19.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/947

tal-15 ta' Ġunju 2015

li taħtar żewġ membri Portugiżi u membru supplenti Portugiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-gvern Portugiż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar u fil-5 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2015/116/UE (1) u 2015/190/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Alberto João CARDOSO GONÇALVES JARDIM u s-Sur António Luís DOS SANTOS DA COSTA saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur João CUNHA E SILVA sar vakanti siġġu ta' membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Miguel Filipe MACHADO DE ALBUQUERQUE, Presidente do Governo Regional da Madeira

Is-Sur Fernando MEDINA, Presidente da Câmara Municipal de Lisboa

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Mário Sérgio Quaresma GONÇALVES MARQUES, Secretário Regional dos Assuntos Parlamentares e Europeus da Madeira

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

K. GERHARDS


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.