10.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/201

tas-27 ta' Jannar 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju, is-Sottokumitat Doganali u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbiliti permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju, is-Sottokumitat Doganali, u s-Sottokumitat tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi dwar ir-Regoli ta' Proċedura tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 431 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”) jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja ta' parti mill-Ftehim.

(2)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE (2) li jispeċifika liema partijiet tal-Ftehim iridu jiġu applikati b'mod provviżorju, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (“is-Sottokumitat SPS”), tas-Sottokumitat Doganali, u tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“is-Sottokumitat IĠ”).

(3)

Skont l-Artikolu 65(5) tal-Ftehim, is-Sottokumitat SPS għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess fl-ewwel laqgħa tiegħu.

(4)

Skont l-Artikolu 74(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat Doganali għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

(5)

Skont l-Artikolu 179(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat IĠ għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

(6)

Huwa għalhekk xieraq li tiġi determinata l-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tar-regoli ta' proċedura li għandhom jiġu adottati minn dawk is-Sottokumitati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji stabbilit permezz tal-Artikolu 65 tal-Ftehim fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat SPS għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' dak is-sottokumitat mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz ta' Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat SPS, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 74 tal-Ftehim fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Doganali għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' dak is-sottokumitat mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz ta' Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbilit permezz tal-Artikolu 179 tal-Ftehim fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat IĠ għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' dak is-Sottokumitat mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz ta' Deċiżjonijiet jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat IĠ, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. REIRS


(1)   ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA

ta' … 2015

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 65(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (“is-Sottokumitat SPS”) għandu jikkunsidra kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni tal-Kapitolu 4 (Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 65(5) tal-Ftehim, is-Sottokumitat SPS għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat SPS, kif stabbiliti fl-Anness, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għas-Sottokumitat SPS

Il-President


(1)   ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.

ANNESS

Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju bejn l-UE u l-Ġeorġja

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Is-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (“is-Sottokumitat SPS”), stabbilit skont l-Artikolu 65(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandu jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”), fit-twettiq ta' dmirijietu.

2.   Is-Sottokumitat SPS għandu jwettaq il-funzjonijietstipulati fl-Artikolu 65(2) tal-Ftehim fid-dawl tal-objettivi tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV stabbiliti fl-Artikolu 50 tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat SPS għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ġeorġja, responsabbli għal kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji.

4.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Ġeorġja li jkollu r-responsabbiltà għall-kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji għandu jaġixxi bħala President tas-Sottokumitat SPS skont l-Artikolu 2.

5.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu definiti kif stipulat fl-Artikolu 428 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet għandhom iżommu l-presidenza tas-Sottokumitat SPS, fuq bażi ta' alternanza, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat SPS għandu jiltaqa' fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet wara dan, jew mill-inqas darba fis-sena.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat SPS għandha titlaqqa' mill-President tiegħu fi żmien u f'post li jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa għal-laqgħa għandu jinħareġ mill-President tas-Sottokumitat SPS mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Kull fejn possibbli, il-laqgħa regolari tas-Sottokumitat SPS tissejjaħ fi żmien xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

4.   Il-laqgħat tas-Sottokumitat SPS jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku maqbul bħalma huma l-konferenzi bil-vidjo jew l-awdjo.

5.   Is-Sottokumitat SPS jista' jindirizza kwistjonijiet mingħajr ma jiltaqa', permezz ta' korrispondenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu infurmati mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS, bil-kompożizzjoni tad-delegazzjoni ta' kull Parti li beħsiebha tattendi l-laqgħa.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ġeorġja għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat SPS u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jkun infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra maqbula tas-Sottokumitat SPS.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SPS għandha tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SPS titwassal lill-President tas-Sottokumitat SPS u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President tas-Sottokumitat SPS għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif stipulat fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti jiġu ċċirkolati mis-Segretarji tas-Sottokumitat SPS.

2.   Parti għandha tibgħat id-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju għandu jibgħat dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ġeorġja u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jkun qed jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tal-Ġeorġja jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Ġeorġja u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

5.   Is-Segretarji tas-Sottokumitat SPS għandhom iservu bħala punti ta' kuntatt għal skambji provduti fl-Artikolu 58 tal-Ftehim.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat SPS ma għandhomx ikunu pubbliċi. Meta Parti tissottometti informazzjoni lis-Sottokumitat SPS immarkata bħala kunfidenzjali lis-Sottokumitat SPS, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonalii kif stipulat fl-Artikolu 10 mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja għandha tinkludi punti li s-Segretarjat ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuta b'dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandhom jiġu ċċirkolati kif provdut fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tkun adottata mis-Sottokumitat SPS fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President tas-Sottokumitat SPS jista', bi qbil mal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tas-Sottokumitat SPS bil-għan li jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawn l-osservaturi jew l-esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tas-Sottokumitat SPS jista', fuq konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operazzjonali

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt mis-Segretarji tas-Sottokumitat SPS.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jinkludu fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

lista tal-parteċipanti fil-laqgħa, lista tal-uffiċjali li jakkumpanjawhom u lista ta' osservaturi jew esperti li jkunu attendaw għal-laqgħa;

(b)

dokumentazzjoni ppreżentata lis-Sottokumitat SPS;

(c)

dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat SPS ikun talab li jiddaħħlu fil-minuti; u

(d)

konklużjonijiet operazzjonalii tal-laqgħa, kif provdut fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lis-Sottokumitat SPS għall-approvazzjoni. Dawn għandhom jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat SPS. Għandha tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   L-abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonalii ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat SPS tal-Parti li jkollha l-presidenza tas-Sottokumitat SPS, u jiġi ċċirkolat mal-Partijiet flimkien mal-aġenda, mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. Dak l-abbozz għandu jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat SPS jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu bi qbil dwarhom mill-Partijiet. Ladarba jkunu miftiehma, il-konklużjonijiet operazzjonalii għandhom jiġu mehmuża mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi eżaminata mill-ġdid matul laqgħa sussegwenti tas-Sottokumitat SPS. Għal dak il-għan is-Sottokumitat SPS għandu jadotta mudell, li jippermetti li kull azzjoni tiġi segwita fi żmien skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Is-Sottokumitat SPS għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti kif provdut fl-Artikolu 65 tal-Ftehim. Dawk id-deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti għandhom jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni jew rapport għandhom jiġu ffirmati mill-President tas-Sottokumitat SPS u awtentikati mis-Segretarji tas-Sottokumitat SPS. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-President għandu jiffirma dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha jiġu adottati d-deċiżjoni, l-opinjoni, ir-rakkomandazzjoni jew ir-rapport rilevanti.

3.   Is-Sottokumitat SPS jista' jieħu deċiżjonijiet, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jadotta opinjonijiet jew rapporti bi proċedura bil-miktub, wara li jitlestew il-proċeduri interni rispettivi, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li matulu għandha tiġi mgħarrfa kull riżerva jew emenda. Il-President tas-Sottokumitat SPS jista', fuq konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar dak il-limitu sabiex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil fuq it-test, id-deċiżjoni, l-opinjoni, ir-rakkomandazzjoni jew ir-rapport għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati mis-Segretarji.

4.   L-atti tas-Sottokumitat SPS għandhom ikunu intitolati “Deċiżjoni”, “Opinjoni”, “Rakkomandazzjoni” jew “Rapport'”rispettivament. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet, l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti għandhom jiġu ċċirkolati mal- Partijiet.

6.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet, l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat SPS fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat SPS għandu jippreżenta rapport lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ dwar l-attivitajiet tiegħu u dwar dawk tal-gruppi ta' ħidma tekniċi jew tal-gruppi ad hoc imwaqqfa mis-Sottokumitat SPS. Ir-rapport għandu jiġi sottomess 25 jum kalendarju qabel il-laqgħa annwali regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat SPS għandhom ikunu l-Ingliż u l-Ġeorġjan.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat SPS għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tieħu ħsieb kwalunkwe spejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat SPS, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u s-sussistenza kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ġeorġjan kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat SPS skont l-Artikolu 65(5) tal-Ftehim.

Artikolu 16

Gruppi ta' ħidma tekniċi u gruppi ad hoc

1.   Is-Sottokumitat SPS jista' b'deċiżjoni skont l-Artikolu 65(6) tal-Ftehim joħloq jew jabolixxi, fejn xieraq, gruppi ta' ħidma tekniċi jew gruppi ta' ħidma ad hoc, inklużi gruppi xjentifiċi u gruppi ta' esperti.

2.   Is-sħubija fil-gruppi ta' ħidma ad hoc ma għandhiex tkun ristretta għar-rappreżentanti tal-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-membri ta' kwalunkwe grupp stabbilit mis-Sottokumitat SPS jirrispettaw kull rekwiżit xieraq ta' kunfidenzjalità.

3.   Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Partjiet, il-gruppi maħluqa mis-Sottokumitat SPS għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tas-Sottokumitat SPS, li għandhom jirrappurtaw lilu.

4.   Il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma jistgħu jsiru skont il-bżonn, personalment jew permezz ta' konferenza vidjo jew awdjo.

5.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS għandu jirċievi kopja tal-korrispondenza, dokumenti u komunikazzjonijiet kollha rilevanti li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma.

6.   Il-gruppi ta' ħidma għandu jkollhom is-setgħa li jagħmlu rakkomandazzjonijiet bil-miktub quddiem is-Sottokumitat SPS. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru b'kunsens u kkomunikati lill-President tas-Sottokumitat SPS, li min-naħa tiegħu għandu jiċċirkola r-rakkomandazzjonijiet kif provdut fl-Artikolu 7.

7.   Dawn ir-Regoli preżenti ta' Proċeduri għandhom jiġu applikati mutatis mutandis għal kwalunkwe grupp ta' ħidma tekniku jew grupp ta' ħidma ad hoc maħluq mis-Sottokumitat SPS, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f'dan l-Artikolu. Ir-referenzi għal-laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandhom jinftiehmu bħala referenzi għas-Sottokumitat SPS.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA

ta' … 2015

li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 74 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 74 tal-Ftehim, is-Sottokumitat Doganali għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-Kapitolu 5 (Dwana u Faċilitazzjoni tal-Kummerċ) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 74(3)(e) tal-Ftehim,is-Sottokumitat Doganali għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Doganali, kif stabbiliti fl-Anness, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għas-Sottokumitat Doganali

Il-President


(1)   ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.

ANNESS

Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Ġeorġja

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Is-Sottokumitat Doganali stabbilit skont l-Artikolu 74(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra (“Ftehim”) iwettaq il-funzjonijiet tiegħu kif provdut fl-Artikolu 74(2) u (3) tal-Ftehim.

2.   Is-Sottokumitat Doganali għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ġeorġja, responsabbli għal kwistjonijiet doganali jew relatati mad-dwana.

3.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Ġeorġja li jkollu r-responsabbiltà għall-kwistjonijiet doganali jew relatati mad-dwana għandu jaġixxi bħala President skont l-Artikolu 2.

4.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu definiti kif stipulat fl-Artikolu 428 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet għandhom iżommu l-Presidenza tas-Sottokumitat Doganali, fuq bażi ta' alternanza, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda' fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat Doganali għandu jiltaqa' darba fis-sena jew fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat Doganali għandha titlaqqa' mill-President fi żmien u f'post li jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa għal-laqgħa għandu jinħareġ mill-President tas-Sottokumitat Doganali mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku maqbul bħalma huma l-konferenzi bil-vidjo jew l-awdjo.

4.   Is-Sottokumitat Doganali jista' jindirizza kwistjonijiet mingħajr ma jiltaqa', permezz ta' korrispondenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu infurmati, mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali, bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet ta' kull Parti li tkun se tattendi l-laqgħa.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ġeorġja li huma responsabbli għal kwistjonijiet doganali jew relatati mad-dwana għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat Doganali u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stabbilit sl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tal-Kummerċ”) għandu jkun infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra maqbula tas-Sottokumitat Doganali.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali għandha tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali titwassal lill-President tas-Sottokumitat Doganali u għandha tiġi ċċirkolata, fejn xieraq bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7

3.   Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif stipulat fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati mis-Segretarji tas-Sottokumitat Doganali.

2.   Parti għandha tibgħat id-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju għandu jibgħat dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ġeorġja f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jibgħat kopja tad-dokumenti finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

4.   Is-Segretarju tal-Ġeorġja għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Ġeorġja u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tal-Ġeorġja għandu jibgħat kopja tad-dokumenti finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor bejn il-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali ma għandhomx ikunu pubbliċi. Meta Parti tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lis-Sottokumitat Doganali, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja għandha tinkludi punti li s-Segretarjat ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuta mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandhom jiġu ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tkun adottata mis-Sottokumitat Doganali fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President tas-Sottokumitat Doganali jista', bi qbil mal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu bil-għan li jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawn l-osservaturi jew l-esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tas-Sottokumitat Doganali jista', iqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, b'konsultazzjoni mal-Partijiet biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operazzjonali

1.   L-abbozz tal-minuti, inklużi l-konklużjonijiet operattivi, ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat Doganali tal-Parti li jkollha l-presidenza tas-Sottokumitat Doganali.

2.   L-abbozz tal-minuti, inklużi l-konklużjonijiet operattivi, għandu jiġi ppreżentat lis-Sottokumitat Doganali għall-approvazzjoni. L-abbozz tal-minuti għandhom jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat Doganali. Għandha tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Is-Sottokumitat Doganali għandu jkollu s-setgħa jadotta l-arranġamenti prattiċi, il-miżuri, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kif provdut fl-Artikolu 74 tal-Ftehim. Dawk il-ftehimiet, arranġamenti, miżuri, deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet prattiċi għandhom jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni tiġi ffirmata mill-President tas-Sottokumitat Doganali u awtentikata mis-Segretarji tas-Sottokumitat Doganali. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-President għandu jiffirma dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni jew rakkomandazzjoni rilevanti.

3.   Is-Sottokumitat Doganali jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub, wara li jitlestew il-proċeduri interni rispettivi, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li matulu għandha tiġi mgħarrfa kull riżerva jew emenda. Il-President jista' jqassar dak il-limitu ta' żmien, b'konsultazzjoni mal-Partijiet biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil fuq it-test, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati mis-Segretarji.

4.   L-atti tas-Sottokumitat Doganali jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati mal-Partijiet.

6.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat Doganali fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat Doganali għandu jirrapporta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'kull laqgħa regolari annwali tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat Doganali huma l-Ingliż u l-Ġeorġjan.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat Doganali għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u s-sussistenza kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ġeorġjan kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali skont l-Artikolu 74(3)(e) tal-Ftehim.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA

ta' … 2015

li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 179 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 179 tal-Ftehim, is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“Sottokumitat IĠ”) għandu jimmonitorja l-iżvilupp tal-Ftehim fil-qasam tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u jservi bħala forum għal kooperazzjoni u djalogu dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(3)

Skont l-Artikolu 179(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat IĠ għandu jiddetermina r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat IĠ, kif stabbiliti fl-Anness, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għas-Sottokumitat IĠ

Il-President


(1)   ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.

ANNESS

Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi bejn l-UE u l-Ġeorġja

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“is-Sottokumitat IĠ”), stabbilit skont l-Artikolu 179 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandu jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jkun iltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim (“Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”), fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu.

2.   Is-Sottokumitat IĠ għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu stipulati fl-Artikolu 179 tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat IĠ għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ġeorġja, responsabbli għall-kwistjonijiet relatati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

4.   Kull waħda mill-Partijiet għandha taħtar Kap tad-Delegazzjoni, li għandu jkun il-persuna ta' kuntatt għall-kwistjonijiet kollha marbutin mas-Sottokumitat.

5.   Il-Kapijiet tad-Delegazzjoni għandhom jaġixxu bħala President tas-Sottokumitat IĠ skont l-Artikolu 2.

6.   Kull Kap tad-Delegazzjoni jista' jiddelega l-funzjonijiet kollha tiegħu ta' Kap tad-Delegazzjoni jew xi wħud minnhom lil deputat innominat, u f'dan il-każ kwalunkwe referenza li ssir wara għall-Kap tad-Delegazzjoni tkun tapplika bl-istess mod għad-deputat innominat.

7.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu definiti kif provdut fl-Artikolu 428 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet għandhom iżommu l-presidenza tas-Sottokumitat IĠ, fuq bażi ta' alternanza, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat IĠ għandu jiltaqa' fuq it-talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet, alternattivament fl-Unjoni u fil-Ġeorġja, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 90 jum kalendarju wara t-talba.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat IĠ titlaqqa' mill-President taħgha fi żmien u f'post li jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa għal-laqgħa għandu jinħareġ mill-President tas-Sottokumitat IĠ mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Kull fejn possibbli, il-laqgħa regolari tas-Sottokumitat IĠ għandha tissejjaħ fi żmien xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

4.   B'eċċezzjoni, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku maqbul mill-Partijiet, inkluż b'vidjokonferenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet għandhom jiġu infurmati, mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ, bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta' kull Parti li tkun beħsiebha tattendi l-laqgħa.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Ġeorġja għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat IĠ, kif maħtura mill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet, u għandhom iwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jkun infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra maqbula mis-Sottokumitat IĠ.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ tintbagħat lis-Segretarju ta' kull Parti, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ ttiwassal lill-President tas-Sottokumitat IĠ u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President Sottokumitat IĠgħandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif stipulat fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati mis-Segretarji tas-Sottokumitat IĠ.

2.   Parti għandha tibgħat id-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju għandu jibgħat dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ġeorġja u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tal-Ġeorġja għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Ġeorġja u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ ma għandhomx ikunu pubbliċi. Meta Parti tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lis-Sottokumitat IĠ, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonalii kif stipulat fl-Artikolu 10 mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja għandha tinkludi punti li s-Segretarjat ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuta mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandhom jiġu ċċirkolati kif provdut fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-President u l-Kap l-ieħor tad-Delegazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President tas-Sottokumitat IĠ jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu bil-għan li jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawn l-osservaturi jew l-esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tas-Sottokumitat IĠ jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operazzjonali

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt mis-Segretarji tas-Sottokumitat IĠ.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jinkludu fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

lista tal-parteċipanti fil-laqgħa, lista ta' uffiċjali li jakkumpanjawhom u lista ta'kwalunkwe osservaturi jew esperti li jkun attenda għal-laqgħa;

(b)

dokumentazzjoni ppreżentata lis-Sottokumitat IĠ;

(c)

dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat IĠ ikun talab li jiddaħħlu fil-minuti; u

(d)

konklużjonijiet operazzjonali tal-laqgħa, jekk ikunu meħtieġa, kif provdut fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lis-Sottokumitat IĠ għall-approvazzjoni. Dawn il-minuti għandhom jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat IĠ. Għandha tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   L-abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonalii ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat IĠ tal-Parti li jkollha l-presidenza, u jiġi ċċirkolat mal-Partijiet flimkien mal-aġenda, mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. Dak l-abbozz għandu jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat IĠ jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li kien hemm qbil dwarhom mill-Partijiet. Ladarba jkunu miftiehma, il-konklużjonijiet operazzjonalioperazzjonali għandhom jiġu mehmuża mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi eżaminata mill-ġdid matul laqgħa sussegwenti tas-Sottokumitat IĠ. Għal dak il-għan is-Sottokumitat IĠ għandu jadotta mudell, li jippermetti li kull azzjoni tiġi segwita skont skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet

1.   Is-Sottokumitat IĠ għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet previsti fl-Artikolu 179(3) tal-Ftehim. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Huma għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni għandha tiġi ffirmata mill-President tas-Sottokumitat IĠ u awtentikata mis-Segretarji tas-Sottokumitat IĠ. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-President għandu jiffirma dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni rilevanti.

3.   Is-Sottokumitat IĠ jista' jieħu deċiżjonijiet jew jadotta rapporti bi proċedura bil-miktub, wara li jitlestew il-proċeduri interni rispettivi, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li matulu għandha tiġi mgħarrfa kull riżerva jew emenda. Il-President tas- jista', fuq konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar dak il-limitu ta' żmien speċifikat f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil fuq it-test, id-deċiżjoni jew ir-rapport għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati mis-Segretarji.

4.   L-atti tas-Sottokumitat IĠ għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rapport” rispettivament. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet jiġu ċċirkolati lill-Partijiet.

6.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tas-Sottokumitat IĠ fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat IĠ għandu jirrapporta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ dwar l-attivitajiet tiegħu f'kull laqgħa regolari ta' dawn tal-aħħar.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat IĠ għandhom ikunu l-Ingliż u l-Ġeorġjan.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat IĠ għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ, kemm fir-rigward tal-impjegati, vjaġġar u sussistenza u fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ġeorġjan kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) għandhomjitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat IĠ skont l-Artikolu 179(2) tal-Ftehim.