|
14.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/431
tal-10 ta' Marzu 2015
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1. tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2014/58 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE (2), il-Litwanja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro, u d-deroga favur il-Litwanja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 (3) hija abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2015. |
|
(3) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li UAB PricewaterhouseCoopers jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas għas-snin finanzjarji 2015 sa 2017. |
|
(4) |
Huwa adatt li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tiġi emendata (4) skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE:
“19. UAB PricewaterhouseCoopers huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas għas-snin finanzjarji 2015 sa 2017”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. REIRS
(1) ĠU C 465, 24.12.2014, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015 (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 29).
(3) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).