22.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 245/12 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/1574 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta' Settembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/8 dwar il-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju u r-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern minn banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2015/29)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 132(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2014/8 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tispeċifika r-rati tas-suq li għandhom joperaw bħala limiti massimi għar-remunerazzjoni ta' depożiti miżmuma minn gvernijiet u awtoritajiet pubbliċi mal-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) tagħhom. Dan jassisti lill-Kunsill Governattiv biex jimmonitorja l-konformità tal-BĊNi mal-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju kif stipulat fl-Artikolu 123 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
L-indiċi Eurepo ġie identifikat fl-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2014/8 bħala r-rata tas-suq iggarantita fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'euro. Mit-2 ta' Jannar 2015 'il quddiem, l-indiċi Eurepo ma baqax jintuża. Ir-rata tas-suq iggarantita fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'euro issa ser tkun l-iSTOXX EUR GC Pooling term indices b'maturità kumparabbli. |
(3) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2014/8 għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
L-Artikolu 1(3) tad-Decizjoni BĊE/2014/8 huwa mibdul b'dan li gej:
“(d) |
‘rata tas-suq iggarantita’ tfisser: (i) fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'euro, l-iSTOXX EUR GC Pooling term indices b'maturità kumparabbli; u (ii) fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'munita differenti, rata kumparabbli.” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tieghu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta' Settembru 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni BĊE/2014/8 dwar il-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju u r-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern minn banek ċentrali nazzjonali (2014/303/UE) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 54).