25.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 53/27 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/299 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta' Frar 2015
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/34 dwar miżuri relatati ma' operazzjonijiet immirati ta' rifinanzjament fuq żmien itwal (BĊE/2015/5)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1),
Billi:
(1) |
Skont it-Taqsima 1.6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista', f'kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. |
(2) |
Fit-22 ta' Jannar 2015, sabiex jappoġġa l-effettività tal-operazzjonijiet immirati ta' rifinanzjament fuq żmien itwal (TLTROs), il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jelimina l-10 punti ta' bażi mifruxa fuq ir-rata għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin (MROs) għat-TLTROs li għandhom isiru bejn Marzu 2015 u Ġunju 2016. L-eliminazzjoni tal-firxa tirrifletti t-tnaqqis fil-premia b'terminu ta' strumenti ta' finanzjament ibbażati fuq is-suq għal istituzzjonijiet sa mit-tħabbir tat-TLTROs fil-5 ta' Ġunju 2014. Id-deċiżjoni ma taffettwax ir-rata tal-imgħax applikata għall-ewwel TLTROs imwettqa f'Settembru u Diċembru 2014. Ir-rata tal-imgħax għalhekk tibqa' l-istess, jiġifieri tiġi ffissata tul il-ħajja ta' kull operazzjoni bir-rata għall-MROs prevalenti fi żmien it-tħabbira tas-sejħa għall-offerti fir-rigward tat-TLTRO relevanti, flimkien ma' firxa fissa ta' 10 punti bażi. |
(3) |
Barra minn hekk, ċerti korrezzjonijiet minuri huma meħtieġa għad-Deċiżjoni BĊE/2014/34 (2). |
(4) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2014/34 għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċizjoni BĊE/2014/34 hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 5 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 5 Imgħax Fir-rigward tat-TLTROs imwettqa f'Settembru 2014 u Diċembru 2014, ir-rata tal-imgħax applikabbli għandha tiġi stabbilita tul il-ħajja ta' kull operazzjoni bir-rata għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin prevalenti fi żmien it-tħabbira tas-sejħiet għall-offerti fir-rigward tat-TLTRO relevanti, flimkien ma' firxa fissa ta' 10 punti bażi. Fir-rigward tat-TLTROs imwettqa bejn Marzu 2015 u Ġunju 2016, ir-rata tal-imgħax applikabbli għandha tiġi stabbilita tul il-ħajja ta' kull operazzjoni bir-rata għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin prevalenti fi żmien it-tħabbira tas-sejħiet għall-offerti fir-rigward tat-TLTRO relevanti. L-imgħax għandu jkun pagabbli bl-arretrati malli timmatura l-operazzjoni, jew meta jsir il-ħlas lura bikri kif stipulat fl-Artikoli 6 u 7, skont kif ikun applikabbli.” ; |
2. |
fl-Anness I, fil-paragrafu 1 (Kalkolu ta' limiti ta' self), it-tieni tabella hija mibdula b'dan li ġej:
|
3. |
fl-Anness I, fil-paragrafu 2 (Kalkolu ta' ħlasijiet lura bikrin obbligatorji), il-formola għall-“Ħlas lura bikri obbligatorju f'Settembru 2016 ta' parteċipant” hija ssostitwita b'dan li ġej: “, if” |
4. |
fl-Anness I, it-tielet nota ta' qiegħ il-paġna hija ssostitwita b'dan li ġej: “Għat-TLTRO li għandhom isiru f'Marzu 2015 (k = 3), il-limitu huwa C 3 ≤ max{0, AA 3}” ; |
5. |
fl-Anness II, ir-raba' nota ta' qiegħ il-paġna hija ssostitwita b'dan li ġej: “Il-klassifikazzjoni tas-settur ta' korporazzjonijiet azzjonarji ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji fir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) ġiet emendata fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) sabiex tirrifletti bidliet fl-istandards internazzjonali tal-istatistika. Taħt ir-Regolament (UE) Nru BĊE/1071/2013, il-korporazzjonijiet azzjonarji ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma kklassifikati mill-ġdid bħala korporazzjonijiet finanzjarji. Ir-rapportar tat-TLTROs irid ikun konformi mal-qafas dwar il-BSI: b'effett minn Diċembru 2014, id-dejta ma għandhiex tkopri korporazzjonijiet azzjonarji u l-aġġustamenti għandhom jintbagħtu kif xieraq.” ; |
6. |
Fl-Anness II, it-tlettax-il nota ta' qiegħ il-paġna hija ssostitwita b'dan li ġej: “L-effetti tar-riklassifikazzjoni tal-korporazzjonijiet azzjonarji ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji bħala korporazzjonijiet finanzjarji, li seħħet f'Diċembru 2014, għandhom jiġu rreġistrati taħt il-partita 3.2C.” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Frar 2015.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Frar 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.
(2) Deċiżjoni BĊE/2014/34 tad-29 ta' Lulju 2014 dwar miżuri fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament immirati aktar fit-tul (ĠU L 258, 29.8.2014, p. 11).