18.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 363/101


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1347/2014

tas-17 ta' Diċembru 2014

li jħassar id-dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw fl-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni ta' oġġetti li jkunu ssussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), u b' mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

F'Lulju 2002, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1338/2002 (2), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv ta' 7,1 % fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja (“l-investigazzjoni oriġinali”).

(2)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1339/2002 (3), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta' 21 % fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) u dazju anti-dumping definittiv ta' 18,3 % fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2002/611/KE (4) l-Kummissjoni aċċettat impenn fuq il-prezz fir-rigward kemm ta' miżuri antidumping kif ukoll ta' kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet mill-Indja offruti minn esportatur produttur Indjan wieħed, jiġifieri Kokan Synthetics and Chemicals Pvt. Ltd. (“Kokan”).

(4)

F'Marzu 2004, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/255/KE (5), il-Kummissjoni ħassret id-Deċiżjoni 2002/611/KE wara l-irtirar volontarju tal-impenn minn Kokan.

(5)

Permezz tad-Deċiżjoni 2006/37/KE (6) l-Kummissjoni aċċettat impenn ġdid fir-rigward kemm ta' miżuri antidumping kif ukoll kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet mill-Indja offruti minn Kokan. Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2002 u (KE) Nru 1339/2002 ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 123/2006 (7) skont dan.

(6)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1000/2008 (8), il-Kunsill impona dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Indja wara rieżami ta' skadenza tal-miżuri. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1010/2008 (9), il-Kunsill impona dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja u emenda l-livell tad-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku Indjani wara rieżami ta' skadenza u waħda interim.

2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(7)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (10) tal-miżuri kumpensatorji definittivi fis-seħħ, fl-1 ta' Lulju 2013 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-inizjalar ta' rieżami ta' skadenza ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (11) (“ir-Regolament bażiku”). It-talba tressqet minn CUF — Quimicos Industriais (“l-applikant” jew “CUF”), l-uniku produttur ta' aċidu sulfaniliku fl-Unjoni, li b'hekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni.

(8)

It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta' sussidjar u rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

3.   Inizjalar ta' rieżami ta' skadenza ta' skadenza

(9)

Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-inizjalar ta' rieżami ta' skadenza ta' skadenza, il-Kummissjoni ħabbret fis-16 ta' Ottubru 2013, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (12) (“in-Notifika tal-inizjalar”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

4.   Investigazzjonijiet paralleli

(10)

Permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (13) fis-16 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta' investigazzjoni dwar rieżami ta' skadenza ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (14) rigward l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġina, fost postijiet oħra, mill-Indja.

5.   L-investigazzjoni

5.1.   Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza u l-perjodu kkunsidrat

(11)

L-investigazzjoni dwar sussidjar kontinwu jew ta' rikorrenza tiegħu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 (“il-perjodu ta' investigazzjoni dwar rieżami ta' skadenza” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dannu kien ikopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni dwar rieżami ta' skadenza (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.   Il-partijiet ikkonċernati

(12)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, lill-produtturi esportaturi fl-Indja, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza ta' skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità sabiex jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fi ħdan il-perjodu stabbilit fl-Avviż tal-bidu.

(13)

L-uniku produttur tal-Unjoni, bħala l-unika parti interessati li talber dan, ingħata l-opportunità li jinstema'.

5.3.   Teħid ta' kampjuni

(14)

Fid-dawl tal-għadd apparentement kbir ta' produtturi esportaturi fl-Indja u ta' importaturi mhux relatati fl-Unjoni, fin-notifika ta' bidu ġie previst it-teħid ta' kampjuni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk hux meħtieġ it-teħid ta' kampjuni u, jekk ikun hekk, biex jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-rieżami ta' skadenza u li jipprovdu t-tagħrif mitlub fin-Notifika ta' Bidu lill-Kummissjoni.

(15)

Il-Kummissjoni rċeviet żewġ tweġibiet dwar teħid ta' kampjuni mill-produtturi esportaturi Indjani. Għalhekk, ma kien applikat l-ebda teħid ta' kampjun.

(16)

Importatur wieħed wieġeb għall-formola ta' kampjunar, madankollu huwa ma kienx jimporta l-prodott konċernat mill-pajjiż konċernat u ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk, ma kien applikat l-ebda teħid ta' kampjun.

(17)

Peress li hemm biss produttur wieħed tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjuni ma ġiex applikat għall-produtturi tal-Unjoni.

5.4.   L-investigazzjoni

(18)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tas-sussidjar, il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dannu u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-uniku produttur fl-Unjoni, liż-żewġ produtturi esportaturi fl-Indja, lill-Gvern tal-Indja (“GTI”), lil importaturi magħrufa u lil utenti tal-Unjoni.

(19)

Wieħed biss miż-żewġ produtturi esportaturi Indjani bagħat tweġiba sħiħa. Dan il-produttur Indjan jirrappreżenta parti ewlenija mit-total tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza.

(20)

Il-Kummissjoni wettqet ukoll konsultazzjonijiet f'Delhi mal-Gvern ta' Maharashtra (“GTM”) mal-Gvern ta' Gujarat (“GTG”) u mal-Bank ta' Riżerva tal-Indja (“BRI”).

(21)

Barra minn dan, saru żjajjar ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produttur tal-Unjoni:

CUF — Quimicos Industriais, Estarreja, il-Portugall

(b)

Produtturi esportaturi:

Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd., Khed, l-Indja

(c)

Utenti tal-Unjoni:

Blankophor GmbH, Leverkusen, il-Ġermanja

Hovione Farmaciencia SA, Loures, il-Portugall

IGCAR Chemicals, S.L., Rubi, Spanja.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(22)

Il-prodott ikkonċernat huwa aċidu sulfaniliku attwalment klassifikabbli fil-kodiċi NM ex 2921 42 00 (kodiċi TARIC 2921420060). Hemm żewġ gradi ta' aċidu sulfaniliku li huma ddeterminati skont il-purità tagħhom: grad tekniku u grad ippurifikat. Barra minn dan, il-grad ippurifikat kultant huwa kkummerċjalizzat bħala melħ ta' aċidu sulfaniliku. L-aċidu sulfaniliku jintuża bħala materja prima fil-produzzjoni ta' brillaturi ottiċi, addittivi konkreti, koloranti tal-ikel, u koloranti ta' speċjalità. Ġie nnutat ukoll użu limitat mill-industrija farmaċewtika. Għalkemm mhux kontestat li ż-żewġ gradi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi, u għalhekk jitqiesu bħala prodott wieħed, huwa importanti li wieħed jinnota li l-investigazzjoni wriet li f'termini prattiċi l-interkambjabbiltà hija limitata. B'mod partikolari l-utenti li jiddependu minn aċidu sulfaniliku ppurifikat jistgħu jużaw biss il-grad tekniku fil-każ li jkunu jistgħu jippurifikawh huma stess. Dawk l-utenti li jeħtieġu jew jippreferu l-aċidu sulfaniliku ta' grad tekniku jistgħu fit-teorija jużaw grad purifikat, iżda minħabba d-differenza fil-prezz (20 % — 25 %) din mhix soluzzjoni ekonomikament vjabbli.

(23)

L-aċidu sulfaniliku huwa prodott ta' komodità pur u l-karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi tiegħu huma identiċi jkun xi jkun il-pajjiż tal-oriġini. Il-prodott ikkonċernat u l-prodotti mmanifatturati u mibjugħa mill-produttur esportatur fl-Indja fis-suq domestiku tiegħu u f'pajjiżi terzi, kif ukoll dawk immanifatturati u mibjugħa mill-produttur tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni nstab għalhekk li kellhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi u essenzjalment l-istess użi u għalhekk huma meqjusa prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAS-SUSSIDJAR

1.   Introduzzjoni

(24)

Il-kooperazzjoni min-naħa tal-esportaturi Indjani kienet limitata għal produttur esportatur wieħed. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn produtturi oħra, l-ammont ta' sussidji kumpensabbli kellu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-fatti disponibbli: it-tweġibiet tal-kumpanija li kkooperat, li tirrappreżenta proporzjon maġġuri tal-esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni, u fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Indjani.

(25)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fit-talba għar-rieżami ta' skadenza u fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġew investigati l-iskemi li ġejjin, li allegatament kienu jinvolvu l-għoti ta' sussidji:

Skemi ta' sussidju investigati fl-investigazzjoni oriġinali:

Skemi nazzjonali:

(a)

L-Iskema ta' Żoni ta' Proċessar gћall-Esportazzjoni (“EPZ”)/Skema ta' Żoni Ekonomiċi Speċjali (“SEZS”)/Skema ta' Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (“EOUS”)

(b)

L-Iskema ta' Kreditu tad-Dazju tal-Importazzjoni (“DEPBS”)

(c)

L-Iskema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta' Prodotti Kapitali (“EPCGS”)

(d)

L-Iskema ta' Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul (“ITES”)

(e)

L-Iskema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (“AAS”)

Skemi reġjonali

(f)

Il-Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi (“PSI”) tal-Gvern ta' Maharashtra

Skemi ta' sussidju mhux investigati fl-investigazzjoni oriġinali iżda investigati fl-ewwel rieżami ta' skadenza ta' skadenza u rieżami ta' skadenza interim parallel:

Skemi nazzjonali:

(g)

L-Iskema ta' Kreditu għall-Esportazzjoni (“ECS”)

Skemi ta' sussidju mhux investigati fl-investigazzjoni oriġinali jew/u fl-eżerċizzji preċedenti ta' rieżami ta' skadenza:

Skemi nazzjonali:

(h)

L-Iskema ta' Fokus fuq il-Prodott (“FPS”)

(i)

L-Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju (“DFIA”)

(j)

L-Iskema ta' Restituzzjoni tad-Dazju (“DDS”)

(k)

L-Iskema ta' Fokus fuq is-Suq (“FMS”)

(l)

Iċ-Ċertifikat tal-Inċentivi għad-Detenturi tal-Istatus (“SHIS”)

(m)

Injezzjoni ta' kapital

Skemi reġjonali:

(n)

L-iskemi reġjonali tal-Gvern ta' Gujarat

(26)

L-iskemi (a), (b), (c), (e), (h), (i), (k) u (l) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq il-Foreign Trade (Development and Regulation) Act 1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awwissu 1992 (l-“Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn huma miġburin fil-qosor fid-dokumenti tal-'Politika dwar il-Kummerċ Barrani', li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati b'mod regolari. Id-dokument ta' Politika dwar il-Kummerċ Barrani rilevanti għall-PIR ta' din l-investigazzjoni huwa “Politika tal-Kummerċ Barrani 2009-2014” (“FTP 09-14”). Barra minn hekk, il-GTI stabbilixxa wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-FTP 09-14 fil-“Manwal ta' Proċeduri, Volum I” (“HOP I 09-14”). Il-Manwal ta' Proċeduri huwa aġġornat fuq bażi regolari.

(27)

L-iskema ta' Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul speċifikata hawn fuq taħt (d) hija bbażata fuq l-Income Tax Act tal-1961, li jiġi emendat kull sena mill-Finance Act.

(28)

L-iskemi reġjonali speċifikati hawn fuq taħt (f) u (n) huma ġestiti mill-Istati ta' Maharashtra u ta' Gujarat rispettivament u huma bbażati fuq riżoluzzjonijiet tad-Dipartiment tal-Industriji, l-Enerġija u x-Xogħol tal-Gvern ta' Maharashtra u mir-riżoluzzjonijiet tad-Dipartiment tal-Industriji u l-Minjieri tal-Gvern ta' Gujarat.

(29)

L-Iskema ta' Kreditu għall-Esportazzjoni speċifikata taħt (g) hija bbażata fuq it-Taqsimiet 21 u 35 A tal-Banking Regulation Act 1949 li tippermetti lir-Reserve Bank of India (“RBI”) jidderieġi lill-banek kummerċjali fil-qasam tal-krediti għall-esportazzjoni.

(30)

L-iskema ta' Rifużjoni ta' Dazji speċifikata hawn fuq taħt (j) hija bbażata fuq it-Taqsima 75 tal-Customs Act tal-1962, fuq it-Taqsima 37 tas-Central Excise Act tal-1944, fuq it-Taqsimiet 93 A u 94 tal-Financial Act tal-1994 u fuq ir-Regoli tal-1995 tad-Dwana, tad-Dazji tas-Sisa Ċentrali u tar-Restituzzjoni tat-Taxxa tas-Servizz. Ir-rati ta' rifużjoni lura huma ppubblikati fuq bażi regolari; dawk applikabbli għall-PIR kienu r-Rati tal-Industrija Kollha(AIR) tar-Rifużjoni tad-Dazju 2012-13, ippubblikati fin-notifika Nru. 92/2012- Cus.(N.T). L-iskema għar-rifużjoni tad-dazju hija msejħa wkoll bħala iskema ta' remissjoni tad-dazju fil-kapitolu 4 tal-FTP 09-14.

2.   L-Iskema ta' Żoni ta' Proċessar gћall-Esportazzjoni (Export Processing Zones — “EPZ”)/Skema ta' Żoni Ekonomiċi Speċjali (Special Economic Zones — “SEZS”)/Skema ta' Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (Export Oriented Units Scheme — “EOUS”)

(31)

Instab li l-produttur esportatur li kkoopera la kien lokalizzat f'SEZS u lanqas f'EPZS. Madankollu, il-produttur esportatur li kkoopera kien ġie stabbilit taħt l-EOUS u kien irċieva sussidji kumpensabbli fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza. Għalhekk id-deskrizzjoni u l-evalwazzjoni ta' hawn isfel hija limitata għall-EOUS.

(a)   Bażi Ġuridika

(32)

Id-dettalji tal-EOUS jinsabu fil-kapitolu 6 tal-FTP 09-14 u fil-kapitolu 6 tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibilità

(33)

Ħlief għall-kumpaniji purament kummerċjali, l-impriżi kollha, li fil-prinċipju, jintrabtu li jesportaw il-produzzjoni sħiħa tagħhom ta' oġġetti jew servizzi jistgħu jiġu stabbiliti taħt l-EOUS. Il-garanziji fis-setturi industrijali jridu jissodisfaw limitu ta' investiment minimu f'assi fissi (10 miljun rupee Indjan) biex ikunu eliġibbli għall-EOUS

(c)   Implimentazzjoni prattika

(34)

EOUS tista' tiġi lokalizzata u stabbilita kullimkien fl-Indja.

(35)

Applikazzjoni għal status ta' EOUS trid tkun tinkludi dettalji għall-ħames snin li ġejjin ta', fost affarijiet oħra, kwantitajiet ta' produzzjoni ppjanati, valur ipproġettat ta' esportazzjonijiet, rekwiżiti ta' importazzjoni u rekwiżiti indiġeni. Wara l-awtoritajiet ikunu aċċettaw l-applikazzjoni tal-kumpanija, it-termini u l-kundizzjonijiet annessi ma' din l-aċċettazzjoni jiġu kkomunikati lill-kumpanija. Il-ftehim ta' rikonoxximent bħala kumpanija taħt l-EOUS huwa validu għal perjodu ta' ħames snin. Il-ftehim jista' jiġġedded għal iktar perjodi.

(36)

Obbligu kruċjali ta' EOUS kif stabbilit fl-FTP 09-14 huwa li jinkiseb qligħ nett ta' valuta barranija (“NFE” net foreign exchange), jiġifieri f'perjodu ta' referenza (ħames snin), il-valur totali tal-esportazzjonijiet irid ikun ogħla mill-valur totali tal-prodotti importati.

(37)

L-unitajiet EOUS huma intitolati għall-konċessjonijiet li ġejjin:

(i)

eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni fuq kull tip ta' prodott (inkluż prodotti kapitali, materja prima u oġġetti ta' konsum) meħtieġa għall-manifattura, il-produzzjoni, l-ipproċessar jew f'konnessjoni magħhom;

(ii)

eżenzjoni minn dazju tas-sisa fuq prodotti akkwistati minn sorsi indiġeni;

(iii)

rimbors ta' taxxa ċentrali fuq il-bejgħ imħallsa fuq merkanzija miksuba lokalment;

(iv)

rimbors parzjali ta' dazju mħallas fuq fjuwil akkwistat minn kumpaniji taż-żejt domestiċi;

(38)

L-unitajiet li joperaw taħt dawn l-iskemi huma marbutin taħt is-sorveljanza tal-uffiċjali tad-dwana skont it-Taqsima 65 tal-Customs Act.

(39)

Il-produttur esportatur li jikkoopera kien qed jopera taħt l-EOUS għall-ewwel erba' xhur tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. L-ittra formali tar-rilaxx mill-iskema ġiet maħruġa fis-6 ta' Frar 2013. Għalhekk, fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza l-kumpanija użat l-iskema biss biex tikseb rimborż tat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ. L-investigazzjoni wriet li l-produttur esportatur ikkonċernat ma utilizzax il-benefiċċji tal-eżenzjoni mid-dazji ta' importazzjoni u mit-taxxi tas-sisa fuq xiri domestiku, u tar-rimborż parzjali tad-dazju mħallas fuq karburanti akkwistati mingħand kumpaniji taż-żejt domestiċi.

(d)   Konklużjonijiet dwar l-EOUS

(40)

Ir-rimborż tat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ jikkostitwixxi sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Id-dħul lill-Gvern li kien ikun dovut fin-nuqqas ta' din l-iskema jiġi ċedut, biex b'hekk jingħata benefiċċju lill-EOU fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, peress li tkun tejbet il-likwidità tagħha bil-ksib ta' rimborż tat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ. Is-sussidju huwa dipendenti legalment fuq il-prestazzjoni ta' esportazzjoni u, għalhekk, jitqies bħala speċifiku u kumpensabbli għal kumpens skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. L-għan ta' esportazzjoni ta' EOUS kif imfisser fil-paragrafu 6.1 tal-FTP 09-14 hu conditio sine qua non biex jinkisbu l-inċentivi.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(41)

L-ammont ta' sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammont ta' taxxa ċentrali fuq il-bejgħ rimborżat fuq prodotti akkwistati lokalment matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq il-fatturat kollu tal-esportazzjoni ġġenerat matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza bħala d-denominatur xieraq, peress li s-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Il-marġni ta' sussidju hekk miksub kien ta' 1,4 %.

3.   Skema ta' Kreditu ta' Dazju fuq l-Importazzjoni (Duty Entitlement Passbook Scheme — “DEPBS”)

(42)

Ġie kkonfermat li d-DEPBS ġiet effettivament irtirata mit-30 ta' Settembru 2011, jiġifieri qabel il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f'din l-investigazzjoni.

4.   Skema ta' Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (Export Promotion Capital Goods Scheme — “EPCGS”)

(a)   Bażi Ġuridika

(43)

Id-deskrizzjoni fid-dettal tal-EPCGS tinsab fil-kapitolu 5 tal-FTP 09-14 u fil-kapitolu 5 tal-HOP I 09-14.

(b)   Riżultati

(44)

Instab li l-produttur esportatur li kkoopera ma kiseb l-ebda benefiċċji taħt l-EPCGS matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f'din l-investigazzjoni.

5.   L-Iskema ta' Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul (“ITES”)

(45)

Ġie kkonfermat li l-ITES ġiet irtirata f'April 2011, jiġifieri qabel il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f'din l-investigazzjoni.

6.   L-Iskema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance authorisation Scheme — “AAS”)

(a)   Bażi Ġuridika

(46)

Deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fit-taqsimiet 4.1.3.1 sa 4.1.14 tal-FTP 09-14 u t-taqsimiet 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 09-14.

(b)   Riżultati

(47)

Instab li l-produttur esportatur li kkoopera ma kiseb l-ebda benefiċċji taħt l-AAS matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f'din l-investigazzjoni.

7.   Skema ta' Pakkett ta' Inċentivi (Package Scheme of Incentives — “PSI”) tal-Gvern ta' Maharashtra (“GTM”)

(a)   Bażi Ġuridika

(48)

Sabiex jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' industriji fl-Istat ta' Maharashtra fiż-żoni inqas żviluppati tal-Istat, il-GTM kien ilu qed jagħti inċentivi lill-unitajiet ġodda li jespandu u li jiġu stabbiliti f'reġjuni tal-Istat li qed jiżviluppaw sa mill-1964, taħt skema magħrufa komunement bħala l-Iskema ta' Pakkett ta' Inċentivi (“PSI”). L-iskema ġiet emendata bosta drabi mindu kienet ġiet introdotta u fil-PIR kien hemm żewġ skemi PSI fis-seħħ: Il-PSI 2007 (li kienet valida sa April 2013) u l-PSI 2013. Il-PSI tal-GTM hija komposta minn diversi sottoskemi li l-ewlenin fosthom huma: (i) ir-rifużjoni tat-taxxa octroi/it-taxxa fuq id-dħul, (ii) l-eżenzjoni mid-dazju tal-elettriku u (iii) l-eżenzjoni mit-taxxa tal-bejgħ lokali/id-differiment tat-taxxa tal-bejgħ lokali, (iv) sussidju fuq l-imgħax għal stabbilimenti ġodda kif ukoll (v) ċerti għotjiet għal impriżi żgħar u medji biex jgħollu l-livell tat-teknoloġija. L-investigazzjoni żvelat li l-unika sottoskema użata mill-produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza kienet dik li tikkonċerna d-differimenti tat-taxxa (parti minn (iii) hawn fuq) li fil-fatt kienet toriġina mill-PSI 2001 iżda t-taxxa fuq l-bejgħ pendenti kienet għadha parzjalment dovuta fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza.

(b)   Eliġibilità

(49)

Sabiex ikunu eliġibbli, il-kumpaniji jridu bħala regola jinvestu f'żoni inqas żviluppati tal-Istat (li huma kklassifikati skont l-iżvilupp ekonomiku tagħhom f'kategoriji differenti, pereżempju żoni anqas żviluppati, żoni ħafna anqas żviluppati u l-anqas żoni żviluppati) jew permezz tat-twaqqif ta' stabbiliment industrijali ġdid jew billi jsir investiment kapitali fuq skala kbira ta' espansjoni jew diversifikazzjoni ta' stabbiliment industrijali eżistenti. Il-kriterju ewlieni sabiex ikun stabbilit l-ammont ta' inċentivi huwa l-klassifikazzjoni taż-żona li fiha l-intrapriża hija jew għandha tkun lokalizzata u d-daqs tal-investiment.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(50)

Iċ-Ċertifikat ta' Eliġibbiltà maħruġ mill-GTM għall-produttur esportatur li kkoopera kien jistabbilixxi li l-kumpanija kellha l-permess, skont is-sottoskema ta' differiment tat-taxxa fuq il-bejgħ, li tiddifferixxi l-ħlas tat-taxxi tal-bejgħ tal-Istat li tkun inġabret mill-bejgħ domestiku tagħha.

(d)   Konklużjoni

(51)

Is-sottoskema ta' differiment tat-taxxa tal-bejgħ tal-PSI tal-GTM tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Is-sottoskema eżaminata tikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GTM, billi din il-konċessjoni tipposponi l-ġbir tad-dħul tal-GTM, li altrimenti ikun irid jitħallas. Dan id-differiment jikkonċedi benefiċċju lill-kumpanija, għaliex itejjeb il-likwidità tal-kumpanija.

(52)

Is-sottoskema hija disponibbli biss għal kumpanniji li jkunu investew f'ċerti żoni ġeografiċi magħżula fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-Istat ta' Maharashtra. Mhix disponibbli għal kumpaniji lokalizzati barra minn dawn iż-żoni. Il-livell ta' benefiċċju huwa differenti skont iż-żona kkonċernata. L-iskema hija speċifika skont l-Artikolu 4(2)(a) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku u għalhekk hija kumpensabbli.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(53)

L-ammont differit ta' taxxi fuq il-bejgħ tal-Istat, taħt l-element ta' differiment tal-iskema, li kien għadu dovut fi tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza, ġie kkunsidrat bħala ekwivalenti għal self mingħajr imgħax bl-istess ammont mogħti mill-GTM. Għalhekk, il-benefiċċju li kiseb il-produttur esportatur li kkoopera ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-imgħax li tħallas fuq self kummerċjali komparabbli magħmul mill-kumpanija matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza.

(54)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju (in-numeratur) imbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-kumpanija matul ir-PIR bħala d-denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju ma jiddependix fuq l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(55)

Fuq il-bażi ta' dan, l-ammont tas-sussidju li kisbet il-kumpannija skont din l-iskema huwa ta' 1,1 %.

8.   Skema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (Export Credit Scheme — “ECS”)

(56)

Ġie kkonfermat li wara l-emendi fl-ECS (Lulju 2010 għar-rigward tal-krediti għall-esportazzjoni f'INR u Mejju 2012 għar-rigward tal-krediti għall-esportazzjoni fil-munita barranija), ir-rati tal-imgħax preferenzjali tal-krediti tal-esportazzjoni fil-qafas ta' din l-iskema fil-prinċipju ma baqgħux jeżistu, bl-eċċezzjoni ta' numru limitat ta' setturi speċifiċi tal-industrija. Peress li nstab li s-settur tal-kimika kkonċernat ma kienx fuq il-lista ta' setturi koperti bis-sovvenzjonijiet fuq ir-rati tal-imgħax fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata ulterjorment f'din l-investigazzjoni.

9.   Skema ta' Fokus fuq il-Prodott (Focus Product Scheme — “FPS”)

(a)   Bażi Ġuridika

(57)

Deskrizzjoni fid-dettal tal-FPS tinsab fit-taqsima 3.15 tal-FTP 09-14 u t-taqsima 3.9 tal-HOP I 09-14.

(b)   Riżultati

(58)

Instab li l-produttur esportatur li kkoopera ma kiseb l-ebda benefiċċji taħt l-FPS matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f'din l-investigazzjoni.

10.   Skema ta' Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju (Duty Free Import Authorisation Scheme — “DFIA”)

(a)   Bażi Ġuridika

(59)

Deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fit-taqsimiet 4.2.1 sa 4.2.7 tal-FTP 09-14 u t-taqsimiet 4.31 sa 4.36 tal-HOP I 09-14.

(b)   Riżultati

(60)

Instab li l-produttur esportatur li kkoopera ma kiseb l-ebda benefiċċji taħt id-DFIA matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f'din l-investigazzjoni.

11.   Skema ta' Restituzzjoni tad-Dazju (Duty Drawback Scheme — “DDS”)

(a)   Bażi Ġuridika

(61)

Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DDS tinsab fir-Regoli ta' restituzzjoni tad-Dazji tad-Dwana u tas-Sisa Ċentrali 1995 kif emendati b'notifiki suċċessivi.

(b)   Eliġibilità

(62)

Kull produttur esportatur jew negozjant esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(63)

Esportatur eliġibbli jista' japplika għal ammont ta' rifużjoni li jiġi kkalkulat bħala perċentwal tal-valur FOB tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Ir-rati ta' rifużjoni ġew stabbiliti mill-GTI għal numru ta' prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Huma jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-kwantità jew il-valur medji tal-materjali użati bħala inputs fil-manifattura ta' prodott u l-ammont medju tad-dazji mħallsa fuq l-inputs. Huma jiġu applikati irrispettivament minn jekk id-dazji tal-importazzjoni jkunux effettivament tħallsu jew le. Ir-rata tad-DDS għall-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza kienet ta' 4 % tal-valur FOB.

(64)

Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija ikollha bilfors tesporta. Fil-mument meta d-dettalji tal-konsenja jiddaħħlu fis-Server Doganali (ICEGATE), jiġi indikat li l-esportazzjoni tkun qed issir taħt id-DDS u l-ammont DDS jiġi ffissat b'mod irrevokabbi. Wara li l-kumpanija tal-konsenja tkun ippreżentat il-Manifest Ġenerali tal-Esportazzjoni (EGM) u l-uffiċċju tad-Dwana jkun qabbel b'mod sodisfaċenti dak id-dokument mad-dejta fil-polza tal-konsenja, ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha sabiex jiġi awtorizzat il-ħlas tal-ammont ta' rifużjoni jew permezz ta' ħlas dirett fil-kont bankarju tal-esportatur jew permezz ta' draft.

(65)

L-esportatur għandu jipproduċi wkoll evidenza ta' realizzazzjoni tar-rikavat mill-esportazzjoni permezz ta' Ċertifikat ta' Realizzazzjoni Bankarja (BRC). Dan id-dokument jista' jiġi pprovdut wara li jkun tħallas l-ammont ta' rifużjoni iżda l-GTI jirkupra l-ammont imħallas jekk l-esportatur jonqos milli jissottometti l-BRC fi żmien stabbilit.

(66)

L-ammont ta' rifużjoni jista' jintuża għal kwalunkwe għan.

(67)

Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazji jista' jitniżżel fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, mat-twettiq tal-obbligu ta' esportazzjoni.

(68)

Il-produttur esportatur Indjan li kkoopera nstab li kien qiegħed juża d-DDS matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza wara tar-rilaxx mid-depost (de-bonding) mill-EOUS.

(d)   Konklużjoni dwar id-DDS

(69)

Id-DDS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Ammont ta' rifużjoni ta' dazju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI peress li jieħu l-forma ta' trasferiment dirett ta' fondi mill-GTI. Barra minn hekk, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazji jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

(70)

Barra dan, id-DDS tiddependi legalment fuq il-prestazzjoni fl-esportazzjoni, u għalhekk titqies bħala speċifika u kumpensabbli skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament bażiku.

(71)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji jew sistema sostituta ta' rifużjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I, il-punt (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni ta' sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku.

(72)

Ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas eċċessiv ta' dazji tal-importazzjoni fis-sens tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tad-DDS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċement jesporta prodotti mingħajr ma juri li kien importa xi materjal ta' input. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw ebda prodott li jista' jkun użat bħala input, jibqgħu intitolati li jibbenefikaw mid-DDS.

(73)

Dan huwa kkonfermat miċ-ċirkulari tal-GTI Nru 24/2001 li tgħid b'mod ċar li “[ir-rati ta' rifużjoni tad-dazju] ma għandhom l-ebda relazzjoni mal-mudell attwali tal-konsum tal-inputs u l-inċidenza attwali sofruta fuq l-inputs ta' esportatur partikolari jew konsenji individwali […]” u tordna lill-awtoritajiet reġjonali li “ma għandha ssir l-ebda insistenza fuq l-evidenza tad-dazji attwali sofruti fuq in-natura importata jew indiġena tal-inputs […] mill-formazzjonijiet tal-kamp flimkien mat-[talba ta' rifużjoni] imressqa mill-esportaturi”.

(74)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li d-DDS hija kumpensabbli.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(75)

Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidji kumpensabbli ġie kkalkulat f'termini tal-benefiċċju mogħti lil min jirċevihom, li nstab li kien jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni. F'dan ir-rigward, il-benefiċċju tqies li jkun ingħata lill-benefiċjarju fil-mument meta ssir tranżazzjoni tal-esportazzjoni skont din l-iskema. F'dan il-mument il-GTI jkun obbligat li jħallas l-ammont ta' rifużjoni, xi ħaġa li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, fost ħwejjeġ oħra, l-ammont ta' rifużjoni li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta' esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa meqjus xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi valutat bħala t-total tal-ammonti ta' rifużjoni miksuba fuq it-tranżazzjonijiet ta' esportazzjoni li jkunu saru taħt din l-iskema matul il-PIR.

(76)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta' sussidju ġew allokati fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(77)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur Indjani li kkoopera tammonta għal 0,6 %.

12.   Skema ta' Fokus fuq is-Suq (Focus Market Scheme — “FMS”)

(a)   Bażi Ġuridika

(78)

Deskrizzjoni fid-dettal tal-FPS tinsab fit-taqsima 3.14 tal-FTP 09-14 u t-taqsima 3.8 tal-HOP I 09-14.

(b)   Riżultati

(79)

Instab li l-produttur esportatur li kkoopera ma kiseb l-ebda benefiċċji taħt l-FMS matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f'din l-investigazzjoni.

13.   Ċertifikat tal-Inċentivi għad-Detenturi tal-Istatus (Status Holder Incentive Scrip — “SHIS”)

(a)   Bażi Ġuridika

(80)

Deskrizzjoni fid-dettal tal-iskema tinsab fit-taqsima 3.16 tal-FTP 09-14 u t-taqsima 3.10 tal-HOP I 09-14.

(b)   Riżultati

(81)

Instab li l-produttur esportatur li kkoopera ma kiseb l-ebda benefiċċji taħt is-SHIS matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f'din l-investigazzjoni.

14.   Injezzjoni ta' kapital

(82)

Instab li l-produttur esportatur li kkopera ma kienx ibbenefika minn injezzjonijiet ta' kapital mill-GTI jew mill-gvernijiet reġjonali. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f'din l-investigazzjoni.

15.   Skemi reġjonali tal-Gvern ta' Gujarat (“GTG”)

(83)

Ġie kkonfermat li l-produttur esportatur li kkoopera ma għandux kumpaniji relatati jew faċilitajiet ta' produzzjoni fl-Istat ta' Gujarat. Għalhekk ma kienx meħtieġ li jiġu analizzati ulterjorment l-iskemi reġjonali tal-GTG.

16.   Ammont ta' sussidji kumpensabbli

(84)

L-ammont ta' sussidji kumpensabbli ddeterminat fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-produttur investigat li jesporta, huwa ta' 3,1 %.

Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd

Skema

%

EOUS (*)

1,4

DEPBS (*)

xejn

EPCGS (*)

xejn

ITES

xejn

AAS (*)

xejn

PSI (Skema reġjonali ta' Maharashtra)

1,1

ECS (*)

xejn

FPS (*)

xejn

DFIA (*)

xejn

DDS (*)

0,6

FMS (*)

xejn

SHIS (*)

xejn

Injezzjoni ta' kapital

xejn

Skemi reġjonali ta' Gujarat

xejn

AMMONT TOTALI

3,1

(85)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-produttur esportatur li kkoopera kien responsabbli għal proporzjon maġġuri tal-esportazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-Indja lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. Ma kien disponibbli l-ebda tagħrif li juri li l-livell ta' sussidjar ta' produtturi esportaturi oħra li jistgħu jeżistu ikun f'livell aktar baxx.

17.   Il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tas-sussidjar

(86)

Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ tkunx probabbli li twassal għal kontinwazzjoni tas-sussidjar.

(87)

Ġie stabbilit li għalkemm il-marġni tas-sussidju li ġie skopert matul l-investigazzjoni dwar rieżami ta' skadenza ta' skadenza huwa aktar baxx minn dak stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta' skadenza ta' skadenza preċedenti, l-esportatur Indjan li kkoopera tal-prodott ikkonċernat baqa' jibbenefika minn sussidju kumpensabbli mogħti mill-awtoritajiet Indjani. M'hemm l-ebda indikazzjoni li d-DDS — il-programm prinċipali użat attwalment mill-kumpanija wara r-rilaxx mid-depost mill-EOUS se jiġi gradwalment eliminat fil-futur prevedibbli. Taħt dawn il-kundizzjonijiet, huwa ċar li l-esportatur tal-prodott ikkonċernat ukoll se jkompli jirċievi s-sussidji kumpensabbli fil-ġejjieni.

D.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DANNU

1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(88)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza, il-prodott simili kien immanifatturat fl-Unjoni minn produttur wieħed tal-Unjoni li għalhekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u jikkostitwixxi l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

2.   Il-konsum tal-Unjoni

(89)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta':

il-volumi tal-bejgħ tal-prodott simili mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni,

il-volumi ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku (il-livell TARIC) fis-suq tal-Unjoni kif irrappurtati mill-Eurostat.

(90)

Fid-dawl tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn produttur wieħed biss u li hemm produttur esportatur mill-Istati Uniti wieħed biss, sabiex tkun rispettata l-informazzjoni kunfidenzjali dwar il-kummerċ, huwa meħtieġ li l-informazzjoni tiġi ppreżentata fit-tabelli hawn taħt f'forma indiċjata.

Tabella 1

Konsum fis-suq tal-Unjoni

Volum (indiċi)

2010

2011

2012

PIR

Konsum tal-Unjoni (2010 = 100)

100

106

106

114

Sors: Eurostat u tweġibiet tal-kwestjonarji

(91)

L-investigazzjoni wriet li s-suq għal aċidu sulfaniliku gradwalment espanda matul il-perjodu kkunsidrat u kiber b'14 % sal-aħħar tal-PIR.

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(a)   Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem tas-suq

Tabella 2

Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

Volum tal-importazzjoni (indiċi)

2010

2011

2012

PIR

L-Indja

100

422

187

52

Sors: Eurostat


Tabella 2a

Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

Volum tal-importazzjoni (medda) (15)

2010

2011

2012

PIR

L-Indja

50-200

250-550

100-250

10-80

Sors: Eurostat


Tabella 3

Sehem mis-suq tal-pajjiż ikkonċernat

Sehem mis-suq (indiċi)

2010

2011

2012

PIR

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja

100

397

177

46

(92)

Il-volum tal-importazzjonijiet li joriġina mill-Indja naqas b'48 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem tas-suq tiegħu naqas b'54 % matul l-istess perjodu.

(b)   Prezzijiet tal-importazzjoni

Tabella 4

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-pajjiż ikkonċernat

 

2010

2011

2012

PIR

Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Indja indiċi (2010 = 100)

100

79

84

92

Sors: Eurostat


Tabella 4 a

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-pajjiż ikkonċernat

 

2010

2011

2012

PIR

Il-press tal-importazzjonijiet mill-Indja, meded

1 200 -1 800

1 000 -1 400

1 100 -1 500

1 300 -1 700

Sors: Eurostat

(93)

Il-prezz medju tal-prodott ikkonċernat mill-Indja naqas fl-2011 b'21 % u minn dak iż-żmien żdied gradwalment iżda xorta baqa' taħt il-livell tal-prezzijiet tal-2010 bi 8 %.

(c)   Livell tat-twaqqigħ tal-prezz

(94)

L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet mitluba mill-uniku produttur esportatur Indjan li kkoopera ma kinux qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-produttur tal-Unjoni. Sabiex tkun rispettata informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, ir-riżultat eżatt ma jistax jiġi żvelat iżda rriżulta li t-twaqqigħ kien ta' bejn – 20 % u – 40 %.

(95)

Wara l-iżvelar u l-kummenti magħmula mill-produttur tal-Unjoni l-Kummissjoni ntalbet biex tikkalkula t-twaqqigħ tal-prezz possibbli għall-bqija tal-importazzjonijiet Indjani abbażi tad-dejta tal-Eurostat. Skont din id-dejta, ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezz fir-rigward ta' dawk l-importazzjonijiet u għalhekk is-sejbiet li saru fil-premessa (94) hawn fuq jistgħu jiġu kkonfermati.

4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(96)

Bl-eċċezzjoni ta' tliet tranżazzjonijiet negliġibbli (fl-2010 u fl-2011 mill-Isvizzera u waħda fl-2012 mill-Malasja), l-importazzjonijiet kollha ta' aċidu sulfaniliku minn pajjiżi terzi oħra ġiet mir-RPĊ u mill-Istati Uniti tal-Amerika matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 5

Importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku minn pajjiżi terzi oħra

 

2010

2011

2012

PIR

Volum ta' importazzjoni mill-Istati Uniti (indiċi)

100

267

253

299

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti (indiċi)

100

180

171

188

Prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti (indiċi)

100

95

101

102

Volum ta' importazzjoni miċ-Ċina (indiċi)

100

77

14

1

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (indiċi)

100

73

13

1

Prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

100

92

104

164

Sors: Eurostat

(97)

Il-volumi ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mir-RPĊ naqsu b' 99 % bejn l-2010 u l-perijodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza u s-sehem mis-suq tagħhom naqas ukoll b'99 % fl-istess perjodu.

(98)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mir-RPĊ naqas kemxejn fl-2011 bi 8 % u sussegwentement wera xejra li jiżdied, b'żieda qawwija ħafna ta' 64 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza.

(99)

Kemm il-volum kif ukoll is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti ta' aċidu sulfaniliku żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, b'199 % u bi 88 % rispettivament. Peress li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' relattivament stabbli matul l-istess perjodu, kienu l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti li okkupaw is-suq li tbattal mill-esportaturi Ċiniżi u Indjani.

(100)

Il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u kienu fl-istess firxa bħal dawk tal-produttur tal-Unjoni. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza ma kienx hemm twaqqigħ tal-prezz ikkawżat mill-importazzjonijiet mill-Istati Uniti.

5.   Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(101)

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-probabilità ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza tad-dannu kien jinkludi valutazzjoni tal-fatturi ekonomiċi kollha li jinfluwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(102)

Sabiex tkun rispettata informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, kien neċessarju li tkun ippreżentata l-informazzjoni li tikkonċerna l-uniku produttur tal-Unjoni f'forma indiċjata.

5.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

 

2010

2011

2012

PIR

Produzzjoni f'tunnellati (indiċi)

100

87

99

107

Kapaċità f'tunnellati (indiċi)

100

100

100

100

Rata ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità (indiċi)

100

87

99

107

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju

(103)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet 7 % ogħla fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza mil-livell irreġistrat fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni baqgħet l-istess matul il-perjodu kkunsidrat u għalhekk ir-rata ta' utilizzazzjoni ta' kapaċità iċċaqilqet bl-istess mod bħall-produzzjoni jiġifieri żdiedet b'7 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza.

(104)

Għandu jiġi nnotat li l-industrija tal-Unjoni żammet livell sodisfaċenti ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità matul il-perjodu kkunsidrat bl-eċċezzjoni tal-2011 u rnexxielha tilħaq livell ottimali matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza.

(105)

Wara l-iżvelar, l-industrija tal-Unjoni allegat li matul il-perjodu kkunsidrat hija kienet laħqet livelli ottimali ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità biss fil-PIR li turi li l-irkupru tagħha għadu riċenti ħafna u fraġli.

(106)

Dan il-kumment fl-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ma jbiddilx il-konklużjonijiet tal-premessa (104) hawn fuq li ma jikkontradixxu bl-ebda mod il-kummenti tal-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Stokk tal-għeluq

Tabella 7

Stokk tal-għeluq bħala volum

 

2010

2011

2012

PIR

Stokkijiet tal-għeluq f'tunnellati (indiċi)

100

576

328

171

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju

(107)

Il-livelli tal-istokk ta' tmiem is-sena tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b'mod qawwi fl-2011 b'xejra 'l isfel sussegwentement, iżda xorta baqgħu 71 % ogħla mill-livell tal-2010 fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. Fi kwalunkwe każ, abbażi tal-volum tal-produzzjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza, il-livell tal-istokk tal-għeluq jirrappreżenta inqas minn xahar wieħed ta' produzzjoni.

5.3.   Il-volumi ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

Tabella 8

Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

PIR

Il-volum tal-bejgħ f'tunnellati (indiċi)

100

70

97

104

Sehem mis-suq % (indiċi)

100

66

92

92

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju

(108)

Il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b'4 % meta mqabbel mal-livelli rreġistrati fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Kien hemm tnaqqis qawwi ħafna fl-2011 segwit minn żieda kostanti wara.

(109)

Fejn jidħol is-sehem mis-suq, il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tista' titqies li kienet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat bl-eċċezzjoni tal-2011 meta, bl-istess mod bħat-tnaqqis fil-bejgħ, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas ukoll. Fis-snin ta' wara s-sehem mill-bejgħ u mis-suq wera xejra lejn żieda. Anki jekk is-sehem mis-suq tal-produttur tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza baqa' kemm kemm taħt il-livell tal-2010, ta' min jinnota li l-industrija tal-Unjoni xorta rnexxielha jkollha sehem mit-tkabbir fil-konsum tal-Unjoni u żammet pożizzjoni dominanti fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(110)

Fis-sottomissjoni tagħha wara l-iżvelar l-industrija tal-Unjoni ddikjarat li s-sehem mis-suq tagħha huwa instabbli ħafna minħabba l-fatt li l-aċidu sulfaniliku huwa kommodità mbuttata mill-prezz u tat l-eżempju tal-2011 meta s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b'mod drammatiku.

(111)

F'dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li t-telf tas-sehem mis-suq esperjenzat fl-2011 ħabat ma' żieda fil-prezz mill-produttur tal-Unjoni, li kienet tmur kontra x-xejriet tas-suq f'dak iż-żmien. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kollha naqsu b'madwar 5 % għal 20 % fl-2011. Ta' min jinnota wkoll li d-dejta statistika disponibbli turi li kien prinċipalment l-importatur tal-Istati Uniti li okkupa s-sehem mis-suq li ntilef mill-industrija tal-Unjoni.

5.4.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

Tabella 9

Il-prezzijiet tal-bejgħ

 

2010

2011

2012

PIR

Prezzijiet medji tal-bejgħ EUR/tunnellata (indiċi)

100

109

108

112

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju

(112)

Il-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdiedu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat li kien dovut għat-trasferiment taż-żieda fil-kost tal-materja prima ewlenija (anilina).

5.5.   Impjiegi u produttività

Tabella 10

Impjiegi u produttività

 

2010

2011

2012

PIR

Impjiegi (indiċi)

100

100

117

117

Produttività tal-forza lavorattiva (indiċi)

100

88

85

91

Kost medju tal-forza lavorattiva (indiċi)

100

105

102

116

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju

(113)

L-impjieg f'ekwivalenti full time żdied matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza bi 17 %. Il-kosti medji tal-forza lavorattiva wrew xejra lejn żieda matul il-perjodu kkunsidrat u laħqu żieda ta' 16 % matul il-perijodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza meta mqabbla mal-2010. Peress li l-produzzjoni żdiedet biss b'7 % kif muri fil-premessa (103), il-produttività tax-xogħol naqset b'9 % fil-perjodu meqjus.

5.6.   Profittabbiltà

Tabella 11

Profittabbiltà

 

2010

2011

2012

PIR

Profittabilità (indiċi)

100

96

20

65

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju

(114)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili naqset matul il-perjodu kkunsidrat u kienet kemxejn taħt il-livell ottimali kif allegat mill-industrija tal-Unjoni, madankollu huwa importanti li wieħed jinnota li baqgħet pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat.

(115)

It-tnaqqis fil-profittabbiltà huwa prinċipalment dovut għaż-żieda fil-kost medju ta' produzzjoni li żdied b'20 % bejn l-2010 u l-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza u li ma setax jiġi kkumpensat għal kollox biż-żieda ta' 12 % fil-prezzijiet tal-bejgħ kif indikat fil-premessa (112).

5.7.   Investimenti, redditu fuq l-investimenti u likwidità

Tabella 12

Investimenti, redditu fuq l-investimenti u likwidità

 

2010

2011

2012

PIR

Investmenti (indiċi)

100

133

57

Redditu fuq l-investimenti (indiċi)

100

86

30

103

Likwidità (indiċi)

100

116

68

82

(116)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tinvesti fl-2010. Sussegwentement, l-investimenti fin-negozju tal-aċidu sulfaniliku naqsu bi 43 % mill-2011 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza u l-ammont tagħhom f'termini assoluti jista' jitqies bħala baxx, relatat prinċipalment mal-attività ta' manutenzjoni. Dawn is-sejbiet huma konsistenti mar-redditu fuq l-investimenti u l-profittabbiltà baxxa li kien hemm matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza.

(117)

Ir-redditu fuq l-investiment segwa mill-qrib ix-xejra tal-profittabbiltà fl-2011 u fl-2012. Fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza r-redditu fuq l-investiment żdied u laħaq l-istess livell tal-2010 minħabba ż-żieda fil-profitabilità mill-2012 sal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza.

(118)

Il-likwidità kellha xejra fluttwanti iżda baqgħet pożittiva matul il-perjodu kunsidrat. Fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza il-likwidità naqset bi 18 % meta mqabbla mal-livell tal-2010. L-industrija tal-Unjoni ma rrappurtat l-ebda diffikultajiet biex tiġbor il-kapital matul il-perjodu kkunsidrat.

5.8.   Id-daqs tal-marġni tas-sussidju attwali u l-irkupru mis-sussidju ta' qabel

(119)

Kif ġie konkluż fil-premessa (84), il-marġni tas-sussidju misjub matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza ma kienx sostanzjali għalkemm kien għadu ogħla mil-livell de minimis.

(120)

Meta jitqiesu ż-żieda fil-volum tal-bejgħ, fil-prezzijiet u fir-rata ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, jista' jiġi konkluż li l-miżuri kienu suċċess, u li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-effetti ta' sussidjar preċedenti matul il-perjodu kkunsidrat. Ġie osservat ċertu tnaqqis f'xi indikaturi ta' dannu bħalma huma l-profittabbiltà u s-sehem mis-suq matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza, madankollu dan ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat minħabba l-livell tassew baxx tagħhom matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. Fi kwalunkwe każ, l-indikaturi tad-dannu li żviluppaw b'mod negattiv għadhom jindikaw sitwazzjoni sostenibbli għall-industrija tal-Unjoni.

6.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(121)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja niżlu għal livell baxx ħafna. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' pjuttost stabbli u l-volumi mitlufa mill-pajjiż ikkonċernat ittieħdu minn importazzjonijiet mill-Istati Uniti f'livell ta' prezz simili għal dik tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-volumi ta' bejgħ tagħha, il-prezzijiet medji tal-bejgħ u li tikseb rati ta' utilizzazzjoni ta' kapaċità kważi ottimali.

(122)

It-tnaqqis moderat fis-sehem mis-suq u fil-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet Indjani kif spjegat fil-premessa (120).

(123)

Qiegħed jiġi għalhekk konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbet l-ebda dannu materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza.

(124)

Għalkemm l-industrija tal-Unjoni għamlet xi osservazzjonijiet dwar l-analiżi tad-dannu u dawn ġew indirizzati hawn fuq fil-premessi (95), (105)-(106) u (110)-(111), hija qablet mal-konklużjoni ġenerali dwar in-nuqqas ta' dannu materjali b'mod partikolari matul il-PIR.

7.   Il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu

(125)

Għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu huwa importanti li jiġi indikat li taħt l-utilizzazzjoni ottimali tal-kapaċità — li nkisbet matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza — l-industrija tal-Unjoni mhix kapaċi tissodisfa l-konsum kollu tal-Unjoni u konsegwentement parti sinifikanti tal-konsum tal-Unjoni jeħtieġ li jkun kopert minn importazzjonijiet.

(126)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni tipproduċi biss aċidu sulfaniliku purifikat, li jfisser li l-utenti li jippreferu jużaw aċidu sulfaniliku tekniku għall-produzzjoni tagħhom ikollhom jirrikorru għall-importazzjonijiet.

(127)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni kellha sehem stabbli mis-suq b'bejgħ fuq perjodu twil lil numru ta' klijenti. L-investigazzjoni żvelat li għal xi utenti l-fornituri tal-aċidu sulfaniliku jeħtiġilhom jgħaddu minn proċess ta' ċertifikazzjoni/verifika strett u li jiswa' ħafna flus, u b'hekk il-bidla minn fornitur għal ieħor issir aktar diffiċli.

(128)

Huwa f'dan il-kuntest li l-impatt potenzjali tal-importazzjonijiet Indjani fuq is-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni kien analizzat skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku sabiex tkun valutata l-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(129)

Kif ġie konkluż hawn fuq fil-premessi (84)-(85) u (87) l-aċidu sulfaniliku importat mill-Indja għadu qiegħed jibbenefika u x'aktarx li jibbenefika fil-futur minn sussidjar.

(130)

Fl-istess ħin ir-riżultati tal-investigazzjoni jindikaw li l-preżenza ta' importazzjonijiet sussidjati mill-Indja mhix se twassal għal rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Dan ir-raġunament huwa bbażat fuq l-analiżi tal-fatturi li ġejjin:

kapaċità żejda fl-Indja,

l-imġiba tal-prezzijiet tal-esportaturi Indjani,

l-impatt tal-livell tas-sussidjar fuq il-prezzijiet,

it-taħlita Indjana tal-prodott.

(a)   il-kapaċità żejda fl-Indja

(131)

L-investigazzjoni ma żvelatx l-eżistenza ta' xi kapaċità żejda sinifikanti fl-Indja.

(132)

L-industrija tal-Unjoni kkontestat din il-konklużjoni billi ssostniet b'mod partikolari li probabbilment se jkun hemm żieda fil-kapaċità żejda Indjana bħala riżultat tal-preżenza dejjem tiżdied ta' prodotti Ċiniżi fis-suq Indjan u li għalhekk l-inċentiv għall-esportazzjoni se jkompli jiżdied.

(133)

F'dan ir-rigward il-Kummissjoni tinnota li l-akbar produttur u esportatur Indjan magħruf tal-aċidu sulfaniliku abbanduna l-istatus tiegħu ta' Unità Orjentata lejn l-Esportazzjoni (EOU) fl-2013 kif deskritt fil-premessa (39) peress li l-kumpanija kienet qed tippjana żżid il-bejgħ tagħha fis-suq domestiku tagħha. Dan il-bejgħ kien limitat b'mod serju bil-kundizzjonijiet tal-iskema EOU. Il-kumpanija kkonfermat li hija ma pperċepietx pressjoni mill-kompetituri Ċinizi u li, fil-valutazzjoni tagħha, is-suq Indjan kellu prospetti tajba ta' żvilupp. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jassumi li l-kapaċita żejda preżenti jew futura tal-produtturi Indjani tiġi devjata lejn l-Unjoni minħabba l-allegata pressjoni Ċiniża fis-suq Indjan.

(b)   l-imġiba tal-prezzijiet tal-esportaturi Indjani

(134)

Għar-rigward tal-imġiba tal-prezzijiet tal-esportaturi Indjani, instab fil-premessa (94) u (95) hawn fuq li l-produttur esportatur li kkoopera, iżda wkoll esportaturi Indjani oħra, kienu qed ibigħu bi prezzijiet li ma jwaqqgħux il-livelli ta' prezzijiet tal-Unjoni matul il-PIR.

(135)

L-industrija tal-Unjoni allegat li l-prezzijiet tal-esportazzjoni ta' Kokan kienu bbażati fuq impenn fuq il-prezz u għalhekk ma kinux rappreżentattivi tal-produtturi esportaturi Indjani l-oħrajn. Il-Kummissjoni tinnota li tul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet ta' Kokan kienu sostanzjalment ogħla mill-prezz minimu ta' importazzjoni (“PMI”) stabbilit mill-impenn. Fir-rigward tal-esportaturi Indjani l-oħra, il-prezzijiet medji tagħhom tal-esportazzjoni kif irrapportat mill-Eurostat kienu saħansitra ogħla matul il-PIR. Dan ifisser li l-prezzijiet tal-esportaturi Indjani inkluż Kokan kienu pjuttost ibbażati fuq is-sitwazzjoni tas-suq aktar milli fuq l-impenn fuq il-prezz.

(136)

L-industrija tal-Unjoni indikat ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat minkejja żieda ta' aktar minn 40 % fil-prezzijiet tal-materja prima ewlenija (benżina) fl-istess perjodu. L-investigazzjoni wriet li l-livell relattivament għoli tal-prezz għall-aċidu sulfaniliku fis-suq tal-Unjoni joħloq skop għal tnaqqis fil-prezz minkejja żieda fil-kost tal-materja prima ewlenija. Minkejja l-importanza tagħha bħala element tal-kost, il-benżen waħedha ma tistax tispjega l-evoluzzjoni tal-kosti u l-prezzijiet tal-prodott li qed jiġi investigat. Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Indja lejn l-Unjoni ma kinux eċċezzjonalment baxxi peress li dawn kienu simili għall-prezzijiet Indjani tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li kienu saru fi kwantitajiet konsiderevoli. Għalhekk, ix-xejriet tal-prezzijiet tal-prodott aħħari (l-aċidu sulfaniliku) u tal-materja prima prinċipali (il-benżen) li tqajmu mill-industrija tal-Unjoni ma nstabux li kienu kontradittorji.

(137)

Fl-aħħar nett, l-industrija tal-Unjoni qajmet il-punt li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Indjani lejn pajjiżi terzi, jiġifieri t-Turkija, kienu aktar baxxi minn dawk lejn l-UE. Il-Kummissjoni tinnota li d-dejta miġbura minn Kokan uriet li l-prezzijiet tagħha għat-Turkija kienu wkoll ogħla mill-PMI u li dawn ma kinux qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-volumi tal-esportazzjoni ta' Kokan lejn it-Turkija kienu fl-istess firxa bħal dawk li fuqhom ibbażat l-allegazzjoni tagħha l-industrija tal-Unjoni, għaldaqstant, is-sejbiet fir-rigward ta' Kokan huma validi fejn jidħlu l-esportazzjonijiet kollha Indjani lejn it-Turkija. Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, l-informazzjoni disponibbli ma ssostnix l-allegazzjoni ta' mġiba differenti tal-esportaturi Indjani fejn jidħlu l-prezzijiet għal pajjiżi terzi fil-konfront ta' dawk għall-UE.

(c)   l-impatt tal-livell tas-sussidjar fuq il-prezzijiet

(138)

Kif indikat fil-premessa (84) ta' hawn fuq, il-marġni tas-sussidju li nstab li kien hemm matul il-PIR għall-produttur Indjan li kkoopera jammonta għal 3,1 %. Dan juri xejra kontinwa 'l isfel fis-sussidjar osservat mindu kienu ġew imposti l-miżuri kumpensatorji oriġinali fl-2002.

(139)

Dan it-tnaqqis mhuwiex sempliċiment marbut mas-sitwazzjoni ta' din il-kumpanija individwali iżda ma' bidliet sistemiċi fl-iskemi ta' sussidju Indjani. Kif spjegat fil-parti C ta' dan ir-Regolament xi skemi ġew abbandunati mill-GTI u l-biċċa l-kbira tal-oħrajn ġew imċekkna fejn jidħlu l-benefiċċji lill-kumpaniji. Huwa biss fil-każ ta' skema waħda partikulari investigata, jiġifieri d-DDS, li l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-proċeduri amministrattivi ġew illaxkati. Bħala riżultat, Kokan immedjatament qalbet għal din l-iskema. Madankollu, l-użu tad-DDS jeskludi l-użu tal-biċċa l-kbira tal-iskemi l-oħra (EOU, AAS, FPS, DFIA u FMS). Fil-każ tal-prodott ikkonċernat, l-iskema tad-DDS għandha livell massimu ċar ta' sussidjar: fil-PIR 4 % tal-valur FOB tal-esportazzjonijiet, u wara tnaqqset ukoll ulterjorment għal 3 %. Minkejja dan il-limitu fuq il-livell ta' sussidju, jista' jkun mistenni li produtturi oħra jew ikunu diġà qalbu għal din l-iskema minħabba piż amministrattiv baxx, jew inkella jkunu qed jaħsbuha.

(140)

Il-Kummissjoni diġà osservat xejra bħal din f'diversi investigazzjonijiet oħra kontra s-sussidju fl-Indja matul l-aħħar sentejn (2) (16). Għaldaqstant jista' jiġi konkluż li s-sejbiet fir-rigward ta' Kokan, kif deskritt fil-premessa (139) hawn fuq, jistgħu jiġu estrapolati għall-bqija tal-produtturi Indjani tal-aċidu sulfaniliku.

(141)

F'kunsiderazzjoni tal-livelli fuq imsemmi ta' sussidju (tbassir ta' madwar 3 % b'DDS bħala skema prinċipali) u l-livell kurrenti tal-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Indja, li diġà jinkludu sussidji, qed tinġibed il-konklużjoni li dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni ma jwaqqgħux il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni anke jekk il-miżuri kumpensatorji fuq l-Indja kellhom jitneħħew. Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-esportazzjonijiet mill-Indja, anki jekk issussidjati, mhux se jkunu ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(d)   taħlita tal-prodotti

(142)

Il-produttur Indjan li kkoopera (li jirrappreżenta sehem sinifikanti tal-importazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni) kien prinċipalment qed ibigħ il-grad tekniku tal-aċidu sulfaniliku fejn kien qed jikkompeti primarjament ma' importazzjonijiet Amerikani u Ċiniżi peress li l-industrija tal-Unjoni ma tipproduċix grad tekniku ta' aċidu sulfaniliku. Barra minn hekk, bażikament l-esportazzjonijeit kollha ta' Kokan ta' aċidu sulfaniliku lejn it-Turkija, li kienu ta' kwantitajiet sinifikanti, kienu ta' grad tekniku.

(143)

L-industrija tal-Unjoni allegat li kien hemm ħafna tirkib fl-użu ta' grad tekniku u purifikat tal-aċidu sulfaniliku u li għaldaqstant hemm kompetizzjoni sostanzjali bejn iż-żewġ gradi.

(144)

Għalkemm mhux kontestat li ż-żewġ gradi jitqiesu li huma prodott wieħed, huwa importanti li wieħed jinnota li l-investigazzjoni kkonfermat li f'termini prattiċi l-interkambjabbiltà hija limitata. B'mod partikolari l-utenti li jeħtieġu jew jippreferu l-aċidu sulfaniliku fit-teorija jistgħu jużaw grad purifikat, iżda minħabba d-differenza sostanzjali fil-prezz (20 % — 25 %) din mhix soluzzjoni ekonomikament vjabbli. Għalhekk, qed jiġi sostnut li l-bejgħ tal-produtturi Indjani fejn jidħol il-grad tekniku tal-aċidu sulfaniliku jikkompeti prinċipalment ma' prodotti Ċiniżi u dawk tal-Istati Uniti.

8.   Konklużjoni dwar ir-rikorrenza tad-dannu

(145)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni kif spjegat fil-premessa ta' hawn fuq, qed tinġibed il-konklużjoni li t-tħassir tal-miżuri kumpensatorji kontra l-Indja mhix probabbli li jirriżulta f'rikorrenza tad-dannu fuq medda qasira u medja ta' żmien.

E.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(146)

Billi ġie konkluż li ma hemmx probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu, ma kienx neċessarju li jiġi ddeterminat l-interess tal-Unjoni.

F.   IT-TERMINAZZJONI TAL-MIŻURI KUMPENSATORJI

(147)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ikun meqjus xieraq li l-miżuri kumpensatorji eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-Indja jiġu mħassra. Il-partijiet interessati ġew mogħtija wkoll il-possibbiltà li jressqu kummenti sussegwenti għal dik id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq.

(148)

Minn dan ta' hawn fuq isegwi li, kif ipprovdut bl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-miżuri kumpensatorji applikabbli għall-aċidu sulfaniliku li joriġinaw fl-Indja għandhom jitħassru. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenn attwalment fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku minn Kokan għandu wkoll jitħassar.

(149)

Meta wieħed jikkunsidra li l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni huwa riċenti, il-Kummissjoni, wara talba mill-produttur tal-Unjoni, se żżomm għajnejha fuq l-importazzjonijiet tal-produttur ikkonċernat. Is-sorveljanza ser tkun limitata għal sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(150)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament bażiku ma tax opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2921 42 00 (kodiċi TARIC 2921420060) li joriġina mill-Indja huwa b'dan imħassar u l-proċedimenti li jikkonċernaw dawn l-importazzjonijiet huma mitmuma.

2.   Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE li taċċetta l-impenn attwalment fis-seħħ rigward l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku minn Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd. (l-Indja) hija b'dan imħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2002 tat-22 ta' Lulju 2002 li jimponi dazju kumpensatorju definittivi u għal ġbir definittiv tad-dazju kompensatorju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġina mill-Indja (ĠU L 196, 25.7.2002, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2002 tat-22 ta' Lulju 2002 li jimponi dazju ta' anti-dumping u ġbir definittiv ta' dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' aċtu sulphanilic u joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Indja (ĠU L 196, 25.7.2002, p. 11).

(4)  Commission Decision of 12 July 2002 accepting an undertaking offered in connection with the anti-dumping and anti-subsidy proceedings concerning imports of sulphanilic acid originating in India (ma jeżistix bil-Malti) (ĠU L 196, 25.7.2002, p. 36).

(5)  Commission Decision of 17 March 2004 repealing Decision 2002/611/EC accepting an undertaking offered in connection with the anti-dumping and anti-subsidy proceedings concerning imports of sulphanilic acid originating in India (ma jeżistix bil-Malti) (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 29).

(6)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2005 li taċċetta impenn offrut li għandu x'jaqsam mal-proċeduri anti-dumping u kontra s-sussidju li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulfaniliku li joriġina mill-Indja (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 52).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 123/2006 tat- 23 ta' Jannar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2002 li jimponi dazju definittiv ta' kontrobilanċ fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2002 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw, inter alia, mill-Indja (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 5).

(8)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1000/2008 tat- 13 ta' Ottubru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja wara investigazzjoni għar-reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 275, 16.10.2008, p. 1).

(9)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2008 tat- 13 ta' Ottubru 2008 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw fl-Indja wara reviżjoni ta' skadenza konformement mal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 u reviżjoni interim parzjali konformement mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1000/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja wara reviżjoni ta' skadenza konformement mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 276, 17.10.2008, p. 3).

(10)  ĠU C 28, 30.1.2013, p. 12.

(11)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal- 11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93).

(12)  ĠU C 300, 16.10.2013, p. 5.

(13)  ĠU C 300, 16.10.2013, p. 14.

(14)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(*)  Is-sussidji mmarkati b'asterisk huma sussidji tal-esportazzjoni

(15)  Wara l-iżvelar il-produttur tal-Unjoni talab li l-volumi tal-importazzjoni u l-valuri tal-aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi kkonċernati jkun disponibbli wkoll fuq meded, peress li abbażi taċ-ċifri indiċizzati kien diffiċli li jiġi evalwat l-iżvilupp reali (f'termini assoluti) taċ-ċifri u biex jinftiehmu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwarhom.

(16)  Eżempju: Wajer tal-azzar li ma jissaddadx (ĠU L 240, 7.9.2103), PET fim (ĠU L 137, 23.5.2013).