29.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ April 2015
li taħtar membru tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
(2015/C 142/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri hija wkoll indispensabbli. |
(2) |
Membru tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA, is-Sinjura Valérie BADUEL, irriżenjat. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi maħtur membru ġdid għall-bqija tal-mandat tagħha. |
(3) |
Bil-ħsieb li jinħatar membru ġdid tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA, il-Kunsill eżamina l-lista ppreżentata mill-Kummissjoni abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni u fid-dawl tal-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew. L-għan huwa li jiġu żgurati l-ogħla standard ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ għarfien espert rilevanti, pereżempju fil-ġestjoni u fl-amministrazzjoni pubblika, u d-distribuzzjoni ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fi ħdan l-Unjoni. |
(4) |
L-Artiklu 25 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jirrikjedi li erba’ membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA għandu jkollhom esperjenza f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi u interessi oħra fil-katina alimentari. Attwalment, erba’ membri diġà għandhom tali esperjenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuna li ġejja qiegħda tinħatar membru tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-perijodu mill-1 ta’ Mejju 2015 sat-30 ta’ Ġunju 2016:
Is-Sur Michael WINTER.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ April 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DŪKLAVS