17.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/67 (EUCAP SAHEL MALI/1/2015)

tal-14 ta' Jannar 2015

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-missjoni tal- PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali, (EUCAP Sahel Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-26 ta' Mejju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Sahel Mali/1/2014 (2), li taħtar lis-Sur Albrecht CONZE bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mis-26 ta' Mejju 2014 sal-14 ta' Jannar 2015.

(3)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li jiġi estiż il-mandat tas-Sur Albrecht CONZE bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2015 sal-14 ta' Ġunju 2015.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Albrecht CONZE bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali huwa b'dan estiż sal-14 ta' Ġunju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Mali/1/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 43).