30.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/8 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/842
tat-28 ta' Mejju 2015
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2014
(notifikata bid-dokument C(2015) 3519)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 51 u 54(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni ta' verifika rigward il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi ta' ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta' Ottubru tas-sena N – 1 u tispiċċa fil-15 ta' Ottubru tas-sena N. Meta jiġu approvati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2014, sabiex jiġi allinjat il-perjodu ta' referenza għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) ma' dak tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (l-FAEG), għandha titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta' Ottubru 2013 u l-15 ta' Ottubru 2014, kif stipulat fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (2). |
(3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew imħallsa lilu, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti intermedji għas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għall-istess sena skont l-Artikolu 33(1). Il-Kummisjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jkun imiss jew iżżidu miegħu. |
(4) |
Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif li ressqu l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lill-Istati Membri qabel it-30 ta' April 2015, flimkien mal-emendi meħtieġa. |
(5) |
Għal ċerti aġenziji tal-pagamenti, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. |
(6) |
It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra jeżiġi li jsir aktar stħarriġ u għalhekk il-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f'din id-Deċiżjoni. |
(7) |
Il-Kummissjoni tista' tnaqqas jew tissospendi temporanjament il-pagamenti interim lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Din għandha tinforma lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri kif xieraq. Hija u tadotta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti mnaqqsa jew sospiżi sabiex tevita li tagħmel pagamenti mhux xierqa jew mhux f'waqthom, jew li tħallas lura ammonti li aktar tard jistgħu jkunu soġġetti għal aġġustament finanzjarju. B'mod partikolari, ir-raba' dikjarazzjoni trimestrali tal-2013 u l-ewwel dikjarazzjoni trimestrali tal-2014 inkludew rispettivament l-ammonti ta' EUR 51 543 u EUR 26 892 għall-Programm tal-Iżvilupp Rurali tar-reġjun ta' Lazio, l-Italja (il-Programm CCI 2007IT06RPO005). Dawn l-ammonti ġew inklużi wkoll fid-dikjarazzjoni annwali għas-sena finanzjarja 2014. L-ammonti kkonċernati kienu soġġetti għal tnaqqis skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kif ordnat mid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)3268 u C(2014)5156 għal nuqqas ta' konformità mal-limiti taż-żmien għal verifika obbligatorja. Billi l-proċedura skont l-Artikolu 34 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 għadha għaddejja, dan it-tnaqqis għandu jinżamm. F'dak li jirrigwarda l-programm għall-iżvilupp rurali għall-Bulgarija (CCI 2007BG06RPO001), l-ammonti ta' EUR 420 467,77 u EUR 598 402,41 kienu ddikjarati fit-tielet kwart tal-2014 fil-miżuri 311 u 312 rispettivament. Dawn l-ammonti ġew iddikjarati wkoll fid-dikjarazzjoni annwali għas-sena finanzjarja 2014. L-ammonti kkonċernati għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni b'din id-Deċiżjoni peress li għandu jitqies kull tnaqqis skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Fil-fatt, kull tnaqqis għandu natura provviżorja u mingħajr ħsara għal deċiżjonijiet li jittieħdu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
(8) |
Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel tajjeb għal 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta' rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ta' dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba' snin mid-data tat-talba għall-irkupru, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jeżiġi lill-Istati Membri biex fil-kontijiet annwali jdaħħlu l-ammonti li jkollhom jagħmlu tajjeb għalihom huma skont il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula l-mudell tat-tabella li l-Istati Membri għandhom jużaw sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati fl-2015. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji minħabba nuqqas ta' rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba' jew tmien snin, rispettivament. |
(9) |
Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru jekk ikollhom raġunijiet iġġustifikati kif imiss. Din id-deċiżjoni tista' tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu ġġarrbu diġà u ta' dawk li x'aktarx jiġġarrbu, ikun jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru ma jkunx jista' jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta' rkupru għandhom jiġġarrbu 100 % mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li għalihom Stat Membru partikolari ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni tiegħu għandhom ikunu inklużi fil-kontijiet annwali skont l-Artikolu 29(e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, imsemmi fil-punt (c) (iii) tal- Artikolu 102(1) tar- Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għaldaqstant, l-Istati Membri kkonċernati ma għandhomx jagħmlu tajjeb għal dawn l-ammonti u minflok l-ammonti għandhom jitħallsu mill-baġit tal-UE. |
(10) |
Skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-ammont totali ta' prefinanzjament u pagamenti interim ma għandux jaqbeż il-95 % tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għal kull programm tal-iżvilupp rurali. Dawn il-programmi laħqu dan il-limitu: 2007AT06RPO001, 2007BE06RPO001, 2007DE06RPO004, 2007DE06RPO010, 2007IE06RPO001 u 2007UK06RPO003. Il-bilanċ pendenti ta' dawn il-programmi se jitħallas mal-għeluq tal-perjodu ta' programmazzjoni. |
(11) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (3). L-Artikolu 26(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, li jikkorrispondi għad-dispożizzjoni tal-Artikolu 36(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ipprovda li l-pagamenti intermedji għandhom isiru mingħajr ma tinqabeż il-kontribuzzjoni programmata finanzjarja totali tal-FAEŻR. Barra minn hekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 ħa xi dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (4) li kien tħassar mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (5). L-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, li jikkorrispondi għad-dispożizzjoni tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, ipprovda li meta t-total tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jkun jisboq it-total tal-kontribuzzjoni pprogrammata għal programm ta' żvilupp rurali, l-ammont li jrid jitħallas huwa limitat għall-ammont ipprogrammat, mingħajr ħsara għal-limitu stipulat fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 li jikkorrispondi għad-dispożizzjoni tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Il-pjan finanzjarju tal-Assi 2 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007EE06RP0001 inqabeż b'EUR 1 122 778,99 fit-tieni u t-tielet dikjarazzjoni trimestrali għall-2014. Il-pjan finanzjarju tal-Assi 5 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007ES06RPO009 inqabeż b'EUR 18 560,56 fit-tielet dikjarazzjoni trimestrali għall-2014. Il-pjan finanzjarju tal-Assi 2 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007FI06RPO001 inqabeż b'EUR 5 599 314,3 fit-tieni dikjarazzjoni trimestrali għall-2014. Il-pjanijiet finanzjarji tal-Assi 2 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007LU06RPO001 inqabżu b'EUR 169 459,49 fit-tielet dikjarazzjoni trimestrali għall-2014. Il-pjanijiet finanzjarji tal-Assi 2 u tal-Assi 5 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007UK06RPO002 inqabżu b'EUR 2 597 538,87 u EUR 427 086,47 rispettivament fit-tieni u t-tielet dikjarazzjoni trimestrali għall-2014. Dawn l-ammonti ma tħallsux mill-Kummissjoni. Il-pjanijiet finanzjarji emendati ma ġewx adottati mill-Kummissjoni qabel id-data ta' adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Għalhekk, l-ammont totali ta' EUR 9 934 738,68, li hu inkluż fid-dikjarazzjonijiet annwali għas-sena finanzjarja 2014, għandu jiġi eskluż mid-deċiżjoni tal-approvazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja 2014. Dan se jkun soġġett għal rimborż aktar tard mill-Kummissjoni wara l-adozzjonijiet tal-pjanijiet finanzjarji emendati jew mal-għeluq tal-perjodu tal-programmazzjoni. |
(12) |
F'konformità mal-Artikolu 36(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-ammont ta' EUR 913 212,81 iddikjarat għall-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007PT06RPO001 ġie eskluż mid-Deċiżjoni ta' approvazzjoni għas-sena finanzjarja 2013. Wara l-adozzjoni tal-pjan finanzjarju emendat, dak l-ammont ġie rimborżat mill-Kummissjoni fl-2014 u għalhekk għandu jiġi inkluż f'din id-Deċiżjoni ta' approvazzjoni. |
(13) |
Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni tista' tieħu biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bl-eċċezzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2014, huma approvati permezz ta' din id-Deċiżjoni.
L-Anness I jistipula l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew imħallas lilu għal kull programm ta' żvilupp rurali skont din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Għas-sena finanzjarja 2014, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri fir-rigward tan-nefqa għal kull programm ta' żvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR, stabbiliti fl-Anness II, mhumiex koperti minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet fil-ġejjieni.
Artikolu 3
L-ammonti li għandhom jiġu ddebitati lill-Istati Membri, b'riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, huma stipulati fl-Anness III.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu fil-ġejjieni skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li tkunx ma saret skont ir-regoli tal-Unjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta' ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD (ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
ANNESS I
IN-NEFQA TAL-FAEŻR APPROVATA MILL-PROGRAMM TAL-IŻVILUPP RURALI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2014
Ammont għal kull programm li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lilu
Programmi approvati bin-nefqa ddikjarata għall-FAEŻR
(f'Ewro) |
||||||||
SM |
CCI |
Nefqa 2014 |
Korrezzjonijiet |
Total |
Ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw |
Ammont aċċettat u approvat għas-sena finanzjarja 2014 |
Pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja inkluż l-approvazzjoni tal-prefinanzjament |
Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru (–) jew imħallas lill-Istat Membru (+) (*) |
|
|
i |
ii |
iii = i + ii |
iv |
v = iii – iv |
vi |
vii = v – vi |
AT |
2007AT06RPO001 (*) |
544 468 367,78 |
0,00 |
544 468 367,78 |
0,00 |
544 468 367,78 |
518 811 910,08 |
25 656 457,70 |
BE |
2007BE06RPO001 (*) |
16 783 607,72 |
0,00 |
16 783 607,72 |
0,00 |
16 783 607,72 |
13 205 322,27 |
3 578 285,45 |
BG |
2007BG06RPO001 |
395 493 074,51 |
– 1 018 870,18 |
394 474 204,33 |
0,00 |
394 474 204,33 |
393 750 627,31 |
723 577,02 |
CY |
2007CY06RPO001 |
22 567 015,08 |
0,00 |
22 567 015,08 |
0,00 |
22 567 015,08 |
22 898 350,79 |
– 331 335,71 |
CZ |
2007CZ06RPO001 |
326 067 553,26 |
0,00 |
326 067 553,26 |
0,00 |
326 067 553,26 |
326 067 674,49 |
– 121,23 |
DE |
2007DE06RAT001 |
499 599,12 |
0,00 |
499 599,12 |
0,00 |
499 599,12 |
499 599,11 |
0,01 |
DE |
2007DE06RPO004 (*) |
63 035 454,95 |
0,00 |
63 035 454,95 |
0,00 |
63 035 454,95 |
46 638 237,43 |
16 397 217,52 |
DE |
2007DE06RPO007 |
151 333 451,42 |
0,00 |
151 333 451,42 |
0,00 |
151 333 451,42 |
151 333 504,27 |
– 52,85 |
DE |
2007DE06RPO009 |
1 756 006,08 |
0,00 |
1 756 006,08 |
0,00 |
1 756 006,08 |
1 756 010,52 |
– 4,44 |
DE |
2007DE06RPO010 (*) |
30 449 586,72 |
0,00 |
30 449 586,72 |
0,00 |
30 449 586,72 |
29 425 794,68 |
1 023 792,04 |
DE |
2007DE06RPO012 |
129 627 838,13 |
0,00 |
129 627 838,13 |
0,00 |
129 627 838,13 |
129 627 837,98 |
0,15 |
DE |
2007DE06RPO015 |
44 569 423,98 |
0,00 |
44 569 423,98 |
0,00 |
44 569 423,98 |
44 569 423,92 |
0,06 |
DE |
2007DE06RPO017 |
32 302 560,60 |
0,00 |
32 302 560,60 |
0,00 |
32 302 560,60 |
32 302 560,59 |
0,01 |
DE |
2007DE06RPO018 |
2 742 462,33 |
0,00 |
2 742 462,33 |
0,00 |
2 742 462,33 |
2 742 462,32 |
0,01 |
DE |
2007DE06RPO019 |
161 853 097,22 |
0,00 |
161 853 097,22 |
0,00 |
161 853 097,22 |
161 853 097,21 |
0,01 |
DE |
2007DE06RPO020 |
124 731 223,27 |
0,00 |
124 731 223,27 |
0,00 |
124 731 223,27 |
124 731 223,25 |
0,02 |
DE |
2007DE06RPO021 |
40 589 272,39 |
0,00 |
40 589 272,39 |
0,00 |
40 589 272,39 |
40 592 850,30 |
– 3 577,91 |
DE |
2007DE06RPO023 |
79 390 804,77 |
0,00 |
79 390 804,77 |
0,00 |
79 390 804,77 |
79 350 303,85 |
40 500,92 |
DK |
2007DK06RPO001 |
82 998 289,85 |
0,00 |
82 998 289,85 |
0,00 |
82 998 289,85 |
83 307 264,88 |
– 308 975,03 |
EE |
2007EE06RPO001 |
107 441 165,78 |
– 1 122 778,99 |
106 318 386,79 |
0,00 |
106 318 386,79 |
106 318 428,88 |
– 42,09 |
ES |
2007ES06RAT001 |
5 773 319,62 |
0,00 |
5 773 319,62 |
0,00 |
5 773 319,62 |
5 773 319,62 |
0,00 |
ES |
2007ES06RPO001 |
205 999 762,70 |
0,00 |
205 999 762,70 |
0,00 |
205 999 762,70 |
205 999 749,54 |
13,16 |
ES |
2007ES06RPO002 |
52 921 899,62 |
0,00 |
52 921 899,62 |
0,00 |
52 921 899,62 |
52 921 926,24 |
– 26,62 |
ES |
2007ES06RPO003 |
23 124 915,85 |
0,00 |
23 124 915,85 |
0,00 |
23 124 915,85 |
23 124 914,20 |
1,65 |
ES |
2007ES06RPO004 |
6 760 223,26 |
0,00 |
6 760 223,26 |
0,00 |
6 760 223,26 |
6 760 220,72 |
2,54 |
ES |
2007ES06RPO005 |
28 014 055,89 |
0,00 |
28 014 055,89 |
0,00 |
28 014 055,89 |
28 043 602,97 |
– 29 547,08 |
ES |
2007ES06RPO006 |
11 673 899,78 |
0,00 |
11 673 899,78 |
0,00 |
11 673 899,78 |
11 673 627,87 |
271,91 |
ES |
2007ES06RPO007 |
180 347 367,42 |
0,00 |
180 347 367,42 |
0,00 |
180 347 367,42 |
180 347 333,94 |
33,48 |
ES |
2007ES06RPO008 |
73 969 728,51 |
0,00 |
73 969 728,51 |
0,00 |
73 969 728,51 |
73 969 728,58 |
– 0,07 |
ES |
2007ES06RPO009 |
52 139 699,74 |
– 18 560,56 |
52 121 139,18 |
0,00 |
52 121 139,18 |
52 121 130,04 |
9,14 |
ES |
2007ES06RPO010 |
156 843 297,22 |
0,00 |
156 843 297,22 |
0,00 |
156 843 297,22 |
156 843 349,08 |
– 51,86 |
ES |
2007ES06RPO011 |
91 565 221,37 |
0,00 |
91 565 221,37 |
0,00 |
91 565 221,37 |
91 602 065,76 |
– 36 844,39 |
ES |
2007ES06RPO012 |
4 476 595,43 |
0,00 |
4 476 595,43 |
0,00 |
4 476 595,43 |
4 476 595,25 |
0,18 |
ES |
2007ES06RPO013 |
31 893 803,19 |
0,00 |
31 893 803,19 |
0,00 |
31 893 803,19 |
31 889 970,54 |
3 832,65 |
ES |
2007ES06RPO014 |
7 001 783,06 |
0,00 |
7 001 783,06 |
0,00 |
7 001 783,06 |
7 001 782,94 |
0,12 |
ES |
2007ES06RPO015 |
11 360 172,72 |
0,00 |
11 360 172,72 |
0,00 |
11 360 172,72 |
11 360 198,92 |
– 26,20 |
ES |
2007ES06RPO016 |
8 838 843,37 |
0,00 |
8 838 843,37 |
0,00 |
8 838 843,37 |
8 838 846,41 |
– 3,04 |
FI |
2007FI06RPO001 |
182 525 389,84 |
– 5 599 314,30 |
176 926 075,54 |
0,00 |
176 926 075,54 |
176 930 836,91 |
– 4 761,37 |
FI |
2007FI06RPO002 |
1 059 517,27 |
0,00 |
1 059 517,27 |
0,00 |
1 059 517,27 |
1 059 517,24 |
0,03 |
FR |
2007FR06RPO001 |
678 837 059,60 |
0,00 |
678 837 059,60 |
0,00 |
678 837 059,60 |
678 834 981,35 |
2 078,25 |
FR |
2007FR06RPO002 |
13 637 663,26 |
0,00 |
13 637 663,26 |
0,00 |
13 637 663,26 |
13 632 754,78 |
4 908,48 |
FR |
2007FR06RPO003 |
21 794 860,24 |
0,00 |
21 794 860,24 |
0,00 |
21 794 860,24 |
21 794 860,25 |
– 0,01 |
FR |
2007FR06RPO004 |
13 085 698,30 |
0,00 |
13 085 698,30 |
0,00 |
13 085 698,30 |
13 085 698,26 |
0,04 |
FR |
2007FR06RPO005 |
15 147 820,52 |
0,00 |
15 147 820,52 |
0,00 |
15 147 820,52 |
15 147 820,49 |
0,03 |
FR |
2007FR06RPO006 |
56 350 372,69 |
0,00 |
56 350 372,69 |
0,00 |
56 350 372,69 |
56 350 372,73 |
– 0,04 |
HU |
2007HU06RPO001 |
550 321 317,91 |
0,00 |
550 321 317,91 |
0,00 |
550 321 317,91 |
550 278 758,74 |
42 559,17 |
IE |
2007IE06RPO001 (*) |
179 326 161,10 |
0,00 |
179 326 161,10 |
0,00 |
179 326 161,10 |
99 168 661,16 |
80 157 499,94 |
IT |
2007IT06RAT001 |
6 005 846,41 |
0,00 |
6 005 846,41 |
0,00 |
6 005 846,41 |
6 005 846,38 |
0,03 |
IT |
2007IT06RPO001 |
18 263 314,16 |
0,00 |
18 263 314,16 |
0,00 |
18 263 314,16 |
18 380 705,60 |
– 117 391,44 |
IT |
2007IT06RPO002 |
13 819 039,14 |
0,00 |
13 819 039,14 |
0,00 |
13 819 039,14 |
13 819 039,26 |
– 0,12 |
IT |
2007IT06RPO003 |
79 515 358,43 |
0,00 |
79 515 358,43 |
0,00 |
79 515 358,43 |
79 515 358,51 |
– 0,08 |
IT |
2007IT06RPO004 |
14 444 151,54 |
0,00 |
14 444 151,54 |
0,00 |
14 444 151,54 |
14 449 678,70 |
– 5 527,16 |
IT |
2007IT06RPO005 |
47 406 432,46 |
– 78 435,00 |
47 327 997,46 |
0,00 |
47 327 997,46 |
47 406 972,32 |
– 78 974,86 |
IT |
2007IT06RPO006 |
13 259 461,34 |
0,00 |
13 259 461,34 |
0,00 |
13 259 461,34 |
13 284 525,74 |
– 25 064,40 |
IT |
2007IT06RPO007 |
64 999 720,96 |
0,00 |
64 999 720,96 |
0,00 |
64 999 720,96 |
64 948 526,65 |
51 194,31 |
IT |
2007IT06RPO008 |
25 528 865,56 |
0,00 |
25 528 865,56 |
0,00 |
25 528 865,56 |
25 590 820,49 |
– 61 954,93 |
IT |
2007IT06RPO009 |
58 633 519,29 |
0,00 |
58 633 519,29 |
0,00 |
58 633 519,29 |
58 633 519,64 |
– 0,35 |
IT |
2007IT06RPO010 |
58 921 922,19 |
0,00 |
58 921 922,19 |
0,00 |
58 921 922,19 |
58 921 921,96 |
0,23 |
IT |
2007IT06RPO011 |
8 167 143,75 |
0,00 |
8 167 143,75 |
0,00 |
8 167 143,75 |
8 167 148,05 |
– 4,30 |
IT |
2007IT06RPO012 |
38 683 225,74 |
0,00 |
38 683 225,74 |
0,00 |
38 683 225,74 |
38 790 060,80 |
– 106 835,06 |
IT |
2007IT06RPO013 |
2 490 100,59 |
0,00 |
2 490 100,59 |
0,00 |
2 490 100,59 |
2 490 100,63 |
– 0,04 |
IT |
2007IT06RPO014 |
81 528 911,04 |
0,00 |
81 528 911,04 |
0,00 |
81 528 911,04 |
81 528 910,48 |
0,56 |
IT |
2007IT06RPO015 |
13 836 214,26 |
0,00 |
13 836 214,26 |
0,00 |
13 836 214,26 |
13 854 106,18 |
– 17 891,92 |
IT |
2007IT06RPO016 |
74 561 854,94 |
0,00 |
74 561 854,94 |
0,00 |
74 561 854,94 |
74 573 079,80 |
– 11 224,86 |
IT |
2007IT06RPO017 |
39 985 924,56 |
0,00 |
39 985 924,56 |
0,00 |
39 985 924,56 |
39 989 076,63 |
– 3 152,07 |
IT |
2007IT06RPO018 |
77 467 416,73 |
0,00 |
77 467 416,73 |
0,00 |
77 467 416,73 |
77 467 266,26 |
150,47 |
IT |
2007IT06RPO019 |
156 458 307,09 |
0,00 |
156 458 307,09 |
0,00 |
156 458 307,09 |
156 909 167,01 |
– 450 859,92 |
IT |
2007IT06RPO020 |
124 466 658,87 |
0,00 |
124 466 658,87 |
0,00 |
124 466 658,87 |
125 467 724,29 |
– 1 001 065,42 |
IT |
2007IT06RPO021 |
191 224 405,91 |
0,00 |
191 224 405,91 |
0,00 |
191 224 405,91 |
191 569 197,15 |
– 344 791,24 |
LT |
2007LT06RPO001 |
232 441 651,12 |
0,00 |
232 441 651,12 |
0,00 |
232 441 651,12 |
232 382 704,60 |
58 946,52 |
LU |
2007LU06RPO001 |
6 858 402,22 |
– 169 459,49 |
6 688 942,73 |
0,00 |
6 688 942,73 |
6 688 942,73 |
0,00 |
LV |
2007LV06RPO001 |
127 288 585,55 |
0,00 |
127 288 585,55 |
0,00 |
127 288 585,55 |
127 288 585,56 |
– 0,01 |
NL |
2007NL06RPO001 |
111 099 420,13 |
0,00 |
111 099 420,13 |
0,00 |
111 099 420,13 |
111 269 776,51 |
– 170 356,38 |
PL |
2007PL06RPO001 |
1 700 780 302,65 |
0,00 |
1 700 780 302,65 |
0,00 |
1 700 780 302,65 |
1 700 775 834,08 |
4 468,57 |
PT |
2007PT06RAT001 |
1 775 386,28 |
0,00 |
1 775 386,28 |
0,00 |
1 775 386,28 |
1 775 386,20 |
0,08 |
PT |
2007PT06RPO001 |
25 956 964,38 |
913 212,81 |
26 870 177,19 |
0,00 |
26 870 177,19 |
26 870 173,33 |
3,86 |
PT |
2007PT06RPO002 |
628 254 854,61 |
0,00 |
628 254 854,61 |
0,00 |
628 254 854,61 |
628 239 028,87 |
15 825,74 |
PT |
2007PT06RPO003 |
28 045 383,88 |
0,00 |
28 045 383,88 |
0,00 |
28 045 383,88 |
28 045 361,36 |
22,52 |
SE |
2007SE06RPO001 |
264 374 589,77 |
0,00 |
264 374 589,77 |
0,00 |
264 374 589,77 |
267 849 243,12 |
– 3 474 653,35 |
SI |
2007SI06RPO001 |
129 408 871,46 |
0,00 |
129 408 871,46 |
0,00 |
129 408 871,46 |
129 408 892,36 |
– 20,90 |
SK |
2007SK06RPO001 |
148 343 717,70 |
0,00 |
148 343 717,70 |
0,00 |
148 343 717,70 |
148 345 429,79 |
– 1 712,09 |
UK |
2007UK06RPO001 |
562 657 447,24 |
0,00 |
562 657 447,24 |
0,00 |
562 657 447,24 |
562 707 534,14 |
– 50 086,90 |
UK |
2007UK06RPO002 |
61 921 949,43 |
– 3 024 625,34 |
58 897 324,09 |
0,00 |
58 897 324,09 |
58 897 167,99 |
156,10 |
UK |
2007UK06RPO003 (*) |
118 605 393,99 |
0,00 |
118 605 393,99 |
0,00 |
118 605 393,99 |
72 997 308,43 |
45 608 085,56 |
UK |
2007UK06RPO004 |
53 920 344,45 |
0,00 |
53 920 344,45 |
0,00 |
53 920 344,45 |
54 338 878,50 |
– 418 534,05 |
(*) Jekk il-pagamenti jkunu laħqu 95 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal Programm tal-Iżvilupp Rurali — l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2005, il-bilanċ jitħallas matul l-għeluq tal-programm.
ANNESS II
APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI
IS-SENA FINANZJARJA 2014 — FAEŻR
Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti u tal-programmi li l-kontijiet tagħhom huma diżassoċjati u għalhekk huma soġġetti għal deċiżjoni tal-approvazzjoni aktar tard
Stat Membru |
Aġenzija tal-Pagamenti |
Programm |
Il-Belġju |
Ir-Reġjun ta' Wallonja |
2007BE06RPO002 |
Il-Ġermanja |
Zahlstelle Mecklenburg-Vorpommern |
2007DE06RPO011 |
Baden-Württemberg |
2007DE06RPO003 |
|
Spanja |
Agencia Valenciana de Fomento y Garantía Agraria |
2007ES06RPO017 |
Il-Greċja |
Payment and Control Agency for Guidance and Guarantee Community AIDS (OPEKEPE) |
2007GR06RPO001 |
Malta |
Agriculture and Rural Payments Agency |
2007MT06RPO001 |
Ir-Rumanija |
Paying Agency for Rural Development and Fishery (PARDF) |
2007RO06RPO001 |
ANNESS III
APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI
IS-SENA FINANZJARJA 2014 — FAEŻR
Korrezzjonijiet skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013
Stat Membru |
Munita |
Fil-munita nazzjonali |
F'Euro |
AT |
EUR |
1 798,80 |
1 798,80 |
BE (*) |
EUR |
— |
— |
BG |
BGN |
— |
— |
CY |
EUR |
— |
— |
CZ |
CZK |
29 407,72 |
1 060,31 |
DE (*) |
EUR |
251 988,10 |
251 988,10 |
DK |
DKK |
247 438,67 |
33 234,21 |
EE |
EUR |
13 728,54 |
13 728,54 |
ES (*) |
EUR |
71 148,24 |
71 148,24 |
FI |
EUR |
4 570,86 |
4 570,86 |
FR |
EUR |
673 346,67 |
673 346,67 |
GB |
GBP |
20 844,52 |
26 761,48 |
GR (*) |
EUR |
— |
— |
HU |
HUF |
617 170 583,00 |
1 955 918,69 |
IE |
EUR |
211 211,12 |
211 211,12 |
IT |
EUR |
115 207,94 |
115 207,94 |
LT |
LTL |
1 521,20 |
440,57 |
LU |
EUR |
632,55 |
632,55 |
LV |
EUR |
2 135,35 |
2 135,35 |
MT (*) |
EUR |
— |
— |
NL |
EUR |
179,84 |
179,84 |
PL |
PLN |
1 519 162,56 |
355 509,35 |
PT |
EUR |
9 417,17 |
9 417,17 |
RO (*) |
RON |
— |
— |
SE |
SEK |
386 246,04 |
41 120,63 |
SI |
EUR |
15 262,11 |
15 262,11 |
SK |
EUR |
— |
— |
(*) Fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti li għalihom il-kontijiet għadhom ma ġewx approvati, it-tnaqqis kif stipulat fl-Artikolu 54 (2) għandu jiġi applikat ladarba l-kontijiet ikunu proposti għall-approvazzjoni.