24.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 369/35


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1387/2014

tal-14 ta' Novembru 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tar-reġim ta' importazzjoni tal-UE mingħajr dazju u mingħajr kwoti hija stabbilita mill-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007.

(2)

Il-Kenja ma kenitx ħadet il-passi meħtieġa lejn ir-ratifika tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika mal-UE u għalhekk, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, u b'mod partikolari l-punt (b) tiegħu, skont ir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ma baqgħetx tkun koperta mill-arranġament dwar l-aċċess għas-suq permess mir-Regolament (KE) Nru 1528/2007, mill-1 ta' Ottubru 2014.

(3)

Madankollu, fis-16 ta' Ottubru 2014 il-Kenja, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ikkonkludew in-negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Ekonomika.

(4)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24a tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex temenda l-Anness I għal dak ir-Regolament sabiex iżżid reġjuni jew stati mill-Grupp ta' Stati tal-AKP li kkonkludew negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dak ir-reġjun jew stat li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu XXIV GATT 1994.

(5)

Wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, iż-żieda tal-Kenja mal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 se tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament, b'mod partikolari l-punt (b) tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, qed jiġi miżjud il-pajjiż li ġej:

“IR-REPUBBLIKA TAL-KENJA”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 59).