6.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/875
tat-2 ta' Ġunju 2015
dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut ta' Stat terz għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (EUMAM RCA/3/2015)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/78 tad-19 ta' Jannar 2015 dwar Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/78, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi proposti minn Stati terzi. |
(2) |
Wara rakkomandazzjoni dwar l-offerta ta' kontribut tar-Repubblika tas-Serbja mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE tal-EUMAM RCA u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, dik l-offerta għandha tiġi aċċettata. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-offerta ta' kontribut tar-Repubblika tas-Serbja għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) hija aċċettata u hija kkunsidrata bħala sinifikanti.
2. Ir-Repubblika tas-Serbja hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUMAM RCA.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS