17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/247

tal-10 ta' Frar 2015

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (EUPOL AFGHANISTAN/1/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/279/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUPOL AFGHANISTAN, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-17 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/922/PESK (2) li testendi d-durata ta' EUPOL AFGHANISTAN sal-31 ta' Diċembru 2016.

(3)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sinjura Pia STJERNVALL bħala Kap tal-Missjoni ta' EUPOL AFGHANISTAN mis-16 ta' Frar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Pia STJERNVALL hija b'dan maħtura bħala Kap tal-Missjoni ta' EUPOL AFGHANISTAN mis-16 ta' Frar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/922/PESK tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 152).