5.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1295/2014

tal-4 ta' Diċembru 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli li jikkonċernaw il-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu ('il-lista'), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi eżaminata fuq bażi regolari, u mill-inqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu tal-inqas is-sorsi ta' informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta' inċidenti riċenti dwar l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi f'pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti trimestrali dwar kunsinni ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista trid tiġi emendata.

(4)

B'mod partikolari, il-lista trid tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-komoditajiet li l-informazzjoni disponibbli dwarhom tindika livell globalment sodisfaċenti ta' konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom ma tibqax ġustifikata żieda fil-kontrolli uffiċjali. L-entrati fil-lista li jikkonċernaw il-larinġ mill-Eġittu u l-weraq tal-kosbor, il-ħabaq u n-nagħniegħ mit-Tajlandja għandhom għalhekk jitħassru.

(5)

Barra minn hekk, il-lista trid tiġi emendata billi tiżdied il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali fuq il-komoditajiet li għalihom l-istess sorsi ta' informazzjoni juru livell ogħla ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, li b'hekk jiġġustifika ż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. L-entrati fil-lista li jikkonċernaw il-ħwawar imnixxfin mill-Indja, il-weraq tal-betel mill-Indja u mit-Tajlandja u l-weraq tad-dwieli mit-Turkija, għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(6)

Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


ANNESS

“ANNESS I

Għalf u ikel mhux ta' oriġini mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat

Għalf u ikel

(użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Sottodiviżjoni TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

(Ikel)

0806 20

 

L-Afganistan (AF)

Okratossina A

50

—

Karawett, bil-qoxra

—

1202 41 00

 

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

—

Karawett, bla qoxra,

—

1202 42 00

 

—

Butir tal-karawett

—

2008 11 10

 

—

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

—

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u ikel)

 

 

—

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

—

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (2)

50

—

Brunġiel

—

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Karfus Ċiniż (Apium graveolens)

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 0709 40 00

20

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (3)

50

Brassica oleracea

(Brassica oħra li tittiekel, ‘Brokkoli Ċiniż’) (4)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0704 90 90

40

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (5)

50

Te, sew jekk aromatizzat, sew jew le

(Ikel)

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (6)

10

—

Brunġiel

—

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (7)

10

—

Bettieħ morr (Momordica charantia)

—

ex 0709 99 90 ;

ex 0710 80 95

70

70

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

—

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

—

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (7)

20

—

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

—

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99

20

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

—

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Frawli (frisk)

(Ikel)

0810 10 00

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (8)

10

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99 ;

20

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (9)

10

(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

L-Indja (IN)

Salmonella (10)

50

Żerriegħa tal-ġulġlien

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

L-Indja (IN)

Salmonella (10)

20

—

Capsicum annuum, sħiħ

—

0904 21 10

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

20

—

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

—

ex 0904 22 00

10

—

Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

—

0904 21 90

 

—

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

—

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

 

Enzimi; enzimi ppreparati

(Għalf u ikel)

3507

 

L-Indja (IN)

Kloramfenikol

50

—

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

—

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

L-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

 

—

Piżelli bil-miżwed (bil-qoxra)

—

ex 0708 10 00

40

Il-Kenja (KE)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (11)

10

—

Fażola bil-miżwed (bil-qoxra)

—

ex 0708 20 00

40

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Nagħniegħ

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 1211 90 86

30

Il-Marokk (MA)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (12)

10

Fażola mnixxfa

(Ikel)

0713 39 00

 

In-Niġerja (NG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (13)

50

Għeneb tal-mejda

(Ikel — frisk)

0806 10 10

 

Il-Perù (PE)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (14)

10

Dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) żrieragħ u prodotti derivati

(Ikel)

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99

10

30

50

Sjerra Leone (SL)

Aflatossini

50

—

Karawett, bil-qoxra

—

1202 41 00

 

Is-Sudan (SD)

Aflatossini

50

—

Karawett, bla qoxra,

—

1202 42 00

 

—

Butir tal-karawett

—

2008 11 10

 

—

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

—

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u ikel)

 

 

Bżar (mhux ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0709 60 99

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (15)

10

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (10)

50

—

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

—

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (16)

20

—

Brunġiel

—

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Berquq imnixxef

(Ikel)

0813 10 00

 

It-Turkija (TR)

Sulfiti (17)

10

—

Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

—

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (18)

10

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Weraq tad-dielja

(Ikel)

ex 2008 99 99

11; 19

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (19)

20

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

(Ikel)

0806 20

 

L-Uzbekistan (UZ)

Okratossina A

50

—

Weraq tal-kosbor

—

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (20)

20

—

Ħabaq (sagru, ħelu)

—

ex 1211 90 86

20

—

Nagħniegħ

—

ex 1211 90 86

30

—

Tursin

—

ex 0709 99 90

40

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

 

 

—

Pitahaya (frott tad-dragun)

—

ex 0810 90 20

10

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (20)

20

—

Okra

—

ex 0709 99 90

20

—

Bżar (mhux ħelu) (Capsicum spp.)

—

ex 0709 60 99

20

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

.

(1)  Fejn ikun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti skont kull kodiċi NM u ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika skont dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat ‘ex’.

(2)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorbufam, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat).

(3)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Eżakonażol, Fentoat, Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta' triadimefon u triadimenol).

(4)  Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.

(5)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Klorfenapir, Fipronil (is-somma ta' fipronil + metabolit tas-sulfan (MB46136) espressa bħala fipronil), Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Aċetamiprid, Dimetomorf u Propikonażol.

(6)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (Is-somma ta' isomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralina; Triażofos; Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta' triadimefon u triadimenol), Ċipermetrina (ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)).

(7)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Amitraż (amitraż inklużi l-metaboliti li fihom il-grupp 2,4 —dimetilanilina espressa bħala amitraż), Aċefat, Aldikarb (is-somma ta' aldikarb, is-sulfossidu tiegħu u s-sulfan tiegħu, espressa bħala aldikarb), Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorfenapir, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Diafentijuron, Diażinon, Diklorvos, Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (is-somma ta' isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Fenamidon, Imidakloprid, Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metamidofos, Metijokarb (is-somma ta' metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfan, espressa bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tijabendażol, Tijakloprid.

(8)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Ċiflutrin (ċiflutrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)) Ċiprodinil, Diażinon, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Fenitrotijon, Fenpropatrina, Fludiossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċjalotrina, Metijokarb (is-somma ta' metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfan, espressa bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Fentoat, Tijofanat-metil.

(9)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)), Ċiprokonażol, Dikofol (is-somma ta' isomeri p, p′ u o,p′), Difenokonażol, Dinotefuran, Etijon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż (is-somma ta' prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom il-grupp 2,4,6-Triklorofenol espressa bħala prokloraż), Profenofos, Propikonażol, Tijofanat-metil u Triforina.

(10)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu validat meta mqabbel miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(11)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Klorpirifos, Aċefat, Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Diafentjuron, Indossakarb bħala somma tal-isomeri S u R.

(12)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)), Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (is-somma ta' isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Eżakonażol, Paratijon-metil (is-somma ta' Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Flutrijafol, Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Flubendijammid, Miklobutanil, Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon).

(13)  B'mod partikolari, ir-residwi ta' Diklorvos.

(14)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Dinikonażol, Etefon u Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil).

(15)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Triażofos, Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Profenofos, Protijofos, Etijon, Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Triforina, Proċimidon, Formetanat: Is-somma ta' formetanat u l-imluħa tiegħu espressa bħala formetanat(kloridrat).

(16)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Aċefat, Karbaril, Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metalassil u metalassil-M (metalassil inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti inkluż il-metalassil-M (is-somma ta' isomeri)), Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Profenofos, Protijofos, Kwinalfos, Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta' triadimefon u triadimenol) Triażofos, Dikrotofos, EPN, Triforina.

(17)  Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.

(18)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klofenteżin, Diafentjuron, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Formetanat: Is-somma ta' formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(kloridrat), Malatijon (is-somma ta' malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.

(19)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Ażossistrobin, Boskalid, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Endosulfan (is-somma ta' isomeri alfa- u beta- u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Kresoksim-metil, Lambda-ċjalotrina, Metalassil u metalassil-M (metalassil li jinkludi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti li jinkludu l-metalassil-M (is-somma ta' isomeri)), Metossifenożid, Metrafenonu, Miklobutanil, Penkonażol, Piraklostrobin, Pirimetanil, Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta' triadimefon u triadimenol), Triflossistrobin.

(20)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (is-somma ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Karbendażim u benomil (is-somma ta' benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Profenofos, Permetrina (is-somma ta' isomeri), Eżakonażol, Difenokonażol, Propikonażol, Fipronil (is-somma ta' fipronil + metabolita tas-sulfan (MB46136) espressa bħala fipronil), Propargit, Flusilażol, Fentoat, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (is-somma ta' isomeri)), Metomil u Tijodikarb (is-somma ta' metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Kwinalfos, Penċikuron, Metidatijon, Dimetoat (is-somma ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Fenbukonażol”