19.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/453
tas-16 ta' Marzu 2015
li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għad-Danimarka u l-Ġermanja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet ta' impjegati u ta' min iħaddem,
Wara li kkunsidra l-listi tal-membri u tal-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjonijiet tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2013 (2), tat-12 ta' Ġunju 2014 (3), tat-18 ta' Novembru 2014 (4) u tal-15 ta' Diċembru 2014 (5), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fis-7 ta' Novembru 2016. |
(2) |
L-organizzazzjoni ta' impjegati l-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC) u l-organizzazzjoni ta' min iħaddem BUSINESSEUROPE ippreżentaw nomini għal żewġ karigi li għandhom jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma maħtura bħala membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fis-7 ta' Novembru 2016:
II. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' IMPJEGATI
Pajjiż |
|
Membru supplenti |
Ġermanja |
|
Is-Sinjura Susanne JASPER |
III. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM
Pajjiż |
Membru |
|
Danimarka |
Is-Sinjura Lena SØBY |
|
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati f'data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DŪKLAVS
(1) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 360, 10.12.2013, p. 8).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2014 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Litwanja u Malta (ĠU C 182, 14.6.2014, p. 14); Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2014 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal Franza (ĠU C 186, 18.6.2014, p. 5).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2014 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Latvja (ĠU C 420, 22.11.2014, p. 6).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2014 li taħtar membru tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Ġermanja (ĠU C 453, 17.12.2014, p. 2).