31.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/29

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/157

tat-30 ta' Jannar 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1).

(2)

Il-miżuri restrittivi stipulati fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK japplikaw sal-31 ta' Jannar 2015. Abbażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, dawk il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Jannar 2016. L-entrati għal tliet persuni għandhom jiġu emendati.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2016. Hija għandha tinżamm taħt kontroll regolari. Tista' tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”

(2)

L-Anness huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS

(1)  Deċiżjoni 2011/72/PESK tal-31 ta' Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).

ANNESS

L-entrati għall-persuni li ġejjin stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK huma sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt.

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

3.

Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI

Tuneżin, twieled f'Tuneż fl-4 ta' Marzu 1944, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Yamina SOUIEI, direttur amministrattiv, kien jirresjedi fi 11 rue de France — Radès Ben Arous, detentur tal-NIC Nru 05000799.

Miet fl-4 ta' April 2011.

Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f'miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi minn detentur ta' pożizzjoni pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' pożizzjoni pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u kompliċità fl-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' pożizzjoni pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

12.

Mohamed Adel Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI

Tuneżin, twieled f'Tuneż fis-26 ta' April 1950, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Souad BEN JEMIA, direttur amministrattiv, kien jirresjedi fi 3 rue de la Colombe — Gammarth Supérieur, detentur tal-NIC Nru 00178522.

Miet fis-27 ta' Jannar 2011.

Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f'miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi minn detentur ta' pożizzjoni pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' pożizzjoni pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u kompliċità fl-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' pożizzjoni pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

32.

Faouzi Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI

Tuneżin, twieled f'Hammam-Sousse fit-13 ta' Marzu 1947, miżżewweġ lil Zohra BEN AMMAR, direttur amministrattiv, kien jirresjedi f'rue El Moez — Hammam — Sousse, detentur tal-NIC Nru 02800443.

Miet fil-25 ta' Frar 2011.