17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/7


DEĊIŻJONI (UE) 2015/437 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Diċembru 2014

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn diżastri.

(2)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)

Is-Serbja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar.

(5)

Il-Kroazja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar.

(6)

Il-Bulgarija ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 79 726 440 f'approprjazzjonijiet ta' impenji.

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 79 726 440 f'approprjazzjonijiet ta' pagamenti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, 17 ta' Diċembru 2014

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

B. DELLA VEDOVA


(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzajrju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).