14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Mejju 2015

li ttawwal il-ħatra tal-esperti xjentifiċi indipendenti fil-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 161/04)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u [għall-użu] veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 61a(1) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jirrikjedi li l-Kummissjoni taħtar sitt esperti xjentifiċi indipendenti bħala membri tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza.

(2)

L-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jipprevedi li l-Kummissjoni taħtar dawk il-membri bil-ħsieb li tiżgura li fil-Kumitat ikun hemm il-ħila esperta rilevanti.

(3)

Il-membri tal-Kumitat jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin bil-possibbiltà li jiġġedded darba.

(4)

Bid-deċiżjoni tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ħatret sitt esperti xjentifiċi indipendenti għal mandat ta’ tliet snin mit-2 ta’ Lulju 2012. Fid-dawl tal-kontribut kontinwu u effiċjenti ta’ dawk l-esperti għall-ħidma tal-Kumitat, il-mandat tagħhom għandu jittawwal skont l-Artikolu 61a(4) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għal perjodu ta’ tliet snin li jibda mit-2 ta’ Lulju 2015.

(5)

Meta espert xjentifiku indipendenti maħtur b’din id-Deċiżjoni ma jkunx għadu jista’ jikkontribwixxi b’mod effiċjenti fil-ħidma tal-Kumitat, jew jirreżenja, għall-kumplament tal-mandat tiegħu l-Kummissjoni tista’ tissostitwih b’xi ħadd mil-lista ta’ riżerva,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ħatra ta’ dawn il-membri tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza b’dan qed tittawwal għal mandat ta’ tliet snin mit-2 ta’ Lulju 2015:

Jane Ahlqvist RASTAD,

Marie Louise DE BRUIN,

Stephen J. W. EVANS,

Brigitte KELLER-STANISLAWSKI,

Hervé LE LOUET,

Lennart WALDENLIND.

Artikolu 2

Dawn li ġejjin b’dan jitpoġġew fuq il-lista ta’ riżerva skont l-ordni tal-mertu:

Thierry TRENQUE,

Michael THEODORAKIS,

Marie-Christine PERAULT-POCHAT,

Annemarie HVIDBERG HELLEBEK.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.