16.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/15


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/919

tat-12 ta' Ġunju 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES

(notifikata bid-dokument C(2015) 3892)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku, applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Dik il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Il-Belġju kkomunika li ċ-ċentru ta' spezzjoni Flight Care li jinsab fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta' Brussel-Zaventem ingħalaq. Id-Danimarka kkomunikat li l-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Aalborg 1 (il-Port ta' Greenland) 1 ingħalaq. Il-Ġermanja kkomunikat li ċ-ċentru ta' spezzjoni Burchardkai li jinsab fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Hamburg Hafen ingħalaq. Għalhekk, il-listi tal-entrati għal dawn l-Istati Membri kif stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(3)

Il-Ġermanja kkomunikat li żdied ċentru ta' spezzjoni ġdid fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Bremen u l-Olanda ikkomunikat li żdied ċentru ta' spezzjoni ġdid fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Amsterdam. Il-listi tal-entrati għal dawn l-Istati Membri kif stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, u r-Renju Unit ikkomunikaw li l-entrati għall-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera f'Idomeni fil-Greċja, f'Roma-Fiumicino fl-Italja, fl-(Ajruport) ta' Riga, Riga (BFT) fil-Latvja, u f'Gatwick fir-Renju Unit għandhom jiġu emendati fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(5)

Spanja kkomunikat li ċentru ta' spezzjoni wieħed fil-port ta' Vigo għandu jitħassar mil-lista ta' entrati għal dak l-Istat Membru u li għandhom jiġu sospiżi żewġ ċentri ta' spezzjoni fl-istess port. L-Olanda kkomunikat li ċentru ta' spezzjoni wieħed fi Vlissingen għandu jitħassar mil-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru. Ir-Renju Unit ikkomunika li l-post ta' spezzjoni fil-fruntiera f'Manston għandu jitħassar mil-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru. Għalhekk, il-listi tal-entrati għal dawk l-Istati Membri stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, l-unitajiet reġjonali u l-unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (TRACES).

(7)

Wara l-komunikazzjoni mill-Italja u l-Olanda, għandhom isiru ċerti bidliet fil-listi tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi TRACES għal dawn l-Istati Membri, stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(8)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti li tikkonċerna l-Belġju, l-entrata għal Brussel-Zaventem tinbidel b'dan li ġej:

“Brussel-Zaventem

Bruxelles-Zaventem

BE BRU 4

A

Flight Care 2

NHC(2)

U, E, O

Avia Partner

HC(2)

 

WFS

HC-T(2)

 

Swiss Port

HC(2)”

 

(b)

fil-parti li tikkonċerna d-Danimarka, l-entrata għall-port ta' Aalborg 1 (il-Port ta' Greenland) 1 titħassar.

(c)

il-parti li tikkonċerna l-Ġermanja hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-port ta' Bremen tinbidel b'dan li ġej:

“Bremen

DE BRE 1

P

 

HC, NHC

 

Holzhafen

NHC-NT”

 

(ii)

l-entrata għall-port ta' Hamburg Hafen tinbidel b'dan li ġej:

“Hamburg Hafen

DE HAM 1

P

Altenwerder Kirchtal

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Reiherdamm

HC, NHC-T(FR), NHC-NT”

 

(d)

fil-parti li tikkonċerna l-Greċja, l-entrata għal-linji ferrovjarji ta'Idomeni tinbidel b'dan li ġej:

“Idomeni

GR EID 2

F

 

HC(2)”

 

(e)

fil-parti li tikkonċerna lil Spanja, l-entrata għall-port ta' Vigo tinbidel b'li ġej:

“Vigo

ES VGO 1

P

T.C. Guixar

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Frioya

HC-T(FR)(2)(3)

 

Frigalsa (*)

HC-T(FR)(2)(3) (*)

 

Pescanova

HC-T(FR)(2)(3)

 

Fandicosta (*)

HC-T(FR)(2)(3) (*)

 

Frig. Morrazo

HC-T(FR)(3)”

 

(f)

fil-parti li tikkonċerna l-Italja, l-entrata għall-ajruport ta' Roma-Fiumicino tinbidel b'dan li ġej:

“Roma-Fiumicino

IT FCO 4

A

Alitalia Società Aerea Italiana

HC(2)

 

FLE

HC(2), NHC(2)

 

Isola Veterinaria ADR

 

U, E, O”

(g)

il-parti li tikkonċerna l-Latvja hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-ajruport ta' Riga (Ajruport) tinbidel b'dan li ġej:

“Riga (Ajruport)

LV RIX 4

A

 

HC(2), NHC(2)”

 

(ii)

l-entrata għall-port ta' Riga (BFT) tinbidel b'dan li ġej:

“Riga (BFT)

LV RIX 1b

P

 

HC(2)”

 

(h)

il-parti li tikkonċerna l-Olanda tiġi emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-port ta' Amsterdam tinbidel b'dan li ġej:

“Amsterdam

NL AMS 1

P

Cornelis Vrolijk

HC-T(FR)(2)(3)

 

Daalimpex, Velsen

HC-T

 

PCA

HC(2), NHC(2)

 

Kloosterboer Ijmuiden

HC-T(FR)

 

Blankendaal Coldstores, Velsen

HC-T(FR)(2)”

 

(ii)

l-entrata għall-port ta' Vlissingen tinbidel b'dan li ġej:

“Vlissingen

NL VLI 1

P

Kloosterboer Finlandweg

HC(2), NHC-T(FR)(2)”

 

(i)

il-parti li tikkonċerna r-Renju Unit tiġi emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-ajruport ta' Gatwick tinbidel b'dan li ġej:

“Gatwick

GB LGW 4

A

IC 1

 

O(14)

IC 2

HC(1)(2), NHC(2)”

 

(ii)

l-entrata għall-ajruport ta' Manston titħassar;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-parti li tikkonċerna l-Italja hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-unità lokali “IT01008 RAVENNA” tinbidel b'dan li ġej:

“IT01008

AZIENDA USL DELLA ROMAGNA”

(ii)

l-entrata għall-unità lokali “IT00306 ALTO FRIULI” tinbidel b'dan li ġej:

“IT00306

ALTO FRIULI-COLLINARE-MEDIO FRIULI”

(iii)

l-entrata għall-unità lokali “IT00206 ISONTINA” tinbidel b'dan li ġej:

“IT00206

BASSA FRIULANA-ISONTINA”

(iv)

l-entrata għall-unità lokali “IT00406 MEDIO FRIULI” tinbidel b'dan li ġej:

“IT00406

FRIULI CENTRALE”

(v)

l-entrata għall-unità lokali “IT01209 VIAREGGIO” tinbidel b'dan li ġej:

“IT01209

VERSILIA”

(vi)

l-entrata għall-unità lokali “IT01705 ESTE MONSELICE MONTAGNANA” tinbidel b'dan li ġej:

“IT01705

MONSELICE”

(vii)

l-entrati għall-unitajiet lokali li ġejjin jitħassru:

“IT01315

SALERNO 3”

“IT01208

CESENA”

“IT01108

FORLÌ”

“IT01308

RIMINI”

“IT00506

BASSA FRIULANA”

“IT00916

FG/3”

(b)

il-parti li tikkonċerna l-Olanda tiġi emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-unità ċentrali “NL00000 NVWA” tinbidel b'dan li ġej:

“NL00000

NEDERLANDSE VOEDSEL- EN WARENAUTORITEIT”

(ii)

l-entrata għall-unità reġjonali “NL00001 NVWA NOORD” tinbidel b'dan li ġej:

“NL00001

NEDERLANDSE VOEDSEL- EN WARENAUTORITEIT”

(iii)

l-entrati għall-unitajiet reġjonali u lokali li ġejjin jitħassru:

“NL01201

LVE NOORD

NL00002

NVWA NOORDWEST

NL01302

LVE NOORDWEST

NL00003

NVWA OOST

NL01403

LVE OOST

NL00004

NVWA ZUID

NL01504

LVE ZUID

NL00005

NVWA ZUIDWEST

NL01605

LVE ZUIDWEST”.