10.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/48 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/205
tas-6 ta' Frar 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fil-pollam fil-Bularija
(notifikata bid-dokument C(2015) 699)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 63(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE (5) tistipula ċerti miżuri ta' protezzjoni li jridu jitwettqu biex jipprevjenu t-tixrid tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja, inkluż l-istabbiliment taż-żoni A u B wara tifqigħa ssuspettata jew ikkonfermata ta' din il-marda. Dawn iż-żoni huma elenkati fit-tabella stabbilita fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
Wara tifqigħa kkonfermata tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fil-Bulgarija, dak l-Istat Membru ħa l-miżuri ta' protezzjoni skont id-Deċiżjoni 2006/415/KE, fosthom it-twaqqif ta' żoni A u B, kif previst fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Bulgarija, u hija tal-fehma li l-fruntieri taż-Żoni A u B stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-post fejn feġġet it-tifqigħa. Għalhekk, iż-żoni A u B fil-Bulgarija jistgħu jiġu kkonfermati u t-tul ta' żmien ta' din ir-reġjonalizzazzjoni huwa ffissat. |
(4) |
Iż-żoni A u B fil-Bulgarija għandhom jiġu elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE. |
(5) |
Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
(4) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51).
ANNESS
“ANNESS
PARTI A
Iż-Żona A kif stabbilita skont l-Artikolu 4(2):
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Żona A |
Data sa meta japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikolu 5 skont l-Artikolu 4(4)(b)(iii) |
||||
Kodiċi (jekk inhu disponibbli) |
Isem |
||||||
BG |
Il-Bulgarija |
|
Żona li tinkludi: |
Il-5 ta' Marzu 2015 |
|||
|
|
|
Żona ta' ħarsien: |
||||
52279 |
Konstantinovo |
||||||
|
|
|
Żona ta' sorveljanza: |
||||
07079 |
Il-partijiet mill-belt ta' Burgas li jidhru hawn:
|
||||||
21141 |
Dimchevo |
||||||
80916 |
Cherni vrah |
||||||
57337 |
Polski izvor |
||||||
43623 |
Livada |
||||||
23604 |
Drachevo |
||||||
20273 |
Debelt |
||||||
58400 |
Prisad |
PARTI B
Iż-Żona B kif stabbilita skont l-Artikolu 4(2):
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Żona B |
Data sa meta japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikolu 5 skont l-Artikolu 4(4) (b)(iii) |
|
Kodiċi (jekk inhu disponibbli) |
Isem |
|||
BG |
Il-Bulgarija |
|
Żona li tinkludi: |
il-5 ta' Marzu 2015” |
BGS04 |
Il-muniċipju ta' Burgas |
|||
BGS08 |
Il-muniċipju ta' Kameno |
|||
BGS21 |
Il-muniċipju ta' Sozopol |
|||
|
Fil-muniċipju ta' Sredets: |
|||
63055 |
|
|||
17974 |
|
|||
24712 |
|
|||
70322 |
|
|||
30168 |
|
|||
65560 |
|
|||
03455 |
|
|||
59015 |
|
|||
|
Fil-muniċipju ta' Pomorie: |
|||
57491 |
|
|||
35691 |
|
|||
00271 |
|
|||
35033 |
|
|||
44425 |
|