|
25.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/989
tal-15 ta' Ġunju 2015
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tas-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u l-lista ta' individwi biex iservu bħala esperti fi proċeduri tal-grupp dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 464(3) u (4) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”) jipprevedu l-applikazzjoni proviżorja ta' parti mill-Ftehim. |
|
(2) |
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE (2) jispeċifika d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jridu jiġu applikati b'mod proviżorju, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. |
|
(3) |
Taħt l-Artikolu 376(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. |
|
(4) |
Taħt l-Artikolu 379(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jilħaq qbil fl-ewwel laqgħa tiegħu fuq il-lista ta' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-grupp dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fir-rigward tar-regoli ta' proċedura tas-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u l-lista ta' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-grupp dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. |
|
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan fis-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjonijiet mehmuża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fis-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit permezz tal-Artikolu 376 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tas-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u tal-lista ta' individwi li huma lesti u li huma kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-grupp dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjonijiet ta' dak is-Sottokumitat mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.
2. Jista' jkun hemm qbil dwar korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjonijiet mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
Dz. RASNAČS
(1) ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
ta' … 2015
li taddotta r-regoli ta' proċedura tas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli
IS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 376 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim huma applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014. |
|
(2) |
Taħt l-Artikolu 376(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jiltaqa' sabiex isir monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu 13 (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tat-Titolu V (Kummerċ u Materji Relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim. |
|
(3) |
Taħt l-Artikolu 376(3) tal-Ftehim jipprovdi wkoll li s-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. |
ADOTTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, kif stabbiliti fl-Anness, huma b'hekk adottati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, …
Għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli
Il-President
ANNESS
REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, stabbilit skont l-Artikolu 376 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, fit-twettiq ta' dmirijietu.
2. Is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jwettaq il-funzjonijiet stipulati fil-Kapitolu 13 (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tat-Titolu V (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ) tal-Ftehim.
3. Is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Moldova, responsabbli għall-affarijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.
4. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Moldova li jkun responsabbli għal affarijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandu jaġixxi bħala President tas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Artikolu 2.
5. It-terminu “Il-Partijiet” f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandu jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 461 tal-Ftehim.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet speċifiċi
1. L-Artikoli 2 sa 14 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura.
2. Ir-referenzi għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jinqraw bħala referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jew il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandhom jinqraw bħala referenzi għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli.
Artikolu 3
Laqgħat
Is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jiltaqa' kif meħtieġ. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jiltaqgħu darba fis-sena.
Artikolu 4
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura
Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova skont l-Artikolu 376 tal-Ftehim.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 2/2015 TAS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
ta' … 2015
li tadotta l-lista ta' esperti dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli skont l-Artikolu 379(3) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra
IS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 379 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim huma applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014. |
|
(2) |
Taħt l-Artikolu 379(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jistabilixxi lista ta' mill-inqas 15-il individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-panil, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta' individwi li huma lesti u kapaċi li jservu bħala esperti fi proċeduri tal-panil għall-finijiet tal-Artikolu 379 tal-Ftehim hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, …
Għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli
Il-President
ANNESS
LISTA TA' ESPERTI DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI
Esperti proposti mir-Repubblika tal-Moldova
|
1. |
Iurie BEJAN |
|
2. |
Maria Ion NEDEALCOV |
|
3. |
Alexandru STRATAN |
|
4. |
Dorin JOSANU |
|
5. |
Nicolae SADOVEI |
Esperti proposti mill-UE
|
1. |
Eddy LAURIJSSEN |
|
2. |
Jorge CARDONA |
|
3. |
Karin LUKAS |
|
4. |
Hélène RUIZ FABRI |
|
5. |
Laurence BOISSON DE CHAZOURNES |
|
6. |
Geert VAN CALSTER |
|
7. |
Joost PAUWELYN |
Il-Presidenti
|
1. |
Jill MURRAY (Australia) |
|
2. |
Janice BELLACE (United States) |
|
3. |
Ross WILSON (New Zealand) |
|
4. |
Arthur APPLETON (United States) |
|
5. |
Nathalie BERNASCONI (Switzerland) |