6.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/876

tal-5 ta' Ġunju 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (1).

(2)

Fil-5 ta' Marzu 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/364 (2), li tipprovdi li l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandhom japplikaw sas-6 ta' Marzu 2016 fir-rigward ta' erbatax-il persuna u sas-6 ta' Ġunju 2015 fir-rigward ta' erba' persuni.

(3)

Fir-rigward ta' waħda minn dawk l-erba' persuni, l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi għandha tiġi estiża sas-6 ta' Ottubru 2015 u d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet marbuta magħha għandha tiġi aġġornata.

(4)

Fir-rigward ta' żewġ persuni minn dawk l-erba' persuni, l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi għandha tiġi estiża sas-6 ta' Marzu 2016 u d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet marbuta magħhom għandhom jiġu aġġornati.

(5)

Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK, l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta' Marzu 2016. Il-miżuri fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw sas-6 ta' Ottubru 2015 fir-rigward tal-entrata Nru 10 fl-Anness.

Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kontinwa. Għandha tiġi mġedda, jew emendata skont kif ikun xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”

.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26.)

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 25).


ANNESS

1)   

L-entrata għall-persuna li ġejja kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK hija mħassra:

8.

Viktor Viktorovych Yanukovych (iben l-eks President)

2)   

L-entrati għall-persuni li ġejjin kif jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:

4.

Olena Leonidivna Lukash (Олена Леонідівна Лукаш), Elena Leonidovna Lukash (Елена Леонидовна Лукаш)

imwielda fit-12 ta' Novembru 1976 f'Rîbnița (Moldova), eks Ministru tal-Ġustizzja

Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għall-involviment fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi

6.3.2014

10.

Serhii Petrovych Kliuiev (Сергій Петрович Клюєв), Serhiy Petrovych Klyuyev

Imwieled fid-19 ta' Awwissu 1969 f'Donetsk, ħu s-Sur Andrii Kliuiev, negozjant

Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għal involviment fil-miżapproprijazzjoni ta' fondi pubbliċi. Persuna assoċjata ma' persuna deżinjata (Andrii Petrovych Kliuiev) soġġetta għal proċedimenti kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

13.

Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk (Дмитро Володимирович Табачник)

Imwieled fit-28 ta' Novembru 1963 fi Kiev, eks Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza

Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għall-involviment fil-miżapproprijazzjoni ta' fondi pubbliċi.

6.3.2014