|
14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1141
tat-13 ta' Lulju 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/392/PESK (1). |
|
(2) |
Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/482/PESK (2) li estendiet l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK sal-15 ta' Lulju 2016 u pprovdiet ammont ta' referenza finanzjarja sal-15 ta' Lulju 2015. |
|
(3) |
Fit-23 ta' April 2015, il-Kunsill Ewropew impenja ruħu li jsaħħaħ il-preżenza tal-Unjoni fuq il-baħar, li jipprevjeni l-flussi ta' migrazzjoni illegali u li jirrinforza s-solidarjetà u r-responsabbiltà interni. Huwa ħa l-impenn li jżid l-appoġġ għan-Niġer, fost l-oħrajn, bil-monitoraġġ u l-kontroll fuq il-fruntieri u r-rotot tal-art, b'aktar żvilupp abbażi tal-operazzjonijiet attwali ta' PSDK fir-reġjun. Wara l-Analiżi Strateġika Intermedja, fit-13 ta' Mejju 2015 il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel dwar linja ġdida ta' operazzjoni li tgħaqqad l-impenn f'Niamey ma' preżenza permanenti f'Agadez. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2012/392/PESK għandha tiġi emendata sabiex jiġi estiż il-perijodu kopert mill-ammont ta' referenza finanzjarja sal-15 ta' Lulju 2016. Fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, dan l-ammont ta' referenza finanzjarja se jiġi rivedut wara l-ippjanar operazzjonali ulterjuri dwar approċċ fuq żewġ binarji li jgħaqqad l-impenn imsaħħaħ f'Niamey ma' preżenza permanenti f'Agadez. |
|
(5) |
L-EUCAP Sahel Niger ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/392/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2012 sal-31 ta' Ottubru 2013 għandu jkun ta' EUR 8 700 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2013 sal-15 ta' Lulju 2014 għandu jkun ta' EUR 6 500 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2014 sal-15 ta' Lulju 2015 għandu jkun ta' EUR 9 155 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2015 sal-15 ta' Lulju 2016 għandu jkun ta' EUR 9 800 000.”. |
|
(2) |
L-Artikolu 13a huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 13a Ċellula ta' proġetti 1. L-EUCAP Sahel Niger għandha jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti li jkunu konsistenti mal-objettivi tal-missjoni u li jiffaċilitaw it-twettiq tal-mandat. L-EUCAP Sahel Niger għandha, skont kif ikun meħtieġ, tiffaċilita u tipprovdi pariri dwar proġetti, implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi, taħt ir-responsabbiltà tagħhom f'oqsma marbutin mal-EUCAP Sahel Niger u b'appoġġ għall-objettivi tagħha. 2. Soġġett għall-paragrafu 3, EUCAP Sahel Niger għandha tkun awtorizzata tirrikorri għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-UE u l-Istati Membri jew minn Stati terzi għall-implimentazzjoni ta' proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw b'mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-EUCAP Sahel Niger, jekk il-proġetti jkunu:
Ladarba l-Kummissjoni jew dawk l-Istati jkunu formalment ipproponew li l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom tiġi ġestita mill-EUCAP Sahel Niger, l-EUCAP Sahel Niger għandha tikkonkludi arranġament mal-Kummissjoni jew dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-EUCAP Sahel Niger fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati Membri kontribwenti fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli għal atti jew ommissjonijiet mill-EUCAP Sahel Niger fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. 3. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-UE jew minn Stati terzi għaċ-Ċellula ta' Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni mill-KPS.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mis-16 ta' Lulju 2015
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. ETGEN
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/482/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 31).