17.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 72/6 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/436 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Diċembru 2014
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b' mod partikolari l-punt 11 tiegħu,
wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn diżastri. |
(2) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011). |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond. |
(4) |
L-Italja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar. |
(5) |
Il-Greċja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba terrimot. |
(6) |
Is-Slovenja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba maltempati bis-silġ. |
(7) |
Il-Kroazja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba maltempati bis-silġ segwiti b'għargħar. |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 46 998 528 f'approprjazzjonijiet ta' impenji.
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 46 998 528 f'approprjazzjonijiet ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' Diċembru 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
B. DELLA VEDOVA
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzajrju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).