4.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/13


DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

tal-4 ta’ Ġunju 2015

dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

(2015/C 220/04)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

wara li rat l-Artikolu 24(2), (4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura,

billi tikkunsidra li, skont din id-dispożizzjoni, hemm lok li tiġi stabbilita l-lista tal-jiem ta’ vaganza legali u li jiġu ffissati d-dati tal-vaganzi ġudizzjarji,

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista tal-jiem ta’ vaganza legali fis-sens tal-Artikolu 24(4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura hija stabbilita kif ġej:

l-1 ta’ Jannar,

it-Tnejn ta’ wara l-Għid,

l-1 ta’ Mejju,

l-Axxensjoni,

it-Tnejn ta’ wara Pentekoste,

it-23 ta’ Ġunju,

il-15 ta’ Awwissu,

l-1 ta’ Novembru,

il-25 ta’ Diċembru,

is-26 ta’ Diċembru.

Artikolu 2

Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2015 u l-31 ta’ Ottubru 2016, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 24(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:

Milied 2015: mit-Tnejn 21 ta’ Diċembru 2015 sal-Ħadd 10 ta’ Jannar 2016, biż-żewġ ġranet inklużi,

Għid 2016: mit-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016 sal-Ħadd 3 ta’ April 2016, biż-żewġ ġranet inklużi,

Sajf 2016: mill-Ġimgħa 22 ta’ Lulju 2016 sal-Ħadd 4 ta’ Settembru 2016, biż-żewġ ġranet inklużi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ġunju 2015.

A. CALOT ESCOBAR

Ir-Reġistratur

V. SKOURIS

Il-President