|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/28 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1067
tal-1 ta' Lulju 2015
dwar miżura meħuda minn Spanja f'konformità mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta' jigsaw immanifatturat mill-kumpanija Yongkang Hengfa Electrical Appliance Co Ltd, iċ-Ċina
(notifikata bid-dokument C(2015) 4360)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Spanja infurmat lill-Kummissjoni dwar miżura biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta' jigsaw tat-tip “Practyl/JS-HF-55-1”, immanifatturat mill-kumpanija Yongkang Hengfa Electrical Appliance Co Ltd, (iċ-Ċina), impurtat mill-kumpanija Adeo Service (Franza) u mqassam fi Spanja mill-kumpanija Leroy Merlin (Spanja). |
|
(2) |
Il-jigsaw kellu l-marka CE skont id-Direttiva 2006/42/KE. |
|
(3) |
Din il-miżura ttieħdet minħabba n-nuqqas ta' konformità tal-jigsaw mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-punti 1.3.2 — Ir-riskju ta' ksur waqt it-tħaddim, 1.3.4 — Riskji minħabba l-uċuħ, it-truf jew l-angoli, 1.4.1 — Rekwiżiti ġenerali tal-mezzi li jilqgħu u l-mezzi ta' protezzjoni u 1.4.2 — Ħtiġijiet speċjali għall-mezzi ta' lqugħ tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, abbażi tal-fatt li l-makkinarju naqas milli jgħaddi mit-test ta' reżistenza u jippreżenta riskji ta' qtugħ u aċċess għall-partijiet attivi. |
|
(4) |
Spanja infurmat lid-distributur u lill-importatur b'dawn in-nuqqasijiet. Minn jeddu, l-importatur ħa l-miżuri meħtieġa biex ineħħi mis-suq il-prodotti li mhumiex konformi. |
|
(5) |
Id-dokumentazzjoni disponibbli, il-kummenti espressi u l-azzjoni meħuda mill-partijiet ikkonċernati juru li l-jigsaw tat-tip “Practyl/JS-HF-55-1” ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fid-Direttiva 2006/42/KE. Għaldaqstant jixraq li l-miżura li ħadet Spanja titqies bħala waħda ġġustifikata, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżura meħuda minn Spanja biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta' jigsaw tat-tip “Practyl/JS-HF-55-1” immanifatturat mill-kumpanija Yongkang Hengfa Electrical Appliance Co Ltd, hija ġġustifikata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Elżbieta BIEŃKOWSKA
Membru tal-Kummissjoni