27.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/87


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/118

tas-26 ta' Jannar 2015

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(2)

Fl-20 ta' Novembru 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit f'konformità mar-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Côte d'Ivoire ħassar persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 9 sa 12 ta' dik ir-Riżoluzzjoni.

(3)

Il-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. DŪKLAVS


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.


ANNESS

L-entrata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għall-persuna li ġejja hija mħassra:

Alcide DJÉDJÉ