17.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/79


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/607

tal-15 ta' April 2015

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/102 (ATALANTA/3/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti ta' piraterija u serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja ('Kmandant tal-Forza tal-UE').

(2)

Fl-20 ta' Jannar 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/102 (2) li permezz tagħha l-Viċi Ammirall Jonas HAGGREN inħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kaptan Alfonso GOMEZ FERNANDEZ DE CORDOBA bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE biex ikun is-suċċessur tal-Viċi Ammirall Jonas HAGGREN.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/102 għandha għalhekk titħassar.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kaptan Alfonso GOMEZ FERNANDEZ DE CORDOBA huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mis-6 ta' Mejju 2015.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/102 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2015.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/102 tal-20 ta' Jannar 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni Atalanta/4/2014 (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 31).