17.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 360/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1335/2014
tas-16 ta' Diċembru 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabilixxi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tariffarji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 (2) jipprovdi għal emendi fil-kodiċijiet tan-NM għal prodotti tal-ħalib tal-Kapitolu 4 b'effett mill-1 ta' Jannar 2015. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3) jistabilixxi regoli dettaljati rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tariffarji. Biex jirrifletti l-emendi fil-kodiċijiet tan-NM għal prodotti tal-ħalib, hu meħtieġ li l-Annessi I, II u VIIa ta' dak ir-Regolament jiġu aġġornati. |
(3) |
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jirreferi għall-kodiċijiet tan-NM li huma mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2015. Barra minn hekk, l-Anness 3, li jirrigwarda l-konċessjonijiet għall-ġobnijiet, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli (4), approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5), jipprovdi għal-liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ bilaterali fil-ġobnijiet mill-2007. Għalhekk dik id-dispożizzjoni m'għadhiex tgħodd u għandha titħassar. |
(4) |
L-Artikolu 19a(1)(c) u (4)(c) li jirrigwarda l-Parti 3 tal-Anness VIIa tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u l-Artikolu 20(1)(a)(ii) li jirrigwarda l-Parti C tal-Anness II ta' dak ir-Regolament jikkonċernaw rispettivament kwota tariffarja tal-ġobon u importazzjonijiet preferenzjali skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika ta' Isfel, min-naħa l-oħra (6), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/441/KE (7). Dawn id-dispożizzjonijiet jirreferu għall-kodiċijiet tan-NM li huma mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2015. Peress li l-perjodu ta' kwota korrispondenti u l-perjodu tal-eliminazzjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni skadew, huwa xieraq li dawk id-dispożizzjonijiet jitħassru. |
(5) |
Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa mħassar; |
(2) |
Fl-Artikolu 19a, il-paragrafi 1(c) u 4(c) huma mħassrin; |
(3) |
Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 1(a)(ii) huwa mħassar; |
(4) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(5) |
l-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
l-Anness VIIa huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tariffarji (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).
(4) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(5) Id-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni rigward il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1).
(6) ĠU L 311, 4.12.1999, p. 3.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/441/KE tas-26 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti minnhom, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, fil-parti l-oħra (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 109).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti I.A hija sostitwita b'dan li ġej: “I.A KWOTI TARIFFARJI MHUX SPEĊIFIKATI MILL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI
|
(2) |
Parti I.I hija sostitwita b'dan li ġej: “I.I Kwoti tariffarji taħt l-Anness II tal-Ftehim mal-Iżlanda approvat bid-Deċiżjoni 2007/138/KE Kwota annwali mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju (Kwantità f'tunnellati)
|
(*) 1 kg ta' prodott = 1,22 kg butir
(1) Minkejja r-regoli tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies li għandha valur indikattiv biss, ladarba, fil-kuntest ta' dan l-Anness, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati kodiċijiet ex NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.
(2) Il-ġobnijiet imsemmija huma kkunsidrati bħala pproċessati meta jkunu ġew ipproċessati fi prodotti li jaqgħu fis-sottotitolu 0406 30 tan-Nomenklatura Magħquda. L-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 japplikaw.”
(**) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-arranġamenti preferenzjali ddeterminati, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn huma msemmija kodiċijiet ex NM, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.
(***) Il-kodiċijiet tan-NM huma soġġetti għat-tibdil, fl-istennija tal-konferma tal-klassifika tal-prodott”
ANNESS II
“II.B
ARRANĠAMENTI PREFERENZJALI GĦALL-IMPORTAZZJONI — IT-TURKIJA
Numru tas-serje |
Kodiċijiet tan-NM |
Deskrizzjoni (1) |
Pajjiż tal-oriġini |
Dazju tal-importazzjoni (EUR/100 kg piż nett mingħajr indikazzjoni ulterjuri) |
1 |
0406 90 29 |
Kashkaval |
It-Turkija |
67,19 |
2 |
0406 90 50 |
Ġobnijiet magħmula mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu f'kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż |
It-Turkija |
67,19 |
3 |
ex 0406 90 86 ex 0406 90 89 ex 0406 90 92 |
Tulum peyniri, magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu, f'imballaġġ individwali ta' inqas minn 10 kg tal-plastik jew ta' tip ieħor. |
It-Turkija |
67,19 |
(1) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati kodiċijiet ex NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.”
ANNESS III
“4.
KWOTI TARIFFARJI TAĦT IL-PROTOKOLL 1 TAD-DEĊIŻJONI Nru 1/98 TAL-KUNSILL TAL-ASSOĊJAZZJONI KE-TURKIJA
Numru tal-kwota |
Kodiċijiet tan-NM |
Deskrizzjoni (1) |
Pajjiż tal-oriġini |
Kwota annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru (f'tunnellati) |
Dazju tal-importazzjoni (EUR/100 kg piż nett) |
09.0243 |
0406 90 29 |
Kashkaval |
It-Turkija |
2 300 |
0 |
0406 90 50 |
Ġobon minn ħalib tan-nagħaġ jew minn ħalib tal-buflu f'kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken tal-ġilda tan-nagħaġ jew tal-ġilda tal-mogħoż |
||||
ex 0406 90 86 ex 0406 90 89 ex 0406 90 92 |
Tulum Peyniri, magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu, f'imballaġġ individwali ta' inqas minn 10 kg tal-plastik jew ta' tip ieħor. |
(1) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati kodiċijiet ex NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.”