|
23.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 128/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/809
tad-19 ta' Mejju 2015
li tinnomina l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2019 fil-Bulgarija u fl-Italja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-rapporti tal-bord tal-għażla ta' Ottubru u Novembru 2014 dwar il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fil-Bulgarija u fl-Italja,
Billi:
Filwaqt li jqis li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE ntlaħqu kollha,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Plovdiv u Matera huma nnominati bħala l-“Kapitali Ewropea tal-Kultura 2019” fil-Bulgarija u fl-Italja rispettivament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SEILE