14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Mejju 2015

dwar il-ħatra tal-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni biex jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 161/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-mediċina orfni (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu.

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 jirrikjedi li l-Kummissjoni taħtar rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-pazjenti għal mandat ta’ tliet snin.

(2)

It-terminu tal-kariga tat-tliet membri li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti jagħlaq fit-30 ta’ Ġunju 2015.

(3)

Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin li jibda fl-1 ta’ Lulju 2015,

(4)

Meta membru li jkun inħatar b’din id-deċiżjoni ma jibqax kapaċi jikkontribwixxi effiċjentement fil-ħidma tal-Kumitat jew jirreżenja, il-Kummissjoni tista’ tissostitwixxi lil dan il-membru mil-lista ta’ riserva, għat-tul tal-mandat tal-membru.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma maħtura membri tal-Kumitat għal terminu ta’ tliet snin, sa mill-1 ta’ Lulju 2015:

Lesley GREENE,

Pauline EVERS,

Mario RICCIARDI.

Artikolu 2

Dawn li ġejjin huma mniżżla fil-lista ta’ riżerva skont l-ordni tal-mertu:

Julián Isla GÓMEZ,

Loris Angelo BRUNETTA,

Baiba ZIEMELE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.