imposti li Ryanair tħallas lill-ajruport ta’ Angoulême, mal-imposti li l-kumpanija tal-ajru tħallas f’dawn l-ajruporti meqjusa bħala komparabbli. Ryanair tiddikjara li l-imposti applikati mill-ajruporti l-oħra huma irħas minn dawk tal-ajruport ta’ Angoulême. |
|
(344) |
Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-metodoloġija adottata għall-istudju msemmi hawn fuq hija ineffettiva inkwantu li tillimita ruħha għall-benefiċċji u l-pagamenti li jirriżultaw mill-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport mingħajr ma tqis il-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, hekk kif indikat hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq irid jiġi applikat wara li ssir analiżi konġunta taż-żewġ strumenti kuntrattwali assoċjati. Għaldaqstant, is-sejbiet tal-analiżi komparattiva pprovduti minn Ryanair ma jistgħux jiġu aċċettati. |
|
(345) |
B’hekk, l-imposti mħallsa minn Ryanair għas-servizzi tal-ajruport f’ajruporti oħra ma jistgħux iservu bħala punt ta’ referenza għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(346) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrimarka li l-prezz effettivament imħallas minn Ryanair għall-użu tas-servizzi tal-ajruport fl-ajruport ta’ Angoulême kien wieħed negattiv fl-2008 u fl-2009. Ċertament, prezz negattiv mogħti minn korp ta’ ġestjoni ta’ ajruport lil kumpanija tal-ajru minħabba livell ta’ imposti tal-ajruport li ma jkoprix il-kostijiet tas-servizzi involuti, jista’ jkun konsistenti mal-kalkolu razzjonali ta’ operatur f’ekonomija tas-suq. Madankollu, dan huwa soġġett għall-kundizzjoni li dak il-prezz negattiv jiġi kkumpensat, matul perjodu ta’ żmien, minn żieda mistennija fid-dħul mill-operat ta’ kumpanija tal-ajru, kemm jekk dan id-dħul ikun ġej minn sors ajrunawtiku u kemm jekk le. F’dan il-każ, id-dħul mhux ajrunawtiku ma kienx biżżejjed u x’aktarx li ma setax jiġi żviluppat sal-punt meħtieġ u suffiċjenti matul it-terminu ta’ ħames snin tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport. |
|
(347) |
Fl-aħħar nett, l-ajruporti li għalihom jista’ jiġi ġġustifikat prezz negattiv huma veru ftit u ma jagħmlux parti mill-kampjun magħżul. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li l-karatteristiċi tal-ajruporti li jiffurmaw il-kampjun huma wisq differenti biex jipprovdu bażi sodisfaċenti għall-analiżi (179). |
|
(348) |
Barra minn hekk, Ryanair ma wrietx kif l-ajruporti msemmija fl-istudju huma komparabbli biżżejjed f’termini tal-volum tat-traffiku u tat-tip ta’ traffiku, it-tip u l-livell tas-servizzi tal-ajruport, il-preżenza ta’ belt kbira qrib l-ajruport, l-għadd ta’ abitanti fiż-żona ta’ lħuq, il-prosperità fiż-żona tal-madwar, u l-eżistenza ta’ żoni ġeografiċi differenti li x’aktarx jattiraw lill-passiġġieri (180). La Franza u lanqas kwalunkwe parti interessata ma semmiet l-eżistenza ta’ ajruporti li huma suffiċjentement paragunabbli mal-ajruport ta’ Angoulême, f’termini ta’ dawn il-kriterji differenti. |
|
(349) |
F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li, f’dan il-kuntest u b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħha, ma hemmx lok li wieħed jitbiegħed mill-approċċ irrakkomandat fil-linji gwida tal-avjazzjoni l-ġodda għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għar-relazzjonijiet bejn l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru, jiġifieri l-analiżi ex ante tal-profittabilità supplimentari (jew inkrementali). Dan l-approċċ huwa ġustifikat mill-fatt li korp ta’ ġestjoni ta’ ajruport għandu interess oġġettiv li jikkonkludi tranżazzjoni ma’ kumpanija tal-ajru jekk jista’ raġonevolment jistenna li din it-tranżazzjoni ttejjiblu l-profitti tiegħu (jew tnaqqaslu t-telf), meta mqabbla ma’ sitwazzjoni kontrofattwali fejn it-tranżazzjoni ma tkunx ġiet konkluża, indipedentement minn kwalunkwe paragun. |
9.1.3.4.
|
(350) |
Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li, biex jiġi applikat il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għall-ftehimiet tal-2008, il-Kummissjoni trid tanalizza konġuntement il-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u l-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li ġew konklużi fl-istess ħin, u trid tiddetermina jekk operatur ipotetiku f’ekonomija tas-suq iggwidat minn prospetti ta’ profittabilità u li jkollu f’idejh il-ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême minflok is-CCI-ajruport u SMAC, kienx jasal li jikkonkludi kuntratti bħal dawn. Għalhekk, jaqbel li tiġi vvalutata l-profittabilità inkrementali tal-ftehimiet tal-2008 tul il-perjodu kollu tal-applikazzjoni tagħhom, hekk kif kieku kien jivvalutahom l-operatur f’ekonomija tas-suq fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratti, billi jiġi stmat/jiġu stmati:
|
|
(351) |
Dawn il-kalkoli għandhom jipprovdu l-flussi annwali futuri li jikkorrispondu għad-differenza bejn id-dħul u l-kostijiet inkrementali, li għandhom jiġu skontati, jekk dan ikun meħtieġ, b’rata ta’ skont li tirrifletti l-kost tal-kapital għall-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport. Valur skontat nett pożittiv jindika, fil-prinċipju, li l-arranġamenti rilevanti ma jikkonferixxux vantaġġ ekonomiku filwaqt li valur skontat nett negattiv jindika l-preżenza ta’ tali vantaġġ. |
|
(352) |
Għandu jiġi rrimarkat li, fil-kuntest ta’ tali valutazzjoni, l-argument ta’ Ryanair li l-prezz tas-servizzi ta’ promozzjoni miksuba minn SMAC huwa ekwivalenti għal jew inqas minn dak li jista’ jiġi kkunsidrat bħala “prezz tas-suq” għal servizzi bħal dawn, huwa irrilevanti. Fil-fatt, operatur f’ekonomija tas-suq iggwidat minn prospetti ta’ profittabilità ma kienx ikun lest li jakkwista servizzi bħal dawn, anki bi prezz aktar baxx mill-“prezz tas-suq” jew daqsu, jekk kien jipprevedi li, minkejja l-impatt pożittiv ta’ dawn is-servizzi fuq ir-rotot ikkonċernati, il-kostijiet inkrementali mġarrba mill-kuntratti jkunu jaqbżu d-dħul inkrementali f’termini ta’ valur skontat. F’każ bħal dan, il-“prezz tas-suq” imur lil hinn mir-rieda tiegħu li jħallas, u loġikament dan iwasslu biex jirrinunzja għall-benefiċċji inkwistjoni. |
|
(353) |
Għall-istess raġunijiet, il-fatt li l-prezzijiet previsti fil-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport jistgħu jkunu aħjar minn jew konformi mal-prezzijiet imposti mill-korpi ta’ ġestjoni ta’ ajruporti kemmxejn kumparabbli, huwa irrilevanti fil-kuntest ta’ din l-analiżi, billi ma jistax jiġi mistenni li dawn iwasslu għal dħul inkrementali suffiċjenti biex jiġu koperti l-kostijiet inkrementali. |
9.1.3.5.
|
(354) |
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-ftehimiet tal-2008 u b’kont meħud ta’ dak li ntqal iktar ‘il fuq, jaqbel li jiġi mfakkar li kemm l-eżistenza tal-għajnuna kif ukoll l-ammont tagħha għandhom jiġu vvalutati fid-dawl tas-sitwazzjoni prevalenti fil-mument tal-konklużjoni tagħhom (181), u b’mod iktar preċiż, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni disponibbli u tal-iżviluppi prevedibbli f’dak iż-żmien. |
|
(355) |
L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi tenfasizza li SMAC nediet studju prospettiv li ġie ppreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2006 (182). Dan l-istudju jiffoka fuq il-prospetti tal-ajruport ta’ Angoulême wara l-1 ta’ Jannar 2007. Mingħajr ma wieħed jidħol f’wisq dettall, dan id-dokument juri l-aggregati ewlenin assoċjati mal-ftuħ ta’ rotta operata minn Ryanair bejn Angoulême u Londra. Għal traffiku potenzjali stmat ta’ 1 00 000 passiġġier fis-sena, ir-riżultati ta’ dan l-istudju huma kif ġej:
|
|
(356) |
Dan id-dokument ma jikkorrispondix għal pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li fir-rigward tiegħu l-Kummissjoni tista’ tagħmel valutazzjoni ta’ konformità mal-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Id-data ta’ referenza użata f’dawn il-previżjonijiet mhijiex speċifikata u s-suppożizzjonijiet li saru mhumiex dettaljati biżżejjed. Barra minn hekk, din l-istima saret fuq perjodu ta’ tliet snin, filwaqt li kien ġie stabbilit, qabel il-konklużjoni tal-ftehimiet tal-2008, li għandhom jiġu implimentati fuq perjodu ta’ ħames snin. Fl-aħħar nett, dan l-istudju sar qabel ferm il-ftehimiet tal-2008. Ma kienx l-intenzjoni tiegħu li jiddetermina jekk l-eżekuzzjoni ta’ dawn il-kuntratti ma’ Ryanair/AMS, kif previst qabel ma ġew konklużi, kinitx profittabbli biżżejjed għall-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport. |
|
(357) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li dawn l-estimi għandhom it-tendenza li juru li SMAC, fir-rwol tagħha ta’ korp ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême, ma aġixxietx f’konformità mal-imġiba ta’ operatur f’ekonomija tas-suq prudenti. Mill-istudju prospettiv tal-2006, jidher biċ-ċar li SMAC diġà ma setgħetx f’dak iż-żmien tinjora l-fatt li l-ftuħ ta’ rotta bejn Angoulême u Londra operata minn kumpanija tal-ajru bi prezzijiet irħas kien se jsarraf f’telf operattiv sinifikanti u konsegwentament fi ħtiġijiet kbar ta’ finanzjament. |
|
(358) |
Minkejja li SMAC kellha din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha fi żmien il-konklużjoni tal-ftehimiet tal-2008, hi ma ħassietx il-bżonn li tistabbilixxi pjan tan-negozju jew kwalunkwe analiżi ekonomika ekwivalenti oħra minn qabel fir-rigward tal-kuntratti li kellhom jiġu konklużi ma’ Ryanair u AMS, sabiex tkun tista’ ssostni, mil-lat ekonomiku, id-deċiżjoni tagħha li tidħol għal dawn l-impenji. |
|
(359) |
Skont Ryanair, in-nuqqas ta’ pjan ta’ negozju fi żmien il-konklużjoni tal-kuntratti bħal dawn koperti mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali, ma jistax jintuża bħala prova ta’ nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(360) |
In-nuqqas ta’ pjan ta’ negozju, jew b’mod aktar ġenerali, ta’ kwalunkwe analiżi kwantitattiva tal-benefiċċji u l-kostijiet imwettqa qabel il-konklużjoni ta’ ftehim, huwa indikazzjoni serja li l-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq ma ġiex irrispettat. Dan huwa iktar u iktar minnu fil-każ preżenti, peress li l-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême, qabel il-konklużjoni tal-ftehimiet tal-2008, kellu informazzjoni tali li setgħet titfa’ fid-dubju l-vijabilità ekonomika tiegħu fil-każ li jiġi konkluż kuntratt għall-iżvilupp ta’ servizz bi prezz irħis lejn Londra. |
|
(361) |
Il-Kummissjoni tqis li jaqbel li jiġi enfasizzat f’dan il-kuntest, li Franza ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi li l-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport wettaq analiżi tar-riskju meħuda fir-rigward tal-benefiċċji li jistgħu jirriżultaw mill-ftehimiet tal-2008 fil-mument tal-konklużjoni tagħhom. Minflok, Franza ssostni li d-deċiżjoni ta’ SMAC kienet ibbażata fuq ix-xewqa li tiġi żgurata l-eżistenza kontinwa tal-ajruport ta’ Angoulême u li din kienet iggwidata minn objettiv ta’ żvilupp reġjonali. Madankollu, din id-dikjarazzjoni hija indikazzjoni ulterjuri li l-konklużjoni tal-ftehimiet tal-2008 ma’ Ryanair u AMS ma kinitx iggwidata prinċipalment minn prospetti ta’ profittabilità. |
|
(362) |
Il-Kummissjoni tqis li din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-evalwazzjoni tagħha ta’ x’kienet tkun l-analiżi tal-benefiċċji u l-kostijiet tagħha mwettqa minn operatur f’ekonomija tas-suq prudenti fir-rigward tal-ftehimiet tal-2008. |
|
(363) |
Għal dan l-għan, il-Kummissjoni wettqet analiżi hi stess billi bbażat ruħha esklussivament fuq il-kostijiet u d-dħul inkrementali tal-ftehimiet tal-2008, hekk kif kieku kien jevalwahom operatur f’ekonomija tas-suq a priori, f’konformità mal-linji gwida l-ġodda. Is-suppożizzjonijiet li saru u r-riżultati tal-analiżi huma ppreżentati hawn taħt. |
|
(364) |
Il-Kummissjoni tqis li huwa importanti li jiġi mfakkar fil-kuntest ta’ din l-analiżi li, wara l-adozzjoni tal-linji gwida l-ġodda, kemm Franza kif ukoll il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-linji gwida fil-każ preżenti (ara l-premessi 8 u 9). F’dan il-każ, la Franza u lanqas il-partijiet interessati ma kkontestaw is-sustanza tal-approċċ tal-Kummissjoni, li skontu, peress li huwa impossibbli li jiġi definit valur referenzjarju xieraq biex jiġi identifikat prezz tas-suq realistiku għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti lill-kumpaniji tal-ajru, l-aktar kriterju rilevanti għall-valutazzjoni tal-arranġamenti konklużi bejn iż-żewġ partijiet huwa analiżi ex ante tal-profittabilità supplimentari tagħhom. |
(a) Perjodu ta’ żmien
|
(365) |
Meta jkun qed jiddeċiedi dwar jekk għandux jikkonkludi kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u/jew kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, operatur f’ekonomija tas-suq jagħżel bħala perjodu ta’ żmien għall-valutazzjoni tiegħu, jew it-terminu tal-kuntratti inkwistjoni jew inkella t-terminu stipulat f’kull kuntratt meħud separatament. Fi kliem ieħor, huwa jkun ivvaluta l-kostijiet u d-dħul inkrementali matul it-terminu ta’ applikazzjoni tal-kuntratti. |
|
(366) |
Ma jidher li hemm l-ebda raġuni biex jintgħażel perjodu ta’ żmien itwal. Fid-dati meta ġew konklużi l-kuntratti, operatur f’ekonomija tas-suq prudenti ma kienx iserraħ fuq il-probabbiltà li l-kuntratti jiġġeddu ladarba jkunu skadew, kemm jekk bl-istess termini kif ukoll jew b’termini ġodda. Dan huwa iktar u iktar minnu peress li normalment korp ta’ ġestjoni prudenti ma jistax jonqos milli jkun jaf li l-kumpaniji tal-ajru bi prezzijiet irħas bħal Ryanair kienu u huma magħrufa sew għall-fatt li, sabiex jirreaġixxu għall-iżviluppi tas-suq, jadattaw it-tranżazzjonijiet ta’ negozju tagħhom b’mod dinamiku ħafna, kemm meta jiftħu jew jagħlqu xi rotot u kemm meta jżidu jew inaqqsu l-għadd ta’ titjiriet. |
|
(367) |
Għandu jiġi nnutat ukoll li l-fatt li Ryanair ma operatx fuq ċerti rotot matul il-perjodu kollu previst fil-ftehimiet tal-2008 ma ġiex ikkunsidrat fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ operatur f’ekonomija tas-suq, billi dan il-fattur la kien għadu magħruf u lanqas prevedibbli fiż-żmien meta ġew konklużi dawn il-kuntratti. |
|
(368) |
F’dan li ġej, il-Kummissjoni se teżamina s-suppożizzjonijiet użati biex jiġu analizzati l-ftehimiet tal-2008 konklużi ma’ Ryanair/AMS fir-rigward tad-dħul u l-kostijiet inkrementali u tat-traffiku, qabel ma jiġu ppreżentati r-riżultati tal-analiżi tagħha ta’ dawn il-ftehimiet. |
(b) Il-previżjonijiet tat-traffiku inkrementali u tal-għadd ta’ rotazzjonijiet
|
(369) |
L-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni hija bbażata fuq it-traffiku inkrementali (jiġifieri l-għadd ta’ passiġġieri addizzjonali) li seta’ jiġi stmat minn operatur f’ekonomija tas-suq li jimmaniġġja l-ajruport ta’ Angoulême minflok SMAC, meta ġew konklużi l-ftehimiet tal-2008. Fi kliem ieħor, l-għan huwa li jiġi stmat l-għadd ta’ passiġġieri li l-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême seta’ jistenna li, fl-2008, jużaw ir-rotta bejn Angoulême u Londra operata minn Ryanair matul it-terminu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt. |
|
(370) |
It-traffiku inkrementali previst ġie kkalkulat abbażi tal-frekwenzi tar-rotta Angoulême-Londra, hekk kif previst fil-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u fil-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, u abbażi tal-għadd ta’ rotazzjonijiet annwali li rriżultaw minnhom. |
|
(371) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-kapaċità tal-inġenju tal-ajru użat minn Ryanair, jiġifieri l-Boeing 737-800s ikkonfigurat b’189 post. |
|
(372) |
B’hekk, il-Kummissjoni tassumi fattur tat-tagħbija ta’ 85 % għal kull titjira. Din l-ipotesi hija favorevoli għal Ryanair, peress li rata ta’ 85 % hija għolja. Barra minn hekk, din ir-rata hija kemmxejn ogħla mill-medja għat-titjiriet operati minn Ryanair fuq in-netwerk tagħha (183), u hija daqs jew ogħla mill-fattur tat-tagħbija propost minn Franza għall-varji kuntratti fir-rikostruzzjoni tagħha tal-analiżi tal-benefiċċji u l-kostijiet. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li dan il-fattur tat-tagħbija għoli jista’ jintuża, anki jekk jikkostitwixxi ipotesi favorevoli, biex jiġi rifless l-effett vantaġġjuż potenzjali tas-servizzi ta’ promozzjoni fuq ir-rotot koperti mill-kuntratti differenti u fin-nuqqas ta’ elementi oħra li jikkwantifikaw l-impatt prevedibbli ta’ dawn is-servizzi fuq il-fattur tat-tagħbija. Meta l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ kuntratt ma kienx jikkoinċidi ma’ snin kalendarji sħaħ, il-Kummissjoni ħadet kont tagħhom billi kkalkulat it-traffiku previst, għal kull sena tal-kuntratt, abbażi tan-numru ta’ jiem tas-sena li għalihom kellu japplika l-kuntratt. |
(c) Id-dħul inkrementali
|
(373) |
Fir-rigward tal-ftehimiet tal-2008 soġġetti għall-analiżi, il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi d-dħul inkrementali, jiġifieri d-dħul iġġenerat mit-tranżazzjoni, l-istess bħalma kieku kien jipprevedih operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(374) |
B’applikazzjoni tal-prinċipju “single till”, il-Kummissjoni tqis li jaqbel li jiġi kkunsidrat kemm id-dħul ajrunawtiku kif ukoll dak mhux ajrunawtiku. |
|
(375) |
Id-dħul ajrunawtiku jikkonsisti fl-introjtu riċevut mid-diversi tariffi dovuti mill-kumpanija tal-ajru lill-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport, jiġifieri:
|
|
(376) |
Il-ftehimiet tal-2008 iffissaw direttament l-ammont tal-imposti tal-passiġġieri u dak tal-imposti tal-inżul. Skont l-Artikolu 7.1 tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport, l-ammont tal-imposta għal kull passiġġier ġie kkalkulat abbażi tar-rati adottati mill-ajruport ta’ Angoulême. Madankollu, l-Artikolu 7.3 tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport jipprevedi roħs promozzjonali applikabbli matul l-ewwel tliet snin. Dawn l-iskonti huma ta’ 57,25 % fl-ewwel sena, ekwivalenti għal EUR 1,18, ta’ 48 % fit-tieni sena, ekwivalenti għal EUR 1,44, u ta’ 24 % fit-tielet sena, ekwivalenti għal EUR 2,10. Barra minn hekk, l-Artikolu 7.2 tal-istess kuntratt iffissa t-tariffa tal-inżul għal EUR 252,29 għal kull inżul. Għaldaqstant, l-ammonti stabbiliti fil-kuntratt ġew inklużi fl-analiżi. |
|
(377) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7.4 tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport, it-tariffa għall-groundhandling kienet ta’ EUR 195 fl-ewwel sena. Dan kien jipprevedi wkoll li mit-tieni sena ‘l hemm, it-tariffa żdiedet għal EUR 245. Għalhekk, il-Kummissjoni użat dan l-ammont fl-analiżi tagħha. |
|
(378) |
Sabiex jiġi kkalkulat l-introjtu mit-tliet imposti ajrunawtiċi msemmija hawn fuq li operatur f’ekonomija tas-suq seta’ jistenna mill-kuntratt, il-Kummissjoni użat il-previżjonijiet tal-għadd ta’ rotazzjonijiet (għall-imposta tal-inżul u t-tariffa tal-groundhandling) u tat-traffiku addizzjonali (għall-imposta tal-passiġġieri), kif iddeterminat mill-kuntratt, u mmultiplikathom bl-ammonti ta’ unità tat-tariffi, kif ġie ddeterminat aktar ‘il fuq. |
|
(379) |
Id-dħul mhux ajrunawtiku fil-prinċipju huwa bejn wieħed u ieħor proporzjonali għan-numru ta’ passiġġieri. L-attività fil-parkeġġi, fir-ristoranti u fi ħwienet oħra fl-ajruport tvarja skont in-numru ta’ passiġġieri li jkun hemm. L-istess jgħodd fir-rigward tad-dħul miġbur mill-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet. Madankollu, f’dan il-każ partikolari, sehem kbir mid-dħul mhux ajrunawtiku ġej mill-infiq min-naħa tal-impjegati tal-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport u ta’ impriżi oħra meta t-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport ta’ Angoulême ma jkunx sinifikanti. |
|
(380) |
Fir-rigward ta’ dan l-ammont ta’ dħul mhux ajrunawtiku inkrementali, il-Kummissjoni tqis li aktarx operatur f’ekonomija tas-suq raġonevoli kien jirnexxielu jikkalkulah, fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratti, abbażi tat-total tad-dħul mhux ajrunawtiku tal-ajruport immedjatament qabel il-konklużjoni tal-kuntratt inkwistjoni. F’dan il-każ parikolari, id-dħul mhux ajrunawtiku huwa, fil-biċċa l-kbira tiegħu, iġġenerat mill-infiq min-naħa tal-impjegati tal-korp ta’ ġestjoni u tal-impriżi li jinsabu fl-ajruport meta t-traffiku tal-passiġġieri ma jkunx sinifikanti. Fl-aħħar nett, skont l-informazzjoni ppreżentata minn Franza, l-ammont tal-introjtu inkrementali mhux ajrunawtiku ġej mit-traffiku kummerċjali biss, jista’ jiġi stmat għal EUR […] fis-sena. Il-Kummissjoni tqis li din l-istima hija raġonevoli. |
(d) Kostijiet inkrementali
|
(381) |
Il-kostijiet inkrementali li normalment jistgħu jkunu mistennija għal kull tranżazzjoni (inkluż, skont fejn rilevanti, kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni) minn operatur f’ekonomija tas-suq li jmexxi l-ajruport minflok il-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême, jaqgħu f’dawn it-tliet kategoriji:
|
|
(382) |
Fir-rigward tal-kostijiet tal-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-ammonti previsti fil-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-Artikolu 3.1 tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konkluż ma’ Ryanair ippreveda servizzi ta’ promozzjoni b’valur ta’ EUR 4 00 000 fl-ewwel sena, ta’ EUR 3 00 000 fit-tieni sena u ta’ EUR 2 25 000 fit-tielet sena. Huma għalhekk dawn l-ammonti li ġew identifikati mill-Kummissjoni bħala l-kost tas-servizzi ta’ promozzjoni. |
|
(383) |
Bħal fil-każ tal-previżjonijiet tat-traffiku, il-pagamenti ta’ promozzjoni previsti mhux bilfors jirrappreżentaw l-ammonti effettivament imħallsa, minħabba li ċerti avvenimenti li seħħew wara li ġew konklużi l-ftehimiet setgħu wasslu għal ammonti differenti minn dawk oriġinarjament ippjanati. Pereżempju, jiġri hekk, meta l-kuntratt ikun ġie tterminat b’mod antiċipat. Madankollu, dawn l-avvenimenti ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ operatur f’ekonomija tas-suq, peress li dawn ġraw wara l-konklużjoni tal-kuntratti. Bl-iskop li tiġi stmata l-profittabilità tal-ftehimiet tal-2008, kwalunkwe operatur f’ekonomija tas-suq kieku kien jirreferi għall-ammonti previsti meta ġie ffirmat il-kuntratt. |
|
(384) |
Fir-rigward tal-kostijiet ta’ investimenti inkrementali, l-ebda wieħed minnhom ma ġie aċċettat, billi ma hemm xejn fil-fajl tal-każ li jindika li operatur f’ekonomija tas-suq kien mistenni jwettaq ċerti investimenti prinċipalment minħabba l-kuntratti li huma s-suġġett tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
|
(385) |
Sabiex jiġu stmati l-kostijiet operattivi inkrementali prevedibbli meta ġew konklużi l-ftehimiet tal-2008, il-Kummissjoni trid tibbaża fuq l-elementi tal-analiżi tal-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport, peress li ma kinitx f’pożizzjoni li tistma hija stess kif kuntratt partikolari jista’ jaffettwa l-varji entrati ta’ kostijiet differenti tal-ajruport. |
|
(386) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-istima twettqet mis-CCI-ajruport u minn SMAC qabel l-iffirmar tal-ftehimiet tal-2008, u għalhekk din kienet disponibbli fiż-żmien li l-kuntratti inkwistjoni ġew konklużi. |
(e) Preżentazzjoni tar-riżultati rigward il-kuntratti konklużi ma’ Ryanair u AMS
|
(387) |
Wara li b’hekk ġew stabbiliti d-dħul inkrementali kollu u l-kostijiet inkrementali kollha tal-kuntratt li operatur fl-ekonomija tas-suq kieku kien jipprevedi, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina, għall-ftehimiet tal-2008 u sena b’sena matul it-terminu stabbilit tagħhom, il-flussi inkrementali mistennija (id-dħul bla kostijiet). Dawn ir-riżultati huma stabbiliti hawn taħt. |
|
(388) |
Il-Kummissjoni tinnota li fil-ftehimiet tal-2008, il-flussi inkrementali annwali kollha huma negattivi, kif muri fit-Tabella 12, minkejja li s-suppożizzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni kienu favorevoli għal Ryanair, b’mod partikolari fir-rigward tat-traffiku inkrementali u tal-kostijiet inkrementali. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li din il-konklużjoni tibqa’ xorta valida anki jekk il-kostijiet operattivi inkrementali jiġu totalment esklużi u anki jekk l-uniċi kostijiet inkrementali użati huma l-kostijiet ta’ xiri tas-servizzi ta’ promozzjoni. |
|
(389) |
Konsegwentament, il-Kummissjoni tqis li l-ftehimiet tal-2008 konklużi minn SMAC ma’ Ryanair u AMS jagħtu vantaġġ ekonomiku lil dawn iż-żewġ kumpanniji. Peress li dan il-vantaġġ joriġina minn dispożizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi għall-kumpanija tal-ajru kkonċernata, il-vantaġġ huwa wieħed selettiv. |
9.1.4. Effett fuq il-kummerċ u fuq il-kompetizzjoni
|
(390) |
Meta l-għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li jikkompetu f’kummerċ intra-Komunitarju, dan il-kummerċ irid jitqies bħala affettwat minn dik l-għajnuna. F’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita (184), sabiex miżura toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni, huwa biżżejjed li r-riċevitur tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħrajn fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni. |
|
(391) |
Sa mid-dħul fis-seħħ tat-tielet pakkett tal-liberalizzazzjoni tat-trasport tal-ajru fl-1 ta’ Jannar 1993 (185), it-trasportaturi bl-ajru huma liberi li joperaw titjiriet fuq rotot intra-Komunitarji u jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni għal għadd bla limitu ta’ vjaġġi ta’ kabotaġġ. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “meta impriża tkun attiva f’settur li fih ikun hemm kompetizzjoni effettiva min-naħa ta’ produtturi minn Stati Membri differenti, kwalunkwe għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi hija suxxettibbli li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li tfixkel il-kompetizzjoni, sakemm iż-żamma tagħha fis-suq jimpedixxi lill-kompetituri milli jżidu s-sehem tas-suq tagħhom u jnaqqas il-possibbiltajiet tagħhom li jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom” (186). |
|
(392) |
F’dan il-każ, għandu jiġi kkunsidrat li l-miżuri inkwistjoni aktarx li kienu jnaqqsu l-kostijiet operattivi ta’ kumpanija tal-ajru u jinkoraġġixxi lill-operaturi biex tittrasferixxu rotta minn ajruport għal ajruport ieħor. Konsegwentament, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri inkwistjoni joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni Ewropea. |
9.1.5. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna
|
(393) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ‘il fuq, il-Kummissjoni tqis li Ryanair u AMS ibbenefikaw minn għajnuna mill-Istat skont il-ftehimiet tal-2008. |
9.2. Il-kompatibbiltà mas-suq intern
|
(394) |
L-għajnuna inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna operatorja. Għajnuna bħal din tista’ tiġi ddikjarata bħala kompatibbli biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati. |
|
(395) |
Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (187), jidher biċ-ċar ukoll li Franza kellha tkun dik li tindika l-bażi ġuridika li abbażi tagħha l-għajnuna inkwistjoni setgħet tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern, u li turi li l-kundizzjonijiet għal tali kompatibbiltà kienu ġew issodisfati. Għalhekk, fil-proċedura tad-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni talbet lil Franza biex tindikalha bażijiet ġuridiċi potenzjali għall-kompatibbiltà u biex tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet għal tali kompatibbiltà kienu ġew issodisfati, b’mod partikolari f’każ li l-għajnuna inkwistjoni kellha titqies bħala għajnuna inizjali għall-ftuħ ta’ rotot ġodda. Madankollu, Franza qatt ma sostniet li l-miżuri taħt valutazzjoni jikkostitwixxu għajnuna inizjali kompatibbli mas-suq intern u ma ppreżentatx raġunijiet oħra ta’ kompatibbiltà, jew raġunament li abbażi tiegħu setgħet tissejjes dikjarazzjoni ta’ kompatibbiltà. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda parti interessata li ressqet provi suffiċjenti biex turi l-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri mas-suq intern. |
|
(396) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li huwa utli li jiġi eżaminat jekk din l-għajnuna tistax tiġi ddikjarata kompatibbli abbażi tal-kontribut tagħhom għall-ftuħ ta’ rotot ġodda. |
|
(397) |
F’dan ir-rigward, il-linji gwida l-ġodda jiddikjaraw dan li ġej: “Fir-rigward tal-għajnuna inizjali mogħtija lill-kumpaniji tal-ajru, il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-linji gwida għall-miżuri kollha ta’ għajnuna inizjali notifikati li dwarhom hija trid tieħu deċiżjoni mill-4 ta’ April 2014, anki jekk il-miżuri ġew notifikati qabel din id-data. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat illeċita, il-Kummissjoni se tapplika, għall-għajnuna inizjali illeċita mogħtija lill-kumpaniji tal-ajru, ir-regoli fis-seħħ dakinhar li tkun ingħatat l-għajnuna. Għaldaqstant, hija mhijiex se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-linji gwida fil-każ ta’ għajnuna inizjali illeċita mogħtija lill-kumpaniji tal-ajru qabel l-4 ta’ April 2014” (188). |
|
(398) |
Il-Linji Gwida tal-2005 jipprevedu li “il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna kollha biex tiffinanzja l-infrastruttura tal-ajruporti, jew l-għajnuna inizjali mogħtija mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħha u għalhekk bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat, jekk abbażi ta’ dawn il-linji gwida, il-pagament tal-għajnuna inizjali jkun sar wara l-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. F’każijiet oħra, il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni bbażata fuq ir-regoli applikabbli meta l-għajnuna bdiet titħallas” (189). |
|
(399) |
Peress li l-ftehimiet tal-2008 ġew konklużi wara d-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2005, dawn il-linji gwida jikkostitwixxu l-bażi ġuridika applikabbli. |
|
(400) |
F’dan ir-rigward, il-punt 27 tal-Linji Gwida tal-2005 jiddikjara li l-għajnuna operatorja mogħtija lill-kumpaniji tal-ajru (bħall-għajnuna inizjali) tista’ tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u f’kundizzjonijiet stretti f’reġjuni żvantaġġjati, jiġifieri r-reġjuni koperti mid-deroga stipulata fl-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, l-aktar reġjuni remoti u ż-żoni skarsament popolati. |
|
(401) |
Peress li l-ajruport ta’ Angoulême ma jinsabx f’reġjun ta’ dan it-tip, din id-deroga ma tapplikax għalih. |
|
(402) |
Il-Kummissjoni tinnota li la Franza u lanqas kwalunkwe parti interessata ma indikat il-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri mas-suq intern, skont il-Linji Gwida tal-2005 jew skont xi bażi oħra. |
|
(403) |
Billi l-kriterji stipulati fil-punt 79 tal-Linji Gwida tal-2005 għall-għajnuna inizjali huma kumulattivi, il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq li teżamina l-kriterji stipulati fil-punt 5.2 (i) u (k) tal-linji gwida. |
|
(404) |
Fir-rigward tal-kriterju (i) (il-pjan ta’ negozju li juri l-vijabbiltà u analiżi tal-impatt tar-rotta l-ġodda fuq ir-rotot li jikkompetu magħha), il-Kummissjoni talbet lil Franza tispjegalha jekk tħejjewx tali pjanijiet tan-negozju, u jekk iva, talbitha biex tipprovdi kopji tagħhom. La Franza u lanqas kwalunkwe parti interessata ma rrappurtatat l-eżistenza ta’ tali pjanijiet ta’ negozju. Barra minn hekk, jidher biċ-ċar mid-dikjarazzjonijiet ta’ Ryanair/AMS li ma kien tħejja l-ebda pjan ta’ negozju li juri, fuq perjodu sostanzjali, il-vijabilità tar-rotta wara li tkun ingħatat l-għajnuna. Abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-kumpanija tal-ajru fi żmien il-konklużjoni tal-ftehimiet tal-2008, ma kien hemm l-ebda analiżi ex ante li tistabbilixxi l-vijabilità tas-servizz tal-ajru bejn Angoulême u Londra-Stansted. Konsegwentament, il-kriterju msemmi fil-punt (i) ma ġiex issodisfat. |
|
(405) |
Il-kriterju (k) (Appelli) jistabbilixxi li għandhom jiġu previsti proċeduri ta’ appell fil-livell tal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fl-għoti tal-għajnuna. Il-Kummissjoni tirrimarka li ma kienet prevista l-ebda proċedura ta’ appell fiż-żmien meta ġew konklużi l-ftehimiet tal-2008 biex jinstab rimedju għad-diskriminazzjoni fl-għoti tal-għajnuna inizjali. Għalhekk, il-kriterju fil-punt (k) ma ġiex issodisfat lanqas. |
9.3. Konklużjoni
|
(406) |
Il-ftehimiet tal-2008 konklużi bejn SMAC u Ryanair u AMS, li huma s-suġġett ta’ din il-proċedura, għalhekk jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, meqjusa bħala inkompatibbli mas-suq intern. |
10. KONKLUŻJONI ĠENERALI
|
(407) |
Skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, l-Istati Membri jridu jikkomunikaw kwalunkwe pjan maħsub biex jagħtu jew jimmodifikaw xi għajnuna. L-Istat Membru kkonċernat ma jistax idaħħal fis-seħħ il-miżuri li jkun ippropona qabel ma l-proċedura tkun waslet għal deċiżjoni finali. F’dan il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi la nnotifikaw il-kumpens li rċevew mill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport ta’ Angoulême u lanqas il-ftehimiet tal-2008. Barra minn hekk, l-għajnuna tħallset qabel ma l-Kummissjoni ħadet deċiżjoni finali dwarha. |
|
(408) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens riċevut mill-ajruport ta’ Angoulême jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali, li madankollu hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE. |
|
(409) |
Madankollu, l-ammonti mħallsa fil-qafas tal-ftehimiet tal-2008 fir-rigward tal-attività ta’ Ryanair u AMS jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li hija illegali u inkompatibbli mas-suq intern. |
11. IRKUPRU
|
(410) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, meta l-Kummissjoni ssib li l-għajnuna tkun inkompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni hija l-awtorità kompetenti biex tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat iridx jabolixxi jew jibdel l-għajnuna (190). Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (191), “[f]ejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna llegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (minn hawn ‘‘l quddiem imsejħa ‘deċiżjoni ta’ rkupru’). Il-Kummissjoni ma għandhiex teħtieġ irkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità”. |
|
(411) |
L-objettiv tal-Kummissjoni li titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex jirkupra l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern huwa biex terġa’ ġġib is-sitwazzjoni kif kienet qabel (192). F’dan il-kuntest, il-Qorti stabbilixxiet li dak l-objettiv jinkiseb ladarba r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illeċita, biex b’hekk jintilef il-vantaġġ li kien qed igawdi minnu għad-detriment tal-kompetituri tiegħu. B’dan il-mod, tkun stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel ma tkun ingħatat l-għajnuna (193). |
|
(412) |
F’dan il-każ, jidher li l-ebda prinċipju ġenerali tal-liġi tal-UE ma jmur kontra l-irkupru tal-għajnuna illegali li jkun instab li teżisti. B’mod partikolari, la Franza u lanqas il-partijiet interessati ma ppreżentaw xi argumenti f’dan ir-rigward. |
|
(413) |
Konsegwentament, Franza trid tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand Ryanair u AMS l-għajnuna mogħtija illegalment permezz tal-ftehimiet tal-2008. |
|
(414) |
L-ammonti ta’ għajnuna li għandhom jiġu rkuprati jridu jiġu kkalkulati kif ġej. Il-ftehimiet tal-2008 iridu jitqiesu bħala li jagħtu lok għal ammont annwali ta’ għajnuna għal kull sena fil-perjodu li matulu ġew applikati l-ftehimiet. Kull wieħed minn dawn l-ammonti jrid jiġi kkalkulat mill-parti negattiva tal-flussi inkrementali stmati (id-dħul bla kostijiet) fiż-żmien meta ġew konklużi l-ftehimiet tal-2008, li jidhru fit-Table 12. Dawn l-ammonti fil-fatt jikkorrispondu għall-ammonti illi kellu jiġi previst li jitnaqqsu kull sena mill-ammont tas-servizzi ta’ promozzjoni (jew illi kieku kellhom jiġu miżjuda mal-imposti tal-ajruport u l-imposti tal-groundhandling, fatturati lill-kumpaniji tal-ajru) sabiex jiġi żgurat li l-valur nett skontat tal-kuntratt ikun pożittiv; fi kliem ieħor li jkun konformi mal-prinċipju ta’ operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(415) |
Sabiex jiġi kkunsidrat il-vantaġġ effettivament riċevut minn Ryanair u AMS fil-qafas tal-ftehimiet tal-2008, l-ammonti msemmija fil-premessa preċedenti jistgħu jiġu aġġustati, f’konformità mal-evidenza ta’ sostenn ipprovduta minn Franza, skont (i) id-differenza bejn il-pagamenti reali, kif stabbiliti ex post, li saru minn Ryanair fir-rigward tal-imposta tal-inżul, l-imposta tal-passiġġieri u s-servizzi tal-groundhandling fil-qafas tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport, u l-flussi previsti (ex ante) li jikkorrispondu għal dawn l-entrati ta’ dħul u li huma elenkati fit-Tabella 12, u (ii) id-differenza bejn il-pagamenti reali ta’ promozzjoni, kif stabbiliti ex post, li ngħataw lil Ryanair u lil AMS fil-qafas tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-kostjiet korrispondenti ta’ promozzjoni previsti (ex ante), kif indikat fit-Tabella 12. |
|
(416) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-vantaġġ effettivament riċevut minn Ryanair u AMS huwa limitat għat-terminu reali tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-2008. Wara li ntemmu dawn il-ftehimiet, Ryanair u AMS ma rċevew l-ebda ħlas fil-forma ta’ pagamenti għall-promozzjoni. B’riżultat ta’ dan, l-ammonti ta’ għajnuna kkalkolati kif indikat hawn taħt u fir-rigward tal-ftehimiet tal-2008 huma mnaqqsa għal żero għas-snin meta l-ftehim ma baqax japplika (b’mod partikolari minħabba t-terminazzjoni antiċipata permezz ta’ ftehim reċiproku bejn il-partijiet). |
|
(417) |
It-Tabella 13 tippreżenta l-informazzjoni rilevanti dwar l-ammonti li minnhom iridu jiġu kkalkulati l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. Dawn l-ammonti huma magħmula mill-previżjonijiet tal-flussi tal-flus inkrementali (id-dħul bla kostijiet) li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, iżda bit-tnaqqis għas-snin meta d-data tal-iskadenza ma ntlaħqitx. Tabella 13 Informazzjoni dwar l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mill-ftehimiet tal-2008
|
|||||||||||||||||
|
(418) |
Kif spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, Ryanair u AMS jikkostitwixxu entità ekonomika unika u li l-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u l-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi f’daqqa fit-8 ta’ Frar 2008 iridu jiġu kkunsidrati bħala li jiffurmaw tranżazzjoni waħda. Konsegwentament, il-Kummissjoni tikkunsidra li Ryanair u AMS huma responsabbli t-tnejn li huma għar-rimborż sħiħ tal-għajnuna riċevuta fil-qafas tal-ftehimiet tal-2008. |
|
(419) |
It-total tal-għajnuna effettivament imħallsa mill-2008 sal-2009 fil-qafas tal-ftehimiet tal-2008 jammonta għal madwar EUR 8 68 695. |
|
(420) |
L-awtoritajiet Franċiżi jridu jirkupraw l-ammont ta’ hawn fuq fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ meta tiġi nnotifikata din id-Deċiżjoni. |
|
(421) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jridu jżidu wkoll l-imgħax fuq l-irkupru mal-ammont tal-għajnuna, li għandu jiġi kkalkulat mid-data li fiha l-għajnuna kkonċernata kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-impriżi, fi kliem ieħor, id-data reali ta’ kull pagament ta’ għajnuna, sakemm tkun ġiet effettivament irkuprata (194), f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (195). Peress li, f’dan il-każ, il-flussi li jsawru l-għajnuna huma kumplessi u jseħħu fuq dati differenti mxerrda mas-sena, anki b’mod kontinwu għal ċerti kategoriji ta’ dħul, il-Kummissjoni tqis li huwa aċċettabbli li, għall-kalkolu tal-imgħax fuq l-irkupru, jitqies li ż-żmien meta jsir il-pagament tal-għajnuna kkonċernata huwa fl-aħħar tas-sena, jiġifieri fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena. |
|
(422) |
Jekk Stat Membru jiltaqa’ ma’ diffikultajiet mhux previsti jew ma’ ċirkostanzi li ma tqisux min-naħa tal-Kummissjoni, dan jista’ jressaq dawn il-problemi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni flimkien ma’ proposti għal emendi adegwati. F’każ ta’ dan it-tip, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat iridu jaħdmu flimkien in bona fide sabiex isibu soluzzjoni għal dawn id-diffikultajiet, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet (196) tat-TFUE. |
|
(423) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tistieden lil Franza biex tippreżentalha mingħajr dewmien kwalunkwe problema li tkun nqalgħet waqt l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pagamenti li saru mill-kontea ta’ Charente, mill-Communauté d’agglomération du grand Angoulême u mill-Communauté des communes de Braconne Charente skont il-ftehim tat-23 ta’ Mejju 2002 dwar il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament għall-operat u l-iżvilupp tal-ajruport ta’ Angoulême Brie Champniers, u mis-Syndicat mixte des aéroports de Charente fil-qafas tal-ftehim għas-sottokuntrattar tal-ġestjoni tat-22 ta’ Jannar 2009 u tad-dokument tal-offerta tat-8 ta’ Awwissu 2011 favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Angoulême u SNC-Lavalin, rispettivament jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, mogħtija b’mod illeċitu min-naħa ta’ Franza, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.
2. Il-pagamenti li ngħataw lil Ryanair u lil Airport Marketing Services min-naħa tas-Syndicat mixte des aéroports de Charente, fil-qafas tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi fit-8 ta’ Frar 2008, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, mogħtija b’mod illeċitu min-naħa ta’ Franza, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.
Artikolu 2
1. Il-pagamenti li saru mill-kontea ta’ Charente, mill-Communauté d’agglomération du grand Angoulême u mill-Communauté des communes de Braconne Charente skont il-ftehim tat-23 ta’ Mejju 2002 dwar il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament għall-operat u l-iżvilupp tal-ajruport ta’ Angoulême Brie Champniers, u mis-Syndicat mixte des aéroports de Charente fil-qafas tal-ftehim għas-sottokuntrattar tal-ġestjoni tat-22 ta’ Jannar 2009 favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Angoulême, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li hija kompatibbli mas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE.
2. Il-pagamenti li saru mis-Syndicat mixte des aéroports de Charente favur SNC-Lavalin, fil-qafas tad-dokument tal-offerta tat-8 ta’ Awwissu 2011 huma kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE, bil-kundizzjoni li Franza turi lill-Kummissjoni li l-ammont totali mħallas tul id-durata tal-ftehim ma jmurx oltre dak li jkun meħtieġ biex jiġu koperti l-kostijiet netti mġarrba fl-eżerċitar tal-obbligi tas-servizz pubbliku, li jeskludu l-kostijiet tal-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport iżda li jinkludu rata raġonevoli ta’ redditu fuq il-kapital investit.
3. Fi żmien erba’ xhur minn meta jiskadi l-ftehim konkluż fl-2011 bejn is-Syndicat mixte des aéroports de Charente u SNC-Lavalin, Franza trid tibgħat rapport lill-Kummissjoni li jindika li l-ammont ta’ kumpens mogħti lil SNC-Lavalin, li jinkludi rata raġonevoli ta’ redditu fuq il-kapital investit, jikkonforma mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2012/21/UE tul id-durata kollha tal-ftehim.
4. L-għajnuna mogħtija lil Ryanair u lil Airport Marketing Services mis-Syndicat mixte des aéroports de Charente fil-qafas tal-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport u tal-kuntratt tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi fit-8 ta’ Frar 2008 ma’ Ryanair u Airport Marketing Services, tiqies bħala inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 3
1. Franza trid tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(4) mingħand il-benefiċjarji. Ryanair u Airport Marketing Services huma t-tnejn li huma responsabbli għar-rimborż ta’ din l-għajnuna.
2. L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jridu jinkludu l-imgħax mid-data li fiha saru disponibbli għall-benefiċjarji sad-data tal-irkupru effettiv tagħhom.
3. L-imgħax jiġi kkalkulat fuq bażi komposta f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (197) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 .
4. Franza tikkanċella l-pagamenti kollha pendenti tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(4) b’effett mid-data li fiha tiġi adottata din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
1. L-irkupru tal-għajnuna speċifikata fl-Artikolu 2(4) irid ikun immedjat u effettiv.
2. Franza tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ meta tiġi nnotifikata.
Artikolu 5
1. Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, Franza trid tippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
(a) |
L-ammonti tal-għajnuna li għandhom jiġu rkuprati skont l-Artikolu 3; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u ta’ dawk ippjanati biex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
id-dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew innotifikati formalment li jridu jħallsu lura l-għajnuna. |
2. Franza żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li jittieħdu biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni, sakemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(4) tiġi rkuprata għalkollox. Fuq talba tal-Kummissjoni, hija trid tippreżenta minnufih l-informazzjoni kollha dwar il-miżuri li diġà ġew adottati u dwar dawk ippjanati bil-għan li jkun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Hija trid tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u tal-imgħax li diġà ġew irkuprati mill-benefiċjarji.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Franza.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) Mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 107 u 108 rispettivament tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Fiż-żewġ każijiet, id-dispożizzjonijiet huma sostanzjalment identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, jekk ikun il-każ, bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 rispettivament tat-Trattat KE. It-TFUE introduċa wkoll ċerti emendi fit-terminoloġija, bħal pereżempju, it-terminu “Komunità” ġie sostitwit bit-terminu “Unjoni”, is-“suq komuni” sar is-“suq intern” u l-“Qorti tal-Prim Istanza” saret il-“Qorti Ġenerali”. It-terminoloġija tat-TFUE tintuża f’din id-Deċiżjoni.
(2) ĠU C 301, 5.10.2012, p. 1.
(3) ĠU C 149, 25.5.2012, p. 29.
(5) ĠU C 113, 15.4.2014, p. 30.
(6) Il-Ftehim ta’ Konċessjoni tat-22 ta’ April 2002, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-ftehim ta’ konċessjoni”.
(7) L-Artikolu 37 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ftehim ta’ konċessjoni.
(8) Ara l-premessa 13 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ imsemmija qabel, it-Tabella 2.
(9) Kif indikat fil-premessa 23 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ, l-SMAC għażlet li tuża l-proċedura ta’ akkwist pubbliku.
(1) It-tul ta’ żmien tat-traġitti u d-distanzi msemmija f’din it-Tabella huma meħuda mill-kalkulatur tar-rotot Michelin u jużaw il-kriterju tat-traġitt l-aktar rapidu.
(2) It-traffiku u l-movimenti skont l-ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tal-20 ta’ Jannar 2012.
(3) Ċifri li jkopru minn Jannar sa Novembru 2011.
(11) Ara l-premessa 28 ta’ din id-Deċiżjoni.
(12) Ara l-premessa 21 ta’ din id-Deċiżjoni.
(13) Il-Ftehim tat-23 ta’ Mejju 2002 dwar il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament għall-operat u l-iżvilupp tal-ajruport ta’ Angoulême Brie Champniers.
(14) It-tqassim ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet huwa speċifikat fit-Tabella 2 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ.
(15) Il-fajl tal-offerta ta’ SNC-Lavalin tad-19 ta’ Lulju 2011, li ġie aċċettat mill-SMAC fit-8 ta’ Awwissu 2011, skont id-deliberazzjonijiet tat-23 ta’ Ġunju 2011.
(16) In-notifika ta’ akkwist ippublikata fid-9 ta’ Marzu 2011 fil-Bulletin Officiel des Annonces des Marchés Publics – BOAMP Nru 48-B, avviż Nruo222.
(17) Ix-xenarju bażi jikkorrispondi għall-objettivi u r-riżultati li l-operatur iqis bħala realistiċi li jivverifika u li jassumi fuq tul ta’ żmien u fil-kundizzjonijiet tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt li jingħatalu, filwaqt li jikkunsidra l-kuntest ekonomiku, l-ispeċifiċitajiet tal-kuntratt u l-prospett tat-trasport tal-ajru, kif ukoll is-sitwazzjoni u l-ambjent partikolari tal-pjattaforma.
(18) Ix-xenarju proattiv huwa maħsub li jiżgura l-iżvilupp tal-linji kummerċjali regolari. Huwa jevalwa l-impatt fuq il-kontijiet tal-ajruport u, jekk ikun xieraq, fuq ir-remunerazzjoni tal-operatur, kif ukoll l-impatt finanzjarju tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali li jkunu jridu jiġu pprovduti mis-syndicat, ‘il barra mill-kuntratt.
(19) Ara l-premessa 30 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ (imsemmija qabel), it-Tabella 3.
(20) Id-deliberazzjoni tal-SMAC tat-23 ta’ Ġunju 2011.
(21) Apparti l-flussi finanzjarji marbuta mal-investimenti statali msemmija fil-premessa 24 ta’ din id-Deċiżjoni, il-flussi finanzjarji marbuta mal-operat huma mfakkra fil-premessa 43 tat-Tabella 4 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ.
(22) Vetturi għat-tifi tan-nar, vetturi għall-protezzjoni mill-perikli minn annimali u għasafar, ċnut.
(23) Tagħmir maħsub għall-kontrolli tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-istiva tagħhom.
(24) Ara t-Taqsima 8.1.1.2 ta’ din id-Deċiżjoni.
(25) Ara l-premessa 36) tad-deċiżjoni ta’ ftuħ.
(4) Imposta għall-passiġġieri b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa (passagers handicapés et à mobilité réduite — PHMER).
(26) Ara l-premessa 35, it-Tabella 9 ta’ din id-Deċiżjoni dwar Ryanair.
(27) ĠU S 144-179348, it-28 ta’ Lulju 2007.
(28) L-Artikolu 2.1 f’kull wieħed miż-żewġ ftehimiet.
(29) L-Artikolu 4.1 tal-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport.
(30) Ara l-premessi 55 et seq. tad-deċiżjoni ta’ ftuħ.
(31) L-Artikolu 6 tal-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport.
(32) L-Artikolu 10.3 tal-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport.
(33) L-Artikolu 1 tal-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni.
(34) Ara l-premessa 60 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ.
(35) L-Artikolu 7 tal-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni.
(5) Il-pagamenti fil-qafas tal-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni saru direttament mill-SMAC għal AMS.
(6) Dan it-trasferiment nett ma jqisx dħul mixxellanju jew spejjeż oħra marbuta mal-attività ta’ Ryanair.
(36) Ara l-premessa 175 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ (imsemmija qabel).
(37) Is-sentenza tal-Qorti tal-24 ta’ Lulju 2003, Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, Kawża C-280/00, Ġabra I-7747.
(38) Ara l-premessa 240 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ (imsemmija qabel).
(39) Il-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għall-għajnuna mill-istat fis-settur tal-avjazzjoni, (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5).
(40) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE tat-23 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig-Halle C 48/06 (ex N 227/06) (ĠU L 346, 23.12.2008, p. 1).
(41) L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li dawn l-attivitajiet jinkludu azzjonijiet ta’ protezzjoni mill-perikli minn annimali.
(42) Il-mekkaniżmu tat-taxxa tal-ajruport huwa stipulat fl-Artikolu 1609 quatervicies tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa u fl-ordni ministerjali tat-30 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-rikavati li għandhom isiru mill-operaturi tal-ajruporti biex tiġi stabbilita t-tariffa tal-passiġġieri tat-taxxa tal-ajruport.
(43) Unità tat-traffiku tikkorrispondi għal passiġġier jew għal 100 kg ta’ posta jew merkanzija.
(44) Pereżempju, il-kost taċ-ċnut jiġi kopert sa mhux aktar minn 50 %.
(45) L-ispejjeż ta’ sigurtà u sikurezza żdiedu b’6,4 bejn l-1999 u l-2010.
(46) Is-Servizz Air Flight Information Service (AFIS).
(47) L-awtoritajiet Franċiżi jippreċiżaw li tali kontribuzzjoni tħallset għas-sena finanzjarja 2008.
(48) L-awtoritajiet Franċiżi jibbażaw dan il-limitu fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2006, NN21/06 Ir-Renju Unit – City of Derry Airport (ĠU C 272, 9.1.2006, p. 13). Barra minn hekk, huma jikkalkulaw il-ħin meħud għat-traġitt permezz tal-kalkulatur tar-rotot Michelin u jużaw bħala referenza t-traġitt l-aktar rapidu.
(7) Din iż-żieda sostanzjali fit-traffiku hija marbuta mat-tħaddim tat-terminal Billi, maħsub għat-traffiku tal-linji tal-ajru bi prezzijiet irħas.
(49) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).
(50) Id-Deċiżjoni 2012/21/UE tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).
(51) Iċ-Ċirkolari Nru 111 tat-30 ta’ Marzu 1992 li jistabbilixxi r-regoli baġitarji u kontabbli li japplikaw għas-CCI ta’ Angoulême.
(52) Il-Bureau tas-CCI ta’ Angoulême huwa magħmul minn membri eletti li jieħdu deċiżjoni dwar l-abbozz ta’ baġit, wara li jkunu saru xi emendi.
(53) Skont l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjonijiet u tal-klawsoli tekniċi, il-kumpanija SNC-Lavalin trid tiżgura li jiġu eżegwiti l-kompiti statali, li jiġi implimentat is-servizz AFIS, li jsiru l-kompiti li jiggarantixxu l-użu sigur tal-ajruport, li ssir manutenzjoni tal-art u tan-netwerks tal-ajruport kif ukoll tiżgura li l-ajruport ikun jista’ jilqa’ traffiku kummerċjali fuq bażi regolari.
(54) Société d’exploitation de l’aéroport d’Angoulême Cognac.
(55) L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li dan il-monitoraġġ huwa previst mill-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.
(56) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Jannar 2007, Nru 491/06, Italja – Tortoli-Arbatax (ĠU C 133, 15.6.2007, p. 3).
(57) Dan l-istudju sar minn Alliance de conseils pour l’économie locale des services aéroportuaires. Dan tqassam fl-14 ta’ Ġunju 2006.
(58) Dan il-limitu ġie ffissat permezz tal-ftehim ta’ sħubija tat-23 ta’ Mejju 2002.
(59) L-estensjoni tar-runway b’50 metru u l-estensjoni, il-konverżjoni u l-attrezzament tat-terminal biex ikun jista’ jilqa’ inġenju tal-ajru ta’ 200 passiġġier. Ġie vvalutat li dawn l-investimenti jammontaw għal EUR 9 77 000.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali
(60) Ryanair tindika li l-ebda servizz regolari kummerċjali ma kien imur lejn Angoulême b’inġenji tal-ajru bħal dawk li tuża hi, u li ma kien hemm l-ebda valur referenzjarju li abbażi tiegħu setgħet tiġi kkalkulata l-profittabilità tar-rotta.
(61) Ryanair tassoċja dan il-kollass fil-qligħ maż-żieda fit-tariffi tal-passiġġieri fir-Renju Unit, maż-żieda fil-prezz taż-żejt u mal-kriżi ekonomika inġenerali.
(62) Ryanair tenfasizza li s-CCI ta’ Angoulême mexxiet in-negozjati.
(63) Ryanair tagħmel referenza għas-sentenza tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs il-Kummissjoni, C-482/99, Ġabra p. I-4397.
(64) Ryanair tirreferi għall-Opinjoni Nru 3 51 654 mogħtija fis-16 ta’ Ġunju 1992 mill-Kunsill tal-Istat.
(65) Ir-rapport tas-Sinjura Catherine Vautrin, f’isem il-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi, Nru 2388, dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar in-netwerks konsulari.
(66) Ryanair tiddikjara li l-eżerċitar ta’ din is-superviżjoni ma timplikax li l-Istat jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-ftehimiet ikkonċernati f’dan il-każ.
(67) Il-Kuntratt tas-Servizzi tal-Ajruport ġie ffirmat minn Michel Cawley, il-Viċi President ta’ Ryanair, filwaqt li l-Kuntratt tas-Servizzi ta’ Kummerċjalizzazzjoni ġie ffirmat minn Eddie Wilson, id-Direttur ta’ AMS.
(68) Ryanair tirreferi għall-ħtieġa tal-ajruport li jibni marka kummerċjali u li jżid il-proporzjon ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw lejh fl-għadd totali ta’ passiġġieri li jgħaddu mill-ajruport.
(69) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/60/UE tas-27 ta’ Jannar 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 12/08 (ex NN 74/07) – Is-Slovakkja – Ftehim bejn l-Ajruport ta’ Bratislava u Ryanair (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24).
(70) Ryanair tirreferi għall-pożizzjoni tal-Competition appeal tribunal Brittaniku tal-21 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża 1145/4/8/09, Stagecoach group PLC vs Competition commission, il-punt 75.
(71) Il-Kawża tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2008, Ryanair vs il-Kummissjoni, T-196/04, Ġabra II-03643.
(72) F’dan ir-rigward, Ryanair tirreferi għall-qligħ mhux ajrunawtiku u għall-esternalitajiet tan-netwerk.
(73) L-istudju tal-25 ta’ Ġunju 2012 li sar minn Oxera.
(74) Ryanair tibbaża fuq is-sentenza tal-Qorti tat-3 ta’ Lulju 2003, Chronopost SA, C-83/01P, C-93/01P u C-94/01P, Ġabra I-06993. Hija ssemmi wkoll il-Qafas tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-Għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (2011).
(75) L-identifikazzjoni tal-valur referenzjarju tas-suq fl-analiżi komparattiva għat-testijiet tal-MEIP. Il-kawżi ta’ għajnuna mill-Istat relatati ma’ Ryanair, imħejjija minn Oxera għal Ryanair, fid-9 ta’ April 2013.
(76) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2002, Linde vs Il-Kummissjoni, T-98/00, Ġabra p. II-03961, il-punti 43-54.
(77) Ryanair tirreferi għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni 2011/60/UE tas-27 ta’ Jannar 2010, imsemmija qabel fin-nota f’qiegħ il-paġna 69, il-premessa 111.
(78) Ara d-Deċiżjoni msemmija qabel fin-nota f’qiegħ il-paġna 69.
(79) Fost dawn l-esternalitajiet, Ryanair tinkludi: 1. il-fatt li l-ftuħ ta’ rotta għal ajruport reġjonali jibgħat sinjal pożittiv lill-kumpaniji tal-ajru l-oħra, mil-lat ta’ pofittabilità; fil-każ inkwistjoni, Ryanair tiddikjara li l-kumpanija Cityline kienet waslet fil-punt li ttemm il-ftehim mal-ajruport ta’ Angoulême biex tistabbilixxi servizz skedat xi ftit ġimgħat qabel ma Ryanair għalqet din il-konnessjoni; 2. il-preżenza ta’ kumpanija tal-ajru pjuttost kbira tippermetti li jiġu żviluppati servizzi mhux ajronawtiċi li, min-naħa tagħhom, jikkontribwixxu biex jiġi ġġenerat aktar traffiku.
(80) Il-qligħ mhux ajronawtiku jiġi partikolarment stimolat mill-ikbar ammont ta’ ħin li jgħaddu fl-ajruport il-passiġġieri li ma jkollhomx waqfa hemmhekk. Din il-karatteristika hija tali li tattira lill-ktajjen kummerċjali li joperaw fl-ajruporti.
(81) Ara d-Deċiżjoni msemmija qabel fin-nota f’qiegħ il-paġna 69.
(82) Il-prinċipji li fuqhom tinbena l-analiżi tal-profittabilità fit-testijiet dwar il-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq. Il-kawżi ta’ għajnuna mill-Istat relatati ma’ Ryanair, imħejjija minn Oxera għal Ryanair, fid-9 ta’ April 2013.
(83) Dawn is-similaritajiet huma dovuti għall-karatteristiċi tal-ajruporti (li jinsabu inqas minn 150 kilometru minn bliet kbar u jikkompetu ma’ ajruporti oħra) u għal-livelli ta’ introjtu fir-reġjuni ta’ madwarhom.
(84) Tul il-perjodu analizzat, it-tariffi tal-ajruport imposti fl-ajruport ta’ Angoulême, bħala medja kienu jammontaw għal […] % ogħla għal kull rotazzjoni u […] % ogħla għal kull passiġġier. Madankollu, Oxera tenfasizza li Ryanair ma kinitx responsabbli għat-taxxa tal-ajruport fl-2009.
(85) Ara premessa 124 ta’ din id-Deċiżjoni.
(86) Ryanair tagħmel referenza għall-possibbiltà li l-investitur inkwistjoni jieħu l-eżempju tal-ajruport ta’ La Rochelle, li fl-opinjoni tagħha huwa simili.
(87) Id-deċiżjoni biex tinħoloq rotta bejn Angoulême u Bordeaux ittieħdet f’Lulju 2006, u d-deċiżjoni biex tinħoloq rotta bejn Tours u Angoulême ttieħdet f’Ġunju 2009.
(88) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01 P Chronopost SA [2008] Ġabra I-6993. Madankollu, Ryanair tirrikonoxxi li dan l-approċċ għandu jkun irfinut jekk l-ispejjeż fissi jiżdiedu b’mod sinifikanti ladarba jintlaħaq ċertu livell limitu ta’ attività. F’dan il-każ, hija tikkunsidra li jkun aktar adegwat li tieħu inkunsiderazzjoni l-valur nett attwali fuq perjodu itwal.
(89) Ryanair temmen li dawk l-investimenti kienu jsiru xorta fin-nuqqas tagħha minħabba li l-investimenti fl-infrastruttura baqgħu għaddejjin minkejja li kien hemm volum baxx ħafna ta’ passiġġieri.
(90) Oxera, “Are prices set by AMS in line with the market rate?”, imħejji għal Ryanair, l-20 ta’ Diċembru 2013.
(91) Oxera, “How should AMS agreements be treated within the profitability analysis as part of the market economy operator test?” Imħejji għal Ryanair, is-17 ta’ Jannar 2014.
(92) AMS iġġib l-eżempju ta’ kampanja ta’ reklamar ippubblikata f’gazzetta, li tikkonferma r-rwol ta’ appoġġ tagħha fl-implimentazzjoni ta’ tali operazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, b’tali mod li tkun tista’ żżid it-tariffi tagħha jew tbigħ aktar spazju ddedikat għar-reklamar, jew inkella l-eżempju ta’ marka kummerċjali ta’ xi soft drink li l-kampanji ta’ reklamar tagħha jżidu l-bejgħ ta’ distributur.
(93) AMS tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq rapport ippubblikat minn Zénobie Conseil f’Mejju 2011. Hi tinnota wkoll li l-websajt ta’ Ryanair ittella’ 4,5 biljun żjara tal-paġni fis-sena u għandha 80 % viżitaturi diretti, rata “bounce” ta’ 17 %, żjara medja ta’ 9 minuti u 36 sekonda għal kull viżitatur u kapaċità għolja li timmira lejn klijenti potenzjali.
(94) AMS tindika li ħafna ajruporti jagħżlu li ma jirreklamawx fuq il-websajt ta’ Ryanair.
(95) Żieda fit-traffiku li jidħol fil-pajjiż permezz tal-kumpanija tal-ajru li fuq il-websajt tagħha ssir il-kampanja ta’ reklamar jew kwalunkwe kumpanija tal-ajru oħra; żieda fid-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi bl-installazzjoni ta’ operaturi kummerċjali.
(96) AMS tibbaża ruħha fuq rapport li sar minn Mindshare Ireland f’Ġunju 2004.
(97) www.airportmarketingservices.com
(98) Il-paġna ewlenija jew il-paġna li ssemmi d-destinazzjonijiet.
(99) Ħolqa, strixxun, paragrafu ta’ test, il-format.
(100) Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-35/96, Il-Kummissjoni vs l-Italja [1995] Ġabra I-3851, il-paragrafu 36; C-41/90 Höfner u Elser [1991] Ġabra I-1979, il-paragrafu 21; C-244/94 Fédération française des sociétés d’assurances vs Ministère de l’Agriculture et de la pêche [1995] Ġabra I-4013, il-paragrafu 14; u C-55/96, Job Centre, [1997] Ġabra I-7119, il-paragrafu 21.
(101) Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża 118/85 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1987] Ġabra 2599, il-paragrafu 7; fil-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1995] Ġabra I-3851, il-paragrafu 36; fil-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98 Pavlov et al. [2000] Ġabra I-6451, il-paragrafu 75.
(102) Is-sentenzi fil-Kawżi Magħquda T-443/08 u T-455/08 Freistaat Sachsen et al. vs Il-Kummissjoni (“il-kawża tal-ajruport ta’ Leipzig-Halle”) [2011] Ġabra II-1311, ikkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tad-19 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen AG and Flughafen Leipzig-Halle GmbH vs Il-Kummissjoni (għadha ma ġietx ippubblikata), il-paragrafi 42 u 43; ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza fil-Kawża T-128/98 Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-3929, ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-82/01P Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-9297; u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza fil-Kawża T-196/04 Ryanair vs Il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-3643, il-paragrafu 88.
(103) Ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-159/91 u C-160/91 Poucet vs AGV u Pistre vs Cancava [1993] Ġabra I-637.
(104) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-222/04 Ministero dell’ Economia e delle Finanze vs Cassa di Risparmio di Firenze [2006] Ġabra I-289, il-paragrafi 107 sa 118 u 125.
(105) L-Artikolu 11 tal-ispeċifikazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.
(106) Is-sentenza tal-ajruport ta’ Leipzig-Halle, imsemmija qabel fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 102, il-paragrafu 107.
(107) L-Artikolu 15 tal-ispeċifikazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.
(108) Is-sentenza tal-Kunsill tal-Istat tal-20 ta’ Mejju 1998, Syndicat des Compagnies Aériennes autonomes (“ SCARA” ).
(109) Illum il-ġurnata kkodifikata fl-Artikolu 1609(w) tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa.
(110) Il-kunċett ta’ perikli minn annimali selvaġġi jinkludi l-periklu minn ħabta ma’ għasfur, li jkopri kolliżjonijiet bejn inġenju tal-ajru u għasfur li jkunu tali li jipperikolaw il-passiġġieri u l-oġġetti abbord l-inġenju tal-ajru inkwistjoni.
(111) Dan il-kompitu jista’ jinkludi, pereżempju, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ barrieri li jifirdu ż-żoni miftuħa għall-pubbliku minn dawk ristretti jew l-installazzjoni ta’ sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo madwar iż-żona ristretta.
(112) Dan il-kompitu jinkludi miżuri tal-istorbju, f’korrelazzjoni mar-rotot tat-titjiriet skont kif xieraq, u l-kontroll tal-kwalità tal-arja u tal-ilma fiż-żoni madwar l-ajruporti.
(113) Dawn għandhom jinftiehmu bħala kompiti eliġibbli għall-finanzjament mit-taxxa tal-ajruport, kif deskritt hawn fuq.
(114) L-ispejjeż ġenerali huma primarjament marbuta ma’ funzjonijiet ta’ appoġġ bħalma huma l-immaniġġjar tar-riżorsi umani, il-kwistjonijiet finanzjarji, is-superviżjoni finanzjarja tal-investimenti, ix-xiri, sistemi tal-IT mhux speċjalizzati, id-dipartiment legali, is-servizzi ġenerali, il-ġestjoni ġenerali, il-kontabbiltà u s-superviżjoni tal-ġestjoni.
(115) Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-118/85 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1987] Ġabra 2599, il-paragrafi 7 u 8, u C-30/87 Bodson vs Pompes funèbres des régions libérées[1988] Ġabra 2479, il-paragrafu 18.
(116) Il-punt 35.
(117) Il-punti 36 u 37.
(118) L-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva, tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina u l-kontroll tal-punti ta’ aċċess pubbliċi għaż-żona ristretta jaqgħu taħt din il-kategorija.
(119) Il-kontroll awtomatiku tal-fruntiera permezz tal-identifikazzjoni bijometrika jaqa’ taħt din il-kategorija.
(120) Kif indikat hawn fuq, dawn it-tliet kategoriji huma msemmija b’mod espliċitu fil-Linji Gwida l-ġodda bħala eżempji ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi.
(121) Il-prevenzjoni mill-perikli minn annimali selvaġġi taqa’ taħt din il-kategorija.
(122) Il-miżuri tal-protezzjoni ambjentali jaqgħu taħt din il-kategorija.
(123) Fi Franza, il-Kamra tal-Kummerċ u l-Kamra tal-Industrija t-tnejn huma korpi tal-amministrazzjoni pubblika. B’mod ġenerali, dawn jirrappreżentaw l-interessi ġenerali tal-kummerċ, l-industrija u s-servizzi fiż-żona ta’ lħuq tagħhom. Il-kompiti u l-prerogattivi tagħhom huma stabbiliti mil-liġi u huma soġġetti għal superviżjoni amministrattiva u finanzjarja mill-Istat, permezz tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Infrastruttura u tal-Ministeru tal-Ippjanar u tal-Amministrazzjoni Territorjali, kull wieħed fl-isfera ta’ responsabbiltà tiegħu. Il-kmamar tal-kummerċ u l-industrija reġjonali u l-kmamar tal-kummerċ u l-industrija territorjali huma suġġetti għall-awtorità tal-Prefett tar-reġjun, megħjun mill-uffiċjal tal-finanzi pubbliċi reġjonali (Artikolu R 712-2 tal-Kodiċi Kummerċjali). L-awtorità b’setgħa superviżorja għandha dritt għall-informazzjoni. Dan ifisser li hija d-destinatarju ta’ ċerti tipi ta’atti. L-atti huma infurzabbli biss jekk ikunu ġew indirizzati lill-awtorità bis-setgħa superviżorja. Il-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija huma rregolati minn assemblea eletta minn fost ir-rappreżentanti tal-industrija fiż-żona tal-ilħuq tagħhom.
(124) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi Magħquda T-267/08 u T-279/08 Région Nord-Pas-de-Calais vs Il-Kummissjoni [2011] Ġabra II-1999, il-paragrafu 108.
(125) Fil-każ ta’ CG16.
(126) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-4397, il-paragrafi 52 sa 56.
(127) L-Artikolu L 710-1 tal-Kodiċi Kummerċjali jipprevedi li: “Il-kmamar jew l-istabbilimenti dipartimentali li jagħmlu parti min-netwerk tal-Kmamar tal-Kummerċ u tal-Industrija, kull wieħed u waħda minnhom, għandhom id-dmir li, fir-rwol tagħhom ta’ korpi intermedjarji tal-Istat, jirrappreżentaw l-interessi tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi quddiem l-awtoritajiet pubbliċi jew l-awtoritajiet barranin. ... In-netwerk, u kull stabbiliment li hemm fih, jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u għall-attrazzjoni u l-ippjanar tal-art tat-territorji kif ukoll għall-appoġġ tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet tagħhom billi jissodisfa, skont it-termini stabbiliti minn digriet, kwalunkwe kompitu ta’ servizz pubbliku u kwalunkwe kompitu ta’ interess ġenerali meħtieġ biex isiru dawk il-kompiti”.
(128) L-Artikolu L 710-1 imsemmi hawn fuq: “Għalhekk, il-kmamar jew l-istabbilimenti dipartimentali kollha fin-netwerk jistgħu jwettqu, f’konformità ma’ kwalunkwe pjanijiet settorjali applikabbli: ... 5. kompitu li joħolqu u jmexxu installazzjonijiet, b’mod partikolari tal-portijiet u tal-ajruporti”.
(129) Il-Kummissjoni tixtieq tirrimarka li ma għandha għalfejn issir l-ebda distinzjoni bejn is-CCI ta’ Angoulême u d-dipartiment speċifiku inkarigat mill-ġestjoni tal-ajruport, magħruf bħala s-CCI-ajruport għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, peress li d-dipartiment inkarigat mill-ġestjoni tal-ajruport ma għandux personalità ġuridika separata li hija distinta minn dik tas-CCI ta’ Angoulême, u sempliċiment jifforma parti minn struttura organizzattiva interna ta’ din tal-aħħar mingħajr ma għandu l-ebda awtonomija biex jieħu d-deċiżjonijiet hu, ħlief f’dak li jirrigwarda l-ġestjoni ta’ kuljum tal-ajruport. Barra minn hekk, la Franza u lanqas il-partijiet terzi ma argumentaw li l-miżuri soġġetti għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali għandhom jiġu assenjati lil dan id-dipartiment biss.
(130) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda 67, 68 u 70/85 van der Kooy vs Il-Kummissjoni [1988] Ġabra 219, il-paragrafu 37.
(131) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat N563/05, Għajnuna mogħtija minn Franza lil Ryanair (rotta Toulon – Londra) (ĠU C 204, 26.8.2006, p. 4).
(132) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-301/87 Franza vs Il-Kummissjoni [1990] Ġabra I-307, il-paragrafu 41.
(133) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4).
(134) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza fil-Kawża T-289/03 BUPA vs Il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-81, il-paragrafi 171 u 224.
(135) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża 127/73, BRT vs SABAM [1974] Ġabra 313.
(136) Ara l-Komunikazzjoni SIEĠ imsemmija hawn fuq, il-punti 46 sa 47.
(137) Ara l-Komunikazzjoni SIEĠ imsemmija hawn fuq, il-punt 47.
(138) Ara l-Komunikazzjoni SIEĠ imsemmija hawn fuq, il-punt 46.
(139) Ara l-punti 69 sa 73 tal-Linji Gwida l-ġodda.
(140) Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-179/90 Merci Convenzionali Porto di Genova [1991] Ġabra I-5889, il-paragrafu 27, C-242/95 GT-Link [1997] Ġabra I-4449, il-paragrafu 53, u C-266/96 Corsica Ferries [1998] Ġabra I-3949, il-paragrafu 45.
(141) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża BRT vs SABAM, imsemmija hawn fuq.
(142) Ara l-premessa 14 ta’ din id-Deċiżjoni, it-Tabella 1.
(143) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8), li minn dak iż-żmien ġie ssostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).
(144) L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 2408/92, imsemmi hawn fuq.
(145) Ara t-Tabella 2 hawn fuq.
(146) Dawn l-obbligi jissemmew fl-Artikoli 20 u 21 tal-ispeċifikazzjoni għall-konċessjoni tal-2002.
(147) Ara t-Taqsima 9 ta’ din id-Deċiżjoni.
(148) Ara l-Komunikazzjoni SIEĠ imsemmija hawn fuq, il-punt 52.
(149) Ara l-premessa 18 ta’ din id-Deċiżjoni.
(150) Il-proċedura hija kif ġej: Kull sena s-CCI ta’ Angoulême tiddefinixxi l-linji gwida baġitarji u kull dipartiment ifassal il-baġit tiegħu skont dawn. Is-Servizz Ġenerali tal-Ajruport, kull sena fil-ħarifa, jippreżenta abbozz ta’ baġit għas-snin n, n+1 u n+2. Il-membri eletti tal-Bureau tas-CCI ta’ Angoulême jeżaminaw dawn l-abbozzi u jagħmlu l-bidliet kollha meħtieġa. Ladarba jiġi approvat mill-Bureau, il-baġit għall-ajruport, flimkien ma’ dawk tad-dipartimenti l-oħra, jiġi ppreżentat f’laqgħa ġenerali lill-membri eletti tas-CCI ta’ Angoulême, li mbagħad jivvutaw dwaru. L-implimentazzjoni tiegħu hija soġġetta għall-votazzjoni tagħhom favurih. Barra minn hekk, ir-rappurtar isir f’intervalli regolari sabiex jivverifika li l-baġit adottat ikun qed jiġi implimentat kif suppost. Matul is-sena n+1, il-baġit għas-sena n jitressaq quddiem l-Assemblea Ġenerali flimkien ma’ kummenti dwar kwalunkwe diskrepanza li tinstab. L-Assemblea Ġenerali terġa’ tivvota sabiex taċċetta l-baġits implimentati.
(151) L-Artikolu 17 tal-istatuti ta’ SMAC.
(152) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 150.
(153) Dokument tal-offerta minn SNC-Lavalin tad-19 ta’ Lulju 2011, aċċettat minn SMAC fit-8 ta’ Awwissu 2011 wara d-deċiżjoni tat-23 ta’ Ġunju 2011.
(154) Ara l-premessa 23 ta’ din id-Deċiżjoni.
(155) L-ordni li jagħti l-konċessjoni tal-ajruport ta’ Angoulême-Brie-Champniers għall-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Angoulême (Arrêté portant concession de l’aéroport d’Angoulême-Brie-Champniers à la Chambre de commerce et d’industrie d’Angoulême).
(156) Id- Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).
(157) Il-kriterji tal-għoti kienu jinkludu l-kriterju segwenti: “l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża vvalutata abbażi tal-kriterji elenkati fl-ispeċifikazzjoni, fl-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerta jew għan-negozjat, jew fid-dokument deskrittiv”.
(158) Ara l-punt 66 tal-Komunikazzjoni SIEĠ imsemmija hawn fuq.
(159) Imwaqqfa f’Jannar 2011, APCO hija sussidjarja li tappartjeni kompletament għas-CCI ta’ Limoges u ta’ Haute-Vienne. L-għan tagħha huwa l-konsulenza dwar il-ġestjoni tal-ajruporti, it-taħriġ lill-persunal tal-ajruporti, il-ġestjoni u l-iżvilupp tal-ajruporti, il-ground handling u s-sigurtà fl-ajruport.
(160) Ara l-premessa 20 ta’ din id-Deċiżjoni.
(161) Ara l-premessa 225 ta’ din id-Deċiżjoni.
(162) Ara t-Taqsima 9 ta’ din id-Deċiżjoni.
(163) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza fil-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-717.
(164) Ara l-punt 43 tal-linji gwida l-ġodda.
(165) Ara l-premessa 225 ta’ din id-Deċiżjoni.
(166) L-Artikolu 14-1 tal-ispeċifikazzjoni u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.
(167) Il-Kummissjoni tqis li jkun opportun li jiġi mfakkar li l-miżuri ta’ għajnuna li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 ikunu wkoll kompatibbli mas-suq intern skont dik id-Deċiżjoni u għall-istess raġunijiet. Għall-finijiet tal-valutazzjoni f’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà skont id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 sostanzjalment mhumiex differenti minn dawk tad-Deċiżjoni tal-2011.
(168) Ara t-Taqsima 8.1.2.2 ta’ din id-Deċiżjoni.
(169) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-342/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-2459, il-paragrafu 41.
(170) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-196/04 Ryanair vs il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-3643.
(171) L-istudju mwettaq minn Alliance ELSA fl-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-prospetti għall-ajruporti ta’ Angoulême Brie-Champnier u Cognac-Chanteaubernard wara l-1 ta’ Jannar 2007.
(172) Il-proporzjon tat-tagħbija jew il-fattur tat-tagħbija huwa definit bħala l-proporzjon tal-postijiet mimlija fl-inġenju tal-ajru li jkun qed jopera fuq ir-rotta tal-ajru inkwistjoni.
(173) L-istudju tal-31 ta’ Jannar 2014, nota f’qiegħ il-paġna 17.
(174) Il-punt 53 tal-linji gwida l-ġodda.
(175) Il-punt 66 tal-linji gwida l-ġodda.
(176) Ara l-punti 59 u 61 tal-linji gwida l-ġodda.
(177) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, imsemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna 69, il-premessi 88 u 89.
(178) Ryanair tibbaża l-analiżi tagħha fuq studju li sar minn Oxera fil-25 ta’ Ġunju 2012.
(179) Wieħed mill-komparaturi magħżula huwa bbażat fuq il-klassifikazzjoni fil-kategorija ta’ ajruporti b’volum ta’ traffiku ta’ inqas minn miljun passiġġier fis-sena. Minħabba li l-imposti tal-ajruport applikati mill-ajruport ta’ Angoulême huma mqabbla ma’ dawk applikati mill-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom jammonta għal diversi mijiet ta’ eluf ta’ passiġġieri fis-sena, l-analiżi komparattiva li tirriżulta hija msejsa fuq bażi li mhijiex preċiża biżżejjed biex tkun aċċettabbli.
(180) Ara l-punt 60 tal-linji gwida l-ġodda.
(181) Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza fil-Kawża T-318/00 Freistaat Thüringen vs il-Kummissjoni [2005] Ġabra II-4179, il-paragrafu 125.
(182) Dan l-istudju tmexxa minn Alliance ELSA.
(183) Ara http://corporate.ryanair.com/investors/traffic-figures/
(184) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza fil-Kawża T-214/95 Vlaams Gewest vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-717.
(185) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar nolijiet u rati għal servizzi tal-ajru (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15).
(186) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-305/89 L-Italja vs il-Kummissjoni [1991] Ġabra I-1603.
(187) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-364/90 L-Italja vs il-Kummissjoni [1993] Ġabra I-2097, il-paragrafu 20.
(188) Il-punt 174 tal-linji gwida l-ġodda.
(189) Il-punt 85 tal-Linji Gwida tal-2005.
(190) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-70/72 il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [1973] Ġabra 813, il-paragrafu 13.
(191) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(192) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni [1994] Ġabra I-4103, il-paragrafu 75.
(193) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-75/97 Il-Belġju vs il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-3671, il-paragrafi 64 u 65.
(8) Fir-rigward tal-kalkolu tal-imgħax, l-għoti tal-għajnuna jitqies li seħħ fil-31 ta’ Diċembru tas-sena inkwistjoni.
(194) Ara l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 659/99 (imsemmi hawn fuq).
(195) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(196) Ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-94/87 il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [1989] Ġabra 175, il-paragrafu 9, u fil-Kawża C-348/93 il-Kummissjoni vs l-Italja [1995] Ġabra 673, il-paragrafu 17.
(197) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2003, p. 1).