1.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/46 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/2213 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2015
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) Dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 — C8–0049/2015), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 (3) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, u t-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0285/2015), |
1. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 26.
(2) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 27.
(3) ĠU L 255, 30.9.2015, p. 424.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(8) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.