|
27.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/313
tal-24 ta' Frar 2015
li taħtar tliet membri Irlandiżi fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Irlandiż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta' Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1). |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Heidi LOUGHEED, is-Sinjura Siobhán EGAN u s-Sur Padraig WALSHE, saru vakanti tliet siġġijiet ta' membri fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħtura bħala membri s-Sur Erik O'DONOVAN, Kap ta' IBEC Europe u r-rappreżentant permanenti ta' IBEC Europe għal BUSINESSEUROPE, is-Sur Cillian LOHAN, Xjentist ambjentali, Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Irish National Forestry Foundation u Segretarju tal-Kumpanija tan-netwerk Ambjentali Irlandiż u s-Sur John BRYAN, President tal-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa Irlandiżi, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS