12.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/899

tat-8 ta' Ġunju 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Copernicus)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 189(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi, inter alia, li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti li jikkonċernaw il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(4)

Il-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE ġiet estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 249/2014 tat-13 ta' Novembru 2014.

(5)

Din il-kooperazzjoni għandha tiġi estiża għan-Norveġja, bil-kondizzjonijiet previsti fil-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, li l-parteċipazzjoni tagħha għandha għalhekk tibda mill-1 ta' Jannar 2014.

(6)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

(7)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REIZNIECE-OZOLA


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2015

ta'

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'ċerti oqsma li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE ġiet estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (1) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 249/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 (2).

(2)

Din il-kooperazzjoni għandha tiġi estiża għan-Norveġja, bil-kondizzjonijiet previsti fil-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, li l-parteċipazzjoni tagħha għandha għalhekk tibda mill-1 ta' Jannar 2014.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(8d)(e) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem “in-Norveġja u” huma mħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ta', Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44.

(2)  ĠU L [għadha ma ġietx ippubblikata].

(*)  [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]