|
8.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1071
tal-1 ta’ Ottubru 2014
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA 26190 (2012/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Saarbrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport
(notifikata bid-dokument numru C(2014) 5062)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) iċċitata/i hawn fuq (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
F’mistoqsija parlamentari tal-2008, l-MEP Hiltrud Breyer qajmet il-kwistjoni tal-finanzjament pubbliku ta’ Verkehrsholding Saarland (“vh Saar”), tal-Ajruport ta’ Saarbrücken u tal-iskontijiet mogħtija lil-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (3). Il-mistoqsija parlamentari ġiet imwieġba mill-Kummissarju Tajani fil-5 ta’ Settembru 2008. Barra minn hekk, il-mistoqsija ġiet irreġistrata bħala lment taħt CP 171/2008. |
|
(2) |
Il-mistoqsija parlamentari allegat li vh Saar irċeviet EUR 11-il miljun mill-baġit Statali ta’ Saarland fil-forma ta’ żieda ta’ kapital. Kien allegat li dawn il-fondi ntużaw sabiex ikopru t-telf tal-kumpanija operattiva tal-ajruport, li kienet tappartjeni għal kumpanija sussidjarja ta’ vh Saar. Kien affermat li l-operatur tal-ajru, il-kumpanija prinċipali tiegħu u vh Saar kienu marbutin flimkien permezz ta’ ftehimiet ta’ trasferiment ta’ profitt u telf (“ftehimiet P&L”). Din il-kostruzzjoni allegatament serviet l-iskop li tissussidja b’mod moħbi u permanenti lill-ajruport li ma kienx qed jagħmel profitt. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mill-Ġermanja fil-31 ta’ Lulju 2008, fl-24 ta’ Settembru 2010, fl-24 ta’ Marzu 2011 u fit-8 ta’ Awwissu 2011. Il-Ġermanja wieġbet għal dawn it-talbiet u pprovdiet aktar informazzjoni fl-4 ta’ Novembru 2008, fis-17 ta’ Jannar 2011, fl-14 ta’ Ġunju 2011 u fis-7 ta’ Ottubru 2011. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra datata t-22 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja li hija kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għajnuna. |
|
(5) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-allegata għajnuna. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand parti interessata waħda – Air Berlin – fl-20 ta’ Awwissu 2012. Hija bagħtet dawn il-kummenti lill-Ġermanja fl-1 ta’ Ottubru 2012, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi fi żmien xahar; il-kummenti tal-Ġermanja waslu permezz ta’ ittra datata d-29 ta’ Ottubru 2012. Individwi privati bagħtu l-kummenti tagħhom fi ħdan il-qafas tal-proċedura, fejn iddikjaraw li l-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruport kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
|
(7) |
Wara l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni fl-24 ta’ Frar 2012, fit-23 ta’ April 2012, fis-16 ta’ Ottubru 2012, fis-26 ta’ Novembru 2013 u fl-14 ta’ Marzu 2014. Il-Ġermanja wieġbet għal dawn it-talbiet u bagħtet aktar informazzjoni fis-17 ta’ April 2012, fl-4 ta’ Mejju 2012, fl-14 ta’ Diċembru 2012, fl-14 ta’ Jannar 2014 u fit-3 ta’ April 2014. |
|
(8) |
Fl-24 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja li l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 (5) ġew adottati fl-20 ta’ Frar 2014 u stiednet lill-Ġermanja biex tissottometti l-kummenti tagħha fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni ġodda fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-Ġermanja wieġbet fis-6 ta’ Mejju 2014. |
|
(9) |
Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta’ April 2014 (6). Huma ħadu post il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 (7). |
|
(10) |
Fil-15 ta’ April 2014 ġiet ippubblikata notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li stiednet lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, f’dan il-każ fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika (8). Air Berlin bagħtet il-kummenti tagħha fil-5 ta’ Mejju 2014. |
|
(11) |
Fis-17 ta’ Ġunju 2014, il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni li hija taċċetta b’eċċezzjoni li din id-deċiżjoni tiġi adottata bil-lingwa Ingliża. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U R-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
2.1. L-ISFOND TAL-INVESTIGAZZJONI
2.1.1. L-ISTORJA U L-IŻVILUPP TAL-AJRUPORT TA’ SAARBRÜCKEN
|
(12) |
L-Ajruport ta’ Saarbrücken huwa l-ajruport tal-kapitali tal-Land Saarland, Saarbrücken. Skont l-informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku, l-ajruport kien inawgurat fl-1928 u baqa’ jitħaddem sal-1939, meta mbagħad ingħalaq wara li faqqgħet il-gwerra. L-ajruport reġa’ beda jopera fl-1966, meta nbniet runway moderna adattata għal ajruplani medji. Fl-1999 bdiet il-kostruzzjoni ta’ terminal ġdid, li kienet teħtieġ investiment ta’ madwar EUR 11,8 miljun. It-terminal il-ġdid, li skont l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku kien iddisinjat biex jilqa’ fih sa 8 00 000 passiġġier fis-sena (“pax”), infetaħ f’Mejju 2005. Madankollu, minħabba limitazzjonijiet li rriżultaw mill-infrastruttura tas-sigurtà, il-Ġermanja ssostni li l-kapaċità proprja tal-ajruport hija ta’ 7 00 000 pax biss. |
|
(13) |
It-Tabelli 1 u 2 jindikaw l-iżvilupp tal-ajruport f’termini tal-għadd ta’ passiġġieri u l-movimenti tal-ajruplani. It-trasport tal-merkanzija bl-ajru ma għandux sinifikat kbir fl-Ajruport ta’ Saarbrücken. Tabella 1 Għadd ta’ Passiġġieri 1998 – 2012 (9)
Tabella 2 Movimenti tal-Ajruplani (10)
|
|
(14) |
L-aktar żviluppi sinifikanti għall-ajruport kienu t-tluq ta’ Hapag Lloyd fl-2006, minn naħa waħda, u t-twaqqif ta’ Air Berlin fl-2007, min-naħa l-oħra. Il-linja tal-ajru charter Hapag Lloyd (issa “TUIFly”) ikkontribwixxiet aktar minn 1 90 000 passiġġier għat-traffiku totali ta’ Saarbrücken qabel ma ddeċidiet li tirriloka l-operazzjonijiet tagħha lejn l-Ajruport ta’ Zweibrücken, li jinsab fil-qrib. It-twaqqif ta’ Air Berlin, min-naħa l-oħra, wera żieda sinifikanti fit-traffiku tat-titjiriet skedati f’Saarbrücken. B’konsegwenza ta’ dan, filwaqt li sal-2006, it-traffiku charter kien jiddomina l-operazzjonijiet fl-Ajruport ta’ Saarbrücken, sa mill-2007, it-traffiku tat-titjiriet skedati beda jkun responsabbli għall-maġġoranza tal-passiġġieri f’Saarbrücken. |
|
(15) |
Fir-rigward tal-ġejjieni, il-Ġermanja sostniet li skont l-aktar projezzjoni riċenti tat-traffiku tal-ajru (Awwissu 2010), l-għadd ta’ passiġġieri jista’ jkun mistenni li jiżdied għal […] (*1) passiġġieri fis-sena 2020. |
2.1.2. IL-POŻIZZJONI ĠEOGRAFIKA U Ż-ŻONA TA’ LĦUQ
|
(16) |
L-Ajruport ta’ Saarbrücken jinsab madwar 10 km lejn il-lbiċ tal-Belt ta’ Saarbrücken. L-eqreb ajruporti oħrajn huma (11):
|
|
(17) |
Il-Ġermanja sostniet li l-maġġoranza kbira tal-passiġġieri huma mir-reġjun. Huwa affermat li 71 % tal-passiġġieri huma minn Saarland, 15 % mill-parti tal-punent ta’ Rhineland-Palatinate (inkluż ir-reġjun ta’ Zweibrücken) u madwar 14 % joriġinaw minn Franza, mil-Lussemburgu u mir-reġjun ta’ Trier. Iż-żieda proġettata tal-għadd ta’ passiġġieri mistennija tirriżulta wkoll minn żieda fid-domanda mir-reġjun ta’ Saarland. |
2.1.3. L-ISTRUTTURA LEGALI U EKONOMIKA TAL-AJRUPORT TA’ SAARBRÜCKEN
|
(18) |
Fl-1997, il-kumpanija Flughafen Saarbrücken GmbH, li qabel kienet proprjetarja u operatur tal-Ajruport, inqasmet f’żewġ kumpaniji separati: il-Flughafen Saarbrücken Betriebsgesellschaft mbH (“FSBG”) kienet inkarigata mill-operat tal-ajruport, filwaqt li l-Flughafen Saarbrücken Besitzgesellschaft mbH (“FSBesitzG”) kienet il-proprjetarja tal-ajruport u inkarigata mill-manutenzjoni tal-infrastruttura. Sabiex tkun tista’ topera u tisfrutta kummerċjalment l-ajruport, FSBG kellha tħallas pagament għall-kiri lil FSBesitzG. |
|
(19) |
Sat-30 ta’ Ġunju 2007, 48 % mill-proprjetà tal-FSBG kienet tal-FSBesitzG, 51 % tal-Fraport AG (l-operatur tal-Ajruport (Prinċipali) ta’ Frankfurt) u 1 % tal-Belt ta’ Saarbrücken. Min-naħa tagħha, l-FSBesitzG kienet 99,9 % proprjetà ta’ vh Saar u 0,1 % tal-Land Saarland. Il-vh Saar kienet dejjem direttament proprjetà tal-Land Saarland. |
|
(20) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2007, il-Fraport AG biegħet is-sehem tagħha f’FSBG lil FSBesitzG, li sussegwentement kellha 99 % mill-proprjetà tal-FSBG. Fil-bidu tal-2008, iż-żewġ kumpaniji ġew amalgamati sabiex reġgħet twaqqfet il-Flughafen Saarbrücken GmbH (minn hawn ‘il quddiem: “FSG”), sabiex b’hekk essenzjalment reġgħet inħolqot is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel il-privatizzazzjoni parzjali għal Fraport AG fl-1997. Mill-2008 sal-lum, FSG hija 100 % proprjetà ta’ vh Saar. |
|
(21) |
vh Saar twaqqfet mill-Ministeru ta’ Saarland għall-Ekonomija u l-Finanzi fl-1996. L-għan tal-kumpanija huwa “l-koordinazzjoni tal-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-kostruzzjoni, l-estensjoni u l-operat ta’ ajruporti u portijiet pubbliċi fis-Saarland” . Il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ dominazzjoni mal-FSG kienet prevista fl-istatuti ta’ vh Saar. Il-bord tad-diretturi u l-bord ta’ superviżjoni huma nnominati mill-Gvern tal-Istat ta’ Saarland bħala l-azzjonist waħdieni. Minbarra tal-FSG, vh Saar huwa wkoll il-proprjetarju ta’ Hafenbetriebe Saarland GmbH (minn hawn ‘il quddiem: “HSG”), proprjetarju u operatur ta’ diversi portijiet f’Saarland. |
|
(22) |
FSBesitzG twaqqfet fl-4 ta’ Lulju 1997 bħala s-suċċessur legali tal-FSG oriġinali. L-iskop tagħha kien “il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni u l-kiri tal-Ajruport u l-parteċipazzjoni azzjonarja fl-[FSBG]” . Il-bord ta’ superviżjoni nħatar mill-Gvern ta’ Saarland u l-president tiegħu ntgħażel mill-Ministeru ta’ Saarland responsabbli għas-settur tal-avjazzjoni. Il-maniġment tal-kumpanija kien marbut mal-istruzzjonijiet li rċieva mingħand il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi fir-rigward tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-vot tiegħu fl-assemblea tal-azzjonisti tal-FSBG. |
|
(23) |
FSBG twaqqfet fl-4 ta’ Lulju 1997. L-għan tagħha kien l-operat tal-Ajruport ta’ Saarbrücken. Il-maniġment inħatar minn maġġoranza ta’ 75 % tal-assemblea tal-azzjonisti. Il-bord ta’ superviżjoni kien jikkonsisti f’għaxar membri, li ħamsa minnhom inħatru minn Fraport AG u FSBesitzG, rispettivament. Mill-2006 ‘l hawn, il-bord beda jikkonsisti f’sitt membri, li tnejn minnhom inħatru minn Fraport AG u erbgħa minn FSBesitzG. |
|
(24) |
FSG twaqqfet fit-30 ta’ Awwissu 2008. L-għan tagħha huwa l-operat tal-Ajruport ta’ Saarbrücken għall-avjazzjoni ċivili u n-negozji anċillari konnessi. Il-membri tal-bord tad-diretturi u l-bord ta’ superviżjoni jiġu nnominati mill-Gvern tal-Istat ta’ Saarland. Il-president tal-bord ta’ superviżjoni jinħatar mill-Ministeru responsabbli għall-avjazzjoni. |
2.2. IL-MIŻURI LI QEGĦDIN JIĠU INVESTIGATI U R-RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(25) |
Il-Kummissjoni investigat bosta miżuri li jinvolvu lill-Ajruport ta’ Saarbrücken. Il-Kummissjoni evalwat jekk dawk il-miżuri kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u jekk tali għajnuna mill-Istat tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
|
(26) |
Il-miżuri li ġejjin ġew investigati bħala li potenzjalment jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil vh Saar, FSG u FSBesitzG:
|
|
(27) |
Il-kuntratt ta’ kiri bejn FSBesitzG u FSBG kien investigat bħala li potenzjalment jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil FSBG. |
|
(28) |
Il-miżuri li ġejjin ġew investigati bħala li potenzjalment jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil diversi linji tal-ajru li joperaw fl-Ajruport ta’ Saarbrücken:
|
2.2.1. IL-FINANZJAMENT TA’ VH SAAR, FSG U FSBESITZG
Deskrizzjoni dettaljata tal-miżura
|
(29) |
Il-vh Saar hija finanzjarjament konnessa mal-kumpanija sussidjarja tagħha – sat-30 ta’ Awwissu 2008 l-FSBesitzG u minn hemm ‘il quddiem l-FSG – permezz ta’ ftehim P&L, bil-konsegwenza tkun li l-vh Saar kopriet it-telf kollu mġarrab minn dawn il-kumpaniji. Fl-istess ħin, vh Saar irċeviet profitti ġġenerati mit-tieni kumpanija sussidjarja tagħha – HSG – u injezzjonijiet ta’ kapital diretti mill-azzjonist waħdieni tagħha, il-Land Saarland. Dawn il-fondi żguraw li l-vh Saar dejjem ikollha l-mezzi biex tkopri t-telf ta’ FSBesitzG/FSG. Il-ftehim P&L kien oriġinarjament konkluż bejn vh Saar u l-predeċessur legali ta’ FSBesitzG, jiġifieri l-FSG, fl-1 ta’ Jannar 1997. Wara t-twaqqif mill-ġdid tal-FSG, hija ssuċċediet lill-FSBesitzG fil-kuntratt. |
|
(30) |
L-FSBG, li kienet legalment separata mill-FSBesitzG sal-2008, kisbet profitt regolari sal-2006. Il-profitti jew tqassmu lill-azzjonisti (sat-30 ta’ Ġunju 2007, FSBesitzG u Fraport AG), f’liema każ kienu amministrati bħala dħul fil-karti bilanċjali tal-azzjonisti fis-sena ta’ wara, jew inkella ġew investiti mill-ġdid. Fl-2007, wara li l-FSBesitzG saret l-azzjonista waħdanija tal-FSBG, it-telf annwali sinifikanti kien kopert minn injezzjoni ta’ kapital korrispondenti mill-FSBesitzG. L-FSBesitzG u l-FSBG ġew amalgamati fil-bidu tal-2008, bir-riżultat li t-telf ikkombinat issa qed ikun kopert minn vh Saar. |
|
(31) |
Sa mis-sena 2000, it-telf tal-FSBesitzG/FSG u l-injezzjonijiet ta’ kapital korrispondenti minn vh Saar, iffinanzjati mill-injezzjonijiet ta’ kapital riċevuti mis-Saarland u minn dħul ieħor, żviluppaw kif ġej: Tabella 3 It-telf annwali ta’ FSBesitzG/FSG f’EUR
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(32) |
It-telf stmat ta’ FSG għas-sena 2013 jammonta għal EUR 9 4 27 000. |
|
(33) |
Matul il-perjodu 2000-2012, l-EBITDA ta’ FSBesitzG/FSG żviluppa kif ġej: Tabella 4 L-iżvilupp tal-EBITDA f’EUR (12)
|
|
(34) |
Għas-sena 2013, kien stmat li l-EBITDA ta’ FSG reġa’ kien negattiv, fejn kien jammonta għal EUR – 5 1 44 000. |
|
(35) |
Il-Ġermanja sostniet li matul il-perjodu 2000-2009, il-maġġoranza tal-ispejjeż jistgħu jiġu traċċati lura għall-investiment fi u l-manutenzjoni tal-infrastruttura, il-pagamenti tal-imgħax fuq is-self meħud sabiex jiġu ffinanzjati l-investimenti fl-infrastruttura u n-nefqa għall-finijiet ta’ sikurezza/sigurtà. Huwa affermat li l-ispejjeż totali għal dawn l-attivitajiet jammontaw għal madwar […]. Huwa mifhum li dawn l-ispejjeż mhumiex relatati mal-provvista ta’ servizzi fl-ajruport, iżda joriġinaw esklussivament mill-ħolqien u l-operat tal-infrastruttura. Tabella 5 L-Ispejjeż tal-Infrastruttura u tas-Sikurezza/Sigurtà matul il-perjodu 2000 – 2009
|
|
(36) |
Il-Ġermanja (14) speċifikat li matul il-perjodu 2000-2009 twettqu l-attivitajiet li ġejjin ta’ investiment u manutenzjoni: |
(i) Il-kostruzzjoni ta’ terminal ġdid b’faċilitajiet awżiljarji fis-sena 2000 (spejjeż netti ta’ madwar […]).
|
(37) |
Il-kapaċità annwali tat-terminal l-antik kienet ta’ 3 90 000 passiġġier fis-sena (15). Hija nqabżet għall-ewwel darba fl-1996. F’dik is-sena, l-għadd tal-passiġġieri annwali fl-Ajruport ta’ Saarbrücken laħaq it-3 95 000 passiġġier u kompla jikber sas-sena 2000, meta laħaq total ta’ 4 84 566 passiġġier. Skont il-Ġermanja, it-terminal l-antik ta’ spiss kien qed jispiċċa f’konġestjoni, b’mod partikolari matul ix-xhur ewlenin tal-ivvjaġġar (il-perjodu tas-sajf), li kkawżat ħinijiet ta’ stennija twal, żoni ffollati żżejjed bil-passiġġieri jew sitwazzjoni ta’ passiġġieri jistennew barra t-terminal. Barra minn hekk, it-terminal l-antik ma kienx għadu konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà. It-terminal il-ġdid huwa mgħammar b’sistema ta’ sigurtà ġdida. It-terminal l-antik issa qed iservi bħala żona ta’ stennija u minn fejn jgħaddu l-passiġġieri. |
(ii) L-implimentazzjoni taż-Żona tar-Runway u tas-Sikurezza bejn l-2009 u l-2010 (spejjeż netti inklużi xogħlijiet elettroniċi ta’ madwar […])
|
(38) |
Fl-2009-2010 ġiet implimentata ż-żona tar-runway u tas-sikurezza, li kienet komposta minn għadd ta’ miżuri ta’ kostruzzjoni u sigurtà li ttieħdu bil-għan li tiżdied is-sigurtà tal-infrastruttura tal-ajruport u biex dawn isiru konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli. B’mod partikolari, id-dwal tar-runway ġew aġġustati f’post aħjar biex jagħtu sinjali aħjar lill-bdoti, ġew installati d-dwal (“guard lights”) tul ir-runway u s-superstruttura tal-kurva tar-runway ġiet aġġustata għall-ħtiġijiet tal-ajruplani moderni. |
(iii) Manutenzjoni tar-runway fl-2009 (spejjeż netti ta’ madwar […])
|
(39) |
Bejn l-2009 u l-2010 saret ukoll manutenzjoni tar-runway sabiex jiġi evitat li ssir ħsara lill-ajruplani li joperaw fl-ajruport. |
Ir-raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
L-eżistenza tal-għajnuna
|
(40) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel osservat li l-finanzjament ta’ vh Saar mis-Saarland u ta’ FSBesitzG/FSG minn vh Saar kien jinvolvi trasferiment ta’ riżorsi Statali, direttament jew inkella minħabba li vh Saar kienet ikkontrollata kompletament mis-Saarland u l-azzjonijiet tagħha imputabbli lilu. L-attivitajiet ta’ FSBesitzG, FSGB u FSG, kif ukoll possibbilment dawk ta’ vh Saar innifisha kienu jammontaw ukoll għal attivitajiet ekonomiċi. |
|
(41) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ spjegat li abbażi tal-informazzjoni disponibbli, kien jidher li vh Saar innifisha ma kienet qed tieħu ebda vantaġġ, hekk kif apparentement hija għaddiet il-fondi kollha li kienet irċeviet mingħand is-Saarland lil FSBesitzG/FSG. Il-Ġermanja ntalbet tipprovdi aktar informazzjoni dwar jekk vh Saar żammitx uħud mill-fondi Statali li kienet irċeviet għal skop ieħor jew għal attività oħra. Fir-rigward ta’ FSBesitzG/FSG, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li l-fondi riċevuti mingħand vh Saar baxxew l-ispejjeż li normalment kien ikollu jħallas l-ajruport, sabiex b’hekk ikkostitwixxew vantaġġ ekonomiku. |
|
(42) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ imbagħad evalwat jekk il-finanzjament jistax jiġi kkaratterizzat bħala kumpens għal servizz ta’ interess ġenerali (SGEI) wara l-ġurisprudenza ta’ Altmark. Kien osservat li abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ir-raba’ kriterju ta’ Altmark ma deherx li kien issodisfat. B’mod aktar partikolari, kien osservat li l-operat tal-ajruport qatt ma kien esternalizzat, u lanqas ma l-finanzjament kien ibbażat fuq analiżi tal-ispejjeż li kien ikollha tħallas impriża mmexxija tajjeb u pprovduta b’mod adegwat bil-mezzi neċessarji. Billi l-kriterji ta’ Altmark huma kumulattivi, din is-sejba kienet biżżejjed għall-konklużjoni preliminari li l-finanzjament ma jistax jitqies bħala kumpens għal SGEI skont dik il-ġurisprudenza. |
|
(43) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, lanqas ma kien jidher li l-finanzjament jista’ jiġi ġustifikat bħala li huwa konformi mal-imġiba ta’ operatur fl-ekonomija tas-suq (MEO) razzjonali. B’mod partikolari, kien osservat li l-Ġermanja ma ppreżentat ebda pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew xi dokumentazzjoni oħra li turi li jista’ jkun mistenni profitt. Għall-kuntrarju, it-telf annwali li qed jiżdied minflok indika li l-ajruport ma jkunx vijabbli mingħajr appoġġ finanzjarju mis-Saarland permezz ta’ vh Saar, sitwazzjoni li tista’ tindika li allura l-ajruport kien impriża f’diffikultajiet finanzjarji. Għalhekk, il-Kummissjoni ħadet il-pożizzjoni preliminari li l-finanzjament tal-ajruport minn vh Saar ma kienx konformi mat-test tal-MEO u talbet lill-Ġermanja sabiex tikkummenta dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-ajruport. |
|
(44) |
Fl-aħħar nett, kien innotat li l-finanzjament kien selettiv, li l-miżura fixklet jew heddet li tfixkel il-kompetizzjoni u li, abbażi tal-qrubija tal-ajruport ma’ għadd ta’ ajruporti fi Stati Membri oħrajn, deher li kien hemm effett fuq il-kummerċ intra-UE. Għalhekk, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-finanzjament tabilħaqq kien jammonta għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
Il-kompatibbiltà
|
(45) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel iddiskutiet jekk il-finanzjament tal-ajruport jistax jikkwalifika bħala kompatibbli skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 (16). Hija osservat li ma tpoġġiet disponibbli ebda informazzjoni li turi li, mingħajr l-ajruport, ir-reġjun fejn dan jinsab jispiċċa tant iżolat li ssir ħsara lill-iżvilupp ekonomiku u soċjali tiegħu. Billi jidher li ż-żona ta’ lħuq tal-Ajruport ta’ Saarbrücken tista’ tiġi servuta wkoll minn ajruporti oħrajn fir-reġjun, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li d-definizzjoni tal-operat tal-Ajruport ta’ Saarbrücken bħala SGEI skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 kienet tikkostitwixxi żball evidenti. |
|
(46) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat ukoll li, fi kwalunkwe każ, l-ajruport ma kienx fdat kif xieraq bl-SGEI li jipprovdi servizzi relatati mal-ajruport, li ma kienx ċar li l-finanzjament kien limitat għall-attivitajiet ewlenin tal-ajruport u li l-parametri tal-kumpens ma ġewx definiti minn qabel. Għaldaqstant, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-finanzjament ma ssodisfax il-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005. |
|
(47) |
Ġie analizzat ukoll jekk il-kundizzjonijiet stipulati fit-taqsima 4.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 ġewx issodisfati. Dawn il-kundizzjonijiet huma simili għal dawk inklużi fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005. In-nuqqas ta’ att ta’ inkarigu xieraq u n-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet li jillimitaw il-finanzjament għall-attivitajiet ewlenin tal-ajruport, fost l-oħrajn, wasslu għall-konklużjoni preliminari li l-finanzjament ma setax jinstab kompatibbli skont it-taqsima 4.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
|
(48) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ analizzat ukoll jekk il-finanzjament jistax ikun kompatibbli skont it-taqsima 4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Hija osservat li l-ftehim P&L ma serviex speċifikament l-iskop li jiffinanzja l-investimenti infrastrutturali, iżda sempliċiment kopra t-telf kollu li rriżulta mill-attivitajiet tal-Ajruport. Din id-deċiżjoni nnotat ukoll li tali strument diffiċli jkollu effett ta’ inċentiv f’termini tal-investimenti u osservat li l-Ġermanja pprevediet biss EBITDA pożittiv għas-sena 2020, iżda mhux riżultat globali pożittiv. Fl-aħħar nett, kien ikkunsidrat li l-operat tal-ajruport deher li affettwa b’mod negattiv l-operat tal-ajruport fil-qrib fi Zweibrücken. Għalhekk, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-finanzjament skont it-taqsima 4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
|
(49) |
Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ indirizzat il-kwistjoni tal-kompatibbiltà possibbli tal-finanzjament skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar (17). Il-Ġermanja ntalbet tikkjarifika jekk l-ajruport jistax jitqies bħala impriża li tinsab f’diffikultajiet u, jekk iva, jekk itteħdux miżuri b’konformità mal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
|
(50) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni adottat il-pożizzjoni preliminari li l-finanzjament ta’ vh Saar, FSBesitzG u FSG permezz ta’ għotjiet diretti lil vh Saar mis-Saarland u permezz ta’ injezzjonijiet ta’ kapital minn vh Saar f’FSBesitzG/FSG kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Hija esprimiet ukoll id-dubji tagħha, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, rigward il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq intern. |
2.2.2. IT-TRASFERIMENT TA’ DIVERSI PLOTTIJIET TA’ ART LIL FSBESITZG
Deskrizzjoni dettaljata tal-miżura
|
(51) |
Sa mill-1998, il-Ġermanja ttrasferiet diversi plottijiet ta’ art lill-ajruport, li skont is-sottomissjoni tal-Ġermanja kellhom valur totali ta’ EUR 2 40 000. Minn fost id-diversi plottijiet ta’ art, kienu biss tlieta li ġew ittrasferiti wara s-sena 2000. Skont il-Ġermanja, dawn il-plottijiet ta’ art kellhom valur ikkombinat ta’ […]. Fis-snin 2002 u 2003 ġew ittrasferiti żewġ plottijiet ta’ artijiet […] u fis-sena 2004 l-ajruport xtara plott wieħed għal prezz ta’ […]. |
Ir-raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
L-eżistenza tal-għajnuna
|
(52) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel osservat li t-trasferiment tal-art tal-Istat kien jammonta għal trasferiment ta’ riżorsi Statali. Minħabba li l-operat u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport għandhom jitqiesu bħala kompitu li jaqa’ fi ħdan l-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat biss mid-data tas-sentenza fil-kawża Aéroports de Paris (it-12 ta’ Diċembru 2000), kienu biss it-trasferimenti li seħħew wara dik id-data li kienu rilevanti għal analiżi tal-għajnuna mill-Istat u, għalhekk, il-Ġermanja ntalbet tikkjarifika liema plottijiet ta’ art ġew ittrasferiti wara s-sena 2000 u x’valur kellhom. Il-Kummissjoni osservat ukoll li t-trasferiment ma kienx konformi mat-test tal-MEO, kien selettiv u, għall-istess raġunijiet imsemmija fir-rigward tal-finanzjament ġenerali, fixkel il-kompetizzjoni u affettwa l-kummerċ intra-UE. |
|
(53) |
Il-Ġermanja sostniet li l-art ittrasferita kienet mill-inqas parzjalment meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza jew sigurtà (bħall-kostruzzjoni ta’ ċnut tas-sigurtà), bil-konsegwenza li dawn il-miżuri ma jistgħux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja sabiex tikkjarifika eżattament liema miżuri kienu direttament relatati mas-sikurezza fit-traffiku tal-ajru u mal-eżerċitar ta’ prerogattivi sovrani, u esprimiet id-dubji tagħha li l-kostruzzjoni taċ-ċnut tas-sigurtà kienet isservi biss l-iskop li tiggarantixxi operazzjonijiet siguri fl-ajruport, biex b’hekk taqa’ wkoll fl-ambitu tal-ispejjeż li huma neċessarjament marbuta mal-attività ekonomika tal-operat ta’ ajruport. Il-Ġermanja ntalbet tispjega wkoll jekk il-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika huwiex irregolat bl-istess mod fir-rigward tal-ajruporti Ġermaniżi kollha, jew jekk xi ajruporti kellhomx huma stess iġorru l-ispejjeż li kienu koperti mill-Istat għal ajruporti oħrajn. |
|
(54) |
Għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-ftuħ waslet għall-konklużjoni preliminari li t-trasferiment tal-art kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
Il-kompatibbiltà
|
(55) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ fakkret li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jinvokaw ir-raġunijiet possibbli ta’ kompatibbiltà u li juru li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti. Kien innotat li minħabba li l-Ġermanja ma kinitx temmen li t-trasferiment tal-art inkwistjoni kien jammonta għal għajnuna mill-Istat, huma ma ppreżentaw ebda argument rigward il-kompatibbiltà. Il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja sabiex tispjega jekk it-trasferiment tal-art jistax ikun kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien li ġiet adottata d-deċiżjoni tal-ftuħ, hija kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern. |
2.2.3. GARANZIJI FUQ IS-SELF GĦALL-BENEFIĊĊJU TA’ VH SAAR U FSBESITZG
Deskrizzjoni dettaljata tal-miżura
|
(56) |
Il-Land Saarland ta garanziji lil FSBesitzG fi tliet okkażjonijiet (żewġ garanziji fis-sena 1998 u waħda fis-sena 1999), kull darba mingħajr ma jirċievi ebda rimunerazzjoni. Barra minn hekk, Saarland ħareġ żewġ ittri ta’ konfort bħala titolu ta’ sigurtà għal żewġ tranżazzjonijiet ta’ self meħuda minn vh Saar. vh Saar ittrasferiet tali self lil FSBesitzG. Tabella 6 Garanziji u Ittri ta’ Konfort
|
Ir-raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
L-eżistenza tal-għajnuna
|
(57) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat li, għall-istess raġunijiet imsemmija fil-premessa 52, huma biss il-garanziji li ngħataw wara s-sena 2000 li kienu rilevanti għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. Minħabba l-informazzjoni li kienet disponibbli f’dak iż-żmien, il-Kummissjoni assumiet li l-garanzija li tkopri self li jammonta għal EUR 1 1 4 53 000 kienet ingħatat wara s-sena 2000. Hija spjegat li minħabba li l-garanzija għal dan is-self, kif ukoll l-ittra ta’ konfort maħruġa għas-self tal-2005 u tal-2006 meħud minn vh Saar, kienu jkopru 100 % tas-self u li ladarba s-Saarland ma rċieva ebda rimunerazzjoni għall-garanzija/ittri ta’ konfort, dawn dehru li kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont in-Notifika tal-Garanzija (18). Rigward is-selettività, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ, applikaw l-istess kunsiderazzjonijiet bħal dawk li ġew spjegati fir-rigward tal-finanzjament ġenerali ta’ FSBesitzG/FSG minn vh Saar. |
Il-kompatibbiltà
|
(58) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ assumiet li l-garanzija għas-self li jammonta għal EUR 1 1 4 53 000 ingħatat wara s-sena 2000. Meta wieħed jinnota li s-self sottostanti serva biex jiffinanzja l-bini tat-terminal il-ġdid, id-deċiżjoni tal-ftuħ ivvalutat il-kompatibbiltà tal-garanzija skont it-taqsima 4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Hija waslet għall-konklużjoni preliminari li kien hemm dubji dwar jekk it-terminal il-ġdid serviex objettiv definit b’mod ċar ta’ interess pubbliku (minħabba li ma kienx ċar jekk ajruporti oħrajn fil-qrib setgħux iservu ż-żona ta’ lħuq tal-Ajruport ta’ Saarbrücken huma wkoll), jekk it-terminal kienx neċessarju għall-funzjonament tal-ajruport, jekk dan kellux prospetti sodisfaċenti fuq perjodu ta’ żmien medju (minħabba li l-Ġermanja ma ssottomettiet ebda dejta dwar meta l-ajruport jista’ jsir profittabbli), jekk l-utenti kollha kellhomx aċċess ugwali u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura (minħabba li ma kienx ċar jekk l-utenti kollha ngħatawx l-istess vantaġġi bħal Cirrus u Air Berlin) u, fl-aħħar nett, jekk dan affettwax l-iżvilupp tal-kummerċ sa ċertu punt li jmur kontra l-interess tal-Unjoni. |
|
(59) |
Fir-rigward tal-ittri ta’ konfort tal-2005 u tal-2006, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li l-Ġermanja ma spjegatx xi skop kien qed iservi s-self sottostanti. Għal din ir-raġuni, kif ukoll minħabba li l-Ġermanja ma ppreżentat ebda argument dwar il-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-għajnuna mill-Istat involuta f’dawn il-miżuri kienet inkompatibbli mas-suq intern. |
2.2.4. IL-KUNTRATT TA’ KIRI BEJN FSBESITZG U FSBG
Deskrizzjoni dettaljata tal-miżura
|
(60) |
Wara li l-FSG oriġinali nqasmet f’FSBesitzG u FSBG fl-1997, FSBG kriet l-infrastruttura tal-ajruport mingħand FSBesitzG. Skont il-kuntratt tal-kiri tas-7 ta’ Lulju 1997, FSBG kellha tħallas ammont annwali fiss ta’ […] fis-sena flimkien ma’ taxxa fuq id-dħul min-negozju. Fit-3 ta’ Awwissu 2006, FSBG u FSBesitzG iffirmaw kuntratt ta’ kiri ġdid, b’mod retroattiv applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2006. |
|
(61) |
Skont il-kuntratt tal-2006, il-pagament annwali fiss tal-kiri kien iffissat bħala […] fis-sena. Barra minn hekk, FSBG kellha tittrasferixxi ċertu perċentwal tal-profitt annwali tagħha […]. |
|
(62) |
Abbażi ta’ dawn il-kuntratti, FSBG ħallset l-ammonti li ġejjin bħala kera għall-infrastruttura tal-ajruport lil FSBesitzG: Tabella 7 Il-Pagamenti tal-Kiri magħmula minn FSBG
|
|
(63) |
Hekk kif FSBG u FSBesitzG ġew amalgamati fil-bidu tal-2008, ma kien hemm ebda pagament ta’ kiri ieħor li kien dovut wara dik id-data. |
Ir-raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
L-eżistenza tal-għajnuna
|
(64) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel osservat li l-kuntratt ta’ kiri mmodifikat kien konkluż bejn FSBesitzG u FSBG, b’hekk mingħajr involviment dirett minn xi awtorità pubblika. Madankollu, hija nnotat li FSBesitzG kienet kompletament proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi (0,1 % kienet tappartjeni lis-Saarland direttament u 99,9 % kienet tappartjeni lil vh Saar, li minnha nnifisha kienet tappartjeni 100 % lis-Saarland), li b’hekk kien jagħmilha impriża pubblika. Hija innotat ukoll li minħabba d-diversi mekkaniżmi ta’ kontroll, Saarland kellu kontroll kompensiv fuq l-FSBesitzG u waslet għall-konklużjoni preliminari li, kieku l-kuntratt ta’ kiri kellu jinstab li ta vantaġġ lil FSBG fil-forma ta’ rati tal-kiri taħt il-prezzijiet tas-suq, dan il-vantaġġ kien jinvolvi trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat u kien ikun imputabbli lill-Istat. |
|
(65) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ imbagħad spjegat li mis-sena 2000 ‘il quddiem, l-FSBG kellha titqies bħala li kienet involuta f’attivitajiet ekonomiċi u, għalhekk, kienet tikkostitwixxi impriża. Fiż-żmien li ġiet adottata d-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma kienet irċeviet ebda informazzjoni dwar il-kuntratti tal-kiri qabel is-sena 2000 u jekk il-kuntratt ta’ kiri li kien jeżisti sal-2006 kienx emendat wara s-sena 2000. Għalhekk, il-kuntratt li kien fis-seħħ sal-2006 seta’ kkostitwixxa l-għajnuna eżistenti. Il-Ġermanja ntalbet tipprovdi aktar informazzjoni dwar din il-kwistjoni. |
|
(66) |
Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk il-kuntratt tal-kiri tax vantaġġ lil FSBG, id-deċiżjoni tal-ftuħ spjegat id-dubji tal-Kummissjoni dwar jekk il-pagamenti tal-kiri li saru mill-FSBG kinux konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. Għaldaqstant, hija talbet lill-Ġermanja sabiex tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn FSBesitzG u FSBG, kif ukoll dwar id-determinazzjoni tat-termini tal-kuntratt tal-kiri u l-loġika ekonomika li fuqha huma bbażati. |
|
(67) |
Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, id-deċiżjoni tal-ftuħ waslet għall-konklużjoni preliminari li l-pagamenti tal-kiri magħmula minn FSBG kien fihom element ta’ għajnuna mill-Istat. |
Il-kompatibbiltà
|
(68) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ tirrimarka li hija waslet għall-konklużjoni preliminari li l-pagamenti tal-kiri kien fihom għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ għajnuna operattiva, minħabba li l-pagamenti taħt il-prezz tas-suq naqqsu l-ispejjeż operattivi li kellha tħallas l-FSBG. Id-deċiżjoni tal-ftuħ irrimarkat li, fil-prinċipju, tali għajnuna operattiva mhijiex kompatibbli mas-suq intern u talbet lill-Ġermanja sabiex tikkjarifika jekk din l-għajnuna tistax taqa’ taħt il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar jew sabiex tippreżenta argumenti oħrajn dwar il-kompatibbiltà. |
2.2.5. SKONTIJIET GĦAL-LINJI TAL-AJRU
Deskrizzjoni dettaljata tal-miżura
|
(69) |
Sal-2007, l-iskeda applikabbli tat-tariffi tal-ajruport f’Saarbrücken ma kienet tipprevedi ebda skont għal-linji tal-ajru. Fl-1 ta’ April 2007, FSBG introduċiet skeda ġdida, li pprevediet serje ta’ skontijiet disponibbli għal-linji tal-ajru li ssodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Din l-iskeda ġiet adottata wkoll minn FSBesitzG/FSG wara l-amalgamazzjoni taż-żewġ kumpaniji. |
|
(70) |
L-iskeda tal-2007 introduċiet tliet tipi ta’ skontijiet. L-ewwel tnejn ma setgħux jiġu akkumulati, filwaqt li t-tielet wieħed seta’ jkun addizzjonali għal kwalunkwe skont ieħor riċevut.
|
Ir-raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
L-eżistenza tal-għajnuna
|
(71) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ assumiet li l-iskeda ġdida tal-1 ta’ April 2007 kienet adottata minn FSBesitzG. Abbażi ta’ dan, id-deċiżjoni tal-ftuħ għaddiet biex tfakkar li minħabba l-kontroll komprensiv li gawdew l-awtoritajiet pubbliċi fuq FSBesitzG, l-introduzzjoni ta’ din l-iskeda ġdida kienet imputabbli lill-Istat. Sal-punt li l-iskeda pprevediet tariffi taħt il-prezzijiet tas-suq, hija għalhekk kienet tikkostitwixxi trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat li kien imputabbli lill-Istat. |
|
(72) |
Il-Ġermanja sostniet li l-iskontijiet kienu motivati minn kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u li kienu konformi mat-test tal-MEO. Madankollu, id-deċiżjoni tal-ftuħ enfasizzat li l-Ġermanja għadha ma pprovdietx biżżejjed informazzjoni biex tippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta din l-affermazzjoni b’mod sħiħ. Għalhekk, il-Ġermanja ntalbet tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar l-ispejjeż u d-dħul tal-ajruport, b’mod partikolari dawk relatati mal-avjazzjoni tal-passiġġieri kummerċjali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet għal kjarifika dwar jekk l-iskeda tat-tariffi kinitx applikata mingħajr diskriminazzjoni bejn il-linji tal-ajru. |
|
(73) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ikkonkludiet billi esprimiet li kien hemm dubji dwar jekk l-iskontijiet tal-1 ta’ April 2007 setgħux jiġu ġustifikati fuq il-bażi tat-test tal-MEO u li, għalhekk, ma setax jiġi eskluż li l-linji tal-ajru inkwistjoni ngħataw vantaġġ fuq oħrajn. Billi l-iskontijiet setgħu wkoll ifixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-iskontijiet kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
Il-kompatibbiltà
|
(74) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ evalwat jekk l-iskontijiet setgħux jikkwalifikaw bħala għajnuna tal-bidu kompatibbli skont it-taqsima 5 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk id-diversi kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà tal-għajnuna tal-bidu ġewx issodisfati. |
|
(75) |
B’mod partikolari, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li:
|
|
(76) |
Billi l-kundizzjonijiet kumulattivi għall-għajnuna tal-bidu ma kinux jidhru li ġew issodisfati u minħabba li ma kienet evidenti ebda bażi oħra ta’ kompatibbiltà, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-iskontijiet kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli. |
2.2.6. GĦAJNUNA TAL-BIDU LIL CIRRUS AIRLINES
Deskrizzjoni dettaljata tal-miżura
|
(77) |
Fis-27 ta’ Jannar 2005, FSBesitzG iffirmat kuntratt inizjali ma’ Cirrus Airlines Luftfahrtgesellschaft mbH (“Cirrus”) b’tul ta’ sena. L-iskop tal-kuntratt kien iż-żieda fl-għadd ta’ passiġġieri għar-rotta lejn […]. Il-kuntratt iddikjara li żieda fl-għadd ta’ passiġġieri setgħet tkun possibbli biss jekk il-prezzijiet tal-biljetti jitnaqqsu b’mod konsiderevoli sabiex Cirrus issir attraenti għall-passiġġieri. Il-kuntratt spjega wkoll li dan il-proġett ser iġarrab telf kbir fil-fażi inizjali. Għalhekk, l-ajruport kien lest li jappoġġja l-proġett b’finanzjament inizjali. |
|
(78) |
L-operazzjonijiet tat-titjir kienu mistennija jibdew fid-29 ta’ Marzu 2005. Il-kuntratt kien ibbażat fuq pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li kien jinkludi l-għadd ta’ passiġġieri u l-qligħ nett medju. Il-kuntratt iddetermina wkoll it-tip ta’ ajruplan li għandu jintuża. |
|
(79) |
Il-kuntratt obbliga lil Cirrus tipprovdi titjiriet skedati bejn Saarbrücken u […] bi frekwenza ta’ […] titjiriet fuq […] jiem fil-ġimgħa, […] titjiriet […]. Il-kuntratt iddikjara espliċitament li Cirrus […]. Il-kuntratt kien sussegwentement estiż u mmodifikat diversi drabi u finalment skada fil-31 ta’ Diċembru 2006. |
|
(80) |
Ir-rimunerazzjoni dovuta skont il-kuntratt kienet ikkalkolata skont il-formula li ġejja:
Matul il-kors tat-tul tal-kuntratt, l-ammont annwali ta’ rimunerazzjoni mħallsa lil Cirrus minn FSBesitzG kien kif ġej: Tabella 8 Pagamenti lil Cirrus Airlines f’EUR
|
Ir-raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
L-eżistenza tal-għajnuna
|
(81) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel innotat li d-deċiżjoni ta’ FSBesitzG kienet tinvolvi trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat u kienet imputabbli lill-Istat. Kien jidher ukoll b’mod ċar li Cirrus kienet impriża li twettaq attivitajiet ekonomiċi. Il-mistoqsija kienet imbagħad dwar jekk il-kuntratt tax lil Cirrus vantaġġ li altrimenti l-istess Cirrus ma kinitx tkun tista’ tikseb fis-suq. Billi l-Ġermanja ma pprovdiet ebda spjegazzjoni għaliex ġie konkluż il-kuntratt, hija ntalbet tikkjarifika jekk kinitx temmen li, permezz tal-konklużjoni tal-kuntratt, FSBesitzG aġixxiet bħala MEO razzjonali u, jekk iva, tipprovdi dokumentazzjoni li ssostni din il-fehma. |
|
(82) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ irrimarkat li, fiż-żmien li ġiet adottata d-deċiżjoni, il-Kummissjoni kienet għadha ma rċeviet ebda indikazzjoni li l-Ġermanja qabblet l-ispejjeż mistennija mad-dħul li jirriżulta minn dan il-kuntratt. Abbażi ta’ dan, hija kkonkludiet b’mod preliminari li l-kuntratt ma’ Cirrus kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
Il-kompatibbiltà
|
(83) |
Id-deċiżjonijiet tal-ftuħ evalwaw jekk il-kuntratt ma’ Cirrus setax jikkwalifika bħala għajnuna tal-bidu kompatibbli skont it-taqsima 5 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk id-diversi kundizzjonijiet għal għajnuna tal-bidu kompatibbli ġewx issodisfati. |
|
(84) |
B’mod partikolari, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li l-kuntratt ma’ Cirrus naqas b’mod evidenti milli jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(85) |
Billi l-kundizzjonijiet kumulattivi għal għajnuna tal-bidu kompatibbli ma kinux jidhru li ġew issodisfati u minħabba li ma kienet evidenti ebda bażi oħra ta’ kompatibbiltà, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-kuntratt ma’ Cirrus kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli. |
2.2.7. FTEHIM TA’ KUMMERĊJALIZZAZZJONI MA’ AIR BERLIN
Deskrizzjoni dettaljata tal-miżura
|
(86) |
Fis-6 ta’ April 2011, FSG iffirmat Ftehim ta’ Kummerċjalizzazzjoni ma’ Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG (“Air Berlin”), b’tul sat-2 ta’ Mejju 2014. Il-Ftehim obbliga lil Air Berlin sabiex tikkunsinja servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u pubbliċità lil FSG. Il-ftehim iddikjara: […] FSG stenniet li ż-żieda fil-frekwenzi ser twassal għal dħul ogħla mill-attivitajiet tal-avjazzjoni u minn dawk mhux relatati mal-avjazzjoni. Barra minn hekk, Air Berlin kienet obbligata li tippromwovi ż-żewġ konnessjonijiet minn u lejn Saarbrücken (informazzjoni dwar iż-żieda tal-frekwenzi fl-istampa, permezz ta’ e-mails, għoti ta’ tagħrif mill-aġenziji tal-ivvjaġġar, rivisti, midja stampata, maċ-check-in, abbord, fuq ir-radju, eċċ.). FSG irrimunerat lil Air Berlin għas-servizz ta’ kummerċjalizzazzjoni b’total ta’ [EUR 8 00 000 – EUR 1 7 00 000]. |
Ir-raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
L-eżistenza tal-għajnuna
|
(87) |
Simili għall-kuntratt ma’ Cirrus, il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni konkluż ma’ Air Berlin qajjem ukoll il-kwistjoni ta’ jekk il-ftehim kienx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. Il-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha, bħat-trasferiment imputabbli tar-riżorsi tal-Istat u s-selettività, kienu preżunti bħala li ġew issodisfati. |
|
(88) |
Il-Ġermanja sostniet li hija wettqet analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, li wriet li l-kuntratt kien profittabbli għall-ajruport fuq perjodu ta’ żmien twil. Madankollu, hija ma pprovdietx dik l-analiżi, nuqqas li impedixxa lill-Kummissjoni milli tevalwa kif l-ajruport ikkalkula l-ispejjeż u d-dħul li mistennija jirriżultaw mill-kuntratt. Meta wieħed jinnota wkoll li l-uniku vantaġġ għall-ajruport mill-kuntratt deher li kien iż-żieda mistennija fl-għadd ta’ passiġġieri, il-kuntratt innifsu deher li ma kien xejn aktar minn skont addizzjonali fuq it-tariffi tal-ajruport, li kienu saħansitra akkumulati bl-iskontijiet diġà disponibbli skont l-iskeda tat-tariffi tal-2007. |
|
(89) |
Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, id-deċiżjoni tal-ftuħ waslet għall-konklużjoni preliminari li l-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Air Berlin ta vantaġġ selettiv lil din tal-aħħar. Billi l-elementi l-oħrajn kollha tal-għajnuna mill-Istat instabu b’mod preliminari li kienu preżenti, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li dan il-kuntratt kien fih element ta’ għajnuna mill-Istat. |
Il-kompatibbiltà
|
(90) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ evalwat jekk il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni setax jikkwalifika bħala għajnuna tal-bidu kompatibbli skont it-taqsima 5 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk id-diversi kundizzjonijiet għal għajnuna tal-bidu kompatibbli ġewx issodisfati. |
|
(91) |
B’mod partikolari, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li l-ftehim ma’ Air Berlin apparentement naqas milli jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(92) |
Billi l-kundizzjonijiet kumulattivi għal għajnuna tal-bidu kompatibbli ma kinux jidhru li ġew issodisfati u minħabba li ma kienet evidenti ebda bażi oħra ta’ kompatibbiltà, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-kuntratt ma’ Air Berlin kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern. |
3. KUMMENTI RIĊEVUTI MILL-ĠERMANJA
3.1. IL-FINANZJAMENT TA’ VH SAAR, FSG U FSBESITZG
3.1.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
L-impriża u l-attività ekonomika
|
(93) |
Il-Ġermanja ma tikkontestax li FSBesitzG u FSG iwettqu attivitajiet ekonomiċi u li għandhom ikunu kkwalifikati bħala impriżi għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Madankollu, sakemm FSBesitzG u FSG iwettqu attivitajiet li jifformaw parti mill-prerogattivi sovrani tal-Istat, huma ma jkunux qegħdin jikkostitwixxu impriżi. |
|
(94) |
F’dan il-kuntest, il-Ġermanja ppreżentat tabella bl-ispejjeż (kemm spejjeż operattivi kif ukoll spejjeż ta’ investiment) b’rabta mal-ambitu tal-politika pubblika li kien hemm fil-perjodu ta’ żmien bejn is-sena 2000 u l-2011: Tabella 9 Spejjeż relatati mal-ambitu tal-politika pubblika f’EUR (19)
|
|
(95) |
Il-Ġermanja ssostni li kwalunkwe finanzjament tal-miżuri ta’ sigurtà fl-ajruporti skont § 8 Luftsicherheitsgesetz, tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u tal-miżuri ta’ sikurezza fl-ajru skont § 27(c)(2) Luftverkehrsgesetz, kif ukoll tal-brigata tat-tifi tan-nar, jaqa’ fl-ambitu tal-politika pubblika. Skont il-Ġermanja, iċ-ċnut madwar l-ajruport u l-mogħdijiet ta’ kontroll, il-post minn fejn jgħaddu l-kontejners, is-sinjali ta’ fuq ir-runway, l-elettriku f’każ ta’ emerġenza, l-ispazji ta’ parkeġġ għall-ajruplani soġġetti għal theddidiet ta’ bomba u l-estensjoni tar-runway u taż-żoni tas-sikurezza (RESA) jaqgħu taħt § 8 Luftsicherheitsgesetz u, għalhekk, jaqgħu wkoll fl-ambitu tal-politika pubblika. |
|
(96) |
Fir-rigward tal-miżuri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u tas-sikurezza fl-ajru skont § 27(c)(2) Luftverkehrsgesetz, il-Ġermanja ssostni li l-Istat ma jkoprix l-ispejjeż għal dawn il-miżuri għall-ajruporti kollha, iżda li t-trattament differenti ta’ ajruporti differenti huwa ġustifikat u, għalhekk, ma jinvolvi ebda vantaġġ. B’mod aktar konkret, § 27(c)(2) tagħmel distinzjoni bejn ċerti ajruporti fejn il-finanzjament ta’ dawn il-miżuri ta’ sigurtà fil-livell federali jitqies bħala neċessarju għal raġunijiet ta’ sikurezza u fl-interess tal-politika dwar it-trasport, u ajruporti oħrajn fejn tali miżuri mhumiex meqjusa bħala strettament neċessarji minn perspettiva federali. Sa issa, il-Ministeru Federali tat-Trasport irrikonoxxa l-finanzjament ta’ bosta ajruporti, fosthom dak ta’ Saarbrücken, bħala li huwa neċessarju għal raġunijiet ta’ sikurezza u fl-interess tal-politika dwar it-trasport. Din hija r-raġuni għaliex il-finanzjament tal-ajruporti reġjonali, li normalment ikollhom iġorru dawk l-ispejjeż huma stess, mhuwiex diskriminatorju. Il-finanzjament tal-miżuri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u tas-sikurezza fl-ajru, kemm jekk iffinanzjati direttament mill-Istat fil-livell federali kif ukoll jekk iffinanzjati mil-Länder, huwa parti mill-ambitu tal-politika pubblika fil-każijiet kollha. |
|
(97) |
Barra minn hekk, l-ispejjeż għall-brigata tat-tifi tan-nar, pereżempju, ma jiġux irregolati fil-livell federali, iżda jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Länder, li hija r-raġuni għaliex il-brigata tat-tifi tan-nar mhijiex iffinanzjata mill-Istat fl-ajruporti kollha. Id-differenza fit-trattament għandha l-għeruq tagħha f’raġunijiet storiċi kif ukoll oġġettivi. Primarjament, hija tinsab fin-natura tan-negozju tal-ajruport, li ajruporti reġjonali iżgħar ma jistgħux iġorru l-ispejjeż fissi għoljin li toħloq brigata tat-tifi tan-nar u li, għalhekk, dawn jispiċċaw jitħallsu mil-Land rispettiv. |
|
(98) |
Fir-rigward ta’ vh Saar, il-Ġermanja ssostni li l-kumpaija ma tistax titqies bħala impriża. L-ewwelnett, huwa affermat li vh Saar innifisha ma taġixxix fis-suq, iżda sempliċiment għandha ishma f’kumpaniji oħrajn (jiġifieri l-ajruport u HSG). Billi tirreferi għal sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (20), il-Ġermanja tfakkar li s-sempliċi sjieda ta’ ishma f’kumpaniji oħrajn, anki jekk ikun sehem ta’ kontroll, minnha nnifisha mhijiex attività ekonomika. Ġie sostnut ukoll li fil-każ ta’ vh Saar ma tapplika ebda eċċezzjoni minn dan il-prinċipju, li jgħid li kumpanija azzjonarja tkun qiegħda tinvolvi ruħha f’attività ekonomika meta teżerċita influwenza fuq il-kumpaniji li jkollha ishma fihom. |
Vantaġġ
|
(99) |
Il-Ġermanja ssostni, fir-rigward ta’ vh Saar, li l-kumpanija ma ngħatat ebda vantaġġ mir-riżorsi tal-Istat, hekk kif hija għaddiet il-fondi kollha li rċeviet mingħand is-Saarland lil FSBesitzG/FSG. B’konsegwenza ta’ dan, hija tiċħad li vh Saar tista’ titqies bħala benefiċjarja. |
|
(100) |
Fir-rigward tal-fondi li rċeviet FSBesitzG/FSG mingħand vh Saar permezz ta’ ftehim P&L, il-Ġermanja tasserixxi li ma ngħata ebda vantaġġ, hekk kif il-finanzjament kollu kien jikkumpensa biss lil FSBesitzG/FSG talli pprovdiet servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SGEI) b’konformità mal-ġurisprudenza ta’ Altmark. |
L-ewwel kriterju ta’ Altmark: inkarigu b’SGEI
|
(101) |
Il-Ġermanja ssostni li l-operat tal-ajruport, inklużi l-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura neċessarja, jikkostitwixxi SGEI. Il-kunċett ta’ SGEI huwa definit mill-Ġermanja bħala servizzi mogħtija f’suq, li l-pubbliku jkollu interess ġenerali fil-provvista affidabbli u stabbli tagħhom, li s-suq innifsu ma jistax jipprovdi u li jiġu pprovduti minn entità li tkun ġiet inkarigata b’obbligu korrispondenti. |
|
(102) |
Fir-rigward tal-operat tal-Ajruport ta’ Saarbrücken, il-Ġermanja ssostni li dan jinvolvi servizzi offruti f’suq. Hija ssostni wkoll li, billi jilqa’ fih inqas minn 5 00 000 passiġġier fis-sena u b’hekk jinsab taħt il-limitu speċifikat fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, minn fejn ajruport jista’ jkun mistenni li jagħmel profitt, l-ajruport joffri servizzi li altrimenti s-suq ma jipprovdix. |
|
(103) |
Skont il-Ġermanja, l-Ajruport ta’ Saarbrücken kien inkarigat bl-obbligu li jipprovdi dawn is-servizzi. Il-Ġermanja tiddikjara li dak l-obbligu jirriżulta mil-liċenzja operattiva u mid-dispożizzjoni tal-liġi Ġermaniża dwar l-avjazzjoni. Il-Ġermanja tirreferi speċifikament għal § 45(1) tar-Regolament dwar il-Ħruġ tal-Liċenzji fil-Qasam tal-Avjazzjoni (Luftverkehrszulassungsordnung), li jgħid li impriża ta’ ajruport għandha “żżomm l-ajruport fi stat sikur biex jopera u toperah kif suppost” . L-obbligu tal-operat jinvolvi d-dmir li l-impriża tagħmel is-servizzi fl-ajruport disponibbli għall-ajruplani mingħajr ebda diskriminazzjoni matul is-sigħat tal-operat regolari, li minnhom infushom huma stipulati fil-liċenzja operattiva u li ma jistgħux jinbidlu b’mod unilaterali mill-operatur tal-ajruport. Kwalunkwe ksur tal-obbligu tal-operat tal-ajruport jirriżulta f’multi li jitilgħu sa EUR 50 000 skont § 108 Luftverkehrszulassungsordnung b’konnessjoni ma’ § 58(1)(10)(2) Luftverkehrsgesetz. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja ssostni li, minbarra dan, il-Land jiggarantixxi l-operat xieraq permezz tal-kontroll komprensiv tiegħu fuq l-operatur. |
|
(104) |
Billi tikkummenta fuq l-osservazzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ li ma kien jidher li hemm fis-seħħ ebda att ta’ inkarigu formali, il-Ġermanja tasserixxi li l-kombinazzjoni tal-fatturi msemmija fil-premessa 103 u, b’mod partikolari, il-kontroll strett u komprensiv fuq l-ajruport eżerċitat mis-Saarland, jiżguraw li l-iskopijiet tal-inkarigu jiġu rrealizzati mill-inqas bl-istess mod kif kien ikun il-każ li kieku kien hemm fis-seħħ att ta’ inkarigu formali. |
|
(105) |
B’sostenn għall-affermazzjoni tagħha li l-operat tal-ajruport jikkostitwixxi SGEI, il-Ġermanja tasserixxi li l-ajruport jifforma parti essenzjali mill-infrastruttura tat-traffiku fis-Saarland, li hija partikolarment neċessarja sabiex tgħaqqad lir-reġjun mal-bqija tal-pajjiż u ma’ ċentri tal-avjazzjoni ewlenin. Huwa mifhum li l-importanza partikolari ta’ din il-konnessjoni ġejja mill-pożizzjoni ġeografika tas-Saarland fuq il-marġini tal-Ġermanja, ‘il bogħod ħafna miċ-ċentri metropolitani kbar tal-pajjiż. |
|
(106) |
L-ewwelnett, huwa affermat li l-ajruport iservi l-popolazzjoni tar-reġjun billi jakkomoda għall-ħtiġijiet turistiċi u tat-traffiku privat tagħhom. Huwa mifhum li s-Saarland qiegħed jiżviluppa dejjem aktar bħala destinazzjoni għat-turiżmu. It-tieni, il-Ġermanja tasserixxi li l-ajruport huwa vitali għall-konnessjoni tal-istituzzjonijiet xjentifiċi, kulturali u soċjali tas-Saarland, li predominantement jinsabu fil-Belt ta’ Saarbrücken. It-tielet, issir enfasi fuq is-sinifikat tal-ajruport għall-ekonomija lokali u għall-iżvilupp reġjonali, speċjalment fid-dawl tat-tranżizzjoni strutturali kontinwa ‘lil hinn minn ekonomija bbażata fuq it-tħaffir fil-minjieri għall-faħam u lejn ekonomija innovattiva u internazzjonali. Il-Ġermanja tirrimarka li l-kumpaniji sikwit jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom li jiċċaqilqu lejn is-Saarland fuq il-fatt li hemm ajruport. Hija tirreferi wkoll għal studju tal-2009 li kien jgħid li d-domanda għall-provvista tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru mistennija tiżdied fil-ġejjieni. |
|
(107) |
Il-Ġermanja ssostni s-sottomissjoni preċedenti tagħha billi tasserixxi li ż-żieda kostanti fl-għadd ta’ passiġġieri f’Saarbrücken matul l-aħħar għexieren ta’ snin, ir-riżultati ta’ studju li juru potenzjal ta’ tkabbir ulterjuri u l-fatt li ajruporti oħrajn fir-reġjun ma jistgħux jissodisfaw id-domanda lokali, kollha juru l-importanza tal-ajruport għall-popolazzjoni u l-ekonomija lokali. Il-Ġermanja tinvoka l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, li jiddikjaraw li “[m]huwiex impossibbli li, f’każijiet eċċezzjonali, il-ġestjoni ġenerali ta’ ajruport titqies bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali” , pereżempju, meta ajruport ikun jinsab f’“reġjun iżolat”, u tasserixxi li Saarbrücken hija każ eċċezzjonali bħal dan minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha u l-bidliet strutturali li għaddejja minnhom l-ekonomija lokali (21). Fl-aħħar nett, hija ssostni li l-finanzjament ma jiffinanzjax attivitajiet li jmorru ‘lil hinn mill-“attivitajiet bażiċi” speċifikati fil-punt 53(iv) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
|
(108) |
Il-Ġermanja mbagħad tasserixxi li l-eżistenza ta’ SGEI ma tistax tiddgħajjef min-neċessità allegatament nieqsa tal-ajruport. Hija ssostni li ajruporti oħrajn fir-reġjun ma jistgħux jissodisfaw il-ħtiġijiet li jakkomoda l-Ajruport ta’ Saarbrücken. B’mod partikolari, qed jiġi sostnut li l-ajruporti l-oħrajn fir-reġjun jew huma bogħod wisq miż-żona ta’ lħuq ewlenija tal-Ajruport ta’ Saarbrücken (bħall-ajruporti tal-Lussemburgu, ta’ Netz-Nancy-Lorraine u ta’ Frankfurt-Hahn) jew inkella ma jistgħux jitqabblu ma’ Saarbrücken minħabba d-daqs iżgħar tagħhom u s-servizzi limitati offruti minnhom (l-aktar dak ta’ Zweibrücken). |
It-tieni kriterju ta’ Altmark: il-parametri tal-kumpens
|
(109) |
Il-Ġermanja ssostni li l-iskop tat-tieni kriterju ta’ Altmark huwa li jevita kumpens eċċessiv u li jiżgura l-użu effikaċi tal-finanzjament pubbliku. Hija tasserixxi li abbażi tal-kontroll strett eżerċitat mill-awtoritajiet lokali fuq l-ajruport, l-iżgurar ta’ mġiba ekonomika responsabbli u l-fatt li l-attivitajiet ta’ dan tal-aħħar huma limitati għall-provvista ta’ SGEI, l-iskop tat-tieni kriterju ntlaħaq. Fl-aħħar nett, hija tasserixxi li, fi kwalunkwe każ, il-modalitajiet tal-finanzjament jitfasslu b’tali mod li tiġi eskluża kwalunkwe possibbiltà ta’ dipendenza abbużiva fuq il-kumpens ta’ SGEI. |
It-tielet kriterju ta’ Altmark: l-evitar ta’ kumpens eċċessiv
|
(110) |
Il-Ġermanja ssostni li l-finanzjament pubbliku qatt ma mar ‘lil hinn mill-ammont neċessarju sabiex tiġi ffaċilitata l-provvista tal-SGEI, b’kunsiderazzjoni tad-dħul rilevanti kollu. Huwa enfasizzat li l-attivitajiet tal-ajruport huma limitati għall-provvista tal-SGEI inkwistjoni, bil-konsegwenza li ma tfaċċawx spejjeż oħrajn li setgħu ġew issussidjati b’mod reċiproku. Kien sostnut ukoll li l-infrastruttura u l-operazzjonijiet tal-ajruport huma neċessarji u xierqa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tat-traffiku tal-ajru fiż-żona ta’ lħuq tal-Ajruport ta’ Saarbrücken. FSBesitzG u FSG la ġġeneraw u lanqas qegħdin jiġġeneraw profitti, filwaqt li FSBG kisbet biss profitti marġinali. Il-Ġermanja tasserixxi li l-awtoritajiet lokali ssorveljaw mill-qrib l-użu tal-fondi pubbliċi u kienu jintervjenu li kieku sabu xi ineffiċjenzi. |
Ir-raba’ kriterju ta’ Altmark: offerta pubblika jew benchmarking
|
(111) |
Minħabba li l-ajruport kien ilu jeżisti għal żmien twil ferm qabel ma l-provvista tas-servizzi tal-ajruport bdiet titqies bħala attività ekonomika, il-Ġermanja ssostni li hija għażlet li ma toħroġx l-SGEI b’offerta, iżda minflok għażlet li tkompli tistrieħ fuq l-ajruport eżistenti. Madankollu, kien sostnut li r-raba’ kriterju ġie ssodisfat, billi l-Ġermanja hija tal-fehma li l-awtoritajiet lokali ssorveljaw mill-qrib l-attivitajiet tal-ajruport, sabiex b’hekk setgħu jiżguraw li jiġu rrimborżati biss l-ispejjeż effiċjenti. Filwaqt li s-Saarland ma għandux dejta preċiża dwar ajruporti reġjonali oħrajn, huwa jassumi li l-effiċjenza tal-Ajruport ta’ Saarbrücken hija medja u li l-awtoritajiet lokali setgħu jirrikonoxxu u jeliminaw kwalunkwe ineffiċjenza. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja ssostni li minħabba d-differenzi varji li kienu jeżistu bejn l-ajruporti reġjonali fil-Ġermanja, paragun sempliċi ma jkunx sinifikanti. F’din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun kuntenta bil-fatt li ma hemm ebda indikazzjoni li l-ajruport ta’ Saarbrücken huwa ineffiċjenti. |
Konklużjoni intermedjarja dwar Altmark/SGEI
|
(112) |
Billi l-Ġermanja hija tal-opinjoni li l-erba’ kriterji kollha ta’ Altmark huma ssodisfati, hija ssostni li l-finanzjament tal-ajruport mir-riżorsi tal-Istat ma jikkostitwixxi ebda vantaġġ, iżda sempliċiment kumpens għall-provvista ta’ SGEI. |
Il-prinċipju tal-operatur fl-ekonomija tas-suq
|
(113) |
Il-Ġermanja tispjega li minħabba s-sinifikat ekonomiku u strutturali kbir tal-Ajruport ta’ Saarbrücken għar-reġjun, is-Saarland tqis l-operat bħala SGEI, mhux bħala attività ta’ negozju bi skop ta’ profitt. Għaldaqstant, l-għeluq tal-ajruport mhuwiex għażla u ma teżisti ebda analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-għeluq. |
Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(114) |
Billi tressaq l-argument li l-finanzjament tal-ajruport ma jfixkilx il-kompetizzjoni u ma jaffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri, il-Ġermanja ssostni li dan ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat. F’dan il-kuntest, il-Ġermanja tfakkar li l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 jiddikjaraw li l-finanzjament ta’ ajruport reġjonali żgħir b’inqas minn miljun pax “mhux probabbli li jfixkel il-kompetizzjoni jew jaffettwa l-kummerċ sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni” (22). L-Ajruport ta’ Saarbrücken jaqa’ f’din il-kategorija ta’ każijiet u, skont il-Ġermanja, ma hemm ebda raġuni għaliex wieħed għandu jitlaq mill-preżunzjoni ġenerali: l-Ajruport ta’ Saarbrücken huwa ajruport reġjonali tipiku li jilqa’ għall-ħtiġijiet tal-popolazzjoni fir-reġjun, tant li l-maġġoranza tal-passiġġieri huma fil-fatt mir-reġjun. |
|
(115) |
B’ħarsa lejn ajruporti oħrajn fir-reġjun, speċjalment dawk li jinsabu fi Stati Membri oħrajn, huwa sostnut li ż-żona ta’ lħuq tal-Ajruport ta’ Saarbrücken tkopri lil Saarbrücken u ż-żoni tal-madwar, iżda ftit li xejn testendi għal Stati Membri oħrajn. Tabilħaqq, jintqal li [inqas minn 14 %] biss tal-passiġġieri jiġu minn Franza […] jew mil-Lussemburgu […]. Il-Ġermanja hija tal-fehma li l-uniċi ajruporti barranin li jinsabu f’kompetizzjoni diretta ma’ Saarbrücken huma l-Ajruport ta’ Metz-Nancy-Lorraine u l-Ajruport tal-Lussemburgu. Madankollu, dawn iż-żewġ ajruporti jinsabu aktar minn siegħa sewqan ‘il bogħod minn Saarbrücken, sabiex b’hekk – jekk wieħed jassumi li ż-żona ta’ lħuq ta’ ajruport tkopri l-postijiet kollha minn fejn jista’ jintlaħaq dak l-ajruport f’ħin ta’ 60 minuta – iż-żoni ta’ lħuq tagħhom jikkoinċidu biss marġinalment. Aktar minn hekk, il-postijiet fejn jikkoinċidu huma skarsament popolati u meqjusa bħala li jiġġeneraw ftit passiġġieri, filwaqt li ż-żona ta’ lħuq ewlenija tal-Ajruport ta’ Saarbrücken ma taqax fi ħdan iż-żona ta’ lħuq tal-ajruporti barranin imsemmija. |
|
(116) |
Barra minn hekk, huwa sostnut li l-profili taż-żewġ ajruporti barranin imsemmija u tal-Ajruport ta’ Saarbrücken huma differenti ħafna: il-Lussemburgu huwa ferm akbar (madwar 1,5 miljun passiġġier fis-sena) u joffri aktar aktar rotot differenti, filwaqt li Metz-Nancy-Lorraine huwa ferm iżgħar u joffri titjiriet skedati b’mod esklussiv fi Franza u titjiriet charter lejn it-Tramuntana tal-Afrika. Il-Ġermanja ssostni li, b’mod partikolari fir-rigward tal-Ajruport tal-Lussemburgu, ma teżisti ebda kompetizzjoni, hekk kif iż-żewġ ajruporti jikkumplimentaw lil xulxin, aktar milli jissostitwixxu lil xulxin. |
|
(117) |
Fir-rigward tal-ajruporti ġirien fil-Ġermanja, il-Ġermanja ssostni li l-Ajruport ta’ Saarbrücken ma jinsabx f’kompetizzjoni la ma’ Frankfurt-Hahn u lanqas ma’ Zweibrücken. Safejn huwa kkonċernat tal-ewwel, huwa affermat li ż-żoni ta’ lħuq jikkoinċidu biss b’mod insinifikanti minħabba d-distanza li hemm bejn iż-żewġ ajruporti, Frankfurt-Hahn huwa ferm akbar (madwar 3,5 miljun passiġġier fis-sena) u joffri rotot internazzjonali kważi esklussivi permezz ta’ trasportaturi low-cost, filwaqt li dawn it-trasportaturi ma jservux lil Saarbrücken. Barra minn hekk, it-trasport tal-merkanzija bl-ajru huwa importanti fi Frankfurt-Hahn, iżda ma għandu ebda rwol f’Saarbrücken. |
|
(118) |
Fir-rigward ta’ Zweibrücken, il-Ġermanja tenfasizza li filwaqt li l-Ajruport ta’ Zweibrücken huwa, minħabba l-qrubija tiegħu ma’ Saarbrücken, aktar probabbli li jkun f’kompetizzjoni ma’ dak l-ajruport, ir-relazzjoni bejn iż-żewġ ajruporti hija fil-fatt kumplimentarja u mhux kompetittiva. Filwaqt li Zweibrücken ma joffri ebda titjira skedata, iżda jintuża esklussivament għal titjiriet charter, Saarbrücken jispeċjalizza f’titjiriet skedati għal dawk li jivvjaġġaw għal skopijiet ta’ negozju. Dawn il-profili differenti huma riflessi fl-infrastruttura rispettiva, bil-faċilitajiet ta’ kwalità ogħla ta’ Saarbrücken huma tipiċi għall-ajruporti li jiffokaw fuq titjiriet skedati. Barra minn hekk, it-trasport tal-merkanzija bl-ajru għandu rwol fi Zweibrücken, filwaqt li ma jistax jingħad l-istess għal Saarbrücken minħabba r-runway qasira tiegħu u l-projbizzjoni imposta fuq it-titjiriet bil-lejl. |
|
(119) |
Abbażi tal-kumplimentarjetà perċepita bejn l-ajruporti ta’ Zweibrücken u Saarbrücken, il-Ġermanja tiddikjara li hija prevista kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn iż-żewġ ajruporti. Il-gvernijiet reġjonali rispettivi diġà ddeċidew li jikkooperaw aktar mill-qrib fil-ġejjieni, tant li qegħdin jipprevedu l-ħolqien ta’ ajruport konġunt (“Saar-Palatinate-Airport”) ma’ żewġ postijiet (Saarbrücken u Zweibrücken). Il-kooperazzjoni għandha twassal għal sinerġiji u fondi sikuri. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja tagħmel enfasi fuq id-domanda għal servizzi tal-avjazzjoni fir-reġjun (iż-żewġ ajruporti flimkien diġà għandhom 7 50 000 pax), billi ssostni li huma biss Saarbrücken u Zweibrücken flimkien li jistgħu jissodisfaw din id-domanda kif xieraq, b’mod partikolari minħabba li l-ajruporti ġirien l-oħrajn ma jistgħux iservu bħala sostituti. |
|
(120) |
Il-Ġermanja tenfasizza li anki li kieku l-ajruporti f’Saarbrücken, Zweibrücken u Frankfurt-Hahn kellhom jinstabu li huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin, kwalunkwe miżuri ta’ appoġġ pubbliku ma jaffettwawx il-kummerċ bejn l-Istati Membri. It-tliet ajruporti kollha jinsabu fil-Ġermanja, il-kumpaniji operattivi huma Ġermaniżi u l-azzjonisti huma entitajiet territorjali Ġermaniżi. |
|
(121) |
Fl-aħħar nett, huwa affermat li kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni jew effett fuq il-kummerċ ikunu tant marġinali li għandu jiġi applikat “prinċipju de-minimis” fil-każ inkwistjoni, li jwassal għall-konklużjoni li kwalunkwe effett bħal dan mhuwiex apprezzabbli. |
3.1.2. L-GĦAJNUNA EŻISTENTI U L-KOMPATIBBILTÀ
|
(122) |
B’mod alternattiv u jekk il-Kummissjoni ma ssegwix l-argument tal-Ġermanja li l-miżuri ta’ finanzjament ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, il-Ġermanja ssostni li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, huma kompatibbli fi kwalunkwe każ, kif ukoll huma eżentati min-notifika skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, huma konformi mal-kriterji tal-kompatibbiltà stipulati fit-taqsimiet 4.1 u 4.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u jistgħu jiġu ġustifikati bħala kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. |
L-għajnuna eżistenti
|
(123) |
Il-Ġermanja tirrimarka li kieku l-ftehim P&L bejn vh Saar u FSBesitzG/FSG kellu jinstab li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, huwa jikkwalifika bħala għajnuna eżistenti. Il-ftehim rilevanti, li huwa l-bażi legali tal-kopertura tad-defiċit annwali, kien konkluż fis-7 ta’ Mejju 1996 u, skont il-Ġermanja, baqa’ qatt ma nbidel minn dakinhar. Li kieku l-Kummissjoni kellha ssib li l-ftehim P&L jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli, din is-sejba jkollha effett biss għall-ġejjieni. |
Id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005
|
(124) |
Il-Ġermanja ssostni li l-finanzjament jaqa’ taħt id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, billi l-kriterji tal-applikabbiltà għall-għajnuna lill-ajruporti (inqas minn miljun pax jew fatturat ta’ inqas minn EUR 100 miljun fis-sentejn ta’ qabel l-inkarigu; inqas minn EUR 30 miljun ta’ kumpens fis-sena) ġew issodisfati. Hija tasserixxi wkoll li l-kundizzjonijiet minquxa fl-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 (inkarigu b’SGEI, ebda kumpens eċċessiv) ġew irrispettati, għall-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fir-rigward tal-konformità mal-kriterji ta’ Altmark. |
|
(125) |
Il-Ġermanja tirrepeti wkoll li hemm domanda sinifikanti għal servizzi tal-avjazzjoni fir-reġjun li ma tistax tiġi ssodisfata mill-ajruporti ġirien, sabiex b’hekk tirrifjuta s-suġġeriment fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-Ajruport ma kienx meħtieġ sabiex jissodisfa d-domanda lokali għal servizzi ta’ traffiku tal-ajru. Hija tenfasizza li l-istudji rilevanti juru li hemm potenzjal għal aktar tkabbir minħabba żieda mbassra fid-domanda tal-passiġġieri li l-ajruporti ġirien mhux ser ikunu jistgħu jissodisfaw (il-Ġermanja tirreferi għall-ispjegazzjonijiet tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam man-nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn l-ajruporti tar-reġjun u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni korrispondenti bejniethom). |
|
(126) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tas-suġġerimenti fid-deċiżjoni tal-ftuħ li kien hemm neqsin att ta’ inkarigu formali, limitazzjoni għall-attivitajiet bażiċi ta’ ajruport u ffissar trasparenti tal-parametri ta’ kumpens, il-Ġermanja terġa’ tirreferi għas-sottomissjonijiet tagħha rigward il-konformità mal-kriterji ta’ Altmark, billi ssostni li r-raġunament ippreżentat hemmhekk huwa ugwalment applikabbli fil-kuntest preżenti. |
Id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2012
|
(127) |
Il-Ġermanja ssemmi li d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2012, li ser tkun applikabbli għall-miżuri diskussi f’din id-Deċiżjoni biss wara l-iskadenza tal-perjodu tranżitorju fl-2014, mistennija tkun rilevanti biss għall-ġejjieni, u mbagħad b’mod partikolari għall-kooperazzjoni prevista bejn l-Ajruport ta’ Saarbrücken u l-Ajruport ta’ Zweibrücken. |
Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005
|
(128) |
Il-Ġermanja l-ewwel tasserixxi li l-miżuri ta’ finanzjament ġenerali huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat b’konnessjoni mat-taqsima 4.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 (għajnuna għall-operat tal-infrastruttura tal-ajruport). B’sostenn għal din is-sottomissjoni, hija sempliċiment terġa’ tirreferi għall-argumenti ppreżentati fir-rigward tal-konformità mal-kriterji ta’ Altmark u għad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005. |
|
(129) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà skont it-taqsima 4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 (il-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport), il-Ġermanja ssostni li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fihom ġew issodisfati. |
Il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jissodisfaw objettiv definit b’mod ċar ta’ interess ġenerali (l-iżvilupp reġjonali, l-aċċessibbiltà, eċċ.)
|
(130) |
Il-Ġermanja tirreferi għas-sottomissjonijiet rigward l-eżistenza ta’ SGEI bl-iskop li turi li l-Ajruport ta’ Saarbrücken jissodisfa objettiv ta’ interess ġenerali. Hija ttenni li l-ajruport jissodisfa l-ħtiġijiet tal-avjazzjoni tal-popolazzjoni lokali, li l-aċċessibbiltà tar-reġjun ma tistax tiġi żgurata mill-ajruporti ġirien u li l-ajruport huwa kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun. |
L-infrastruttura hija neċessarja u proporzjonata għall-objettiv
|
(131) |
Skont il-Ġermanja, l-infrastruttura, speċjalment il-bini tat-terminal li ilu jintuża sa mis-sena 2000 u r-runway immodernizzata, huma strettament neċessarji sabiex ikun jista’ jintlaħaq l-objettiv u mhumiex kbar jew elaborati b’mod sproporzjonat. L-investimenti fl-infrastruttura kienu meħtieġa sabiex issir manutenzjoni ta’ jew tinbidel l-infrastruttura eżawrita u bil-ħsara u sabiex l-infrastruttura tiġi adattata għall-għadd dejjem jikber ta’ passiġġieri, għad-domandi ogħla f’termini ta’ konfort, kif ukoll għar-rekwiżiti aktar stretti tas-sikurezza u s-sigurtà. Mingħajr l-investimenti, l-Ajruport ma jkunx jista’ jopera. Il-Ġermanja tfakkar ukoll li l-infrastruttura eżistenti regolarment kienet tispiċċa f’konġestjoni qabel inbena t-terminal il-ġdid (li l-kostruzzjoni tiegħu bdiet fl-1999) […]. Fl-aħħar nett, hija ssostni li l-investimenti meħtieġa ma setgħux jiġu ffinanzjati mill-kapital proprju tal-kumpanija operattiva. |
L-infrastruttura għandha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta’ żmien medju
|
(132) |
Abbażi tal-utilizzazzjoni diġà eżistenti u ż-żieda ulterjuri mistennija fl-għadd ta’ passiġġieri, il-Ġermanja ssostni li l-infrastruttura għandha prospetti aktar minn sodisfaċenti għall-użu. Hija tirreferi għal pronjożi tal-iżvilupp tal-avjazzjoni fir-reġjun, fejn turi li d-domanda ser tkompli tikber. |
|
(133) |
Il-Ġermanja ssostni li, meta bdiet il-kostruzzjoni tal-bini tat-terminal il-ġdid lura fl-1999, ma kienx prevedibbli li l-avvenimenti tal-11 ta’ Settembru 2001 fl-Istati Uniti, tal-isħaba tal-irmied wara l-eruzzjoni ta’ vulkan fuq l-Islanda fl-2010 u l-kriżi ekonomika globali bejn l-2008 u l-2011 kienu ser jaffettwaw b’mod negattiv l-għadd ta’ passiġġieri f’Saarbrücken. Huwa mifhum li dawn l-avvenimenti affettwaw is-settur tal-avjazzjoni madwar l-Ewropa kollha, biex b’hekk wasslu għal dewmien fl-iżvilupp li altrimenti kien ikun pożittiv. Madankollu, skont il-Ġermanja, ix-xejra pożittiva li kienet diġà viżibbli fl-1999 għadha tista’ tiġi osservata u twassal għall-aspettattiva li l-kapaċità tal-Ajruport ta’ Saarbrücken ser tkun tista’ tiġi utilizzata b’mod sħiħ fuq perjodu ta’ żmien medju (b’kunsiderazzjoni wkoll tal-kooperazzjoni prevista mal-Ajruport ta’ Zweibrücken). |
|
(134) |
Fir-rigward tal-prospetti finanzjarji, il-Ġermanja tenfasizza li huwa mistenni EBITDA pożittiv għall-2020 u li dan huwa biżżejjed sabiex jissodisfa r-rekwiżit tal-prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta’ żmien medju. Hija tfakkar li l-Kummissjoni nnifisha rrikonoxxiet li l-ajruporti reġjonali ġeneralment ma jiġġenerawx profitti li jkunu jistgħu jiġu investiti mill-ġdid fl-infrastruttura, fatt li ma jistax jipprekludi l-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ appoġġ skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
L-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għaliha b’mod ugwali u mhux diskriminatorju
|
(135) |
Billi l-linji tal-ajru kollha għandhom aċċess għall-ajruport fuq bażi mhux diskriminatorja u jaqgħu taħt l-iskeda ta’ tariffi ġeneralment applikabbli, inklużi l-iskontijiet inklużi fiha, il-Ġermanja hija tal-opinjoni li dan il-kriterju huwa ssodisfat. Hija tenfasizza li l-iskontijiet, b’mod speċjali, mhumiex iddisinjati b’tali mod li jistgħu joħolqu vantaġġ selettiv de facto għal xi linji tal-ajru. Fl-aħħar nett, hija tasserixxi li l-kuntratti individwali konklużi ma’ Cirrus u Air Berlin mhumiex rilevanti f’dan il-kuntest u li, fi kwalunkwe każ, il-linji tal-ajru kollha kellhom il-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti bħal dawn. |
L-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat sa ċertu punt li jmur kontra l-interess tal-Unjoni
|
(136) |
Mhuwiex ċar għall-Ġermanja kif l-estensjoni “moderata” tal-infrastruttura fl-Ajruport ta’ Saarbrücken seta’ jkollha jew kellha effetti fuq il-kummerċ. Hija tfakkar li l-Kummissjoni aċċettat li l-appoġġ mogħti lil ajruporti reġjonali żgħar ġeneralment ma jkollux effett bħal dan. Fir-rigward ta’ effett possibbli fuq l-Ajruport ta’ Zweibrücken, il-Ġermanja ttenni li ż-żewġ ajruporti mhumiex f’kompetizzjoni ma’ xulxin, iżda għandhom jitqiesu bħala kumplimentarji. Hija ssostni wkoll li l-miżuri tal-infrastruttura ma kellhom ebda effett fuq l-ajruporti ta’ Metz-Nancy-Lorraine u tal-Lussemburgu li jmur kontra l-interess tal-Komunità. |
L-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat
|
(137) |
Il-Ġermanja tasserixxi li għall-inqas għall-perjodu 2000-2005, l-appoġġ finanzjarju għall-ajruport jista’ jinstab li kien kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. Bl-iskop li turi l-importanza tal-Ajruport ta’ Saarbrücken għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali u għall-aċċessibbiltà tar-reġjun, il-Ġermanja tirreferi għas-sottomissjonijiet tagħha rigward l-eżistenza ta’ SGEI. Mill-appoġġ finanzjarju bbenifikaw kważi esklussivament il-proġetti ta’ infrastruttura, li kienu konformi mal-miri tal-iżvilupp reġjonali. Permezz ta’ eżempju, il-Ġermanja tissottometti spjegazzjonijiet estensivi rigward in-neċessità tal-akbar tliet investimenti individwali fl-infrastruttura. |
|
(138) |
Fir-rigward tal-effett ta’ inċentiv, il-Ġermanja tispjega li l-ajruport huwa inċentiv importanti għall-kumpaniji extra-reġjonali sabiex jinvestu fis-Saarland. Bl-istess mod, il-kumpaniji diġà preżenti huma inċentivati sabiex jespandu u jinvestu aktar. Huwa sostnut li jekk ma jkunx hemm effett ta’ inċentiv, is-Saarland ikollu, wara li jikkunsidra s-sitwazzjoni baġitarja diffiċli tiegħu, jerġa’ jikkunsidra l-appoġġ tiegħu għall-ajruport. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja terġa’ tenfasizza li l-operat tal-Ajruport ta’ Zweibrücken mhuwiex affettwat. |
3.2. IT-TRASFERIMENT TA’ DIVERSI PLOTTIJIET TA’ ART LIL FSBESITZG
3.2.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(139) |
Il-Ġermanja hija tal-opinjoni li t-trasferiment tal-art serva għal skopijiet ta’ sigurtà u li kien fl-ambitu tal-politika pubblika, b’hekk kien jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. B’mod aktar preċiż, huwa sostnut li wara li nbidlet ir-runway, l-art ittrasferita kienet meħtieġa biex iddawwar fejn tispiċċa r-runway b’żoni estiżi ta’ sigurtà u sikurezza u biex iċ-ċint tas-sigurtà eżistenti jiġi adattat. Skont il-Ġermanja, l-iżgurar tas-sigurtà tat-territorju tal-ajruport huwa fl-interess pubbliku u jikkostitwixxi kompitu sovran, mhux attività ekonomika. L-isfond għal dawn il-miżuri ta’ sigurtà kienu l-bidliet leġiżlattivi li seħħew wara l-avvenimenti tal-11 ta’ Settembru 2001 fl-Istati Uniti. |
|
(140) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li t-trasferiment tal-art wara s-sena 2000 b’valur totali ta’ […] f’ebda każ ma fixkel il-kompetizzjoni jew affettwa l-kummerċ għall-istess raġunijiet li ssemmew fir-rigward tal-miżuri ta’ finanzjament ġenerali. Abbażi tal-valur baxx, it-trasferiment tal-art jaqa’ taħt ir-regolament de minimis. |
3.3. GARANZIJI FUQ IS-SELF GĦALL-BENEFIĊĊJU TA’ VH SAAR U FSBESITZG
3.3.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(141) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ assumiet li minn fost tliet garanziji magħrufa għal FSBesitzG, kienet waħda biss li ngħatat wara s-sena 2000. Madankollu, il-Ġermanja tispjega li l-garanzija inkwistjoni fil-fatt ingħatat matul l-1999, jiġifieri qabel ingħatat is-sentenza kruċjali ta’ Aéroports de Paris. Għalhekk, huwa sostnut li ebda waħda mit-tliet garanziji ma tista’ tikkostitwixxi miżuri ta’ għajnuna mill-Istat. Madankollu, f’każ li l-Kummissjoni ssib li dawn il-garanziji jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-Ġermanja ssostni li dawn ikunu jridu jiġu vvalutati bħala għajnuna eżistenti, bil-konsegwenza li kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni jkollha biss effetti ex nunc. |
|
(142) |
Fir-rigward tal-ittri ta’ konfort, il-Ġermanja tirreferi għar-raġunament tagħha rigward il-miżura ta’ finanzjament ġenerali għall-benefiċċju tal-ajruport (il-premessi 93 sa 121), fejn issostni li dan huwa ugwalment applikabbli hawnhekk. |
3.3.2. IL-KOMPATIBBILTÀ
|
(143) |
Il-Ġermanja ssostni li jekk il-miżuri jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat, huma jkunu kompatibbli mas-suq intern skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. F’dan ir-rigward, hija tirreferi għall-argumenti ppreżentati fir-rigward tal-miżura ta’ finanzjament ġenerali, fejn issostni li dawn huma ugwalment applikabbli hawnhekk. |
3.4. IL-KUNTRATT TA’ KIRI BEJN FSBESITZG U FSBG
3.4.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(144) |
Il-Ġermanja tagħmel distinzjoni bejn il-kuntratt ta’ kiri konkluż fl-1997, li kien fis-seħħ sal-1 ta’ Lulju 2006, u l-kuntratt ta’ kiri li kien validu mill-1 ta’ Lulju 2006 sakemm saret l-amalgamazzjoni ta’ FSBesitzG u FSBG. |
|
(145) |
Fir-rigward tal-kuntratt ta’ kiri tal-1997, huwa affermat li jekk dan jinstab li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, huwa jikkwalifika bħala għajnuna eżistenti. Jekk il-Kummissjoni ssib li dan il-kuntratt jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli, deċiżjoni bħal din ikollha biss effett għall-ġejjieni, mhux għall-passat. |
|
(146) |
Fir-rigward tal-kuntratt ta’ kiri tal-2006, il-Ġermanja ssostni li dan il-kuntratt kien jammonta biss għal modifika tal-għajnuna eżistenti u ma kienx jikkwalifika bħala għajnuna ġdida. Hija tenfasizza notevolment li l-liġi, li abbażi tagħha seta’ jiġi konkluż kuntratt ta’ kiri, baqgħet ma nbidlitx. Hija tallega li hija meħtieġa bidla fil-bażi leġiżlattiva sabiex il-kuntratt jikkwalifika bħala għajnuna ġdida. |
|
(147) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja tasserixxi li l-kuntratt ta’ kiri tal-2006 kien konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq f’dak iż-żmien. Hija ssostni li pagament tal-kiri varjabbli ma kienx inkomuni u li ma ma hemm ebda indikazzjoni li l-ammont reali mitlub kien baxx b’mod mhux komuni. Barra minn hekk, hija sostniet li l-pagament tal-kiri varjabbli kien jinvolvi wkoll il-possibbiltà li jinkisbu pagamenti tal-kiri ferm ogħla milli setgħu jinkisbu taħt il-kuntratt preċedenti. Ġie sostnut li l-kuntratt ta’ kiri tal-2006 tejjeb l-abbiltà tal-FSBG illi taġixxi. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja ssostni li kien fl-interess ta’ FSBesitzG li żżomm lil Fraport bħala azzjonista, minħabba li l-involviment tal-kumpanija ppermetta li jkun hemm aċċess għall-għarfien u li jinħolqu s-sinerġiji. |
|
(148) |
Fi kwalunkwe każ, il-Ġermanja ssostni li, minkejja l-fatt li ma huwa disponibbli ebda dokument li juri kif ġew ikkalkolati l-pagamenti tal-kiri, l-ammont proprju tal-pagament tal-kiri ma kienx importanti, minħabba li l-konnessjoni mill-qrib bejn FSBesitzG u FSBG kienet tfisser li l-impatt ekonomiku globali kien newtrali. Pagament tal-kiri ogħla kien iwassal lil FSBesitzG biex tirċievi inqas flus mingħand vh Saar, filwaqt li pagament aktar baxx kien jiġi kkumpensat permezz ta’ trasferimenti ogħla mingħand vh Saar. |
|
(149) |
Fir-rigward tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ, il-Ġermanja tirreferi għall-argumenti ppreżentati f’dan ir-rigward fil-kuntest tal-miżuri ta’ finanzjament ġenerali, billi ssostni li dawn l-argumenti huma ugwalment applikabbli hawnhekk. |
3.5. SKONTIJIET GĦAL-LINJI TAL-AJRU
3.5.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(150) |
Il-Ġermanja ssostni li l-iskontijiet fuq it-tariffi tal-ajruport li ġew introdotti fl-2007 kienu ekonomikament sensibbli, ma taw ebda vantaġġ selettiv u ma fixklux il-kompetizzjoni/ma kellhom ebda effett fuq il-kummerċ. |
It-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq
|
(151) |
Wara t-tluq ta’ Hapag Lloyd/TUIFly fl-2006, l-għadd ta’ passiġġieri fl-Ajruport ta’ Saarbrücken naqas bi 30 %. F’din is-sitwazzjoni, skont il-Ġermanja, kien hemm bżonn li jittieħdu azzjonijiet li jiżguraw li l-kapaċità eżistenti tintuża kif xieraq fuq perjodu ta’ żmien minn medju sa twil u li jiżguraw li jinżammu l-kompetittività u l-attrazzjoni tal-ajruport. L-iskeda ta’ tariffi preċedenti wriet li kienet żvantaġġ fil-kompetizzjoni, billi l-ajruport kellu l-ogħla tariffi minn fost l-ajruporti kollha fil-Ġermanja. Il-Ġermanja ssostni li l-iskontijiet fil-fatt wasslu għal żieda kontinwa fl-għadd ta’ passiġġieri wara l-2006. Il-Ġermanja tispjega l-effett pożittiv tal-iskontijiet billi tirreferi għad-deċiżjoni ta’ Air Berlin li tibda sservi lill-Ajruport ta’ Saarbrücken, deċiżjoni li ttieħdet biss wara li ddaħħlu fis-seħħ l-iskontijiet. |
|
(152) |
Il-Ġermanja ssostni l-argument tagħha li l-iskontijiet kienu jagħmlu sens ekonomiku, bl-argument li l-iskontijiet ingħataw biss lil linji tal-ajru jew rotot ġodda. B’konsegwenza ta’ dan, huwa b’hekk affermat li jista’ jkun mistenni li l-iskontijiet ma jkollhom ebda effett immedjat fuq l-istatus quo, iżda jwasslu għal żieda fl-għadd ta’ passiġġieri fil-ġejjieni. Huwa mifhum li s-sens ekonomiku ser ikompli jiġi enfasizzat mil-limitazzjoni li l-iskont ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż tal-investiment tal-linja tal-ajru ġdida jew tar-rotta ġdida. |
|
(153) |
Filwaqt li ssostni li l-iskontijiet kienu jagħmlu sens ekonomiku, il-Ġermanja tisħaq li minħabba li l-iskontijiet kienu offruti lil-linji tal-ajru kollha, kien impossibbli li jsiru kalkoli ex ante preċiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-iskontijiet. Min-naħa l-oħra, l-ispejjeż tal-għeluq tal-ajruport ma ġewx ivvalutati, minħabba li l-għeluq qatt ma kien għażla. |
Is-selettività
|
(154) |
Billi tistrieħ fuq il-fatt li l-iskontijiet introdotti fl-2007 kienu disponibbli għal-linji tal-ajru kollha, il-Ġermanja ssostni li l-miżura ma kinitx selettiva. L-iskeda ta’ tariffi ppubblikata, li l-iskontijiet kienu jagħmlu parti minnha, kienet astratta u ġenerali fil-karattru tagħha, l-iskontijiet kienu applikati awtomatikament għal-linji tal-ajru kollha li joperaw minn Saarbrücken u li fornew id-dejta rilevanti, u l-ajruport ma kellu ebda diskrezzjoni fl-applikazzjoni tal-iskontijiet. |
|
(155) |
Il-Ġermanja tasserixxi li l-iskop tal-iskontijiet kien li jżidu l-attrazzjoni tal-Ajruport ta’ Saarbrücken u mhux li jiffavorixxu linja tal-ajru partikolari. Selettività de facto ser tkun eskluża wkoll mill-fatt li l-istess tariffi kienu applikati għal-linji tal-ajru kollha li jaqbżu l-5 700 kg ta’ Piż Massimu mat-Tlugħ (MTOW), sabiex b’hekk l-ajruplani kollha tat-traffiku kummerċjali jiġu ttrattati b’mod ugwali, u billi ma ssirx diskriminazzjoni bejn it-titjiriet domestiċi u dawk internazzjonali. Fl-aħħar nett, l-iskontijiet lanqas ma għamlu diskriminazzjoni abbażi tal-għadd ta’ ajruplani li llandjaw. |
Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(156) |
Fir-rigward tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ, il-Ġermanja tirreferi għall-argumenti mressqa f’dan ir-rigward għall-miżuri ta’ finanzjament ġenerali, billi ssostni li dawk l-argumenti huma ugwalment applikabbli hawnhekk. |
3.6. GĦAJNUNA TAL-BIDU LIL CIRRUS AIRLINES
3.6.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(157) |
Il-Ġermanja ssostni li meta kkonkludiet il-kuntratt ma’ Cirrus, FSBesitzG aġixxiet l-istess kif kien jaġixxi investitur privat, bil-konsegwenza li l-pagamenti li saru lil Cirrus ma kienu jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, ġie sostnut li l-miżura ma kkawżat ebda distorsjoni għall-kompetizzjoni u ma kellha ebda effett fuq il-kummerċ. |
It-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq
|
(158) |
Skont il-Ġermanja, l-iskop tal-kuntratt ma’ Cirrus kien li tinkiseb żieda fl-għadd ta’ passiġġieri. Iż-żieda kienet mistennija li tirriżulta minn frekwenza ogħla fuq it-titjiriet lejn […], kif ukoll mill-użu ta’ ajruplani moderni. Kemm il-frekwenza ogħla kif ukoll l-obbligu li jintużaw ajruplani moderni kienu partikolarment intiżi biex iżidu l-kumdità u l-flessibbiltà għal dawk li jivvjaġġaw għal skopijiet ta’ negozju. |
|
(159) |
Il-Ġermanja ssostni li l-emendi frekwenti fil-kuntratt juru li FSBesitzG issorveljat mill-qrib l-iżvilupp ekonomiku u setgħet tirreaġixxi malajr għan-neċessità ekonomika. Il-perjodu ta’ notifika qasir għall-kanċellazzjoni tal-kuntratt (30 jum) jidher li huwa indikazzjoni oħra tal-enfasi ta’ FSBesitzG fuq is-sostenibbiltà ekonomika tal-kuntratt, billi jippermettilha tikkanċella l-ftehim f’każ li l-miri ma jkunux jistgħu jintlaħqu. Fl-aħħar nett, il-profittabbiltà fit-tul kienet mistennija li tissaħħaħ bit-twaqqif ta’ Cirrus bħala t-trasportatur lokali f’Saarbrücken. Madankollu, skont il-Ġermanja, ma hija disponibbli ebda dejta preċiża dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija. |
Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(160) |
Fir-rigward tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ, il-Ġermanja tirreferi għall-argumenti li saru fir-rigward tal-iskontijiet fuq it-tariffi tal-ajruporti li ġew introdotti fl-2007, billi ssostni li dawk l-argumenti huma ugwalment applikabbli hawnhekk. |
3.6.2. IL-KOMPATIBBILTÀ
|
(161) |
Il-Ġermanja ssostni li anki li kieku l-pagamenti lil Cirrus kellhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, huma xorta waħda jistgħu jiġu ġustifikati bħala għajnuna tal-bidu kompatibbli skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, kif ukoll fl-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. |
|
(162) |
Billi tfakkar li l-kuntratt ma’ Cirrus żied il-frekwenza tas-servizz ta’ dik il-linja tal-ajru fuq ir-rotta ta’ […], li FSBesitzG ikkonkludiet dak il-kuntratt bil-għan li jkun profittabbli u li l-effett taż-żieda fil-frekwenza fuq rotot oħrajn ma setax jiġi investigat minħabba li ma kien hemm ebda linja tal-ajru oħra li serviet […] minn Saarbrücken, il-Ġermanja ssostni li l-kundizzjonijiet rilevanti ġew issodisfati. Hija tispjega wkoll li ma kien hemm ebda konnessjoni oħra ta’ veloċità għolja li tgħaqqad lil Saarbrücken u […] u li l-pagamenti skont il-kuntratt ma ġewx akkumulati bi skontijiet fuq it-tariffi tal-ajruport (l-iskeda tat-tariffi, inklużi l-iskontijiet, daħlu fis-seħħ biss wara li skada l-kuntratt ma’ Cirrus). Fl-aħħar nett, il-Ġermanja tispjega li minħabba li hija ma kinitx tqis li l-kuntratt kien fih elementi ta’ għajnuna mill-Istat, l-eżistenza tal-kuntratt ma saritx pubblika (fuq lista jew b’mod ieħor) u ma kien previst ebda mekkaniżmu ta’ appell speċifiku. |
3.7. FTEHIM TA’ KUMMERĊJALIZZAZZJONI MA’ AIR BERLIN
3.7.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(163) |
Il-Ġermanja ssostni li l-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Air Berlin kien konkluż b’konformità mat-test tal-MEO u ma jagħti ebda vantaġġ lill-istess Air Berlin għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Barra minn hekk, huwa sostnut li l-miżura ma kkawżat ebda distorsjoni għall-kompetizzjoni u ma kellha ebda effett fuq il-kummerċ. |
It-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq
|
(164) |
Qabel ikkonkludiet il-kuntratt ma’ Air Berlin, FSG evalwat l-ispejjeż u d-dħul mistenni, fejn imbagħad setgħet tikkonkludi li l-kuntratt kien profittabbli għall-ajruport. Il-Ġermanja tispjega li, filwaqt li l-aspettattivi oriġinali ma ntlaħqux għal kollox, estrapolazzjoni tad-dejta reali disponibbli turi li l-kuntratt xorta għadu kjarament profittabbli. |
|
(165) |
F’dan il-kuntest, il-Ġermanja tikkontesta s-suġġeriment li sar fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni ma kellu ebda valur ġenwin għall-ajruport, minbarra ż-żieda fl-għadd ta’ passiġġieri fuq it-titjiriet ta’ Air Berlin. Hija ssostni li l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni maqbula fil-kuntratt isaħħu l-profil tal-Ajruport u tiġbed l-attenzjoni għar-reġjun bħala destinazzjoni tal-ivvjaġġar, li min-naħa tagħha tinvolvi l-possibbiltà li jiġi ġġenerat aktar dħul (mhux relatat mal-avjazzjoni). Il-Ġermanja ssostni li meta linja tal-ajru tikkummerċjalizza destinazzjoni, il-konsumaturi mhux biss jinnotaw il-fatt li din il-linja tal-ajru sservi dik id-destinazzjoni, iżda jsiru konxji wkoll tar-reġjun bħala destinazzjoni tal-ivvjaġġar b’mod ġenerali. |
|
(166) |
Il-Ġermanja tikkontesta wkoll is-sejba preliminari inkluża fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni introduċa b’mod effettiv skontijiet speċjali addizzjonali għal Air Berlin. Il-Ġermanja tiddikjara li, minflok, il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni għandu valur ekonomiku ġenwin għall-ajruport, b’tali mod li kuntratt bħal dan ikun ġie konkluż ukoll minn investitur privat, liema kuntratt diġà mistenni jkun profittabbli wara tliet snin. |
Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(167) |
Fir-rigward tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ, il-Ġermanja tirreferi għall-argumenti li saru fir-rigward tal-iskontijiet fuq it-tariffi tal-ajruporti li ġew introdotti fl-2007, billi ssostni li dawk l-argumenti huma ugwalment applikabbli hawnhekk. |
4. KUMMENTI RIĊEVUTI MINN AIR BERLIN
|
(168) |
Qabel issostni li ż-żewġ miżuri li jaffettwaw direttament lil Air Berlin – jiġifieri l-iskema ġenerali ta’ skontijiet fuq it-tariffi tal-ajruporti u l-kuntratt tas-suq konkluż bejn FSG u Air Berlin – huma konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-linja tal-ajru l-ewwel tagħmel ir-rimarka ġenerali li hija tal-fehma li teżisti domanda ġenwina għal servizz tal-avjazzjoni fir-reġjun ta’ Saarbrücken. Hija tenfasizza li t-titjiriet ta’ Air Berlin lejn […] u […] jilħqu “Fattur tat-Tagħbija tal-Passiġġieri” komparabbli għal dak milħuq fuq it-titjiriet ta’ Air Berlin għall-istess destinazzjonijiet minn […]. Barra minn hekk, Air Berlin hija tal-opinjoni li ebda wieħed mill-ajruporti eżistenti l-oħrajn fir-reġjun ma jista’ jkun alternattiva vijabbli għal Saarbrücken, li min-naħa tagħha tipprekludi effett fuq il-kummerċ. B’mod partikolari, Air Berlin tenfasizza li hija qatt ma kkunsidrat lill-ajruporti ġirien […] bħala bażi alternattiva, minħabba li d-domanda għal titjiriet minn dawk l-ajruporti lejn […], destinazzjoni tal-btajjel popolari l-aktar mat-turisti Ġermaniżi, mhijiex komparabbli mad-domanda għal destinazzjonijiet bħal dawn mill-Ajruport ta’ Saarbrücken. |
4.1. SKONTIJIET GĦAL-LINJI TAL-AJRU
|
(169) |
Fir-rigward tal-iskontijiet imsemmija fl-iskeda tat-tariffi tal-ajruporti tal-2007, Air Berlin, bħall-Ġermanja, issostni li minħabba l-karattru astratt u ġenerali tagħha, l-iskontijiet ma setgħux jitqiesu bħala selettivi. Kull meta linja tal-ajru tissodisfa l-kundizzjonijiet elenkati, l-iskontijiet jingħataw mingħajr ebda diskrezzjoni min-naħa tal-ajruport. |
|
(170) |
Barra minn hekk, Air Berlin tikkontesta l-fatt li teżisti kompetizzjoni bejn linji tal-ajru minn Stati Membri differenti. Billi tfakkar li hemm linja tal-ajru waħda biss minn Stat Membru ieħor li topera minn Saarbrücken, hija ssostni li s-suppożizzjoni li l-miżuri għandhom effett fuq il-kummerċ mhijiex sostenibbli. |
|
(171) |
Air Berlin issostni wkoll li s-sistema ta’ skontijiet tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fis-sentenza Charleroi tal-Qorti, jiġifieri li l-iskontjiet huma limitati fiż-żmien, digressivi u mhux disponibbli għal aktar minn 50 % tal-ispejjeż reali tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-bidu. |
|
(172) |
Fl-aħħar nett, Air Berlin tasserixxi li, meta mqabbla ma’ dawk ta’ ajruporti Ġermaniżi oħrajn, it-tariffi fl-Ajruport ta’ Saarbrücken mhumiex partikolarment baxxi. Huwa sostnut li t-tariffi tal-passiġġieri huma bejn […] u […] aktar baxxi fi […]. |
4.2. FTEHIM TA’ KUMMERĊJALIZZAZZJONI MA’ AIR BERLIN
|
(173) |
Air Berlin tispjega li l-iżvilupp tal-għadd ta’ passiġġieri minn mindu ġie konkluż il-kuntratt jikkonferma l-aspettattivi li kien hemm f’dak iż-żmien. Abbażi ta’ dan, jista’ jiġi preżunt li ż-żieda fid-dħul mill-avjazzjoni u minn attivitajiet mhux relatati mal-avjazzjoni, li kienet qiegħda tistenna li tikseb l-FSG minn dan il-kuntratt, ser timmaterjalizza. |
|
(174) |
Barra minn hekk, Air Berlin telenka d-diversi konnessjonijiet disponibbli permezz ta’ […], kif ukoll id-diversi attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni li ħadet sabiex tippromwovi lill-Ajruport ta’ Saarbrücken. Hija ssostni li l-kombinazzjoni taż-żieda fil-frekwenza, il-konnessjonijiet attraenti u l-promozzjoni tal-Ajruport ta’ Saarbrücken bħala destinazzjoni tal-btajjel u għan-negozju għandha valur sinifikanti għall-ajruport u għar-reġjun b’mod ġenerali. B’konsegwenza ta’ dan, skont Air Berlin, il-kuntratt jagħmel sens ekonomiku għall-ajruport u, għalhekk, dan seta’ jiġi konkluż ukoll minn investitur privat. |
5. VALUTAZZJONI
5.1. IL-FINANZJAMENT TA’ VH SAAR, FSG U FSBESITZG (INJEZZJONIJIET TA’ KAPITAL F’VH SAAR, INJEZZJONIJIET TA’ KAPITAL F’FSBESITZG/FSG SABIEX JIĠI KOPERT IT-TELF)
|
(175) |
Il-finanzjament ta’ vh Saar, FSG u FSBesitzG taħt valutazzjoni kien jikkonsisti fil-miżuri li ġejjin: vh Saar injettat kapital f’FSBesitzG/FSG sabiex tkopri t-telf tagħhom, vh Saar iffinanzjat dan b’injezzjonijiet ta’ kapital illi hija rċeviet mingħand is-Saarland u minn dħul ieħor. |
5.1.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(176) |
Permezz tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat “…kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” |
|
(177) |
Il-kriterji stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, jeħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin. Jiġifieri, l-appoġġ finanzjarju għandu:
|
Attività ekonomika u l-kunċett ta’ impriża
|
(178) |
Skont każistika stabbilita, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tistabbilixxi jekk vh Saar, FSG u FSBesitzG humiex impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-kunċett ta’ impriża jkopri lil kull entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tiġi ffinanzjata (23). Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ prodotti jew servizzi f’suq partikolari hija attività ekonomika (24). |
|
(179) |
Fis-sentenza tagħha “L-ajruport ta’ Leipzig-Halle” , il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-operat ta’ ajruport għal skopijiet kummerċjali u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport jikkostitwixxu attività ekonomika (25). Ladarba operatur ta’ ajruport jinvolvi ruħu f’attivitajiet ekonomiċi billi joffri servizzi bi ħlas fl-ajruport, irrispettivament mill-istatus legali tiegħu jew mill-mod kif jiġi ffinanzjat, huwa jikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, għalhekk, ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat jistgħu jiġu applikati għal vantaġġi mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat lil dak l-operatur tal-ajruport (26). |
|
(180) |
Fir-rigward tal-mument fiż-żmien minn meta l-kostruzzjoni u l-operat ta’ ajruport ikunu saru attività ekonomika, il-Kummissjoni tfakkar li l-iżvilupp gradwali tal-forzi tas-suq fis-settur tal-ajruport ma jippermettix li tiġi ddeterminata dejta preċiża. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet l-evoluzzjoni fin-natura tal-attivitajiet tal-ajruport u, fis-sentenza tagħha fil-kawża “L-Ajruport ta’ Leipzig/Halle” , il-Qorti Ġenerali sostniet li, mis-sena 2000 ‘il quddiem, ma setgħetx tibqa’ tiġi eskluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport. Konsegwentement, mid-data tas-sentenza fil-kawża “Aéroports de Paris” (it-12 ta’ Diċembru 2000), l-operat u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport għandhom jitqiesu bħala kompitu li jaqa’ fl-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. |
|
(181) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-infrastruttura li hija soġġetta għad-Deċiżjoni preżenti kienet ilha titħaddem mill-operatur tal-ajruport FSBG mill-1997, filwaqt li l-infrastruttura tal-ajruport kienet proprjetà ta’ FSBesitzG, li kienet responsabbli wkoll mill-manutenzjoni tagħha. |
|
(182) |
Mill-2008 ‘l hawn, FSG saret kemm is-sid kif ukoll l-operatur tal-ajruport ta’ Saarbrücken. L-operatur tal-ajruport – li sal-2008 kien l-FSBG u minn hemm ‘il quddiem l-FSG – jitlob ħlas mingħand l-utenti għall-użu tas-servizzi u tal-infrastruttura tiegħu, filwaqt li s-sid tal-infrastruttura – FSBesitzG sal-2008 – kera l-infrastruttura lill-operatur tal-ajruport għal ħlas ta’ kiri. Fil-fatt, kemm is-sid tal-infrastruttura kif ukoll l-operatur tal-infrastruttura b’hekk qegħdin jisfruttaw kummerċjalment l-infrastruttura tal-ajruport f’Saarbrücken. Jirriżulta li l-entitajiet li jisfruttaw din l-infrastruttura – FSBesitzG, FSBG u FSG – jikkostitwixxu impriżi għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat mit-12 ta’ Diċembru 2000, id-data meta ngħatat is-sentenza fil-kawża Aéroports de Paris, ‘il quddiem. |
|
(183) |
Fir-rigward ta’ vh Saar, il-Ġermanja sostniet li, bħala kumpanija azzjonarja, vh Saar ma setgħetx titqies bħala impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “is-sempliċi pussess ta’ ishma, saħansitra azzjonisti kontrollanti, mhuwiex biżżejjed biex jikkaratterizza attività ekonomika tal-entità fil-pussess ta’ dawk l-ishma, meta dan jagħti biss lok għall-eżerċitar tad-drittijiet marbuta mal-istatus ta’ azzjonist jew membru, kif ukoll, jekk ikun xieraq, il-wasla ta’ dividendi, li huma sempliċiment il-frott tal-proprjetà ta’ assi.” (27) Fl-istess ħin, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li “[m]in-naħa l-oħra, entità li, billi għandha azzjonisti kontrollanti f’kumpanija, effettivament teżerċita dak il-kontroll billi tinvolvi lilha nnifisha direttament jew indirettament fil-ġestjoni tagħha, għandha titqies bħala li tieħu sehem fl-attività ekonomika mwettqa mill-impriża kkontrollata.” |
|
(184) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-funzjoni statutorja ta’ vh Saar hija li tikkoordina l-“attivitajiet relatati mal-kostruzzjoni, l-estensjoni u l-operat tal-portijiet u l-ajruporti pubbliċi fis-Saarland”. Dik il-koordinazzjoni tipikament tmur ‘lil hinn mis-sempliċi eżerċitar tad-drittijiet marbuta mal-istatus tal-azzjonist. Fl-istess ħin, ma teżisti ebda evidenza li turi li vh Saar effettivament teżerċita l-kontroll jew tinvolvi ruħha direttament fil-ġestjoni ta’ FSBesitzG jew FSG. F’dan l-isfond, mhuwiex ċar għal kollox jekk vh Saar tistax tiġi kkaratterizzata bħala impriża. Madankollu, il-Kummissjoni ssib li hija tista’ tħalli din il-mistoqsija miftuħa fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-premessa 203 aktar ‘l isfel, jiġifieri li vh Saar ma rċeviet ebda vantaġġ. |
L-ambitu tal-politika pubblika
|
(185) |
Għalhekk, filwaqt li FSBesitzG, FSG u FSBG għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu impriżi għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, għandu jiġi mfakkar li mhux l-attivitajiet kollha ta’ operatur jew ta’ sid ta’ ajruport huma neċessarjament ta’ natura ekonomika (28). |
|
(186) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja (29) sostniet li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċitar tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika mhumiex ta’ natura ekonomika u ma jaqgħux fl-ambitu tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Tali attivitajiet jinkludu, pereżempju, is-sigurtà, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija u d-dwana. Il-finanzjament għandu jkun strettament limitat għall-kumpens tal-ispejjeż li għalihom jagħtu lok dawn l-attivitajiet u ma jistax jintuża minflok sabiex jiffinanzja attivitajiet ekonomiċi oħrajn (30). |
|
(187) |
Għalhekk, il-finanzjament ta’ attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika, jew ta’ infrastruttura direttament relatata ma’ dawk l-attivitajiet b’mod ġenerali, ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat (31). F’ajruport, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar, l-attivitajiet meħtieġa sabiex jissalvagwardjaw l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġa għat-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet, huma ġeneralment meqjusa bħala ta’ natura mhux ekonomika (32). |
|
(188) |
Madankollu, il-finanzjament pubbliku ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi neċessarjament marbuta mat-twettiq ta’ attività ekonomika ma għandux iwassal għal diskriminazzjoni bla bżonn bejn il-maniġers tal-ajruporti u l-linji tal-ajru. Tabilħaqq, hija każistika stabbilita li jkun hemm vantaġġ meta l-awtoritajiet pubbliċi jeħilsu lill-impriżi mill-ispejjeż inerenti għall-attivitajiet ekonomiċi tagħhom (33). Għalhekk, jekk f’sistema legali partikolari huwa normali li l-maniġers tal-ajruporti jew il-linji tal-ajru jħallsu l-ispejjeż ta’ ċerti servizzi, filwaqt li xi maniġers ta’ ajruporti jew linji tal-ajru li jipprovdu l-istess servizzi f’isem l-istess awtoritajiet pubbliċi ma jkollhomx għaliex iħallsu dawk l-ispejjeż, dawn tal-aħħar jistgħu jgawdu vantaġġ, anki jekk dawk is-servizzi minnhom infushom jitqiesu bħala mhux ekonomiċi. Għalhekk, jeħtieġ li ssir analiżi tal-qafas legali applikabbli għall-operatur tal-ajruport sabiex jiġi vvalutat jekk, taħt dak il-qafas legali, il-maniġers tal-ajruporti jew il-linji tal-ajru humiex mitluba li jħallsu l-ispiża tal-provvista ta’ xi attivitajiet li minnhom infushom jistgħu ma jkunux ekonomiċi, iżda li jkunu inerenti għall-iskjerament tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. |
|
(189) |
Il-Ġermanja tispjega li l-attivitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika, bil-konsegwenza li t-twettiq tagħhom jikkostitwixxi attività ekonomika: miżuri ta’ sigurtà fl-ajruport skont § 8 Luftsicherheitsgesetz (il-Liġi dwar is-Sigurtà fl-Ajru) (34) (iċ-ċnut madwar l-ajruport u l-mogħdijiet ta’ kontroll, il-post minn fejn jgħaddu l-kontejners, is-sinjali ta’ fuq ir-runway, l-elettriku f’każ ta’ emerġenza, l-ispazji ta’ parkeġġ għall-ajruplani soġġetti għal theddidiet ta’ bomba u l-estensjoni tar-runway u taż-żoni tas-sikurezza (RESA) li kollha jaqgħu taħt § 8 Luftsicherheitsgesetz); il-brigata tat-tifi tan-nar; u l-miżuri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u tas-sikurezza fl-ajru skont § 27(c)(2) Luftverkehrsgesetz (il-Liġi dwar it-Traffiku tal-Ajru). |
|
(190) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżuri skont § 8 Luftsicherheitsgesetz, il-miżuri skont § 27(c)(2) Luftverkehrsgesetz u l-brigata tat-tifi tan-nar jistgħu, fil-prinċipju, jitqiesu bħala li jikkostitwixxu attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika. |
|
(191) |
Madankollu, fir-rigward tal-miżuri li huma purament relatati mas-sikurezza operattiva, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-iżgurar ta’ operazzjonijiet sikuri fl-ajruport huwa parti normali mill-attività ekonomika tal-operat ta’ ajruport (35). Soġġetta għal analiżi aktar iddettaljata fir-rigward ta’ attivitajiet u spejjeż individwali (ara l-premessi 196 u 197), il-Kummissjoni ssib li l-miżuri li huma maħsuba biex jiżguraw is-sikurezza tal-operazzjonijiet fl-ajruport ma jikkostitwixxux attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika. Kwalunkwe impriża li tkun tixtieq topera ajruport għandha tiżgura s-sikurezza tal-installazzjonijiet, bħal dik tar-runway u tas-superfiċje asfaltata fl-ajrudrom. |
|
(192) |
Fir-rigward tal-qafas legali, il-Ġermanja sostniet li fir-rigward tal-brigata tat-tifi tan-nar ma hemmx regoli legali li jimponu strettament dawn l-ispejjeż fuq l-operatur tal-ajruport. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li r-rimunerazzjoni tal-ispejjeż għall-brigata tat-tifi tan-nar hija soġġetta għal responsabbiltajiet reġjonali u li dawn l-ispejjeż ġeneralment jiġu rrimunerati mill-awtoritajiet reġjonali rilevanti. Ir-rimunerazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż hija limitata sa fejn hija neċessarja sabiex jiġu koperti dawn l-ispejjeż. |
|
(193) |
Fir-rigward tal-miżuri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u tas-sikurezza fl-ajru, § 27(d) Luftverkehrsgesetz tistabbilixxi li l-ispejjeż relatati mal-miżuri f’§ 27(c) Luftverkehrsgesetz huma koperti mill-Istat għal għadd ta’ ajruporti speċifiċi. L-ajruporti huma eliġibbli għal kopertura tal-ispejjeż bħala “ajruporti rikonoxxuti” skont § 27(d) Luftverkehrsgesetz jekk il-Ministeru Federali tat-Trasport ikun irrikonoxxa neċessità tal-miżuri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u tas-sikurezza fl-ajru għal raġunijiet ta’ sigurtà u għal interessi relatati mal-politika dwar it-trasport (36). L-ajruporti Ġermaniżi li ma ġewx rikonoxxuti mhumiex eliġibbli għal kopertura tal-ispejjeż skont § 27(d) Luftverkehrsgesetz u, għalhekk, fil-prinċipju, iridu jħallsu l-ispejjeż relatati mal-miżuri previsti fi § 27(c) Luftverkehrsgesetz huma stess. Dawn l-ispejjeż huma inerenti għall-operat tal-ajruporti. Minħabba li xi ajruporti jkollhom iħallsu dawn l-ispejjeż huma stess, filwaqt li ajruporti oħrajn ma jħallsux, dawn tal-aħħar jistgħu jingħataw vantaġġ, anki jekk il-miżuri ta’ kontroll u ta’ sikurezza fl-ajru jistgħu jitqiesu bħala mhux ekonomiċi. Il-Kummissjoni tinnota li l-Ajruport ta’ Saarbrücken kien rikonoxxut bħala ajruport eliġibbli għal kopertura tal-ispejjeż skont § 27(d) Luftverkehrsgesetz. Ajruporti oħrajn ikollhom iħallsu dawn l-ispejjeż huma stess. Għalhekk, il-kopertura tal-ispejjeż tal-Ajruport ta’ Saarbrücken relatati mal-miżuri tat-traffiku tal-ajru u tas-sikurezza fl-ajru skont § 27(d) Luftverkehrsgesetz tagħti vantaġġ lill-Ajruport ta’ Saarbrücken, anki jekk il-miżuri ta’ kontroll u ta’ sikurezza fl-ajru jistgħu jitqiesu bħala ta’ natura mhux ekonomika. |
|
(194) |
Fir-rigward tal-miżuri skont § 8 Luftsicherheitsgesetz, jidher li l-Ġermanja hija tal-fehma li l-ispejjeż kollha relatati mal-miżuri preskritti hemmhekk jistgħu jitħallsu mill-awtoritajiet pubbliċi. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li skont § 8(3) Luftsicherheitsgesetz huma biss l-ispejjeż relatati mal-provvista u l-manutenzjoni tal-ispazji u tal-bini neċessarji għat-twettiq tal-attivitajiet elenkati fi § 5 Luftsicherheitsgesetz li jistgħu jiġu rrimborżati. L-ispejjeż l-oħrajn kollha għandhom jitħallsu mill-operatur tal-ajruport. Sakemm il-finanzjament pubbliku mogħti lil FSBesitzG jew FSG jeħles lil dawk l-impriżi mill-ispejjeż li kien ikollhom iħallsu skont § 8(3) Luftsicherheitsgesetz, dak il-finanzjament pubbliku mhuwiex eżentat minn skrutinju skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. |
Konklużjoni dwar l-ambitu tal-politika pubblika
|
(195) |
Fid-dawl ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni ssib li huwa xieraq li tħejji konklużjonijiet aktar speċifiċi rigward l-ispejjeż tal-investiment u l-ispejjeż operattivi li allegatament jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika. |
|
(196) |
Fir-rigward tal-ispejjeż operattivi, il-Kummissjoni taċċetta li l-ispejjeż operattivi marbuta mal-brigata tat-tifi tan-nar jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika, safejn ir-rimunerazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż tkun strettament limitata għal dak li huwa neċessarju sabiex jitwettqu dawn l-attivitajiet. Fir-rigward tal-ispejjeż operattivi marbuta mal-miżuri meħuda skont § 8 Luftsicherheitsgesetz, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huma biss dawk l-ispejjeż li fil-konfront tagħhom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont § 8(3) Luftsicherheitsgesetz li jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika. Fir-rigward tal-miżuri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u tas-sikurezza fl-ajru skont § 27ċ(2) Luftverkehrsgesetz, wara li tinnota li Saarbrücken huwa wieħed mill-ajruporti eliġibbli għal kopertura tal-ispejjeż, filwaqt li ajruporti oħrajn mhumiex, il-Kummissjoni ssib li l-kopertura tal-ispejjeż operattivi marbuta mal-miżuri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u tas-sikurezza fl-ajru skont § 27(d) Luftverkehrsgesetz tagħti vantaġġ lill-Ajruport ta’ Saarbrücken, anki jekk il-miżuri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u tas-sikurezza fl-ajru jistgħu jitqiesu bħala mhux ekonomiċi. Bl-istess mod, l-ispejjeż operattivi relatati mal-iżgurar tas-sikurezza operattiva tal-ajruport ma jikkwalifikawx bħala spejjeż fl-ambitu tal-politika pubblika. |
|
(197) |
Fir-rigward tal-investimenti li saru bejn is-sena 2000 u l-2012, il-Kummissjoni taċċetta li l-investimenti li huma direttament relatati mal-brigata tat-tifi tan-nar jikkwalifikaw bħala spejjeż fl-ambitu tal-politika pubblika safejn ir-rimunerazzjoni ta’ dawk l-ispejjeż tkun strettament limitata għal dak li huwa neċessarju għat-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet. Fir-rigward tal-investimenti marbuta mal-miżuri meħuda skont § 8 Luftsicherheitsgesetz, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huma biss dawk l-ispejjeż li fil-konfront tagħhom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont § 8(3) Luftsicherheitsgesetz li jikkwalifikaw bħala spejjeż fl-ambitu tal-politika pubblika. Fir-rigward tal-investimenti marbuta mal-miżuri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u tas-sikurezza fl-ajru skont § 27(c)(2) Luftverkehrsgesetz, wara li tinnota li Saarbrücken huwa wieħed mill-ajruporti eliġibbli għal kopertura tal-ispejjeż, il-Kummissjoni ssib li dawk l-investimenti relatati mal-miżuri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u tas-sikurezza fl-ajru skont § 27(d) Luftverkehrsgesetz jagħtu vantaġġ lill-Ajruport ta’ Saarbrücken, anki jekk il-miżuri ta’ kontroll u ta’ sikurezza fl-ajru jistgħu jitqiesu bħala mhux ekonomiċi. Bl-istess mod, l-investimenti relatati mal-iżgurar tas-sikurezza operattiva tal-ajruport ma jikkwalifikawx bħala spejjeż fl-ambitu tal-politika pubblika. B’mod partikolari, dan ifisser li l-investimenti fiċ-ċnut madwar l-ajruport, fis-sinjali ta’ fuq ir-runway u fl-estensjoni tar-runway u taż-żoni tas-sikurezza ma jistgħux jikkwalifikaw bħala li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika. |
|
(198) |
Fi kwalunkwe każ, irrispettivament mill-klassifikazzjoni legali ta’ dawk l-ispejjeż bħala li jaqgħu fl-ambitu pubbliku jew le, intwera li dawn għandhom jitħallsu mill-operatur tal-ajruport, taħt il-qafas legali applikabbli. Għaldaqstant, li kieku l-Istat kellu jħallas għal dawk l-ispejjeż, l-operatur tal-ajruport jinħeles minn spiża li normalment ikollu jħallas. |
Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat
|
(199) |
Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, jeħtieġ li l-miżura inkwistjoni tkun iffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li tingħata l-miżura għandha tkun imputabbli lill-Istat. |
|
(200) |
Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu (37). Ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali huma għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tar-riżorsi tal-Istat skont it-Trattat (38). |
|
(201) |
L-injezzjonijiet ta’ kapital ipprovduti lil vh Saar joriġinaw direttament mill-baġit tal-Land Saarland u, għalhekk, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. |
|
(202) |
Fir-rigward tal-finanzjament ta’ FSBesitzG/FSG minn vh Saar, ta’ min jinnota li vh Saar hija kollha kemm hi proprjetà tal-Land Saarland u, għalhekk, tikkostitwixxi impriża pubblika. B’hekk, il-finanzjament ipprovdut minn vh Saar lil FSBesitzG/FSG jikkostitwixxi telf ta’ riżorsi tal-Istat. Fir-rigward tal-imputabbiltà tal-ftehim P&L u t-trasferimenti li saru taħtu, il-Kummissjoni tinnota li l-istatuti, li permezz tagħhom vh Saar ġiet stabbilita mill-Ministeru tal-Ekonomija tal-Land Saarland, huma datati s-7 ta’ Mejju 1996. F’dak il-jum stess, ġie stabbilit il-ftehim P&L bejn vh Saar u FSBesitzG/FSG. Skont il-Ġermanja, vh Saar taġixxi taħt il-“kontroll fattwali u legali komprensiv tal-Land Saarland” bħala l-azzjonista waħdanija tal-kumpanija. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li, skont ir-rapporti annwali ta’ vh Saar, il-kumpanija tista’ titqies bħala li tikkontrolla lil FSBesitzG/FSG (39). Skont l-istatuti, il-gvern tas-Saarland jaħtar il-bord ta’ superviżjoni ta’ vh Saar u l-president tal-bord ta’ superviżjoni huwa rappreżentant tal-Ministeru tal-Land responsabbli għall-avjazzjoni. L-istatuti jipprevedu wkoll li l-bord tad-diretturi jinħatar mill-assemblea ġenerali, li tikkonsisti f’rappreżentanti tal-proprjetarju, jiġifieri s-Saarland. Fl-aħħar nett, l-istatuti jistabbilixxu li vh Saar kellha tikkonkludi ftehim ta’ kontroll (40) mal-FSG. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ftehim P&L bejn vh Saar u FSBesitzG/FSG u t-trasferimenti li saru taħtu huma imputabbli lill-Istat. |
Vantaġġ ekonomiku
|
(203) |
Il-Ġermanja kkonfermat li l-fondi pubbliċi kollha pprovduti lil vh Saar jintużaw mill-entità sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-ftehim P&L ma’ FSBesitzG/FSG, jiġifieri li l-fondi kollha jiġu ttrasferiti minn vh Saar lil FSBesitzG/FSG. Għalhekk, billi vh Saar hija biss intermedjarja li permezz tagħha l-finanzjament jiġi ttrasferit mill-Istat lil FSBesitzG/FSG, vh Saar ma tistax titqies bħala li tirċievi vantaġġ ekonomiku hija stess. |
FSBesitzG/FSG: MEO
|
(204) |
Vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat (41). Huwa biss l-effett tal-miżura fuq l-impriża li huwa rilevanti, mhux il-kawża jew l-għan tal-intervent mill-Istat (42). Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża titjieb bħala riżultat ta’ intervent mill-Istat, mela allura jkun hemm il-preżenza ta’ vantaġġ. |
|
(205) |
Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li “l-kapital impoġġi direttament jew indirettament għad-dispożizzjoni ta’ impriża mill-Istat f’ċirkostanzi li jikkorrespondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq ma jistax jitqies bħala għajnuna mill-Istat” (43). F’dan il-każ, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-finanzjament pubbliku tal-Ajruport ta’ Saarbrücken jagħtix vantaġġ lil FSBesitzG/FSG li ma jistgħux jirċievu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, il-Kummissjoni għandha tqabbel il-kondotta tal-azzjonisti pubbliċi li jipprovdu l-finanzjament ma’ dik ta’ MEO li jiġi ggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà fit-tul (44). |
|
(206) |
Il-valutazzjoni għandha tħalli fil-ġenb xi riperkussjonijiet pożittivi fuq l-ekonomija tar-reġjun fejn jinsab l-ajruport, minħabba li l-Qorti kkjarifikat li l-mistoqsija rilevanti għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-MEO hija jekk “f’ċirkostanzi simili, azzjonist privat, wara li jkun ikkunsidra l-prevedibbiltà li jinkiseb redditu u wara li ħalla fil-ġenb il-kunsiderazzjonijiet soċjali, tal-politika reġjonali u settorjali kollha, ikunx issottoskriva l-kapital inkwistjoni” (45). |
|
(207) |
Fil-kawża Stardust Marine, il-Qorti ddikjarat li, “[…] sabiex jiġi eżaminat jekk l-Istat adottax jew le l-imġiba ta’ investitur prudenti li jopera f’ekonomija tas-suq, jeħtieġ li wieħed iqiegħed lilu nnifsu fil-kuntest tal-perodu li matulu twettqu l-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju sabiex tiġi vvalutata r-razzjonalità ekonomika tal-imġiba tal-Istat u, b’hekk, joqgħod lura milli jagħmel xi valutazzjoni msejsa fuq sitwazzjoni sussegwenti” (46). |
|
(208) |
Barra minn hekk, fil-kawża EDF, il-Qorti ddikjarat li, “[…] għall-finijiet li jintwera li, qabel jew fl-istess ħin li jagħti l-vantaġġ, l-Istat Membru ħa dik id-deċiżjoni bħala azzjonista, mhuwiex biżżejjed li wieħed jistrieħ fuq l-evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula wara li jkun ingħata l-vantaġġ, fuq sejba retrospettiva li l-investiment magħmul mill-Istat Membru kkonċernat kien tabilħaqq profittabbli, jew fuq ġustifikazzjonijiet sussegwenti tal-kors ta’ azzjoni tabilħaqq magħżul” (47). |
|
(209) |
Sabiex tkun tista’ tapplika l-prinċipju tal-MEO, il-Kummissjoni għandha tpoġġi lilha nnifisha fiż-żmien meta ttieħdet kull deċiżjoni li jiġu ffinanzjati l-miżuri inkwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tibbaża wkoll il-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni u s-suppożizzjonijiet li kienu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet lokali rilevanti fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni li tikkonċerna l-arranġamenti finanzjarji tal-miżuri inkwistjoni. |
|
(210) |
Il-Kummissjoni tieħu nota tas-sottomissjoni tal-Ġermanja li l-Land Saarland, li jippossjedi u jiffinanzja l-Ajruport ta’ Saarbrücken, mhuwiex ikkonċernat b’redditu fuq l-investiment, iżda minflok jara l-finanzjament bħala li huwa relatat mal-provvista ta’ infrastruttura essenzjali. Skont il-Ġermanja, huwa wkoll għal din ir-raġuni li ma teżisti ebda analiżi tal-ispejjeż tal-għeluq potenzjali tal-ajruport. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-ajruport beda jġarrab telf dejjem jiżdied mis-sena 2000 u li EBIDTA pożittiv, iżda mhux riżultat globali pożittiv, huwa mistenni biss għall-2020. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-finanzjament pubbliku ta’ FSBesitzG/FSG ma jistax jikkwalifika bħala li huwa konformi mal-prinċipju tal-MEO. |
FSBesitzG/FSG: Il-kumpens għal SGEI
|
(211) |
Il-Ġermanja sostniet li, f’dan il-każ, il-finanzjament pubbliku jikkostitwixxi kumpens għal servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali li ma jagħti ebda vantaġġ ekonomiku. Skont il-ġurisprudenza Altmark (48) tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kumpens għall-provvista ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ma jagħti ebda vantaġġ ekonomiku meta jiġu ssodisfati l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
|
(212) |
Skont il-kriterju 4 ta’ Altmark, l-ammont ta’ kumpens għandu jiġi ddeterminat jew wara proċedura ta’ akkwist pubbliku jew, minflok, fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li setgħet iġġarrab impriża tipika mmexxija sewwa. Fil-każ tal-Ajruport ta’ Saarbrücken, l-operat tal-ajruport ma ġiex esternalizzat b’sejħa għall-offerti, iżda minflok ġie fdat lill-impriża Statali FSBesitzG/FSG. Barra minn hekk, l-ammont ta’ kumpens ma kienx iddeterminat abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li setgħet ġarrbet impriża tipika mmexxija sewwa. Il-modalitajiet tal-finanzjament kienu u huma tali li kwalunkwe telf iġġenerat minn FSBesitzG/FSG jiġi kopert mir-riżorsi tal-Istat, irrispettivament minn jekk tali telf jikkorrespondix għall-ispejjeż li setgħet ġarrbet impriża tipika mmexxija sewwa. |
|
(213) |
Sabiex jiġi ssodisfat il-kriterju 4 ta’ Altmark, mhuwiex biżżejjed li l-awtoritajiet tal-Land Saarland, li bħala azzjonist waħdieni għandu setgħat komprensivi ta’ superviżjoni u kontroll, jaffermaw li żguraw l-użu effiċjenti tar-riżorsi. Filwaqt li l-Ġermanja ssostni li huma biss l-ispejjeż imġarrba bħala konsegwenza tal-operazzjonijiet effiċjenti li daħlu fil-kopertura tad-defiċit, il-ftehim P&L ma jipprevedi ebda limitazzjoni bħal din, iżda minflok jipprevedi l-kopertura ta’ kwalunkwe telf li seta’ kien iġġenerat. |
|
(214) |
Lanqas ma huwa biżżejjed li wieħed iqabbel l-ispejjeż tal-Ajruport ta’ Saarbrücken ma’ dawk ta’ impriżi oħrajn li huma proprjetà tal-Istat u attivi f’setturi oħrajn, minħabba li ma tista’ ssir ebda konklużjoni minnhom fir-rigward tal-effiċjenza tal-operatur tal-ajruport. Skont il-Ġermanja, ma kien hemm ebda tentattiv li jsir paragun ma’ operaturi ta’ ajruporti oħrajn, minħabba li kien meqjus li l-ajruporti reġjonali kienu ferm differenti minn xulxin f’dak li għandu x’jaqsam mal-ispejjeż u d-dħul tagħhom sabiex ikun jista’ jsir paragun sinifikanti. |
|
(215) |
Fl-analiżi finali tagħha, għalhekk, il-Ġermanja tistrieħ primarjament fuq l-apprezzament tagħha li ma hemm ebda indikazzjoni li l-operatur tal-ajruport f’Saarbrücken kien ineffiċjenti. Hija sostniet li, fl-imgħoddi, il-Kummissjoni aċċettat in-nuqqas ta’ indikazzjoni ta’ ineffiċjenza bħala suffiċjenti għall-konformità mal-kriterju 4 ta’ Altmark. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li d-deċiżjoni msemmija mill-Ġermanja b’ebda mod ma hija bbażata biss fuq in-nuqqas ta’ indikazzjoni ta’ ineffiċjenza. F’dak il-każ, il-Kummissjoni rreferiet għal raġunijiet varji sabiex issib li l-kriterju 4 ta’ Altmark kien issodisfat u enfasizzat li r-raġunament tagħha kien ibbażat fuq il-“limitazzjonijiet legali u fattwali speċifiċi li jipprevalu f’dan il-każ” (49). |
|
(216) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li l-kriterju 4 ta’ Altmark mhuwiex issodisfat fil-każ preżenti. Billi l-erba’ kriterji ta’ Altmark huma strettament kumulattivi, mhuwiex neċessarju li tiġi vvalutata l-konformità mal-kriterji l-oħrajn. |
Is-selettività
|
(217) |
L-Artikolu 107 (1) tat-Trattat jesiġi li miżura, sabiex tiġi definita bħala għajnuna mill-Istat, għandha tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti” . Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tinnota li mill-finanzjament pubbliku tibbenifika biss FSBesitzG/FSG. B’hekk, dan il-finanzjament huwa kjarament selettiv skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(218) |
Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li jikkompetu fis-suq intern, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala li ġew affettwati minn dik l-għajnuna (50). F’dan il-każ, il-vantaġġ ekonomiku mogħti mill-miżura lill-operatur tal-ajruport isaħħaħ il-pożizzjoni ekonomika tiegħu, billi l-operatur tal-ajruport ser ikun jista’ jistabbilixxi n-negozju tiegħu mingħajr ma jġorr l-ispejjeż operattivi u għall-investiment inerenti. |
|
(219) |
Kif ġie vvalutat fil-premessi 178 et seq., l-operat ta’ ajruport huwa attività ekonomika. Minn naħa waħda, il-kompetizzjoni sseħħ bejn l-ajruporti sabiex jattiraw il-linji tal-ajru u t-traffiku tal-ajru korrispondenti (passiġġieri u merkanzija) u, min-naħa l-oħra, bejn il-maniġers tal-ajruporti, li jistgħu jikkompetu bejniethom sabiex jiġu fdati bil-ġestjoni ta’ ajruport partikolari. Barra minn hekk, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasportaturi low-cost u l-operaturi tat-titjiriet charter, ajruporti li ma jkunux jinsabu fl-istess żona ta’ lħuq jew saħansitra li jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti jistgħu wkoll ikunu f’kompetizzjoni ma’ xulxin sabiex jattiraw lil dawk il-linji tal-ajru. |
|
(220) |
Kif issemma fil-punt 40 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u kif affermat mill-ġdid fil-punt 45 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, mhuwiex possibbli li jiġu esklużi saħansitra ajruporti żgħar mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(221) |
L-Ajruport ta’ Saarbrücken bħalissa qed iservi madwar 4 25 000 passiġġier fis-sena u fl-imgħoddi ġieli serva daqs madwar 5 20 000 passiġġier fis-sena. Il-previżjonijiet ipprovduti mill-Ġermanja jistabbilixxu li l-għadd ta’ passiġġieri mistenni jiżdied għal xejn inqas minn […] passiġġier fis-sena fl-2020. Kif ġie osservat fil-premessa 16 aktar ‘il fuq, dan l-ajruport jinsab fil-viċinanza immedjata tal-Ajruport ta’ Zweibrücken (39 kilometru) u f’distanza ta’ sagħtejn sewqan minn sitt ajruporti oħrajn. Skont id-dejta pprovduta mill-Ġermanja, madwar [inqas minn 14 %] tal-passiġġieri li jużaw l-Ajruport ta’ Saarbrücken joriġinaw minn Stati Membri oħrajn. Fid-dawl ta’ dawn il-fatti, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-finanzjament pubbliku lil FSBesitzG/FSG iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew għal theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u għandu mill-inqas effett potenzjali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(222) |
Minbarra dawn il-kunsiderazzjonijiet ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li l-Ajruport ta’ Saarbrücken huwa jew għall-inqas kien f’kompetizzjoni diretta mal-Ajruport ta’ Zweibrücken. L-ewwelnett, ta’ min jinnota li TUIFly, li qabel kienet l-akbar klijent tal-Ajruport ta’ Saarbrücken, ħalliet l-ajruport u ttrasferiet l-operat tagħha lejn Zweibrücken fl-2007. It-tieni, għal perjodu ta’ żmien sostanzjali (madwar erba’ snin), it-titjiriet lejn Berlin kienu qed jiġu offruti kemm minn Zweibrücken (Germanwings) kif ukoll minn Saarbrücken (Air Berlin u Luxair) b’mod parallel, fatt li wera li kien hemm kompetizzjoni kemm bejn l-ajruporti kif ukoll bejn il-linji tal-ajru (51). |
|
(223) |
Minbarra dawn l-indikaturi għall-kompetizzjoni bejn l-Ajruport ta’ Saarbrücken u l-Ajruport ta’ Zweibrücken, hemm ukoll evidenza li – minkejja s-sottomissjoni uffiċjali mill-Ġermanja li ż-żewġ ajruporti qatt ma kkunsidraw lilhom infushom bħala li jinsabu f’kompetizzjoni diretta – l-uffiċjali tal-Land Rhineland-Palatinate kienu tal-fehma li kien hemm eżistenza ċara ta’ kompetizzjoni. F’żewġ noti interni tal-gvern tar-Rhineland-Palatinate miktuba fl-2003, il-pożizzjoni difiża mill-awturi hija li l-kooperazzjoni bejn l-Ajruport ta’ Zweibrücken u l-Ajruport ta’ Saarbrücken ma kinitx possibbli/rakkomandabbli f’dak iż-żmien. Minflok, nota waħda spjegat li mill-inqas sakemm Fraport AG tkun involuta mal-Ajruport ta’ Saarbrücken (52), ir-relazzjoni bejn iż-żewġ ajruporti tkun waħda ta’ kompetizzjoni (53). In-nota tesprimi wkoll li “mill-perspettiva tar-Rhineland-Palatinate, jista’ jkun mistenni li l-Ajruport ta’ Zweibrücken jipprevali f’din il-kompetizzjoni fuq perjodu ta’ żmien twil” (54). Dawn id-dikjarazzjonijiet jindikaw li għall-inqas fl-2003, ir-relazzjoni perċepita bejn iż-żewġ ajruporti kienet tabilħaqq waħda ta’ kompetizzjoni. |
|
(224) |
Il-Ġermanja tieħu l-pożizzjoni li skont il-punt 39 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-finanzjament pubbliku pprovdut lil ajruporti reġjonali żgħar “mhux probabbli li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew li jaffettwa l-kummerċ sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni” . Hija ssostni wkoll li l-kompetizzjoni ma’ ajruporti oħrajn hija limitata minn għadd ta’ fatturi, bħall-mudell tan-negozju, id-daqs u d-distanza. F’kull każ, kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni jew effett fuq il-kummerċ ikunu minimi. |
|
(225) |
Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-indikaturi deskritti fil-premessi 221 sa 223 juru l-eżistenza ta’ mill-inqas distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ. Il-Kummissjoni tenfasizza li d-definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat ma tirrikjedix li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni jew l-effett fuq il-kummerċ ikunu sinifikanti jew materjali, anki jekk hija tal-fehma li, minħabba l-qrubija tal-ajruporti ta’ Saarbrücken u Zweibrücken u r-relazzjoni kompetittiva diretta tagħhom kif indikat hawn fuq, dan tabilħaqq kien il-każ. |
|
(226) |
Hemm titjiriet internazzjonali mill-ajruport ta’ Saarbrücken lejn destinazzjonijiet bħal Mallorca jew Ankara, jew destinazzjonijiet oħrajn tal-btajjel. Ir-runway f’Saarbrücken hija ta’ tul suffiċjenti (2 000 m) u tippermetti lil-linji tal-ajru jservu destinazzjonijiet internazzjonali b’rotot medji. |
|
(227) |
F’dan l-isfond, il-finanzjament pubbliku mogħti lil FSBesitzG/FSG għandu jitqies bħala li jista’ jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkollu effett fuq il-kummerċ. |
5.1.2. L-GĦAJNUNA EŻISTENTI U L-GĦAJNUNA ĠDIDA
|
(228) |
Il-Kummissjoni tfakkar li miżura ta’ għajnuna tikkostitwixxi l-għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (55) fejn jista’ jiġi stabbilit li fiż-żmien meta ddaħħlet fis-seħħ il-miżura ta’ għajnuna, hija ma kienet tikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat u, sussegwentement, saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni u mingħajr ma nbidlet mill-Istat Membru. Il-Ġermanja ssostni li l-ftehim P&L bejn FSBesitzG/FSG u vh Saar, li jikkostitwixxi l-bażi għall-kopertura tad-defiċit annwali li kienet meqjusa bħala li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, iddaħħal fis-seħħ meta l-finanzjament pubbliku tal-ajruporti kien għadu mhux meqjus bħala li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u kien għadu ma nbidilx. |
|
(229) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-iżvilupp gradwali tal-forzi tas-suq fis-settur tal-ajruporti ma jippermettix li tiġi ddeterminata data preċiża minn meta l-operat ta’ ajruport kellha mingħajr ebda dubju titqies bħala attività ekonomika. Kif ġie ddikjarat fil-premessa 180, mid-data tas-sentenza fil-kawża “Aéroports de Paris” (it-12 ta’ Diċembru 2000), l-operat u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport għandhom jitqiesu bħala kompitu li jaqa’ fl-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. |
|
(230) |
Bil-maqlub, minħabba l-inċertezza li kienet teżisti qabel ingħatat is-sentenza fil-kawża “Aéroports de Paris” , l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament jikkunsidraw il-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruporti bħala li ma kien jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat. Jirriżulta li, abbażi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni issa ma tistax tqajjem dubji dwar il-miżuri ta’ finanzjament mogħtija qabel ingħatat is-sentenza fil-kawża “Aéroport de Paris” . |
|
(231) |
B’konsegwenza ta’ dan, il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li ngħataw lill-operaturi tal-ajruport qabel id-data tas-sentenza fil-kawża “Aéroports de Paris” ma kienu jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat fiż-żmien meta ddaħħlu fis-seħħ, u saru għajnuna eżistenti sat-12 ta’ Diċembru 2000. |
|
(232) |
Fil-każ preżenti, il-ftehim P&L bejn FSBesitzG/FSG u vh Saar (li abbażi tiegħu saru injezzjonijiet ta’ kapital individwali) daħal fis-seħħ fl-1996 u, skont il-Ġermanja, baqa’ ma nbidilx minn dakinhar. Għalhekk, jista’ jiġi kkunsidrat li, mis-sena 2000 ‘il quddiem, il-finanzjament pubbliku annwali mogħti skont dan il-ftehim kien jikkostitwixxi l-għajnuna eżistenti. |
|
(233) |
Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li l-għajnuna eżistenti saret għajnuna ġdida mill-1 ta’ Ġunju 2007. Fil-punt 83 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, u skont dak li issa huwa l-Artikolu 108(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni pproponiet miżuri xierqa għall-Istati Membri, fejn talbithom iġibu l-iskemi eżistenti kollha tagħhom relatati mal-għajnuna mill-Istat koperta minn dawk il-Linji Gwida f’konformità ma’ dawk il-Linji Gwida sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2007. L-Istati Membri ntalbu jikkonfermaw l-aċċettazzjoni tagħhom bil-miktub. F’każ li Stat Membru jonqos milli jaġixxi skont l-impenn tiegħu, l-għajnuna eżistenti ssir għajnuna illegali wara d-data stabbilita fil-miżuri xierqa u tkun soġġetta għal irkupru. |
|
(234) |
Il-Ġermanja aċċettat il-miżuri xierqa permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Mejju 2006. Fid-dawl tal-fatt li l-ftehim P&L stabbilixxa skema ta’ għajnuna li pprovdiet il-bażi għal pagamenti mtennija ta’ għajnuna matul iż-żmien, il-Ġermanja kellha tiżgura li l-iskema ta’ għajnuna tkun konformi mal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2007. Minn dik id-data ‘l quddiem, il-finanzjament pubbliku ta’ FSBesitzG/FSG ma baqax jikkostitwixxi l-għajnuna eżistenti. |
5.1.3. KONKLUŻJONI
|
(235) |
Fid-dawl tal-argumenti ppreżentati fil-premessi 176 sa 225, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-finanzjament pubbliku mogħti fil-forma ta’ kopertura tat-telf annwali lil FSBesitzG/FSG matul is-snin 2000-2012 (ara d-dejta finanzjarja spjegata fid-dettall fit-Tabelli 3 u 4) jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat safejn kien relatat mal-attivitajiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-politika pubblika u, għalhekk, kien jikkostitwixxi għajnuna ġdida mill-1 ta’ Ġunju 2007 ‘il quddiem. |
|
(236) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li, b’mod partikolari fid-dawl tal-argumenti ppreżentati fil-premessa 203, l-injezzjonijiet ta’ kapital mogħtija lil vh Saar ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, minħabba li vh Saar ittrasferiet il-fondi pubbliċi kollha li rċeviet u, għalhekk, hija stess ma kisbet ebda vantaġġ ekonomiku. |
5.1.4. IL-LEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA
|
(237) |
Skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kwalunkwe pjanijiet li jagħtu jew ibiddlu l-għajnuna, u ma għandhomx jimplimentaw il-miżuri proposti qabel ma l-proċedura ta’ notifika tirriżulta f’deċiżjoni finali. |
|
(238) |
Billi l-finanzjament diġà tpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ FSBesitzG/FSG, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Ġermanja ma rrispettatx il-projbizzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat (56). |
5.1.5. IL-KOMPATIBBILTÀ
5.1.5.1. L-applikabbiltà tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u tal-2014
|
(239) |
L-Artikolu 107(3) tat-Trattat jipprevedi ċerti eżenzjonijiet għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat li l-għajnuna mill-Istat mhijiex kompatibbli mas-suq intern. L-għajnuna inkwistjoni tista’ tiġi vvalutata biss fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat, li jistipula li: “l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tan-negozjar sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni” , tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
|
(240) |
F’dan ir-rigward, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jipprovdu qafas għall-valutazzjoni ta’ jekk l-għajnuna lill-ajruporti tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. |
|
(241) |
Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat illeġittima (57) japplika għall-għajnuna għall-investiment illeġittima mogħtija lill-ajruporti. F’dan ir-rigward, jekk l-għajnuna għall-investiment illeġittima tkun ingħatat qabel l-4 ta’ April 2014, il-Kummissjoni tapplika r-regoli dwar il-kompatibbiltà li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna għall-investiment illeġittima. Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fil-premessa 238 li l-kopertura annwali tat-telf minn vh Saar tikkostitwixxi l-għajnuna mill-Istat illeġittima li ngħatat qabel l-4 ta’ April 2014. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 fil-każ ta’ għajnuna għall-investiment illeġittima mogħtija lill-ajruporti qabel l-4 ta’ April 2014 (58). |
|
(242) |
Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-dispożizzjonijiet tal-avviż dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat illeġittima ma għandhomx japplikaw għall-każijiet pendenti ta’ għajnuna operattiva illeġittima mogħtija lill-ajruporti qabel l-4 ta’ April 2014. Minflok, il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operattiva (in-notifiki pendenti u l-għajnuna mhux innotifikata illeġittima) lill-ajruporti, anki jekk l-għajnuna tkun ingħatat qabel l-4 ta’ April 2014 u l-bidu tal-perjodu tranżitorju (59). |
5.1.5.2. Distinzjoni bejn l-Għajnuna għall-Investiment u l-Għajnuna Operattiva
|
(243) |
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 imsemmija fil-premessi 241 u 242, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna għall-investiment jew għajnuna operattiva illeġittima. |
|
(244) |
Skont il-punt 25 (18) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna għall-investiment hija definita bħala “għajnuna maħsuba biex tiffinanzja l-assi kapitali fissi, speċifikament, sabiex tiġi koperta d-diskrepanza fil-finanzjament tal-ispejjeż kapitali” . Barra minn hekk, skont il-punt 25 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna għall-investiment tista’ tkun relatata kemm ma’ pagament bil-quddiem (jiġifieri sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-investiment bil-quddiem) kif ukoll mal-għajnuna mħallsa fil-forma ta’ pagamenti akkont perjodiċi (sabiex jiġu koperti l-ispejjeż kapitali, f’termini tad-deprezzament annwali u l-ispejjeż tal-finanzjament). |
|
(245) |
Min-naħa l-oħra, l-għajnuna operattiva hija relatata mal-kopertura tal-ispejjeż operattivi kollha jew ta’ parti mill-ispejjeż operattivi ta’ ajruport, definiti bħala “l-ispejjeż sottostanti tal-provvista ta’ servizzi offruti fl-ajruport, inklużi kategoriji bħall-ispejjeż tal-persunal, tas-servizzi kuntrattati, tal-komunikazzjoni, tal-iskart, tal-enerġija, tal-manutenzjoni, tal-kera, tal-amministrazzjoni, eċċ., iżda esklużi l-ispejjeż kapitali, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jew kwalunkwe inċentivi oħrajn mogħtija lil-linji tal-ajru mill-ajruport, u l-ispejjeż li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika” (60). |
|
(246) |
Fid-dawl ta’ dawn id-definizzjonijiet, jista’ jiġi kkunsidrat li l-parti tal-injezzjonijiet kapitali annwali li ntużaw sabiex ikopru t-telf operattiv annwali (61) ta’ FSBesitzG/FSG nett tal-ispejjeż inklużi fl-EBITDA, li jaqa’ fl-ambitu tal-politika pubblika, kif stabbilit fil-premessi 186 sa 197, jikkostitwixxu għajnuna operattiva lil FSBesitzG/FSG. |
|
(247) |
Il-Kummissjoni tinnota li FSBesitzG/FSG irċeviet ammont totali ta’ madwar […] sabiex tkopri t-telf li hija ġarrbet fis-snin 2000-2012. F’dan il-perjodu ta’ żmien, l-EBITDA totali akkumulat ta’ FSBesitzG (FSBG)/FSG kien jammonta għal bejn wieħed u ieħor – […]. Minn dan l-ammont ikunu jridu jitnaqqsu l-ispejjeż li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika (62). F’dan l-isfond, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ammont massimu ta’ għajnuna operattiva mogħtija fl-implimentazzjoni tal-ftehim P&L lil FSBesitzG/FSG fis-snin 2000-2012 huwa ta’ madwar […]. |
|
(248) |
Fl-aħħar nett, il-parti tal-injezzjonijiet kapitali annwali li jkopru t-telf ta’ FSBesitzG/FSG u li mhumiex inklużi diġà fl-EBITDA (jiġifieri d-deprezzament annwali tal-assi, l-ispejjeż tal-finanzjament u oħrajn), neqsin l-ispejjeż li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika kif stabbilit fil-premessi 186 sa 197, jikkostitwixxu għajnuna għall-investiment favur FSBesitzG/FSG. |
|
(249) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 247 sa 248, jista’ jiġi konkluż li l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-investiment huwa ta’ madwar […] (63). |
5.1.5.3. Għajnuna għall-investiment
|
(250) |
Skont il-punt 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi stipulati fil-punti (a) sa (e) ġewx issodisfati:
|
|
(251) |
Barra minn hekk, l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti, bħal kwalunkwe miżura oħra ta’ għajnuna mill-Istat, għandu jkollha effett ta’ inċentiv u għandha tkun neċessarja u proporzjonali għall-objettiv leġittimu segwit sabiex tkun kompatibbli. |
Il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jissodisfaw objettiv ta’ interess komuni definit b’mod ċar (l-iżvilupp reġjonali, l-aċċessibbiltà, eċċ.)
|
(252) |
Il-miżuri ta’ għajnuna għall-investiment taħt valutazzjoni kienu mmirati biex jiffinanzjaw il-kostruzzjoni ta’ terminal ġdid b’kapaċità ta’ 7 00 000 passiġġier minħabba li t-terminal l-antik (b’kapaċità ta’ 3 90 000 passiġġier) kien f’konġestjoni diġà ftit snin qabel bdew ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Barra minn hekk, l-għajnuna għall-investiment intużat biex tiffinanzja għadd ta’ miżuri li għenu sabiex l-ajruport jiġi adattat għar-rekwiżiti attwali b’infrastruttura ta’ ajruport modern bil-għan li jinżamm operattiv b’mod sħiħ. |
|
(253) |
Skont il-Ġermanja, l-għan prinċipali tal-finanzjament tal-infrastruttura fl-Ajruport ta’ Saarbrücken kien li jtejjeb l-aċċessibbiltà tat-trasport bl-ajru fir-reġjun permezz tat-tneħħija tal-konġestjoni fl-ajruport u, b’hekk, li jistimula l-iżvilupp reġjonali. |
|
(254) |
L-Ajruport ta’ Saarbrücken huwa kruċjali għall-iżvilupp tar-reġjun fid-dawl tat-tranżizzjoni strutturali kontinwa tar-reġjun u t-tranżizzjoni tiegħu mill-industrija tat-tħaffir fil-minjieri u tal-produzzjoni tal-azzar għal reġjun b’orjentazzjoni lejn it-teknoloġija u s-servizzi, li għaliha huwa indispensabbli li jkun hemm konnessjoni tajba maċ-ċentri tan-negozju prinċipali tal-Ġermanja. L-Ajruport ta’ Saarbrücken ikompli jissodisfa l-ħtiġijiet tal-konnettività tar-reġjun, b’mod partikolari fid-dawl tal-faċilitajiet akkademiċi u ta’ riċerka tiegħu li għadhom qegħdin jiżviluppaw. Il-profil tan-negozju tal-Ajruport ta’ Saarbrücken jikkorrespondi għal dawn il-ħtiġijiet tar-reġjun, billi joffri infrastruttura komda u żviluppata sewwa għal għadd ta’ titjiriet skedati lejn iċ-ċentri tan-negozju ewlenin fil-Ġermanja (Berlin, Ħamburg u fil-passat anki Munich). |
|
(255) |
Il-Kummissjoni tinnota li fid-dawl tal-prossimità mill-qrib bejn Saarbrücken u Zweibrücken, duplikazzjoni possibbli tal-infrastruttura tal-ajruport tista’ timmilita kontra konstatazzjoni li l-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura f’Saarbrücken jissodisfaw objettiv ta’ interess komuni definit b’mod ċar. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li sal-2006, l-ajruport ta’ Zweibrücken ma offra ebda servizz tal-avjazzjoni kummerċjali (64), li b’hekk renda lil Saarbrücken bħala l-uniku ajruport li kien jipprovdi konnettività tal-avjazzjoni fir-reġjun. Wara l-2006, meta l-ajruport ta’ Zweibrücken daħal fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali, huwa essenzjalment idduplika l-infrastruttura f’Saarbrücken (65); fl-istess ħin, ma jistax jiġi konkluż li minħabba d-dħul fis-suq tal-ajruport ta’ Zweibrücken, il-finanzjament pubbliku kontinwu tal-Ajruport ta’ Saarbrücken li kien eżistenti qabel ittrasforma ruħu f’daqqa f’finanzjament ta’ duplikazzjoni. |
|
(256) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura fl-Ajruport ta’ Saarbrücken jissodisfaw objettiv ta’ interess komuni definit b’mod ċar. |
L-infrastruttura hija neċessarja u proporzjonali għall-objettiv li ġie ffissat
|
(257) |
L-għajnuna għall-investiment għall-Ajruport ta’ Saarbrücken għandha tkun neċessarja u proporzjonali għall-objettiv segwit. Aspett wieħed importanti f’dan il-kuntest huwa jekk l-investiment jikkostitwixxix duplikazzjoni ta’ infrastruttura mhux profittabbli eżistenti. |
|
(258) |
L-ewwelnett, il-Kummissjoni tinnota li t-terminal il-ġdid, li jżid il-kapaċità annwali minn 3 90 000 passiġġier għal 7 00 000 passiġġier, inbena fis-sena 2000. Il-kapaċità annwali tat-terminal l-antik inqabżet għall-ewwel darba fl-1996 u l-għadd ta’ passiġġieri kompla jikber sas-sena 2000 meta laħaq 4 84 566 passiġġier. Matul il-perjodu 1996-2000, it-terminal l-antik ta’ spiss kien f’konġestjoni, b’mod partikolari matul il-perjodi tas-sajf, li kkawżat ħinijiet twal ta’ stennija, żoni ffollati bil-passiġġieri jew passiġġieri jistennew barra t-terminal. Barra minn hekk, it-terminal l-antik ma baqax konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà. It-terminal il-ġdid huwa mgħammar b’sistema ta’ sigurtà ġdida. Barra minn hekk, bejn l-2009 u l-2010, ġew implimentati miżuri ta’ sigurtà addizzjonali fir-runway u fiż-żona tas-sigurtà, b’mod partikolari, id-dwal tar-runway ġew aġġustati f’post aħjar biex jagħtu sinjali aħjar lill-bdoti, ġew installati d-dwal (“guard lights”) tul ir-runway u s-superstruttura tal-kurva tar-runway ġiet aġġustata għall-ħtiġijiet tal-ajruplani moderni. Fl-aħħar nett, saret manutenzjoni tar-runway sabiex jiġi evitat li ssir ħsara lill-ajruplani li joperaw fl-ajruport. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-investimenti fl-infrastruttura kienu neċessarji sabiex din tiġi adattata għall-għadd dejjem jiżdied tal-passiġġieri, kif ukoll sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti attwali għall-infrastruttura tal-ajruporti moderni. L-ajruport jista’ jservi l-konnettività u l-iżvilupp tar-reġjun biss bl-infrastruttura mibnija. |
|
(259) |
It-tieni, l-investiment ġdid ma kien jikkostitwixxi ebda duplikazzjoni tal-infrastruttura mhux profittabbli eżistenti, minħabba li tlieta minn fost l-eqreb ajruporti, jiġifieri dawk tal-Lussemburgu (121 km bogħod minn Saarbrücken), ta’ Metz-Nancy-Lorraine (96 km bogħod minn Saarbrücken) u ta’ Frankfurt Hahn (128 km bogħod minn Saarbrücken) ma jinsabux fl-istess żona ta’ lħuq u fil-fatt isegwu mudelli ta’ negozju li huma differenti b’mod sinifikanti minn dak tal-Ajruport ta’ Saarbrücken. Saarbrücken joffri primarjament titjiriet skedati li jgħaqqdu lil Saarbrücken ma’ ċentri tan-negozju ewlenin fil-Ġermanja (Berlin, Ħamburg u fil-passat anki Munich) u għadd ta’ destinazzjonijiet tal-btajjel. Il-Lussemburgu joffri primarjament titjiriet skedati lejn bliet kapitali Ewropej, Metz-Nancy-Lorraine huwa ffokat fuq titjiriet skedati lejn bliet Franċiżi u destinazzjonijiet fit-Tramuntana tal-Afrika u l-mudell tan-negozju ta’ Frankfurt Hahn huwa bbażat fuq trasportaturi low-cost li joffru titjiriet lejn għadd ta’ destinazzjonijiet tal-btajjel, iżda xejn lejn bliet Ġermaniżi oħrajn, kif ukoll fuq it-trasport ta’ merkanzija bl-ajru. |
|
(260) |
L-unika duplikazzjoni ta’ infrastruttura li tista’ tiġi osservata hija bejn Saarbrücken u Zweibrücken (39 km bogħod minn Saarbrücken). Madankollu, għandu jintqal li Saarbrücken huwa ajruport stabbilit sewwa li ddeċieda li jinvesti f’terminal ġdid sabiex jelimina l-konġestjoni fit-terminal l-antik eżistenti meta l-għadd ta’ passiġġieri tiegħu kien qed jikber b’mod kostanti u l-Ajruport ta’ Zweibrücken kien għadu mhux qed joffri servizzi għall-avjazzjoni kummerċjali (66). Id-deċiżjoni tal-investiment meħuda mill-Ajruport ta’ Saarbrücken kienet ekonomikament ġustifikata u neċessarja sabiex tiġi żgurata l-konnettività tar-reġjun. Għalhekk, kien l-Ajruport ta’ Zweibrücken li dduplika l-infrastruttura disponibbli meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar il-konverżjoni tiegħu minn ajruport militari għal wieħed kummerċjali (67). |
|
(261) |
Għalhekk, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-għajnuna għall-investiment lill-Ajruport ta’ Saarbrücken isegwu mill-konġestjoni kif ukoll mill-ħtieġa li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti attwali għall-infrastruttura tal-ajruporti moderni. L-infrastruttura mibnija kienet neċessarja għall-ajruport sabiex iservi l-konnettività u l-iżvilupp tar-reġjun. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-infrastruttura inkwistjoni hija neċessarja u proporzjonali għall-objettivi segwiti. |
L-infrastruttura għandha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta’ żmien medju, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-infrastruttura eżistenti
|
(262) |
Wara perjodu ta’ tkabbir sinifikanti, it-traffiku tal-ajru fil-Ġermanja u fl-Ewropa fis-snin riċenti kien affettwat b’mod negattiv mill-kriżi ekonomika u finanzjarja fl-2009, li rriżultat fi tnaqqis ta’ 4,6 % fit-trasport tal-passiġġieri bl-ajru fil-Ġermanja fl-2009 u, b’hekk, waħda mill-agħar snin għat-traffiku tat-titjiriet. Madankollu, ix-xejra ġenerali tat-tkabbir fit-trasport bl-ajru ma waqfitx, iżda sempliċiment waqgħet xi ftit lura. Sa minn Ġunju 2010, ir-rati ta’ tkabbir fix-xahar fit-traffiku tal-passiġġieri bl-ajru fil-Ġermanja kienu qegħdin jiżdiedu u kienu 7 % ogħla mir-rati ta’ tkabbir fix-xahar tas-sena preċedenti. Għandu jiġi kkunsidrat ukoll li, skont il-previżjonijiet, sa mill-2009, il-Ġermanja gawdiet minn tkabbir ekonomiku qawwi ta’ madwar 3 % fis-sena. It-tkabbir tas-suq tat-traffiku tal-ajru normalment ikun ogħla mit-tkabbir ekonomiku ġenerali (68). |
|
(263) |
L-użu sodisfaċenti ta’ nofs it-terminu tat-terminal il-ġdid fl-Ajruport ta’ Saarbrücken huwa kkonfermat mill-fatt li l-għadd ta’ passiġġieri annwali baqa’ ferm ‘il fuq mil-limitu superjuri (jiġifieri 3 90 000 pax) tal-kapaċità tat-terminal l-antik. L-uniku tnaqqis drastiku fl-għadd ta’ passiġġieri seħħ fl-2007, li kkoinċida ma’ żieda qawwija fl-għadd ta’ passiġġieri fl-Ajruport ta’ Zweibrücken. Dan jista’ jiġi spjegat mill-fatt li, fl-2007, il-linja tal-ajru Hapag Lloyd/TUIFly ħalliet l-Ajruport ta’ Saarbrücken u bdiet topera mill-Ajruport ta’ Zweibrücken. Is-sitwazzjoni nbidlet b’mod sinifikanti fl-2008, meta b’5 18 288 passiġġier, Saarbrücken innota l-ogħla quċċata assoluta fl-għadd ta’ passiġġieri tiegħu. Skont il-Ġermanja, minħabba l-kriżi finanzjarja fil-Ġermanja, dan il-livell ma setax jinżamm fis-snin ta’ wara (69). |
|
(264) |
Il-kapaċità fix-xahar totali tal-Ajruport ta’ Saarbrücken tammonta għal […] passiġġieri. Sa mhux aktar tard mill-2005, din il-kapaċità bdiet tintuża kollha kemm hi jew saħansitra qabżet il-kapaċità tagħha fix-xhur tas-sajf (minn Lulju sa Settembru) (70). Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-Ajruport ta’ Saarbrücken issa diġà qiegħed juża ħafna mill-kapaċità ġdida tiegħu u li l-prospetti ta’ nofs it-terminu għall-użu tal-kapaċità huma sodisfaċenti. |
L-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għaliha b’mod ugwali u mhux diskriminatorju
|
(265) |
Skont l-informazzjoni sottomessa mill-Ġermanja (71), l-infrastruttura dejjem kienet miftuħa għall-utenti potenzjali kollha mingħajr ebda diskriminazzjoni kummerċjalment mhux ġustifikata. |
L-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat sa ċertu punt li jmur kontra l-interess tal-Unjoni
|
(266) |
Skont il-punt 39 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-kategorija tal-ajruport tista’ tipprovdi indikazzjoni tal-punt safejn l-ajruporti qegħdin jikkompetu ma’ xulxin u, għalhekk, anki tal-punt safejn il-finanzjament pubbliku mogħti lil ajruport jista’ jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, filwaqt li l-finanzjament pubbliku lil ajruporti reġjonali żgħar (il-kategorija D) mhux probabbli li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew li jaffettwa l-kummerċ sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni, dan ma kienx ibbażat fuq is-suppożizzjoni, u lanqas ma kien maħsub biex jindika, li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ huma esklużi. |
|
(267) |
Il-kapaċità annwali tat-terminal l-antik tal-Ajruport ta’ Saarbrücken kienet ta’ 3 90 000 passiġġier. Wara l-bini tat-terminal il-ġdid, il-kapaċità annwali tal-ajruport żdiedet għal 7 00 000 passiġġier. B’din il-kapaċità, l-ajruport beda jaqa’ fil-kategorija D ta’ “ajruport reġjonali żgħir”, kif definit mill-punt 15 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Sa mis-sena 2000, it-traffiku tal-passiġġieri annwali fl-Ajruport ta’ Saarbrücken baqa’ stabbli fil-livell ta’ madwar 5 00 000 passiġġier, li jammonta għal nofs l-għadd ta’ passiġġieri stabbilit bħala limitu superjuri għal ajruport reġjonali żgħir. Barra minn hekk, l-Ajruport ta’ Saarbrücken huwa ajruport tipiku orjentat lejn il-livell reġjonali, kif rifless mill-fatt li għadd sinifikanti tal-passiġġieri li jużaw dan l-ajruport ġejjin minn Saarland. L-għadd ta’ passiġġieri li jiġu minn żoni fil-fruntieri ta’ Franza u l-Lussemburgu huwa limitat u kien jammonta għal [inqas minn 14 %] ([…]minn Franza u […] mil-Lussemburgu) (72). |
|
(268) |
Meta wieħed jikkunsidra l-kunċett ta’ żona ta’ lħuq ta’ madwar 100 km u ħin tal-ivvjaġġar ta’ 60 minuta, jista’ jiġi preżunt li tlieta minn fost l-ajruporti li jinsabu l-aktar fil-qrib ta’ Saarbrücken, jiġifieri l-Ajruport tal-Lussemburgu (121 km bogħod minn Saarbrücken), l-Ajruport ta’ Metz-Nancy-Lorraine (97 km bogħod minn Saarbrücken) u l-Ajruport ta’ Frankfurt Hahn (128 km bogħod minn Saarbrücken) ma jinsabux fl-istess żona ta’ lħuq. Huma jsegwu wkoll mudelli ta’ negozju li huma differenti b’mod sinifikanti minn dak tal-Ajruport ta’ Saarbrücken. |
|
(269) |
Fir-rigward tal-Ajruport tal-Lussemburgu, il-mudelli tan-negozju tal-Lussemburgu u ta’ Saarbrücken huma differenti. L-Ajruport tal-Lussemburgu, b’madwar 1,5 miljun pax, huwa ferm akbar mill-Ajruport ta’ Saarbrücken. Huwa joffri varjetà ta’ titjiriet skedati u charter, dawn tal-aħħar lejn il-bliet kapitali Ewropej. Din l-għażla ta’ destinazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tagħha tissodisfa l-ħtiġijiet tal-impjegati tal-istituzzjonijiet finanzjarji u internazzjonali li jinsabu fil-Lussemburgu. B’kuntrast ma’ dan, l-Ajruport ta’ Saarbrücken joffri l-aktar titjiriet skedati lejn għadd ta’ bliet Ġermaniżi li huma meqjusa bħala ċentri tan-negozju fil-Ġermanja (Berlin, Ħamburg u Munich) u lejn għadd ta’ destinazzjonijiet tal-btajjel. |
|
(270) |
Fir-rigward tal-Ajruport ta’ Metz-Nancy-Lorraine, jista’ jiġi osservat li ftit li xejn hemm koinċidenza fir-rigward tat-titjiriet offruti minn dan l-ajruport u mill-Ajruport ta’ Saarbrücken, minħabba li l-ajruport ta’ Metz-Nancy-Lorraine joffri prinċipalment titjiriet skedati lejn bliet Franċiżi u titjiriet charter lejn it-Tramuntana tal-Afrika. |
|
(271) |
Fil-biċċa l-kbira tagħhom, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn Saarbrücken u Frankfurt Hahn jistgħu wkoll jiġu esklużi diġà minħabba d-distanza bejn dawk iż-żewġ ajruporti, li tammonta għal sagħtejn ta’ vvjaġġar. Barra minn hekk, Frankfurt Hahn huwa servut primarjament minn trasportaturi low-cost (Ryanair) u l-merkanzija tikkostitwixxi element pjuttost importanti fil-mudell tan-negozju tiegħu, filwaqt li l-Ajruport ta’ Saarbrücken joffri primarjament titjiriet skedati lejn destinazzjonijiet nazzjonali u joffri biss trasport limitat ta’ merkanzija bl-ajru. |
|
(272) |
Aktar rilevanti hija r-relazzjoni kompetittiva bejn l-Ajruport ta’ Saarbrücken u l-Ajruport ta’ Zweibrücken, li hija dovuta għall-qrubija tagħhom (39 km jew 34 minuta ħin ta’ vvjaġġar) u l-koinċidenza kbira taż-żoni ta’ lħuq tagħhom. Il-Ġermanja ssostni li ż-żewġ ajruporti għandhom mudelli ta’ negozju differenti: l-Ajruport ta’ Saarbrücken huwa ajruport stabbilit sewwa (fetaħ aktar minn 80 sena ilu) u għandu infrastruttura aktar sofistikata li toffri aktar kumdità lill-passiġġieri (bi proporzjon kbir ta’ persuni li jivvjaġġaw għal skopijiet ta’ negozju). Huwa joffri primarjament titjiriet skedati lejn ċentri ta’ negozju ewlenin fil-Ġermanja u għadd ta’ destinazzjonijiet tal-btajjel. L-Ajruport ta’ Zweibrücken għandu infrastruttura li toffri kumdità pjuttost baxxa u l-mudell tan-negozju tiegħu huwa bbażat fuq it-trasportaturi low-cost, it-titjiriet għall-btajjel u t-trasport tal-merkanzija bl-ajru. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li minkejja l-fatt li l-mudelli tan-negozju taż-żewġ ajruporti jidhru li huma sa ċertu punt differenti, jidher b’mod ċar li n-negozju prinċipali tal-Ajruport ta’ Zweibrücken (it-titjiriet għall-btajjel, b’mod partikolari lejn Antalya/Palma de Mallorca) huwa pprovdut ukoll minn Saarbrücken. Huwa minnu li altrimenti Saarbrücken jikkonċentra fuq it-titjiriet skedati lejn bliet ewlenin bħal-Lussemburgu, Berlin u Ħamburg. Madankollu, dan ma jbiddilx il-fatt li Zweibrücken jidher li għandu biss negozju limitat li mhuwiex jew ma jistax ikun servut minn Saarbrücken. |
|
(273) |
Barra minn hekk, jista’ jiġi osservat li żieda sinifikanti fl-għadd ta’ passiġġieri fl-Ajruport ta’ Zweibrücken fl-2007 kienet tikkoinċidi ma’ tnaqqis pjuttost qawwi fl-għadd ta’ passiġġieri f’Saarbrücken fl-istess sena. B’hekk, jidher li għalkemm il-pjanijiet tan-negozju tal-ajruporti huma sa ċertu punt kumplimentarji, huma jikkompetu wkoll ma’ xulxin. |
|
(274) |
Fl-istess ħin, ta’ min jinnota li Saarbrücken ilu ajruport stabbilit sewwa għal aktar minn 80 sena. Wara l-bini tat-terminal il-ġdid fis-sena 2000, il-kapaċità annwali tiegħu żdiedet minn 3 90 000 passiġġier għal 7 00 000 passiġġier. Madankollu, din il-kapaċità qatt ma setgħet tintuża għal kollox, potenzjalment minħabba li fl-2006 l-Ajruport ta’ Zweibrücken beda jopera wkoll servizzi operattivi għall-avjazzjoni kummerċjali tal-passiġġieri b’żidiet gradwali fl-għadd ta’ passiġġieri. Minħabba l-iżvilupp storiku taż-żewġ ajruporti (Saarbrücken kien parti mix-xenarju tal-ajruporti fil-Ġermanja għal aktar minn 80 sena), il-pożizzjoni ġeografika tagħhom (trikkib taż-żoni ta’ lħuq) u l-kapaċità ħielsa disponibbli fl-Ajruport ta’ Saarbrücken fiż-żmien meta l-Ajruport ta’ Zweibrücken daħal fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali, jiġifieri fl-2006, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ftuħ tal-Ajruport ta’ Zweibrücken jikkostitwixxi duplikazzjoni bla bżonn tal-infrastruttura b’effett ta’ distorsjoni fuq il-kompetizzjoni, minflok bil-maqlub. |
|
(275) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għall-investiment mogħtija lill-Ajruport ta’ Saarbrücken la twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u lanqas taffettwa l-kummerċ sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni. |
L-għajnuna hija neċessarja u proporzjonali: l-effett ta’ inċentiv
|
(276) |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-Ajruport ta’ Saarbrücken biddlitx l-imġiba tal-benefiċjarju b’tali mod li involva ruħu f’attività li tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-għan ta’ interess komuni li (i) ma tkunx tista’ twettaq mingħajr l-għajnuna, jew (ii) li twettaq b’mod aktar ristrett jew differenti. Barra minn hekk, l-għajnuna titqies bħala proporzjonata biss jekk l-istess riżultat ma jkunx jista’ jintlaħaq b’inqas għajnuna u b’inqas distorsjoni. Dan ifisser li l-ammont u l-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu limitati għall-minimu meħtieġ sabiex tkun tista’ titwettaq l-attività megħjuna. |
|
(277) |
Skont l-informazzjoni sottomessa mill-Ġermanja, mingħajr l-għajnuna, l-investiment qatt ma seta’ jsir realtà. Mit-Tabella 3 jidher li l-ajruport għadu qed jagħmel it-telf. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-għajnuna kienet neċessarja sabiex isiru l-investimenti bil-għan li titneħħa l-konġestjoni fl-infrastruttura tal-ajruport, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti attwali għall-infrastruttura moderna tal-ajruport. Mingħajr l-għajnuna, l-Ajruport ta’ Saarbrücken ma kienx ikun jista’ jilħaq id-domanda mistennija tal-linji tal-ajru u tal-passiġġieri fiż-żona ta’ lħuq; il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport kien jispiċċa jitnaqqas. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni għandha effett ta’ inċentiv, li l-ammont ta’ għajnuna huwa limitat għall-minimu neċessarju sabiex tkun tista’ titwettaq l-attività megħjuna u, b’hekk, huwa proporzjonat. |
Konklużjoni
|
(278) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għall-investiment mogħtija lill-Ajruport ta’ Saarbrücken hija kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat, minħabba li hija konformi mal-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà stipulati fil-punt 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
|
(279) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li minħabba li hija sabet li l-għajnuna mill-Istat lil FSBesitzG/FSG kienet kompatibbli taħt it-taqsima 4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, hija ma għandhiex bżonn tivvaluta kwalunkwe raġunijiet oħrajn ta’ kompatibbiltà potenzjali ppreżentati mill-Ġermanja. |
5.1.5.4. Għajnuna operattiva
|
(280) |
It-taqsima 5.1.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 tistabbilixxi l-kriterji li tapplika l-Kummissjoni meta tiġi biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna operattiva mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. Skont il-punt 172 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni ser tapplika dawn il-kriterji għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operattiva mogħtija lill-ajruport, inklużi n-notifiki pendenti u l-każijiet ta’ għajnuna illegali mhux innotifikata. |
|
(281) |
L-għajnuna operattiva illegali mogħtija qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 tista’ tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mal-firxa sħiħa ta’ spejjeż operattivi skoperti diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin (73): |
|
(282) |
Il-kriterji tal-kompatibbiltà għall-għajnuna operattiva, li tista’ tingħata għal perjodu tranżitorju ta’ 10 snin li jibda mid-data tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, huma:
L-għajnuna operattiva tikkontribwixxi għal objettiv ta’ interess komuni definit b’mod ċar |
|
(283) |
L-għajnuna operattiva taħt valutazzjoni, li tikkomprendi t-telf ta’ FSBesitzG/FSG mis-sena 2000 u l-injezzjonijiet ta’ kapital korrispondenti minn vh Saar, iffinanzjata minn injezzjonijiet ta’ kapital riċevuti mingħand is-Saarland kif muri fit-Tabella 3, kellha l-għan li żżomm il-livell xieraq ta’ operat tal-Ajruport ta’ Saarbrücken. |
|
(284) |
Skont il-punt 113 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna operattiva mogħtija lill-ajruporti titqies bħala li tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess komuni jekk hija żżid il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni, tiġġieled il-problema tal-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru f’ajruporti ewlenin tal-Unjoni jew tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali. |
|
(285) |
Kif ġie spjegat fil-premessa 235, l-għajnuna operattiva mogħtija lill-Ajruport ta’ Saarbrücken ikkontribwixxiet għall-konnettività u l-iżvilupp tar-reġjun minħabba t-tranżizzjoni strutturali tiegħu mill-industrija tat-tħaffir fil-minjieri u tal-produzzjoni tal-azzar għal reġjun b’orjentazzjoni lejn it-teknoloġija u s-servizzi, kif ukoll l-iżvilupp tiegħu f’ċentru akkademiku u ta’ riċerka reġjonali. L-iżvilupp tal-Ajruport ta’ Saarbrücken kien ibbażat ukoll fuq previżjoni tajba tal-għadd ta’ passiġġieri, minħabba li l-kapaċità estiża tal-ajruport, fil-biċċa l-kbira tagħha, issa diġà bdiet tintuża b’mod sħiħ. |
|
(286) |
Madankollu, jista’ jkun problematiku l-fatt li l-infrastruttura fl-Ajruport ta’ Saarbrücken kienet duplikata b’infrastruttura simili fl-Ajruport ta’ Zweibrücken. F’xenarju ta’ duplikazzjoni, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jassumu fil-punt 114 tagħhom li l-għajnuna mill-Istat ma tikkontribwixxix għal objettiv ta’ interess komuni. Jekk tingħata ħarsa lejn is-sekwenza tal-avvenimenti rigward l-estensjoni tal-Ajruport ta’ Saarbrücken u l-konverżjoni tal-Ajruport ta’ Zweibrücken minn ajruport militari għal wieħed tal-avjazzjoni ċivili, huwa viżibbli b’mod ċar li l-ftehim P&L, li taħtu kien ikkumpensat it-telf tal-Ajruport ta’ Saarbrücken, iddaħħal fis-seħħ meta l-Ajruport ta’ Zweibrücken kien għadu ma daħalx fis-suq għall-avjazzjoni kummerċjali u l-Ajruport ta’ Saarbrücken kien ilu għal xi snin f’konġestjoni. Għalhekk, l-argument tad-duplikazzjoni japplika minflok għall-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-Ajruport ta’ Zweibrücken (79). |
|
(287) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna operattiva mogħtija lill-Ajruport ta’ Saarbrücken ikkontribwixxiet sabiex intlaħaq l-objettiv ta’ interess komuni li jittejbu l-konnettività u l-iżvilupp reġjonali tar-reġjun ta’ Saarland permezz tal-operat ta’ infrastruttura tat-trasport sikura bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tar-reġjun fir-rigward tat-trasport. |
Il-ħtieġa għal intervent mill-Istat
|
(288) |
Skont il-punt 116 et seq. tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna operattiva lill-ajruporti titqies bħala neċessarja jekk iġġib magħha titjib materjali li s-suq innifsu ma jistax iwassal. Il-linji gwida jirrikonoxxu wkoll li l-ħtieġa għal finanzjament pubbliku li jiffinanzja l-ispejjeż operattivi normalment tkun proporzjonalment akbar għal ajruporti iżgħar minħabba l-ispejjeż fissi ogħla u li l-ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri annwali ta’ bejn 2 00 000 u 7 00 000 passiġġier ma jkunux jistgħu jkopru l-ispejjeż operattivi tagħhom b’mod sostanzjali. |
|
(289) |
Minn meta nbena t-terminal il-ġdid, l-għadd ta’ passiġġieri annwali fl-Ajruport ta’ Saarbrücken stabbilizza f’madwar 5 00 000, li huwa ferm inqas minn 7 00 000 passiġġier, in-numru stabbilit mil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 bħala limitu superjuri għal din il-kategorija ta’ ajruporti reġjonali. Għalkemm il-kapaċità tal-ajruport qiegħda tintuża b’mod sħiħ mill-inqas fi […], l-ajruport ma jistax jiġġenera biżżejjed dħul sabiex ikopri l-ispejjeż operattivi tiegħu, li l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jidentifikaw bħala tipiċi għal ajruporti ta’ dan id-daqs. |
|
(290) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna operattiva mogħtija lill-Ajruport ta’ Saarbrücken hija neċessarja. |
L-adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta’ politika
|
(291) |
Skont il-punt 120 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna operattiva għandha tkun strument ta’ politika xieraq sabiex jintlaħaq l-għan maħsub jew sabiex tiġi riżolta l-problema li trid tiġi indirizzata. Minħabba li l-Ajruport ta’ Saarbrücken qed jagħmel it-telf fil-livell operattiv, l-uniku strument xieraq huwa l-għajnuna operattiva, li tippermetti lill-ajruport jissokta b’operazzjonijiet li jiżguraw il-konnettività tar-reġjun ta’ Saarland. Strumenti oħrajn, bħall-għajnuna għall-investiment jew miżuri regolatorji, ma jidhrux li huma xierqa biex jindirizzaw il-problemi finanzjarji tal-Ajruport ta’ Saarbrücken fil-livell operattiv. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna operattiva mogħtija lill-Ajruport ta’ Saarbrücken hija strument xieraq. |
L-eżistenza ta’ effett ta’ inċentiv u l-proporzjonalità tal-ammont ta’ għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu neċessarju)
|
(292) |
Skont il-punt 124 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna operattiva jkollha effett ta’ inċentiv jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas tal-għajnuna operattiva u b’kunsiderazzjoni tal-preżenza possibbli tal-għajnuna għall-investiment u l-livell tat-traffiku tal-ajru, il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport jitnaqqas b’mod sinifikanti. |
|
(293) |
L-Ajruport ta’ Saarbrücken irċieva għajnuna għall-investiment sabiex jibni terminal ġdid u jimplimenta r-rekwiżiti attwali għal infrastruttura tal-ajruport moderna. Din l-għajnuna ppermettiet lill-ajruport jissodisfa l-konnettività u l-ħtiġijiet tat-trasport tar-reġjun ta’ Saarland, li espressi fl-għadd ta’ passiġġieri, stabbilizzaw matul l-aħħar snin fil-livell ta’ 5 00 000 passiġġier fis-sena. Madankollu, minkejja l-għadd pjuttost stabbli ta’ passiġġieri, l-ajruport ma jistax ikopri l-ispejjeż operattivi tiegħu. Mingħajr l-għajnuna operattiva, l-ajruport ma kienx ikun jista’ jżomm il-livell attwali tat-traffiku u l-attività ekonomika tiegħu kienet tonqos. Fl-istess ħin, l-għajnuna ma qabżitx l-ammont meħtieġ sabiex jiġi kopert it-telf operattiv u, għalhekk, l-ammont ta’ għajnuna huwa limitat għall-minimu neċessarju. |
|
(294) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna operattiva lill-Ajruport ta’ Saarbrücken għandha effett ta’ inċentiv u hija proporzjonata. |
L-evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
|
(295) |
Skont il-punt 131 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, meta tiġi biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna operattiva mogħtija lill-ajruport, il-Kummissjoni tieħu f’kunsiderazzjoni d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ. Indikazzjoni ta’ distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni jew ta’ effett potenzjali fuq il-kummerċ tista’ tkun il-fatt li l-ajruport jinsab fl-istess żona ta’ lħuq bħal ajruport ieħor b’kapaċità żejda. |
|
(296) |
Kif muri fil-premessi 237 et seq., b’kunsiderazzjoni tal-kunċett ta’ żona ta’ lħuq ta’ madwar 100 km u ħin ta’ vvjaġġar ta’ 60 minuta, jista’ jiġi preżunt li tlieta minn fost l-eqreb ajruporti għal Saarbrücken, jiġifieri l-Ajruport tal-Lussemburgu (121 km bogħod minn Saarbrücken), l-Ajruport ta’ Metz-Nancy-Lorraine (96 km bogħod minn Saarbrücken) u l-Ajruport ta’ Frankfurt Hahn (128 km bogħod minn Saarbrücken) ma jinsabux fl-istess żona ta’ lħuq u fil-fatt isegwu mudelli ta’ negozju li huma differenti b’mod sinifikanti minn dak tal-Ajruport ta’ Saarbrücken. Saarbrücken joffri primarjament titjiriet skedati li jgħaqqdu lil Saarbrücken ma’ ċentri tan-negozju ewlenin fil-Ġermanja (Berlin, Ħamburg u fil-passat anki Munich) u għadd ta’ destinazzjonijiet tal-btajjel. Il-Lussemburgu joffri primarjament titjiriet skedati lejn bliet kapitali Ewropej, Metz-Nancy-Lorraine huwa ffokat fuq titjiriet skedati lejn bliet Franċiżi u destinazzjonijiet fit-Tramuntana tal-Afrika u l-mudell tan-negozju ta’ Frankfurt Hahn huwa bbażat fuq it-trasportaturi low-cost u t-trasport ta’ merkanzija bl-ajru. |
|
(297) |
Il-problema tad-duplikazzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport fl-istess żona ta’ lħuq tinħass biss fir-rigward tal-Ajruport ta’ Zweibrücken. Madankollu, kif ġie spjegat fil-premessa (252) u b’kunsiderazzjoni tas-sekwenza tal-avvenimenti li jikkonċernaw l-estensjoni tal-infrastruttura tal-Ajruport ta’ Saarbrücken u t-trasformazzjoni tal-Ajruport ta’ Zweibrücken minn ajruport militari f’wieħed tal-avjazzjoni ċivili, li ħolqu l-kapaċità żejda fiż-żona tas-Saarland, jista’ jiġi konkluż li huwa l-Ajruport ta’ Zweibrücken li dduplika l-infrastruttura bla bżonn b’effett ta’ distorsjoni fuq il-kompetizzjoni. |
Konklużjoni
|
(298) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna operattiva mogħtija lill-Ajruport ta’ Saarbrücken hija kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà stipulati fit-taqsima 5.1.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014. |
|
(299) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li minn mindu sabet li l-għajnuna operattiva lil FSBesitzG/FSG hija kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, hija ma għandha bżonn tikkunsidra ebda bażi oħra ta’ kompatibbiltà potenzjali ppreżentata mill-Ġermanja. |
5.2. IT-TRASFERIMENT TA’ DIVERSI PLOTTIJIET TA’ ART LIL FSBESITZG
5.2.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(300) |
Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 179 sa 182, FSBesitzG għandha titqies bħala impriża mis-sena 2000 ‘il quddiem. Għalhekk, safejn huma kkonċernati d-diversi trasferimenti ta’ artijiet imsemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ, huma biss dawk li seħħew wara s-sena 2000 li huma rilevanti għall-finijiet tad-Deċiżjoni preżenti. Mit-trasferimenti li seħħew qabel is-sena 2000 ma bbenifikat ebda impriża u, għalhekk, dawn ma setgħux jammontaw għal għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tat-trasferimenti li seħħew wara s-sena 2000, il-Ġermanja ssostni li dawn kienu meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza u, b’hekk, jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika u jiġu eżentati mill-iskrutinju bħala għajnuna mill-Istat. Fil-fehma tal-Ġermanja, it-trasferimenti jaqgħu taħt § 8 Luftsicherheitsgesetz. Bl-istess mod bħal fil-premessi (185) sa (193), il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżuri skont § 8 Luftsicherheitsgesetz jistgħu, fil-prinċipju, jitqiesu bħala li jikkostitwixxu attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika. Madankollu, sakemm it-trasferiment tal-plottijiet jeħles lil FSBesitzG jew FSG mill-ispejjeż li kien ikollhom iħallsu skont § 8(3) Luftsicherheitsgesetz, it-trasferimenti ma jiġux eżentati mill-iskrutinju skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(301) |
Wara s-sena 2000, saru tliet trasferimenti ta’ art, tnejn minnhom […] (fl-2002 u fl-2003) u wieħed bi ħlas (fl-2004). Il-plottijiet tal-art kienu ttrasferiti mil-Land Saarland. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li t-trasferimenti tal-art lil FSBesitzG jinvolvu riżorsi tal-Istat fil-forma ta’ għotjiet diretti mill-baġit tal-Istat u, għalhekk, huma imputabbli lill-Istat. |
|
(302) |
Iż-żewġ trasferimenti li saru bla ħlas għandhom jitqiesu bħala li taw vantaġġ lil FSBesitzG, li altrimenti ma setgħetx tikseb fis-suq. Il-Ġermanja pprovdiet evalwazzjoni interna tal-valur ta’ dawn iż-żewġ plottijiet ta’ art, li turi li l-valur ikkombinat fis-suq jammonta għal madwar […]. It-tielet plott ta’ art inbiegħ għal prezz ta’ […]. Il-Ġermanja pprovdiet evalwazzjoni tal-plottijiet ta’ art li ġew ittrasferiti fl-2002. Skont din l-evalwazzjoni, il-plottijiet ittrasferiti barra l-ilqugħ oriġinali kellhom valur ta’ […]; il-plottijiet ta’ art fil-bini tal-ajruport kellhom valur ta’ […]. Hija ssostni li din l-evalwazzjoni tista’ tintuża wkoll sabiex tiddetermina l-valur tal-plott mibjugħ fl-2004. Abbażi ta’ dan, il-Ġermanja stmat li l-valur tal-plott mibjugħ fl-2004 kien jammonta għal […] fiż-żmien tat-tranżazzjoni, li kien ugwali għall-prezz tal-bejgħ li ħallset FSBesitzG. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-evalwazzjoni msemmija mill-Ġermanja ma saritx minn espert indipendenti, iżda internament, mit-taqsima fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi tas-Saarland responsabbli mill-bejgħ tal-art. Barra minn hekk, il-Ġermanja ma pprovdiet ebda spjegazzjoni dwar kif hija waslet għall-konklużjoni tagħha. B’mod partikolari, hija ma kinitx ċara dwar liema plottijiet ta’ art kienu jinsabu fil-bini u liema kienu barra mill-bini tal-ajruport. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li l-prezz imħallas kien taħt il-valur tas-suq u li, b’hekk, ta vantaġġ lil FSBesitzG. Billi kienet biss FSBesitzG li bbenifikat mit-tliet trasferimenti, għandu jiġi kkunsidrat ukoll li dawn kienu selettivi fin-natura tagħhom. Fl-aħħar nett, bl-istess mod bħal fil-premessi 217 sa 224, it-trasferimenti jistgħu jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkollhom effett fuq il-kummerċ. Għaldaqstant, it-trasferiment tat-tliet plottijiet ta’ art kien jammonta għal għajnuna mill-Istat. |
|
(303) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li billi l-għajnuna kienet relatata mat-trasferiment ħieles ta’ assi kapitali fissi, l-għajnuna għandha tikkwalifika bħala għajnuna għall-investiment. |
5.2.2. IL-KOMPATIBBILTÀ
|
(304) |
L-għajnuna għall-investiment intużat sabiex tkun tista’ ssir l-estensjoni tar-runway u taż-żoni tas-sikurezza (RESA). Kif ġie stabbilit fit-taqsima 5.1.5.3, dan l-investiment sar bil-għan li l-ajruport jinżamm operattiv b’mod sħiħ u, b’hekk, jissaħħaħ l-iżvilupp reġjonali. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna għall-investiment fil-forma ta’ trasferiment tal-art tissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha sabiex tiġi stabbilita l-kompatibbiltà skont il-punt 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, minħabba li r-raġunijiet stipulati fit-taqsima 5.1.5.3 japplikaw b’mod ugwali. Għalhekk, ġie konkluż li l-għajnuna għall-investiment fil-forma tat-trasferiment tal-art hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. |
5.3. GARANZIJI FUQ IS-SELF GĦALL-BENEFIĊĊJU TA’ VH SAAR U FSBESITZG
5.3.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(305) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Land Saarland iggarantixxa self lil FSBesitzG fi tliet okkażjonijiet mingħajr ma rċieva xi tip ta’ rimunerazzjoni. Madankollu, hija tinnota wkoll li l-garanziji ngħataw kollha qabel is-sena 2000. Billi FSBesitzG setgħet titqies biss bħala li tikkostitwixxi impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat mis-sena 2000 ‘il quddiem, il-Kummissjoni ssib li l-garanziji ma taw ebda vantaġġ lil impriża u, għalhekk, ma jammontawx għal għajnuna mill-Istat. |
|
(306) |
Fir-rigward tal-ittri ta’ konfort ipprovduti lil vh Saar, il-Kummissjoni tfakkar fil-konklużjoni preċedenti tagħha fil-premessa 2023 li vh Saar tuża l-finanzjament li rċeviet sabiex tissodisfa l-obbligi ta’ finanzjament tagħha lejn l-Ajruport ta’ Saarbrücken. Is-self meħud minn vh Saar wara l-ittri ta’ konfort kien ittrasferit ukoll lill-Ajruport ta’ Saarbrücken. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li mill-vantaġġ inkluż f’dawn l-ittri ma bbenifikatx vh Saar, iżda li l-vantaġġ fihom, jekk kien hemm, kien ittrasferit lill-Ajruport. |
|
(307) |
Fir-rigward tal-vantaġġ mogħti lill-ajruport, is-self garantit mill-ittri ta’ konfort kien ittrasferit sabiex jiffinanzja l-investimenti fl-infrastruttura. Jekk l-ittri ta’ konfort kienu jinvolvu xi għajnuna, mela allura din kienet kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat għar-raġunijiet imsemmija fit-taqsima 5.1.5.3. |
5.4. IL-KUNTRATT TA’ KIRI BEJN FSBESITZG U FSBG
5.4.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(308) |
Il-Kummissjoni diġà ddeterminat fil-premessa 1801 li FSBG kienet impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi vvalutat biss jekk il-kuntratti ta’ kiri tawx vantaġġ lil FSBG, jekk tali vantaġġ ingħatax mir-riżorsi tal-Istat u jekk dan wassalx għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew jekk affettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
Distinzjoni bejn għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida
|
(309) |
Il-Kummissjoni l-ewwel tosserva li jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-kuntratt ta’ kiri li kien konkluż fis-7 ta’ Lulju 1997 u li kien effettiv sal-1 ta’ Lulju 2006 (“il-kuntratt tal-1997”) u l-kuntratt li kien effettiv mill-1 ta’ Lulju 2006 ‘il quddiem (“il-kuntratt tal-2006”). Kif kien enfasizzat aktar ‘il fuq, il-bini u l-operat ta’ ajruport ma kienx meqjus bħala li jikkostitwixxi attività ekonomika sas-sena 2000, bil-konsegwenza li kwalunkwe skema ta’ għajnuna implimentata qabel dik id-data, jekk titqies bħala li tammonta għal għajnuna mill-Istat, tkun tikkostitwixxi għajnuna eżistenti wara dik id-data (ara t-taqsima 5.1.2.). B’hekk, mhuwiex neċessarju li jkompli jiġi investigat jekk il-kuntratt tal-1997 (li ppreveda pagamenti tal-kera annwali fissi) kienx fil-fatt jammonta għal għajnuna, meta wieħed iqis li, fi kwalunkwe każ, dan ikun irid jikkwalifika bħala għajnuna eżistenti. |
|
(310) |
Min-naħa l-oħra, il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kiri ġdid minn FSBG fl-2006 b’kundizzjonijiet mibdula għad-determinazzjoni tal-kera annwali li trid titħallas (b’mod partikolari, l-introduzzjoni ta’ element ta’ prezz ġdid, jiġifieri t-trasferiment ta’ perċentwal partikolari tal-profitt annwali ta’ FSBG) ma tistax titqies bħala sempliċi “modifika[] ta’ natura purament formali jew amministrattiva li ma tistax taffettwa l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna mas-suq komuni” (80). Għalhekk, il-kuntratt tal-2006 ma jistax jitqies bħala għajnuna eżistenti, jekk ikun jammonta għal għajnuna mill-Istat, iżda minflok jikkostitwixxi għajnuna ġdida. |
Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat
|
(311) |
Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-miżura inkwistjoni għandha tiġi ffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li tingħata l-miżura għandha tkun imputabbli lill-Istat. |
|
(312) |
Il-kuntratt tal-2006 kien konkluż bejn FSBesitzG u FSBG. FSBesitzG kienet (indirettament) 100 % proprjetà tal-Istat, li b’hekk kien f’pożizzjoni li jeżerċita kontroll fuq il-kumpanija. Il-qbil fuq kuntratt ta’ kiri b’kera aktar baxxa mill-prezz tas-suq iwassal għal nuqqas ta’ qligħ minn dik il-kumpanija u mill-proprjetarju tagħha, jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar is-Saarland, u b’hekk ikun iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat. Fir-rigward tal-imputabbiltà, il-Kummissjoni tinnota li, skont l-istatut ta’ FSBesitzG, il-membri tal-bord ta’ superviżjoni ta’ FSBesitzG jinħatru mill-gvern tas-Saarland u li l-president jinħatar mill-Ministeru responsabbli għall-avjazzjoni. Il-konklużjoni tal-kuntratt tal-2006 kienet teħtieġ il-kunsens tal-bord ta’ superviżjoni (81), li jirrappreżenta lill-gvern tas-Saarland. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-miżura hija imputabbli lill-Istat. |
Vantaġġ ekonomiku
|
(313) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kuntratt tal-2006 tax vantaġġ ekonomiku lil FSBG, huwa neċessarju li jew jitqabblu t-termini ta’ dak il-kuntratt ma’ dawk li kienu komuni fis-suq fiż-żmien rilevanti għall-istess tip ta’ kuntratt, jew, jekk dan ma jkunx possibbli, li jiġi kkunsidrat jekk kienx hemm operatur fl-ekonomija tas-suq orjentat lejn il-profitti li kien involut f’din it-tranżazzjoni. |
|
(314) |
Il-Ġermanja ma pprovdiet ebda evidenza li turi li l-kuntratt tal-2006 kien konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq f’dak iż-żmien. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi analizzat jekk MEO prudenti, interessat li jagħmel profitt raġonevoli, setax jikkonkludi l-kuntratt tal-2006. |
|
(315) |
Il-Kummissjoni tosserva li FSBesitzG ġarrbet telf konsistenti mill-inqas sa mis-sena 2000 (ara t-Tabella 3). Meta wieħed iqis li l-kuntratt ta’ kiri ma’ FSBG kien virtwalment l-uniku sors ta’ dħul tagħha (minbarra l-kopertura tat-telf annwali riċevuta mingħand vh Saar), jidher illi kieku kien hemm fis-seħħ MEO raġonevoli, FSBesitzG kienet tkun tista’ tipprova tkopri l-ispejjeż tagħha mid-dħul iġġenerat minn dan il-kuntratt ta’ kiri. L-ispejjeż imġarrba minn FSBesitzG kienu ogħla mid-dħul li hija ġġenerat mill-kiri tal-ajruport lil FSBG. Barra minn hekk, lanqas ma kien jidher li FSBesitzG, meta kkonkludiet il-kuntratt tal-2006, kienet qiegħda ssegwi strateġija ta’ profittabbiltà speċifika fit-tul. |
|
(316) |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-konklużjoni tal-kuntratt tal-2006 ma tistax titqies bħala konformi mal-prinċipju tal-MEO u, għalhekk, tat vantaġġ lil FSBG. |
Is-selettività
|
(317) |
L-Artikolu 107 (1) tat-Trattat jesiġi li sabiex miżura tiġi definita bħala għajnuna mill-Istat, hija għandha tiffavorixxi “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti” . Minħabba li mill-kuntratt tal-2006 ibbenifikat biss l-FSBG, dan jista’ jitqies bħala selettiv skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(318) |
Fl-aħħar nett, il-miżura setgħet twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkollha effett fuq il-kummerċ għar-raġunijiet spjegati fit-taqsima 5.1.1. |
Konklużjoni
|
(319) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kuntratt tal-2006 kien jinvolvi għajnuna mill-Istat għal FSBG. Huwa għandu jiġi vvalutat bħala għajnuna operattiva. |
5.4.2. IL-KOMPATIBBILTÀ
|
(320) |
Kif ġie deskritt fit-taqsima 5.1.5.4, l-għajnuna operattiva mogħtija qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 tista’ tiġi ddikjarata bħala kompatibbli b’mod sħiħ mal-ispejjeż operattivi skoperti, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin (82):
|
|
(321) |
L-għajnuna operattiva taħt valutazzjoni, li kienet tikkonċerna l-kiri tal-infrastruttura ta’ ajruport taħt il-prezz tas-suq, kellha l-għan li żżomm il-livell xieraq ta’ operat fl-Ajruport ta’ Saarbrücken. |
|
(322) |
Skont il-punt 113 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna operattiva lill-ajruporti titqies bħala li tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess komuni jekk hija żżid il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni, tiġġieled il-problema tal-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru f’ajruporti ewlenin tal-Unjoni jew tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali. |
|
(323) |
Kif ġie spjegat fil-premessa 254, l-għajnuna operattiva lill-Ajruport ta’ Saarbrücken ikkontribwixxiet għall-konnettività u l-iżvilupp tar-reġjun. Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa 284, l-argument tad-duplikazzjoni japplika minflok għall-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-Ajruport ta’ Zweibrücken. |
|
(324) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna operattiva mogħtija lil FSBG ikkontribwixxiet sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess komuni li jittejbu l-konnettività u l-iżvilupp reġjonali tar-reġjun tas-Saarland permezz tal-operat ta’ infrastruttura tat-trasport bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tar-reġjun fir-rigward tat-trasport. |
|
(325) |
Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, ajruporti iżgħar jistgħu jsibu diffikultajiet sabiex jiżguraw il-finanzjament tal-operat tagħhom mingħajr finanzjament pubbliku. Skont il-punt 118 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri annwali taħt is-7 00 000 passiġġier fis-sena ma jkunux jistgħu jkopru l-ispejjeż operattivi tagħhom b’mod sostanzjali. It-traffiku fl-Ajruport ta’ Saarbrücken kien kostantament taħt is-7 00 000 passiġġier. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna kienet neċessarja, minħabba li hija ppermettiet li jsir titjib fil-konnettività tar-reġjun li s-suq innifsu qatt ma seta’ jikseb. |
|
(326) |
Kif ġie rrimarkat aktar ‘il fuq, l-Ajruport ta’ Saarbrücken irċieva għajnuna għall-investiment li ppermettiet lill-ajruport jissodisfa l-ħtiġijiet tal-konnettività u t-trasport tar-reġjun tas-Saarland (ara l-premessa 285). Minkejja l-għadd pjuttost stabbli ta’ passiġġieri, l-ajruport ma jistax ikopri l-ispejjeż operattivi tiegħu. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li anki FSBG kienet qiegħda tagħmel it-telf fis-snin 2006 u 2007, meta kien applikabbli l-kuntratt tal-2006 (it-telf irreġistrat kien jammonta għal EUR – 2 14 709 fl-2006 u EUR – 2 7 37 773 fl-2007). It-telf kien imġarrab minkejja l-fatt li l-kera mħallsa minn FSBG f’dawk is-snin kienet aktar baxxa mill-kera mħallsa taħt il-kuntratt tal-1997 (ara t-Tabella 7). B’hekk, jista’ jiġi preżunt li l-għajnuna involuta fil-kuntratt tal-2006 kellha effett ta’ inċentiv u li ma qabżitx l-ammont meħtieġ sabiex jiġi kopert it-telf operattiv u, b’hekk, kienet limitata għall-minimu neċessarju sabiex tkun tista’ titwettaq l-attività megħjuna. |
|
(327) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà stipulati fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 ġew issodisfati. |
5.5. SKONTIJIET GĦAL-LINJI TAL-AJRU/FTEHIMIET TA’ KUMMERĊJALIZZAZZJONI
5.5.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(328) |
Billi jipprovdu servizzi ta’ trasportazzjoni bl-ajru, il-linji tal-ajru qegħdin iwettqu attività ekonomika u, għalhekk, jikkostitwixxu impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Għandu jiġi analizzat jekk l-arranġamenti bejn il-linji tal-ajru u l-ajruport inkwistjoni tawx vantaġġ ekonomiku lil tal-ewwel. |
Vantaġġ ekonomiku
|
(329) |
Meta ajruport ikollu riżorsi pubbliċi għad-dispożizzjoni tiegħu, l-għajnuna lil linja tal-ajru tista’, fil-prinċipju, tiġi eskluża meta r-relazzjoni bejn l-ajruport u l-linja tal-ajru tissodisfa t-test tal-MEO. Normalment, l-eżistenza ta’ vantaġġ tista’ tiġi eskluża jekk (a) il-prezz mitlub għas-servizzi jkun jikkorrespondi għall-prezz tas-suq jew (b) ikun jista’ jintwera permezz ta’ analiżi ex ante li l-arranġament mal-ajruport/linja tal-ajru jkun ser iwassal għal kontribuzzjoni pożittiva ta’ profitt inkrementali għall-ajruport u jkun parti minn strateġija globali li twassal għal profittabbiltà fit-tul. |
|
(330) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk arranġament konkluż minn ajruport ma’ linja tal-ajru jissodisfax it-test tal-MEO, għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni d-dħul mistenni minn operazzjonijiet mhux ajrunawtiċi li jirriżulta mill-attività tal-linja tal-ajru, flimkien mat-tariffi tal-ajruport, netti minn kwalunkwe ribassi, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jew l-iskemi ta’ inċentivi. Bl-istess mod, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll l-ispejjeż kollha li mistennija jiġġarrbu b’mod inkrementali mill-ajruport fir-rigward tal-attività tal-linja tal-ajru fl-ajruport. Tali spejjeż inkrementali jistgħu jinkludu l-kategoriji kollha ta’ spejjeż jew investimenti, bħal spejjeż inkrementali marbuta mal-persunal, mat-tagħmir u mal-investiment ikkawżati mill-preżenza tal-linja tal-ajru fl-ajruport. Pereżempju, jekk l-ajruport ikollu bżonn jespandi jew jibni terminal ġdid jew faċilitajiet oħrajn primarjament sabiex jakkomoda l-ħtiġijiet ta’ linja tal-ajru speċifika, tali spejjeż għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu kkalkolati l-ispejjeż inkrementali. B’kuntrast ma’ dan, l-ispejjeż li l-ajruport ikollu jħallas xorta waħda, irrispettivament mill-arranġament li jkun sar mal-linja tal-ajru, ma għandhomx jittieħdu f’kunsiderazzjoni fit-test tal-MEO. |
|
(331) |
Barra minn hekk, l-infrastruttura tal-ajruport għandha tkun miftuħa għal-linji tal-ajru kollha u mhux tkun iddedikata għal linja tal-ajru speċifika sabiex jiġi eskluż li l-vantaġġ li jirriżulta mill-għajnuna kompatibbli lill-operatur tal-ajruport ma jiġix ittrasferit lil linja tal-ajru speċifika. |
|
(332) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ser tivvaluta l-iskema globali tat-tariffi tal-ajruport applikabbli fl-Ajruport ta’ Saarbrücken, kif ukoll il-kuntratti individwali bejn il-linji tal-ajru u l-Ajruport ta’ Saarbrücken li jiddevjaw minn jew jaqgħu barra mill-ambitu tal-iskema tat-tariffi tal-ajruport. |
Skontijiet għal-linji tal-ajru
|
(333) |
Fl-1 ta’ April 2007, ġiet introdotta skeda ġdida ta’ tariffi fl-Ajruport ta’ Saarbrücken (l-iskeda tat-tariffi tal-2007). Din l-iskeda pprevediet skontijiet għal-linji tal-ajru li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. B’mod partikolari, l-iskeda tat-tariffi tal-2007 offriet skontijiet għal-linji tal-ajru ġodda, destinazzjonijiet ġodda u żieda fl-għadd ta’ passiġġieri. Sa dakinhar, ma kien previst ebda skont fl-iskeda tat-tariffi. L-Ajruport ta’ Saarbrücken adotta skeda ġdida ta’ tariffi, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2013 wara li ħadet post l-iskeda tat-tariffi tal-2007. L-iskeda tat-tariffi tal-2013 mhijiex soġġetta għad-deċiżjoni preżenti. |
|
(334) |
Meta tiġi biex tapplika t-test tal-MEO għall-miżura inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tiddetermina jekk il-prezz mitlub jikkorrespondix għal prezz tas-suq. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha dubji li fiż-żmien preżenti, jista’ jiġi identifikat valur referenzjarju xieraq sabiex jiġi stabbilit prezz tas-suq veru għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti. Fin-nuqqas ta’ valur referenzjarju identifikabbli fis-suq, il-Kummissjoni trid tivvaluta l-profittabbiltà inkrementali ex ante tal-iskeda tat-tariffi tal-2007. |
|
(335) |
L-iskeda tat-tariffi tal-2007 ġiet introdotta bil-għan li ttejjeb il-kompetittività tal-Ajruport ta’ Saarbrücken. Meta ġie biex ifassal l-iskeda tat-tariffi tal-2007, l-operatur tal-Ajruport ta’ Saarbrücken analizza l-għadd ta’ passiġġieri, il-movimenti fl-ajruport, kif ukoll ir-riżultati finanzjarji tas-snin 1997-2006. Skont il-Ġermanja, analiżi tas-suq li saret f’dak iż-żmien uriet li l-ajruport ta’ Saarbrücken kien wieħed mill-aktar ajruporti għaljin fil-Ġermanja. Il-Kummissjoni tosserva li TUIFly telqet minn Saarbrücken mill-aħħar tal-2006. Barra minn hekk, l-Ajruport ta’ Saarbrücken iffaċċja kompetizzjoni ġdida minn Zweibrücken wara l-2006. Dawn il-fatturi kollha flimkien wasslu lill-Ajruport ta’ Saarbrücken sabiex jerġa’ jikkunsidra l-politika tal-ipprezzar tiegħu u jintroduċi skeda riveduta ta’ tariffi li toffri inċentivi fil-forma ta’ skontijiet bil-għan li jiżgura l-vijabbiltà u l-profittabbiltà tiegħu fil-ġejjieni. |
|
(336) |
Filwaqt li, skont l-informazzjoni disponibbli, ma tħejja ebda studju tal-profittabbiltà ex ante għall-iskeda tat-tariffi tal-2007, il-Ġermanja sostniet li l-Ajruport ta’ Saarbrücken stenna li virtwalment ma jkun meħtieġ ebda investiment addizzjonali sabiex jiġu pprovduti servizzi addizzjonali fl-ajruport lil-linji tal-ajru u li mhux ser ikun hemm spejjeż operattivi addizzjonali. Għalhekk, fil-fehma tal-Ġermanja, ma kien meħtieġ ebda studju tal-profittabbiltà ex ante. B’hekk, l-ispejjeż inkrementali kienu limitati għall-inċentivi offruti. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva li l-iskeda tat-tariffi tal-2007 tabilħaqq offriet skontijiet biss għal linji tal-ajru ġodda, konnessjonijiet ġodda jew żidiet fl-għadd ta’ passiġġieri, bil-konsegwenza li ma ħallietx impatt negattiv fuq l-istatus quo fl-ajruport. Il-Kummissjoni tosserva li qabel l-introduzzjoni tal-iskeda tat-tariffi tal-2007, kienet utilizzata biss 50 % tal-kapaċità tal-ajruport ta’ Saarbrücken. Tabilħaqq, l-għadd ta’ passiġġieri naqas minn 4 87 000 fl-2005 għal 3 50 000 fl-2007, meta fil-fatt il-kapaċità annwali potenzjali tal-ajruport setgħet tkun ta’ 7 00 000 passiġġier fis-sena. Il-Kummissjoni tinnota li wara t-tluq ta’ TUIFly, l-Ajruport ta’ Saarbrücken kellu kapaċitajiet żejda, bil-konsegwenza li t-traffiku addizzjonali seta’ jiġi mmaniġġjat mingħajr il-ħtieġa li tiġi aġġornata l-infrastruttura jew li jinkiseb tagħmir addizzjonali jew li jiġu ingaġġati impjegati ġodda. Il-Ġermanja kkonfermat li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu ingaġġati impjegati ġodda jew li tiġi estiża l-infrastruttura eżistenti jew tagħmir ieħor bil-għan li jservu linji tal-ajru jew konnessjonijiet ġodda (pereżempju, iċ-ċinturini tal-bagalji u l-persunal eżistenti kienu biżżejjed). |
|
(337) |
Kwalunkwe linja tal-ajru jew konnessjoni ġdida tista’ twassal sabiex jiġi ġġenerat dħul ajrunawtiku kif ukoll mhux ajrunawtiku. Skont il-Ġermanja, minħabba li l-livell tal-ispejjeż baqa’ stabbli, kwalunkwe linja tal-ajru jew konnessjoni ġdida għandha tipprovdi kontribut pożittiv għall-profittabbiltà tal-ajruport. Il-fatt li Saarbrücken tabilħaqq irnexxielu jattira għadd ta’ linji tal-ajru ġodda (bħal Air Berlin, li bdiet topera minn Saarbrücken fl-aħħar tal-2007) u jistabbilixxi konnessjonijiet ġodda wara l-introduzzjoni tal-iskeda tat-tariffi tal-2007 jindika wkoll li l-istrateġija bbażata fuq l-iskontijiet, li kienet maħsuba biex tkabbar in-negozju tiegħu, kisbet suċċess. Fl-aħħar nett, id-dejta disponibbli turi li l-iskeda tat-tariffi tal-2007 irriżultat f’żieda gradwali ta’ dħul għall-ajruport (minn […] fl-2007 għal […] fl-2010). |
|
(338) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li meta tiġi biex tivvaluta l-arranġamenti tal-ajruport/linji tal-ajru, hija għandha tivvaluta wkoll il-punt safejn l-arranġamenti jistgħu jitqiesu bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ strateġija globali tal-ajruport sabiex jasal għal profittabbiltà, għall-inqas fuq perjodu ta’ żmien twil. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-evidenza fattwali li kienet disponibbli, u l-iżviluppi li b’mod raġonevoli setgħu jkunu mistennija, fiż-żmien meta tħejjiet l-iskeda tat-tariffi tal-2007, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq, notevolment il-bidliet fis-suq xprunati mil-liberalizzazzjoni fis-suq tat-trasport bl-ajru, id-dħul fis-suq u l-iżvilupp ta’ trasportaturi low-cost u trasportaturi oħrajn li joperaw minn punt sa punt, il-bidliet fl-istruttura organizzattiva u ekonomika tal-industrija tal-ajruporti, kif ukoll il-livell ta’ diversifikazzjoni u l-kumplessità tal-funzjonijiet imwettqa mill-ajruporti, it-tisħiħ tal-kompetizzjoni bejn il-linji tal-ajru u l-ajruporti, l-ambjent ekonomiku inċert minħabba l-bidliet fil-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq jew kwalunkwe inċertezza oħra fl-ambjent ekonomiku. Il-Kummissjoni tinnota li, kif ġie deskritt fil-premessa 335, kien hemm bosta raġunijiet (bħall-kompetizzjoni ġdida minn Zweibrücken wara l-2006 u t-tluq ta’ TUIFly mill-aħħar tal-2006) li wasslu lill-Ajruport ta’ Saarbrücken jikkunsidra l-introduzzjoni ta’ skeda riveduta ta’ tariffi bi skontijiet bħala pass neċessarju sabiex jiġu żgurati l-vijabbiltà u l-profittabbiltà tiegħu fil-ġejjieni. |
|
(339) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-infrastruttura tal-ajruport hija miftuħa għal-linji tal-ajru kollha u mhijiex iddedikata għal linja tal-ajru speċifika. |
|
(340) |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, billi taċċetta li, virtwalment, żieda fl-attività ma rriżultatx fi spejjeż inkrementali, iżda tista’ tkun mistennija li toħloq dħul inkrementali, il-Kummissjoni taċċetta li bl-adozzjoni tal-iskeda tat-tariffi tal-2007 u l-iskontijiet inklużi fiha, l-Ajruport ta’ Saarbrücken aġixxa bħala MEO. Għalhekk, il-miżura ma tat ebda vantaġġ ekonomiku lil-linji tal-ajru affettwati. |
Ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Air Berlin
|
(341) |
Fil-kuntratt konkluż bejn Air Berlin u l-Ajruport ta’ Saarbrücken fis-6 ta’ April 2011, iż-żewġ partijiet qablu li Air Berlin għandha żżid il-frekwenza tat-titjiriet tagħha lejn u minn Berlin b’ammont addizzjonali ta’ ħames titjiriet bir-ritorn fil-ġimgħa, kif ukoll il-frekwenza tat-titjiriet tagħha lejn u minn […] b’ammont addizzjonali ta’ tliet titjiriet bir-ritorn fil-ġimgħa sal-aħħar ta’ April 2014. Bi tpattija lura għal din iż-żieda fil-frekwenza u l-impenn minn Air Berlin li ser tirreklama l-frekwenza l-ġdida, l-Ajruport ta’ Saarbrücken impenja ruħu li jħallas ammont totali ta’ [EUR 8 00 000 – EUR 1 7 00 000] lil Air Berlin fl-2011 u fl-2012. |
|
(342) |
Il-Ġermanja pprovdiet analiżi tal-profittabbiltà tal-kuntratt li setgħet tkun mistennija fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, imwettaq minn FSG. Ġie sostnut li minbarra l-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni diretti, iż-żieda fil-frekwenza ma għandha tikkawża ebda spiża addizzjonali (83) għall-ajruport, li skont il-Ġermanja jista’ jimmaniġġja t-traffiku addizzjonali abbażi tal-infrastruttura u l-persunal eżistenti. L-analiżi kienet ibbażata fuq l-aspettattivi li ġejjin: Tabella 10 Il-profittabbiltà ex ante tal-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Air Berlin (figuri f’EUR)
|
|
(343) |
Filwaqt li l-analiżi ex ante mwettqa minn FSG u sottomessa mill-Ġermanja ma wasslitx għal tnaqqis fil-pagamenti futuri sad-data li fiha ġie konkluż il-kuntratt, jidher ċar li l-kuntratt kien mistenni jkun profittabbli. Il-Ġermanja kkonfermat li sal-lum, iż-żieda fil-frekwenza kif prevista mill-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni ma wasslitx għall-ħtieġa li jiġu ingaġġati impjegati ġodda jew li jsiru investimenti speċifiċi: B’mod ġenerali, l-aspettattivi tal-Ajruport fil-biċċa l-kbira tagħhom intlaħqu u l-kuntratt kien profittabbli. F’dan il-kuntest, il-Ġermanja pprovdiet projezzjoni għad-durata tal-kuntratt, abbażi tal-profitti li saru fl-ewwel 8 xhur tal-perjodu tal-kuntratt (minn April 2011 sa Jannar 2012), li pprevediet li l-kuntratt kien ser ikun profittabbli. |
|
(344) |
Wara li analizzat il-kuntratt u l-aspettattivi tal-FSG fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt, il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-kuntratt ikkontribwixxa għall-profittabbiltà tal-Ajruport ta’ Saarbrücken, fis-sens li d-dħul inkrementali mistenni kien ogħla mill-ispejjeż inkrementali mistennija. B’hekk, billi l-kuntratt ikkonforma mal-prinċipju tal-MEO, huwa ma ta ebda vantaġġ lil Air Berlin. |
Konklużjoni
|
(345) |
Wara li nstab li l-iskeda tat-tariffi tal-2007 u l-iskontijiet inklużi fiha, kif ukoll il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-2011 bejn Air Berlin u l-Ajruport ta’ Saarbrücken ma taw ebda vantaġġ lil-linji tal-ajru rispettivi, ma hemmx bżonn li jiġu vvalutati l-kriterji l-oħrajn għall-eżistenza tal-għajnuna. Jista’ jiġi konkluż li ma ngħatat ebda għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru inkwistjoni. |
5.6. GĦAJNUNA TAL-BIDU LIL CIRRUS AIRLINES
|
(346) |
Il-Kummissjoni tosserva li Cirrus Airlines, li rċeviet pagamenti diretti mingħand FSBesitzG fl-2005 u fl-2006, applikat għal insolvenza f’Jannar 2012; il-proċedura tal-insolvenza nfetħet f’April 2012. B’konsegwenza ta’ dan, Cirrus Airlines waqqfet l-attività ekonomika tagħha. Minħabba li l-eżitu tal-proċedimenti tal-insolvenza mhuwiex ċar, għalissal-Kummissjoni ma tinsabx f’pożizzjoni li tagħti l-fehma tagħha dwar jekk l-investigazzjoni li tikkonċerna l-pagamenti lil Cirrus Airlines spiċċatx mingħajr skop. Għalhekk, il-pagamenti lil Cirrus Airlines mhumiex soġġetti għal din id-Deċiżjoni. |
6. KONKLUŻJONI
|
(347) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament ta’ FSBesitzG/FSG permezz ta’ injezzjoni ta’ kapital sabiex jiġi kopert it-telf imġarrab matul is-snin 2000-2012 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat safejn kien relatat ma’ attivitajiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-politika pubblika. L-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna ġdida mill-1 ta’ Ġunju 2007 ‘il quddiem. Parti mill-għajnuna hija għajnuna għall-investiment kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u parti mill-għajnuna hija għajnuna operattiva kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014. Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li l-injezzjonijiet ta’ kapital mogħtija lil vh Saar ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat, hekk kif vh Saar ittrasferiet il-fondi pubbliċi kollha li rċeviet u, għalhekk, minnha nnifisha ma kisbet ebda vantaġġ ekonomiku. |
|
(348) |
It-trasferiment ta’ plottijiet tal-art mingħajr rimunerazzjoni jew bi prezz taħt il-prezz tas-suq fis-snin 2002, 2003 u 2004 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat safejn kien relatat ma’ attivitajiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-politika pubblika. L-għajnuna hija kompatibbli bħala għajnuna għall-investiment skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
|
(349) |
Il-garanziji fuq is-self ingħataw kollha qabel is-sena 2000 u, għalhekk, ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat. Il-vantaġġ inkluż fl-ittri ta’ konfort, jekk kien hemm, ġie ttrasferit mingħand vh Saar lil FSBesitzG/FSG. |
|
(350) |
Il-kuntratt tal-kiri tal-2006 kien jinvolvi għajnuna mill-Istat għal FSBG, li hija għajnuna operattiva kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014. |
|
(351) |
Ma ngħatat ebda għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru permezz tal-iskeda tat-tariffi tal-2007 u l-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Air Berlin. L-għajnuna tal-bidu favur Cirrus Airlines mhijiex soġġetta għad-Deċiżjoni preżenti. |
|
(352) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li fis-17 ta’ Ġunju 2014, il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni li hija qiegħda taċċetta b’eċċezzjoni li din id-deċiżjoni tiġi adottata bil-lingwa Maltija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Saarbrücken hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Il-miżuri implimentati mill-Ġermanja għal-linji tal-ajru (l-iskeda tat-tariffi tal-2007, il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ Air Berlin) ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Iż-żewġ settijiet ta’ Artikoli huma fis-sustanza tagħhom identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE, fejn xieraq. It-TFUE introduċa wkoll ċerti bidliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta’ “Komunità” minn “Unjoni” u “suq komuni” minn “suq intern”. It-terminoloġija tat-TFUE ser tintuża tul din id-Deċiżjoni kollha.
(2) ĠU C 213, 19.7.2012, p. 1.
(3) E-3778/08, 8 ta’ Lulju 2008.
(4) C.f. in-nota 2 f’qiegħ il-paġna.
(5) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).
(6) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.
(7) ĠU C 113, 15.4.2014, p. 30.
(8) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7.
(9) http://www.flughafen-saarbruecken.de/index.php?id=372
(10) http://www.flughafen-saarbruecken.de/index.php?id=daten_fakten
(*1) Sigriet kummerċjali.
(11) Sors: l-aktar rotta veloċi skont google maps.
(12) EBITDA li jinkludi l-finanzjament pubbliku u l-kumpens għal attivitajiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-politika pubblika jew li jitqiesu bħala SGEI; ara s-sottomissjoni tal-Informazzjoni mill-Ġermanja tal-5.5.2012, Anness II.
(*2) Billi f’dawk is-snin il-proprjetarju u l-operatur kienu kumpaniji separati (FSBesitzG u FSBG), l-EBITDA elenkat huwa s-somma tal-EBITDA taż-żewġ kumpaniji
(13) Il-Ġermanja ssostni li minħabba s-sistema tal-kontabbiltà użata, l-ispejjeż tal-kapital ma jistgħux jiġu allokati individwalment għas-sikurezza/sigurtà jew għal infrastruttura oħra.
(14) Sottomissjoni ta’ informazzjoni mill-Ġermanja fis-17 ta’ Jannar 2011, dokument mehmuż nru. 6 u fis-16 ta’ April 2012, p. 9.
(15) Sottomissjoni ta’ informazzjoni mill-Ġermanja fis-16 ta’ April 2012, p. 9.
(16) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi fdati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).
(17) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-Impriżi f’Diffikultà (2004), ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).
(18) Notifika tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).
(19) Sottomissjoni ta’ Informazzjoni mill-Ġermanja fil-5 ta’ Mejju 2012, Anness II.
(20) Il-Kawża C-222/04, Ministero dell’Economia e delle Finanze/Cassa di Risparmio di Firenze SpA et al., il-punt 111.
(21) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-punt 34.
(22) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-punt 39(2).
(23) Il-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1998] Ġabra I-3851; C-41/90 Höfner u Elser [1991] Ġabra I-1979; il-Kawża C-244/94 Fédération Française des Sociétés d’Assurances vs Ministère de l’Agriculture et de la Pêche [1995] Ġabra I-4013; il-Kawża C-55/96 Job Centre [1997] Ġabra I-7119.
(24) Il-Kawża 118/85 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1987] Ġabra 2599; il-Kawża 35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1998] Ġabra I-3851.
(25) Il-Kawżi Konġunti T-443/08 u T-455/08 Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig Halle GmbH vs il-Kummissjoni, (“ Leipzig/Halle judgment” ), [2011] Ġabra II-1311, b’mod partikolari l-paragrafi 93 u 94; ikkonfermati mill-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs il-Kummissjoni, [2012] li għadha ma ġietx irrapportata.
(26) Il-Kawżi C-159/91 u C-160/91, Poucet vs AGV u Pistre vs Cancave [1993] Ġabra I-637.
(27) Il-Kawża C-222/04 Ministero dell’Economia e delle Finanze/Casse di Risparmio di Firenze SpA et al [2006] I-289, paragrafu 111.
(28) Il-Kawża C-364/92 SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol [1994] Ġabra I-43.
(29) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/02 tad-19 ta’ Marzu 2003 dwar is-sigurtà fl-Avjazzjoni – kumpens għall-ispejjeż imġarrba wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001.
(30) Il-Kawża C-343/95 Cali & Figli vs Servizi ecologici porto di Genova [1997] Ġabra I-1547; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/02 tad-19 ta’ Marzu 2003; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N438/02 tas-16 ta’ Ottubru 2002, Għajnuna b’sostenn għall-funzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi fis-settur tal-portijiet Belġjani.
(31) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/02 tad-19 ta’ Marzu 2003.
(32) Ara, b’mod partikolari, il-Kawża C-364/92 SAT/Eurocontrol [1994] Ġabra I-43, il-paragrafu 30 u l-Kawża C-113/07 P Selex Sistemi Integrati vs il-Kummissjoni [2009] Ġabra I-2207, il-paragrafu 71.
(33) Ara i.a. il-Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser vs Finanzamt Innsbruck [2005] Ġabra I-01627, il-paragrafu 36, u l-każistika ċċitata.
(34) Il-miżuri skont § 8 Luftsicherheitsgesetz jinkludu, fost l-oħrajn, il-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport, li tippermetti li jsiru biżżejjed kontrolli tas-sigurtà; ċerti miżuri relatati mal-bagalji u l-merkanzija; l-iżgurar tas-sigurtà f’żoni ristretti; il-kontroll tal-persunal u tal-oġġetti li jkollhom aċċess għal żoni ristretti; l-għoti ta’ taħriġ lill-persunal tas-sigurtà; it-tneħħija u l-ħatt tal-ajruplani li jikkostitwixxu theddidiet għas-sigurtà.
(35) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Frar 2014 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35847 (2012/N) – ir-Repubblika Ċeka – l-Ajruport ta’ Ostrava, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU, il-premessa 16.
(36) § 27(d)(1) Luftverkehrsgesetz: “ Flugsicherungsdienste und die dazu erforderlichen flugsicherungstechnischen Einrichtungen werden an den Flugplätzen vorgehalten, bei denen das Bundesministerium für Verkehr, Bau und Stadtentwicklung einen Bedarf aus Gründen der Sicherheit und aus verkehrspolitischen Interessen anerkennt” .
(37) Il-Kawża C-482/99 Franza vs il-Kummissjoni ( “Stardust Marine” ) [2002] Ġabra I-4397.
(38) Sentenza tat-12 ta’ Mejju 2011 fil-Kawżi Konġunti T-267/08 u T-279/08, Nord-Pas-de-Calais, li għadha ma ġietx ippubblikata, il-paragrafu 108.
(39) vh Saar u FSBesitzG/FSG jistgħu jitqiesu bħala kumpaniji konnessi skont it-tifsira ta’ § 290 HGB.
(40) Kuntratt li permezz tiegħu kumpanija waħda tippreżenta d-direzzjoni tal-kumpanija lil impriża oħra.
(41) Il-Kawża C-39/94 Syndicat français de l’Express international (SFEI) u oħrajn vs La Poste u oħrajn [1996] Ġabra I-3547, il-paragrafu 60 u l-Kawża C-342/96 Ir-Renju ta’ Spanja vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1999] Ġabra I-2459, il-paragrafu 41.
(42) Il-Kawża 173/73 Ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1974] Ġabra 709, il-paragrafu 13.
(43) Il-Kawża C-482/99 Franza vs il-Kummissjoni (“ Stardust Marine” ) [2002] Ġabra I-4397, il-punt 69.
(44) Il-Kawża C-305/89 L-Italja vs il-Kummissjoni (“ Alfa Romeo”) [1991] Ġabra I-1603; il-Kawża T-296/97 Alitalia vs il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-3871.
(45) Il-Kawża 40/85 Il-Belġju vs il-Kummissjoni [1986] Ġabra I-2321.
(46) Il-Kawża C-482/99 Franza vs il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-04397.
(47) Il-Kawża C-124/10P Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France (EDF) [2012], li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, (“Sentenza tal-EDF”), il-paragrafu 85.
(48) Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH [2003] Ġabra I-7747, il-paragrafi 87 – 93.
(49) Ara l-ĠU L 219, 24.8.2007, p. 9, il-premessi 111 et seq.
(50) Il-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-717.
(51) Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2014 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27339 – il-Ġermanja – l-ajruport ta’ Zweibrücken, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU.
(52) Fraport AG kellha sehem ta’ 51 % fl-FSBG sat-30 ta’ Ġunju 2007.
(53) Vorlage für den Ministerrat, Gemeinsame Kabinettssitzung der Regierung des Saarlandes und der Landesregierung von Rheinland-Pfalz am 27. Mai 2003 , Ministerium für Wirtschaft, Verkehr, Landwirtschaft und Weinbau, il-15 ta’ Mejju 2003.
(54) Einschätzung der rheinland-pfälzischen Innenministeriums, il-15 ta’ Mejju 2003.
(55) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(56) Il-Kawża T-109/01 Fleuren Compost vs il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-127.
(57) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.
(58) Il-punt 173 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(59) Il-punt 172 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(60) Il-punt 25 (22) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(61) Espress fi qligħ qabel l-Imgħax, it-Taxxa, id-Deprezzament u l-Ammortizzament (minn hawn ‘il quddiem: EBITDA).
(62) Madankollu, mhumiex disponibbli figuri preċiżi dwar l-ispejjeż relatati mal-ambitu tal-politika pubblika fis-snin 2000-2012.
(63) Il-Kummissjoni tinnota li mhumiex disponibbli figuri preċiżi dwar l-ispejjeż li jaqgħu fl-ambitu tal-politika pubblika. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ma tinsabx f’pożizzjoni li tiddetermina l-ammont preċiż ta’ għajnuna għall-investiment mogħtija lil FSBesitzG/FSG.
(64) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 46.
(65) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 46.
(66) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 46.
(67) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 46.
(68) Aktualisierte Stellungnahme zur Nachfrageprognose für den Flughafen Kassel-Calden, Intraplan Consult GmbH, it-12 ta’ Marzu 2012, p. 8.
(69) Sottomissjoni ta’ informazzjoni mill-Ġermanja tas-16 ta’ April 2012, p. 65.
(70) Sottomissjoni ta’ informazzjoni mill-Ġermanja tas-16 ta’ April 2012, p. 9 u d-dokument mehmuż Nru 2.
(71) Sottomissjoni ta’ informazzjoni mill-Ġermanja tas-16 ta’ April 2012, p. 66.
(72) Sottomissjoni ta’ informazzjoni mill-Ġermanja tas-16 ta’ April 2012, p. 33.
(73) Skont il-punt 137 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, mhux il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fit-taqsima 5.1 tal-Linji Gwida japplikaw għall-għajnuna operattiva li ngħatat fl-imgħoddi.
(74) Il-punti 113 u 137 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(75) Il-punti 116 u 137 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(76) Il-punti 124 u 137 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(77) Il-punti 125 u 137 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(78) Il-punti 131 u 137 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(79) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 46.
(80) L-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(81) Ara § 10 ittra (i) tal-Istatut ta’ FSBesitzG, li jgħid li kwalunkwe bidla fil-kuntratt tal-kiri bejn FSBesitzG u FSBG kellha tiġi approvata mill-bord ta’ sorveljanza ta’ FSBesitzG.
(82) Skont il-punt 137 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, mhux il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fit-taqsima 5.1 tal-Linji Gwida japplikaw għall-għajnuna operattiva li ngħatat fl-imgħoddi.
(83) L-ispejjeż inkrementali ppreżentati fit-Tabella 10 jikkonċernaw il-pagamenti tal-kummerċjalizzazzjoni.