|
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/634
tal-20 ta' April 2015
li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta' Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1). |
|
(2) |
Fl-24 ta' Ġunju 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/411/UE li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2). |
|
(3) |
Il-post ta' dan il-membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Alessandro GRUMELLI, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Ferdinand WYCKMANS, Algemeen Secretaris Landelijke bediendencentrale — Nationaal Verbond voor Kaderpersoneel Noordergewest (LBC-NVK), huwa b'dan maħtur bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' April 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DŪKLAVS