|
30.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/143
tad-29 ta' Jannar 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1),
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK. |
|
(2) |
Il-kriterji ta' klassifikazzjoni għall-iffriżar ta' fondi mmirati lejn persuni responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna għandhom jiġu ċċarati. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta', huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni li jkunu ġew identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna u persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, persuni identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna jinkludu persuni li huma soġġetti għal investigazzjoni mill-awtoritajiet tal-Ukrajna:
|
(a) |
għall-misapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f'tali misapproprjazzjoni; jew |
|
(b) |
għall-abbuż tal-uffiċju bħala detentur ta' pożizzjoni pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih jew għal parti terza, u li b'hekk jikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f'tali abbuż.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI