30.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/25


DEĊIŻJONI (UE, EURATOM) 2015/1616 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tad-29 ta' April 2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni u Aġenziji Eżekuttivi

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)510) — C8–0140/2014) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)607), u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014)285 u SWD (2014)286),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2014 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2013” (COM(2014) 342),

wara li kkunsidra r-rapport ta' evalwazzjoni annwali tal-Kummissjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksuba (COM(2014)383) u d-dokumenti ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD (2014)200, SWD (2014)201),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)615), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014)293),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-diversi deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman rigward il-Kummissjoni, flimkien mal-implimentazzjoni, min-naħa tal-istituzzjonijiet, ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet fl-interessi taċ-ċittadini;

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05303/2015 — C8-0053/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6),u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.

billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.   

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013;

2.   

Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi, u r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2013 (7);

3.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)  ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.

(3)  ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.

(4)  ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0119 (ara l-paġna 68 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).