24.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 435/6


DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-14 ta' Diċembru 2015

li temenda l-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew

(2015/C 435/03)

IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 25 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 69(2) tal-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2) (“il-Miżuri ta' Implimentazzjoni”), l-ammont massimu ta' spejjeż ta' assistenza parlamentari li jistgħu jitħallsu fir-rigward tal-istaff personali, imsemmi fl-Artikolu 33(4) ta' dawk il-miżuri, huwa, meta jkun xieraq, indiċizzat kull sena fuq il-bażi ta' data stabbilita skont l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (3).

(2)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ffissat ir-rata ta' aġġustament għall-2015 għal 2,4 %. Għalhekk, l-ammont massimu fix-xahar ta' dawn l-ispejjeż li jistgħu jitħallsu għall-assistenza parlamentari għandu jiżdied għal EUR 21 892 b'effett mill-1 ta' Lulju 2015. Fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Bureau tas-26 ta' Ottubru 2015 (4), dan l-ammont għandu jiżdied għal EUR 23 392 b'effett mill-1 ta' Jannar 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 33 tal-Miżuri ta' Implimentazzjoni, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   L-ammont massimu kull xahar li jista' jitħallas fir-rigward tal-membri kollha tal-kollaboraturi personali msemmija fl-Artikolu 34 għandu jkun ta' EUR 21 892 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015. B'effett mill-1 ta' Jannar 2016, dan l-ammont għandu jkun ta' EUR 23 392.”

Artikolu 2

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2015.


(1)  Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju u tad-9 ta' Lulju 2008 dwar miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 159, 13.7.2009, p. 1).

(3)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(4)  Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 397, 28.11.2015, p. 2).