20.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/13 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/244 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta' Diċembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/10 dwar nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika (BĊE/2015/50)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1 u 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998, dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (2), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 tat-23 ta' Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (3),
Billi:
(1) |
Jeħtieġ li d-Deċiżjoni BĊE/2010/10 (4) tiġi allinjata mal-emendi għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (5) u għar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Banek Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/34) (6). |
(2) |
Barra minn hekk, il-proċedura għall-ġbir ta' informazzjoni dwar ksur u l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet stipulata fid-Deċiżjoni BĊE/2010/10 għandha tapplika wkoll għal każijiet ta' nuqqas ta' konformità taħt ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) (7), ir-Regolament (UE) Nru 1074/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/39) (8) u r-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (9) peress li rriżulta li hija għodda effettiva biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar tal-istatistika, li jista' jseħħ ukoll fil-kuntest ta' dawk ir-regolamenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċizjoni BĊE/2010/10 hija emendata kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 1, il-punt 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
(*) Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).”;" |
2. |
fl-Artikolu 1 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:
(**) Ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73).”;" |
3. |
fl-Artikolu 1 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:
(***) Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 1074/2013 tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar obbligi ta' rapportar statistiku għal istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji tal-posta li jirċievu depożiti mingħand residenti fiż-żona tal-euro li mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/39) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 94).”;" |
4. |
fl-Artikolu 1 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:
(****) Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).”;" |
5. |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'li ġej: “1. Il-BĊE u l-BĊNi għandhom jimmonitorjaw il-konformità tal-aġenti li jirrapportaw mal-istandards minimi meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom, kif stipulat fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/34) (*****), l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38), l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40), l-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1074/2013 (BĊE/2013/39), u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40). F'każ ta' nonkonformità, il-BĊE u l-BĊN kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jwettqu fażi ta' valutazzjoni u/jew jibdew proċedura ta' ksur kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) u (2). Wara proċedura ta' ksur, il-BĊE jista' jimponi sanzjonijiet skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. (*****) Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51)”." |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016. Għandha tapplika mill-perjodu ta' referenza Ġunju 2016 għar-rekwiżiti tar-rappurtar ta' kull xahar u annwali, u mit-tieni trimestru tal-2016 għar-rekwiżiti tar-rappurtar trimestrali.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Diċembru 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.
(3) ĠU L 264, 12.10.1999, p. 21.
(4) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 tad-19 ta' Awwissu 2010 dwar nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika, (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73).
(8) Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 1074/2013 tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar obbligi ta' rapportar statistiku għal istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji tal-posta li jirċievu depożiti mingħand residenti fiż-żona tal-euro li mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/39) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 94).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).