11.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/1128

tas-7 ta' Lulju 2015

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tat-12 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah, EU BAM Rafah (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah), inkluż b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fid-29 ta' Mejju 2015, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sinjura Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni tal-Missjoni EU BAM Rafah mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1065 (2) estendiet il-mandat ta' EU BAM Rafah sat-30 ta' Ġunju 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Natalina CEA hija b'dan maħtura bħala Kap tal-Missjoni tal-EU BAM Rafah għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2015.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1065 tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 174, 3.7.2015, p. 23).