29.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/82


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/837

tat-28 ta' Mejju 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1).

(2)

Fit-28 ta' Mejju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/309/PESK (2), li testendi l-miżuri restrittivi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK sal-1 ta' Ġunju 2015.

(3)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sal-1 ta' Ġunju 2016.

(4)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, persuna waħda għandha tiżdied mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għad-Deċizjoni 2013/255/PESK.

(5)

Persuna waħda ma għandhiex tibqa' tinżamm fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(6)

L-informazzjoni marbuta ma' ċerti persuni elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha tiġi aġġornata.

(7)

B'segwitu għas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Lulju 2014 fil-kawżi konġunti T-329/12 u T-74/13, Mazen Al-Tabbaa vs Il-Kunsill (3), u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Frar 2015 fil-kawża T-652/11, Bassam Sabbagh vs. Il-Kunsill (3), Mazen Al-Tabbaa u Bassam Sabbagh mhumiex inklużi fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK.

(8)

Minbarra dan, fit-12 ta' Frar 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2199 (2015), li l-paragrafu 17 tagħha jipprojbixxi l-kummerċ ta' proprjetà kulturali Sirjani u oġġetti oħra ta' importanza arkeoloġika, storika, kulturali, ta' rarità xjentifika u reliġjuża li tneħħew illegalment mis-Sirja mill-15 ta' Marzu 2011.

(9)

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 13a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13a

Għandhom ikunu projbiti l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-trasferiment jew in-negozjar fil-proprjetà kulturali u oġġetti oħra ta' importanza arkeoloġika, storika, kulturali, ta' rarità xjentifika, u reliġjuża, li jkunu tneħħew illegalment mis-Sirja, jew jeżisti suspett raġonevoli li tneħħew illegalment mis-Sirja, fi jew wara l-15 ta' Marzu 2011. Il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika jekk jintwera li l-oġġetti kulturali qed jiġu ritornati b'sikurezza lis-sidien leġittimi tagħhom fis-Sirja.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan l-Artikolu.”

.

(2)

L-Artikolu 34 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 34

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta' Ġunju 2016. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Tista' tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”

.

Artikolu 2

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/309/PESK tat-28 ta' Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 160, 29.5.2014, p. 37).

(3)  Għadha mhijiex ippubblikata.


ANNESS

I.   

Il-persuna li ġejja hija miżjuda mal-lista ta' persuni li tinsab fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

206.

Il-Ġeneral Muhamad (

Image 1

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad) Mahalla (

Image 2

) (magħruf ukoll bħala Mahla, Mualla, Maalla, Muhalla)

Imwieled fil-Provinċja ta' Jableh/Lattakia.

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI), Fergħa 293 (Affarijiet Interni), minn April 2015. Responsabbli għar-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Damasku/fil-kampanja ta' Damasku.

Eks Viċi Kap tas-Sigurtà Politika (2012), Uffiċjal tal-Gwardja Repubblikana Sirjana u Viċi-Direttur tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika. Kap tal-Pulizija Militari, Membru tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali.

29.5.2015

II.   

L-entrata li tikkonċerna l-persuna li ġejja hija mħassra mil-lista ta' persuni li tinsab fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

Nru 11. Rustum (

Image 3
) Ghazali (
Image 4
)

III.   

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif hemm fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

3.

Ali (

Image 5

) Mamluk (

Image 6

) (magħruf ukoll bħala Mamlouk)

Data tat-twelid: 19 ta' Frar 1946;

Post tat-twelid: Damasku;

Passaport diplomatiku Nru 983

Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali. Eks Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Sirjana (GID) involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.5.2011

6.

Muhammad (

Image 7

) Dib (

Image 8

) Zaytun (

Image 9

) (magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun; magħruf ukoll bħala Mohamed Dib Zeitun)

Data tat-twelid: 20 ta' Mejju 1951;

Post tat-twelid: Damasku;

Passaport diplomatiku Nru D000001300

Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.5.2011

16.

Faruq (

Image 10

) (magħruf ukoll bħala Farouq, Farouk) Al Shar' (

Image 11

) (magħruf ukoll bħala Al Char', Al Shara', Al Shara)

Data tat-twelid: 10 ta' Diċembru 1938

Eks Viċi President tas-Sirja; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili

23.5.2011

37.

Brigadier Ġeneral Rafiq (

Image 12

) (magħruf ukoll bħala Rafeeq) Shahadah (

Image 13

) (magħruf ukoll bħala Shahada, Shahade, Shahadeh, Chahada, Chahade, Chahadeh, Chahada)

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) Fergħa 293 (Affarijiet Interni) f'Damasku. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Damasku. Konsulent għall-President Bashar Al-Assad għal kwistjonijiet strateġiċi u ta' intelligence militari.

23.8.2011

42.

Brigadier Ġeneral Nawful (

Image 14

) (magħruf ukoll bħala Nawfal, Nofal, Nawfel) Al-Husayn (

Image 15

) (magħruf ukoll bħala Al-Hussain, Al-Hussein)

 

Kap tal-Fergħa tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) ta' Idlib. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fil-provinċja ta' Idlib.

23.8.2011

44.

Brigadier Ġeneral Muhammed (

Image 16

) (magħruf ukoll bħala Muhamad) Zamrini (

Image 17

) (magħruf ukoll bħala Zamreni)

 

Kap ta' Fergħa għall-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Homs. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Homs.

23.8.2011

53.

Adib (

Image 18

) Mayaleh (

Image 19

) (magħruf ukoll bħala André Mayard)

Data tat-twelid: 15 ta' Mejju 1955

Post tat-twelid: Bassir

Adib Mayaleh huwa responsabbli għall-għoti ta' appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan permezz tal-funzjoni tiegħu bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.

15.5.2012

55.

Kurunell Lu'ai (

Image 20

) (magħruf ukoll bħala Louay, Loai) al-Ali (

Image 21

)

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana, Fergħa ta' Dara'a. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Dara'a.

14.11.2011

80.

Brigadier Nazih (

Image 22

) (magħruf ukoll bħala Nazeeh) Hassun (

Image 23

) (magħruf ukoll bħala Hassoun)

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-Fergħa tal-Kampanja ta' Damasku/Rif Dimashq, eks Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs.

1.12.2011

137

Brigadier Ġeneral Ibrahim (

Image 24

) Ma'ala (

Image 25

) (magħruf ukoll bħala Maala, Maale, Ma'la)

 

Kap tal-Fergħa 285 (Damasku) tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali (minflok Brig. Ġen. Hussam Fendi fi tmiem l-2011). Responsabbli għat-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012