13.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Ottubru 2015

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

(2015/C 338/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 ġiet adottata fit-8 ta’ Ottubru 2015.

Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2015, p. 1.